IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 28.7.2017
COM(2017) 385 final
2017/0163(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1295/2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 28.7.2017
COM(2017) 385 final
2017/0163(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1295/2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020)
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
L-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea (EUYO) twaqqfet fl-1976 wara Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew 1 u ilha ddoqq f’isem l-Unjoni Ewropea għal dawn l-aħħar 40 sena. Il-President Onorarju tagħha huwa l-President tal-Parlament Ewropew u l-patruni onorarji huma l-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Istati Membri, immexxija mill-President tal-Kummissjoni Ewropea.
L-EUYO hija magħmula minn mużiċisti żgħażagħ mill-Istati Membri kollha tal-Unjoni, li jintgħażlu skont kriterji eżiġenti ta’ kwalità. Din tgħaqqad flimkien lil mużiċisti żgħażagħ mill-Ewropa b’ħafna talent f’orkestra Ewropea ta’ klassi dinjija li tmur lil hinn mill-konfini kulturali.
Mit-twaqqif tagħha, l-EUYO kellha rwol uniku fil-promozzjoni tad-djalogu interkulturali, tar-rispett reċiproku u tal-fehim permezz tal-kultura. Din daqqet fil-bliet u fil-festivals ewlenin fl-Ewropa u madwar id-dinja, f’għadd ta’ ambjenti formali u informali, b’formati tradizzjonali u innovattivi kif ukoll tekniki għal udjenzi differenti. Permezz tal-attivitajiet tagħha, l-EUYO aġixxiet ta’ ambaxxatur kulturali għall-Unjoni billi serviet ta’ vetrina tar-rikkezza u tad-diversità tal-kulturi Ewropej u tat-talenti emerġenti.
Bħala grupp ta’ mużiċisti żgħażagħ mill-aqwa li jaħdmu flimkien biex jiksbu livell għoli ħafna ta’ spettaklu tal-orkestra, l-EUYO hija orkestra unika fix-xena Ewropea li sservi ta’ vetrina tal-mużika u tat-talenti Ewropej għal udjenzi differenti fl-UE u lil hinn minnha.
Fi żmien meta l-UE qed tiffaċċja bosta sfidi u ħtieġa li tkun eqreb taċ-ċittadini tagħha, l-EUYO saħansitra għandha rwol ferm iktar importanti x’taqdi biex twassal il-valuri fundamentali tal-Ewropa, tibni pontijiet bejn il-persuni permezz tal-mużika klassika u tilħaq lill-ġenerazzjoni iktar żagħżugħa fl-Ewropa billi tgħaqqad flimkien lil mużiċisti żgħażagħ tal-mużika klassika minn sfondi differenti permezz ta’ kunċerti u ta’ skemi ta’ mentoraġġ.
Il-finanzjament mill-UE huwa essenzjali għas-sopravvivenza tal-EUYO bħala korp li jippromwovi l-valuri Ewropej, id-diversità u t-talent taż-żgħażagħ. Mingħajr dan l-appoġġ, kieku ma tkunx tista’ tkun involuta f’dawn l-attivitajiet ta’ għoti tas-setgħa u l-mużiċisti żgħażagħ ikollhom jiċċaħdu mill-opportunità unika li jdoqqu fuq livell internazzjonali, jibnu l-karrieri tagħhom u jkomplu jiżviluppaw it-talent tagħhom iggwidati minn surmastrijiet rinomati. It-3000 mużiċist tagħha, li kollha kemm huma għaddew minn proċess annwali rigoruż ta’ udjenza bi prova li jsir fl-Istati Membri kollha, iffurmaw netwerk ta’ surmastrijiet, ta’ solisti, ta’ għalliema u ta’ mużiċisti ta’ mużika strumentali li jaħdem mal-orkestri ewlenin fid-dinja kollha.
Il-programm Ewropa Kreattiva u l-iskemi ta’ finanzjament ta’ qablu appoġġaw lill-EUYO b’diversi modi. Fl-2016, l-EUYO rċeviet għotja operattiva skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 2 bħala korp li jfittex li jilħaq għan ta’ interess ġenerali tal-UE jew li għandu objettiv li jifforma parti mill-politika kulturali tal-UE u jappoġġaha. Fl-2017, se tiġi ffinanzjata bl-istess mod.
Sabiex tiġi żgurata l-attività kontinwa tal-EUYO u fid-dawl tal-istatus speċifiku, tal-objettivi strateġiċi u tal-attivitajiet tagħha, il-Kummissjoni tipproponi li din tiġi rikonoxxuta bħala “korp identifikat minn att bażiku” skont it-tifsira tal-Artikolu 190(1)(d) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 3 u li l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1295/2013 4 jiġi emendat skont dan.
2. BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Din il-proposta temenda r-Regolament (UE) Nru 1295/2013 fir-rigward tas-sottoprogramm kulturali tal-Ewropa Kreattiva u għaldaqstant hija bbażata fuq l-ewwel inċiż tal-Artikolu 167(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
•Sussidjarjetà
Skont l-Artikolu 167 tat-TFUE, l-Unjoni trid tieħu azzjoni biex tappoġġa u tissupplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri. Peress li l-objettivi u l-attivitajiet tal-EUYO jmorru lil hinn mill-interess u mill-benefiċċju individwali ta’ wieħed mill-Istati Membri jew iktar u billi l-EUYO inħolqot bħala riżultat ta’ Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew, hemm komplementarjetà ċara fil-proposta li din tiġi stabbilita bħala korp identifikat minn att bażiku skont it-tifsira tal-Artikolu 190(1)(d) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012. L-attivitajiet tagħha jiġġeneraw valur miżjud Ewropew sinifikanti.
•Proporzjonalità
L-emenda proposta hija limitata għal dak li huwa strettament meħtieġ sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu l-objettivi. Din hija limitata għal bidliet sabiex tiġi inkluża referenza għall-EUYO fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 1295/2013.
3.RIŻULTATI TAL-VALUTAZZJONI EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
Fir-rebbiegħa tal-2016, bħala parti minn kampanja pubblika (SaveEUYO) b’risq l-EUYO, li kienet qed tiffaċċja problemi finanzjarji li kienu qed jheddu l-eżistenza tagħha, għadd ta’ partijiet ikkonċernati mill-oqsma tal-kultura u tal-mużika esprimew l-appoġġ tagħhom b’mod pubbliku fi stqarrijiet għall-istampa u fil-kuntatti mal-Kummissjoni. L-Istati Membri (b’mod partikolari fil-Kunsill tal-Ministri tal-Kultura f’Mejju tal-2016) u l-Membru tal-Parlament Ewropew appoġġaw l-idea li tinstab soluzzjoni għall-finanzjament tal-EUYO.
Fid-dawl tal-ambitu limitat tal-emenda li ġiet proposta, li fiha nnifisha ma għandha l-ebda impatt ekonomiku, ambjentali u soċjali sinifikanti, ma hemmx bżonn ta’ valutazzjoni tal-impatt jew ta’ konsultazzjoni ulterjuri.
4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT
Il-finanzjament għall-EUYO se jiġi mill-pakkett finanzjarju eżistenti tal-programm Ewropa Kreattiva u mhux se jkunu meħtieġa riżorsi addizzjonali mill-baġit tal-UE. Id-“dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva” mehmuża turi l-implikazzjonijiet għall-baġit u r-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa li juru n-newtralità baġitarja ta’ din l-inizjattiva.
5.ELEMENTI OĦRA
Fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni tipproponi:
·li tinstab soluzzjoni legalment soda u trasparenti biex jiġi żgurat appoġġ sostenibbli għall-EUYO, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiki speċifiċi tagħha, billi tiġi rikonoxxuta bħala “korp identifikat minn att bażiku” skont it-tifsira tal-Artikolu 190(1)(d) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012;
·kif ukoll li jiżdied punt (f) ġdid fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1295/2013 skont dan.
2017/0163 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1295/2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 167(5) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 5 ,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 6 ,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 stabbilixxa l-programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) biex jiġu appoġġati s-setturi kulturali u kreattivi Ewropej.
(2)L-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea (EUYO) hija magħmula minn mużiċisti żgħażagħ li jintgħażlu skont kriterji eżiġenti ta’ kwalità permezz ta’ proċess annwali rigoruż ta’ udjenza bi prova li jsir fl-Istati Membri kollha.
(3)L-EUYO tgħaqqad flimkien lil mużiċisti żgħażagħ mill-Ewropa b’ħafna talent f’orkestra Ewropea ta’ klassi dinjija li tmur lil hinn mill-konfini kulturali. Mit-twaqqif tagħha, din kellha rwol uniku fil-promozzjoni tad-djalogu interkulturali, tar-rispett reċiproku u tal-fehim permezz tal-kultura. B’hekk, l-EUYO aġixxiet ta’ ambaxxatur kulturali għall-Unjoni billi serviet ta’ vetrina tar-rikkezza u tad-diversità tal-kulturi Ewropej u tat-talenti emerġenti. Ikkontribwiet ukoll għaċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet mużikali Ewropej u għall-mobbiltà tat-talenti żgħażagħ Ewropej lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u Ewropej, filwaqt li tat l-opportunità lil mużiċisti żgħażagħ biex ikomplu jibnu l-karrieri tagħhom u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom iggwidati minn surmastrijiet rinomati.
