Brussell, 29.6.2017

COM(2017) 343 final

2017/0143(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

{SWD(2017) 243 final}
{SWD(2017) 244 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.1.Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Madwar l-Unjoni Ewopea (UE), individwi li jixtiequ jissupplimentaw il-pensjonijiet tagħhom qed ifaddlu għall-irtirar b’diversi modi, pereżempju billi jinvestu fil-proprjetà immobbli, fl-assigurazzjoni tal-ħajja u fi prodotti oħra ta’ investiment ta’ terminu twil. Il-prodotti tal-pensjoni personali huma għażla oħra. Madankollu, is-swieq tal-pensjoni personali mhumiex żviluppati ndaqs u l-prodotti tal-pensjoni personali mhumiex affordabbli ndaqs madwar l-Unjoni Ewropea (UE). In-nies li jixtiequ jfaddlu iktar għall-irtirar għandhom bżonn ta’ prodott tal-pensjoni personali xieraq li jkun imsejjes fuq investimenti bbażati fuq is-swieq kapitali. Sfida oħra tal-ordni pubbliku hi l-ħtieġa li tiġi żgurata s-suffiċjenza fit-tul tad-dħul wara l-irtirar minn taħlita ta’ pensjonijiet Statali, okkupazzjonali u personali.

Il-frammentazzjoni tas-suq tipprevjeni lill-fornituri tal-pensjonijiet personali milli jimmassimizzaw id-diversifikazzjoni tar-riskji, l-innovazzjoni u l-ekonomiji ta’ skala. Din tnaqqas l-għażla u l-attraenza u twassal għal kostijiet ikbar għall-faddala tal-pensjoni. Tikkontribwixxi wkoll għal nuqqas ta’ likwidità u ta’ fond fis-swieq kapitali meta mqabbla ma’ ġurisdizzjonijiet oħra bħall-Istati Uniti tal-Amerka, fejn il-fondi tal-pensjonijiet jaqdu rwol ikbar bħala investituri istituzzjonali. Barra minn hekk, ċerti prodotti tal-pensjoni personali eżistenti ma għandhomx biżżejjed funzjonijiet 1 u d-disponibilità u l-portabilità transfruntiera tagħhom huma limitati, bi ftit li xejn attivitajiet transfruntiera mill-fornituri jew mill-faddala. 

Għaldaqstant, inizjattiva tal-UE fuq il-pensjonijiet personali tista’ tikkomplimenta r-regoli diverġenti attwali fil-livell tal-UE u nazzjonali billi żżid qafas pan-Ewropew għall-pensjoni, għall-individwi li jixtiequ jużaw din l-għażla addizzjonali ta’ tfaddil. Dan il-qafas mhuwiex se jieħu post jew jarmonizza l-iskemi nazzjonali eżistenti tal-pensjonijiet personali. Se joffri lill-individwi qafas volontarju ġdid biex ifaddlu billi jiżgura protezzjoni suffiċjenti tal-konsumatur fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tal-prodott. Fl-istess ħin, il-qafas se jkun flessibbli biżżejjed biex jippermetti lil fornituri differenti jfasslu prodotti li jaqblu mal-mudell kummerċjali tagħhom. Se jħeġġeġ lill-fornituri biex jinvestu b’mod sostenibbli fl-ekonomija reali fit-tul, partikularment fi proġetti tal-infrastruttura u korporazzjonijiet, u b’hekk iqabbel l-obbligazzjonijiet fit-tul skont il-PEPP.

B’mod ġenerali, il-proposta se toħloq tikketta tal-kwalità għall-prodotti tal-pensjoni personali tal-UE u żżid il-fudiċja fost il-konsumaturi. Se twassal biex il-konsumaturi jkollhom għażla ikbar bejn il-fornituri u tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-fornituri. Il-proposta tista’ tikkontribwixxi wkoll għall-ħolqien ta’ suq uniku għall-pensjonijiet personali u tħeġġeġ il-kompetizzjoni bejn il-fornituri għall-benefiċċju tal-konsumaturi.

Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali ta’ Settembru 2015 2 iddikjara li “Pensjoni Personali Ewropea b’‘inklużjoni fakultattiva’ jista’ jkollha mudell regolatorju, ibbażat fuq livell xieraq ta’ protezzjoni tal-konsumatur, li l-fornituri tal-pensjoni jistgħu jagħżlu li jużaw meta joffru prodotti madwar l-UE. It-‘tielet pilastru’ ikbar Ewropew tas-suq tal-pensjonijiet se jappoġġja wkoll il-provvista ta’ fondi għal investituri istituzzjonali u l-investiment fl-ekonomija reali”. Fil-pjan ta’ azzjoni, il-Kummissjoni ħabbret ukoll li se tivvaluta l-każ għal qafas ta’ politika biex tistabbilixxi suq Ewropew b’suċċess għal pensjonijiet personali sempliċi, effiċjenti u kompetittivi, u tiddetermina jekk il-leġiżlazzjoni tal-UE hijiex meħtieġa biex issostni dan is-suq”.

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Jannar 2016 3 , il-Parlament Ewropew esprima tħassib dwar in-nuqqas ta’ investimenti (ta’ terminu twil) ta’ riskju adegwat disponibbli u attraenti u prodotti ta’ tfaddil kosteffiċjenti u xierqa għall-konsumaturi. Filwaqt li tenna l-bżonn ta’ diversità fl-għażliet tal-investituri u tal-konsumaturi, il-Parlament Ewropew saħaq li “għandu jitħeġġeġ ambjent li jistimola l-innovazzjoni tal-prodotti finanzjarji, li joħloq aktar diversità u benefiċċji għall-ekonomija reali u jipprovdi inċentivi mtejba għal investimenti, u li jista’ jikkontribwixxi wkoll għall-għoti ta’ pensjonijiet adegwati, sikuri u sostenibbli, bħal, pereżempju, l-iżvilupp ta’ Prodott tal-Pensjoni Pan-Ewropew (PEPP), b’disinn sempliċi u trasparenti”.

F’Ġunju 2016, il-Kunsill