(4)L-attivitajiet tal-EUYO huma konformi mal-objettivi tal-programm Ewropa Kreattiva u mal-objettivi speċifiċi tas-sottoprogramm kulturali.
(5)L-EUYO twaqqfet fl-1976 wara Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew 8 u għaldaqstant hija unika fost l-orkestri fl-Ewropa. Minħabba l-istatus speċifiku, l-objettivi strateġiċi u l-attivitajiet tagħha, l-EUYO tikkwalifika bħala “korp identifikat minn att bażiku” skont it-tifsira tal-Artikolu 190(1)(d) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 9 . Għalhekk, l-għotjiet jistgħu jingħataw mingħajr sejħa għal proposti.
(6)Għaldaqstant jenħtieġ li l-EUYO tiġi inkluża fost il-miżuri li jibbenefikaw minn appoġġ mis-sottoprogramm kulturali.
(7)Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1295/2013 jiġi emendat skont dan,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1295/2013, jiżdied il-punt (f) li ġej:
“(f) l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva
1.4.Objettiv(i)
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.6.Durata u impatt finanzjarju
1.7.Modalità/ijiet ta’ ġestjoni ppjanata/i
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwati
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1295/2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva
1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 10
ATTIVITÀ/AJIET EDUKATTIVI U KULTURALI: EWROPA KREATTIVA
1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 11
x Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida
1.4.Objettiv(i)
1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva
Il-programm se jkun ta’ kontribut għall-Istrateġija Ewropa 2020 (COM(2010) 2020, 3.3.2010) permezz:
(a) tat-trawwim tas-salvagwardja u tal-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika Ewropea; u
(b) tat-tisħiħ tal-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi bl-għan li jiġi promoss it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.
1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i
Objettivi speċifiċi:
(a) l-għoti ta’ appoġġ għall-kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej biex dawn joperaw b’mod transnazzjonali;
(b) il-promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali ta’ xogħlijiet u ta’ operaturi kulturali u kreattivi u jintlaħqu udjenzi ġodda fl-Ewropa u lil hinn minnha;
(c) it-tisħiħ tal-kapaċità finanzjarja tas-setturi kulturali u kreattivi; kif ukoll
(d) l-appoġġ għall-kooperazzjoni fil-politiki transnazzjonali sabiex ikun hemm l-iżvilupp tal-politiki, l-innovazzjoni, it-tqanqil tal-interess tal-udjenza u mudelli ġodda tan-negozju.
Attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i:
15.04 – Ewropa Kreattiva
1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistenni(ja)
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
Tinstab soluzzjoni legalment soda u trasparenti biex jiġi żgurat appoġġ sostenibbli għall-EUYO, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiki speċifiċi tagħha, billi tiġi rikonoxxuta bħala “korp identifikat minn att bażiku” skont it-tifsira tal-Artikolu 190(d) tar-Regolament (UE) Nru 1268/2012 u billi l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1295/2013 jiġi emendat skont dan.
1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
Peress li din l-emenda hija estensjoni tal-programm eżistenti Ewropa Kreattiva, din hija koperta mill-konsiderazzjonijiet fil-punt 1.4.4. tad-dikjarazzjoni finanzjarja għall-programm (COM(2011) 785 final).
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil
L-iżgurar ta’ appoġġ sostenibbli għall-EUYO.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE
- mużiċisti żgħażagħ mill-Istati Membri kollha tal-Unjoni, li jintgħażlu skont kriterji eżiġenti ta’ kwalità, jaħdmu flimkien f’orkestra Ewropea ta’ klassi dinjija li tmur lil hinn mill-konfini kulturali;
- il-promozzjoni tad-djalogu interkulturali, tar-rispett reċiproku u tal-fehim permezz tal-kultura; kif ukoll
- it-turija tar-rikkezza u tad-diversità tal-kulturi Ewropej u tat-talenti emerġenti lil udjenzi differenti fl-UE u lil hinn minnha.
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
L-EUYO ġiet appoġġata b’diversi modi mill-programm Ewropa Kreattiva u mill-iskemi ta’ finanzjament ta’ qablu. L-eċċellenza tagħha hija rikonoxxuta b’mod wiesa’. Madankollu, in-nuqqas ta’ appoġġ sostenibbli kien ostaklu għall-iżvilupp ulterjuri tal-attivitajiet tagħha. Mingħajr dan l-appoġġ fil-livell tal-UE, kieku ma tkunx f’pożizzjoni li tkompli l-attivitajiet tagħha. B’hekk, l-Unjoni kieku titlef ambaxxatur kulturali importanti u l-mużiċisti żgħażagħ ikollhom jiċċaħdu mill-opportunità unika li jdoqqu fuq livell internazzjonali, jibnu l-karrieri tagħhom u jkomplu jiżviluppaw it-talent tagħhom iggwidati minn surmastrijiet rinomati.
1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Ma hemm l-ebda duplikazzjoni mal-attivitajiet iffinanzjati minn programmi oħra tal-Unjoni.
1.6.
1.6.Durata u impatt finanzjarju
X Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata
–X Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2020
–◻ Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Modalità/ijiet ta’ ġestjoni ppjanata/i 12
X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–◻mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻ mill-aġenziji eżekuttivi
◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
◻ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:
–◻lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
–◻lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–◻lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;
–◻lill-korpi tal-liġi pubblika;
–◻lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk tiġi indikata iżjed minn modalità waħda ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
[…]
[…]
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Il-Kummissjoni hija responsabbli biex tiżgura li b’mod regolari jkun hemm monitoraġġ u evalwazzjoni esterna ta’ proġetti ffinanzjati mill-programm Ewropa Kreattiva, inklużi l-attivitajiet tal-EUYO.
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.Riskju/i identifikat(i)
Peress li din l-emenda hija estensjoni tal-programm eżistenti Ewropa Kreattiva, din hija koperta mill-konsiderazzjonijiet fil-punt 2.2.1. tad-dikjarazzjoni finanzjarja għall-programm (COM(2011) 785 final).
2.2.2.Tagħrif dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita
Peress li din l-emenda hija estensjoni tal-programm eżistenti Ewropa Kreattiva, din hija koperta mill-konsiderazzjonijiet fil-punt 2.2.2. tad-dikjarazzjoni finanzjarja għall-programm (COM(2011) 785 final).
2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni ta’ riskju ta’ żball
[pm]
[pm]
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.
Il-Kummissjoni se tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu mħarsa bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi, permezz tal-irkupru ta’ ammonti mħallsa bla bżonn u, jekk jiġu individwati xi irregolaritajiet, permezz ta’ penali effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-Kummissjoni hija awtorizzata li twettaq kontrolli u verifiki fil-post skont dan ir-Regolament, kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96. Jekk ikun hemm bżonn, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) iwettaq investigazzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwati
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali |
Linja baġitarja |
Tip ta’
|
Kontribuzzjoni |
|||
|
Intestatura 3: Sigurtà u ċittadinanza |
Diff./Mhux diff. 13 |
mill-pajjiżi tal-EFTA 14 |
mill-pajjiżi kandidati 15 |
minn pajjiżi terzi |
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju |
|
|
3 |
15 04 02 – Sottoprogramm kulturali – Sostenn ta’ azzjonijiet transfruntiera u promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni u tal-mobbiltà transnazzjonali |
Diff. |
LE |
LE |
LE |
LE 16 |
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
Il-finanzjament għall-EUYO se jiġi mill-pakkett finanzjarju eżistenti tas-sottoprogramm kulturali ta’ Ewropa Kreattiva u mhux se jkunu meħtieġa riżorsi addizzjonali mill-baġit tal-UE.
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
|
Numru |
[3] Sigurtà u ċittadinanza |
|
DĠ: EAC |
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
TOTAL |
|||||
|
•Approprjazzjonijiet operazzjonali |
|||||||||||
|
(1) |
|||||||||||
|
(2) |
|||||||||||
|
15 04 02 – Ewropa Kreattiva – Sottoprogramm kulturali |
Impenji |
(1a) |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
1,800 |
|||||
|
Pagamenti |
(2 a) |
0,480 |
0,600 |
0,600 |
0,120 |
1,800 |
|||||
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 18 |
|||||||||||
|
Numru tal-linja baġitarja |
(3) |
||||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
=1+1a +3 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
1,800 |
|||||
|
Pagamenti |
=2+2a +3 |
0,480 |
0,600 |
0,600 |
0,120 |
1,800 |
|||||
|
|
Impenji |
(4) |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
1,800 |
||||
|
Pagamenti |
(5) |
0,480 |
0,600 |
0,600 |
0,120 |
1,800 |
||||
|
•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi |
(6) |
|||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
=4+6 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
1,800 |
||||
|
Pagamenti |
=5+6 |
0,480 |
0,600 |
0,600 |
0,120 |
1,800 |
||||
Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:
|
•TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali |
Impenji |
(4) |
||||||||
|
Pagamenti |
(5) |
|||||||||
|
•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi |
(6) |
|||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
=4+6 |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
1,800 |
||||
|
Pagamenti |
=5+6 |
0,480 |
0,600 |
0,600 |
0,120 |
1,800 |
||||
|
|
5 |
“Nefqa amministrattiva” |
Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
TOTAL |
|||||
|
DĠ: EAC |
||||||||||
|
•Riżorsi umani |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
|||||
|
•Nefqa amministrattiva oħra |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
|||||
|
TOTAL tad-DĠ EAC |
Approprjazzjonijiet |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti) |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
TOTAL |
|||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet
|
Impenji |
0,600 |
0,600 |
0,600 |
1,800 |
|||||
|
Pagamenti |
0,480 |
0,600 |
0,600 |
0,120 |
1,800 |
|||||
* Intestatura 5: Il-kostijiet għall-amministrazzjoni, inklużi r-riżorsi umani, se jiġu koperti bir-ridistribuzzjoni interna fid-DĠ EAC.
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–◻ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Indika l-objettivi u l-outputs ⇩ |
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
TOTAL |
||||||||||||
|
OUTPUTS |
||||||||||||||||||
|
Tip 20 |
Kost medju |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru |
Kost |
Nru totali |
Kost totali |
|
|
OBJETTIVI SPEĊIFIĊI (a) sa (d) 21 ... |
||||||||||||||||||
|
- Output |
Għotja operattiva |
0,6 |
1 |
0,600 |
1 |
0,600 |
1 |
0,600 |
1,800 |
|||||||||
|
KOST TOTALI |
1 |
0,600 |
1 |
0,600 |
1 |
0,600 |
1,800 |
|||||||||||
Outputs
Għotja operattiva għall-EUYO
Struttura tal-kostijiet
Abbażi tal-esperjenza preċedenti fil-finanzjament tal-EUYO fil-livell tal-UE, b’mod partikolari fil-qafas tal-programm Ewropa Kreattiva, għotja operattiva xierqa għal din l-organizzazzjoni tammonta għal EUR 600 000.
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.3.1.Sommarju
–◻ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
TOTAL |
|
INTESTATURA 5
|
||||||||
|
Riżorsi umani |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
||||
|
Nefqa amministrattiva oħra |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
||||
|
Sottototal tal-INTESTATURA 5
|
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
|
Barra mill-INTESTATURA 5
23
|
||||||||
|
Riżorsi umani |
||||||||
|
Nefqa oħra
|
||||||||
|
Sottototal
|
|
TOTAL |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew kienu ġew ridistribwiti fid-DĠ, flimkien ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni, jekk dan ikun meħtieġ, skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.
3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–◻ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time
|
Sena N |
Sena N+1 |
Sena N+2 |
Sena N+3 |
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
||||
|
•Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) |
||||||||
|
XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) |
0,5 |
0,5 |
0,5 |
0,5 |
||||
|
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) |
||||||||
|
XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) |
||||||||
|
10 01 05 01 (Riċerka diretta) |
||||||||
|
•Persunal estern (f’unità ekwivalenti għall-full-time: FTE) 24 |
||||||||
|
XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”) |
||||||||
|
XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-Delegazzjonijiet) |
||||||||
|
XX 01 04 yy 25 |
- fil-Kwartieri Ġenerali |
|||||||
|
- fid-Delegazzjonijiet |
||||||||
|
XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta) |
||||||||
|
10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta) |
||||||||
|
Linji baġitarji oħra (speċifika) |
||||||||
|
TOTAL |
0,5 |
0,5 |
0,5 |
0,5 |
||||
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti minn persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ikun ġie ridistribwit fi ħdan id-DĠ, u jekk ikun meħtieġ, flimkien ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u aġenti temporanji |
Implimentazzjoni tal-estensjoni tal-programm Ewropa Kreattiva |
|
Persunal estern |
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
–X Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.
–◻ Il-proposta/l-inizjattiva se tkun tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
–◻ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
–X Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.
–Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
Total |
|||
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament |
||||||||
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati |
||||||||
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–X Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻ Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
–◻ fuq ir-riżorsi proprji
–◻ fuq id-dħul mixxellanju
Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul: |
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali |
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 26 |
||||||
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Sena
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6) |
||||
|
Artikolu …………. |
||||||||
Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.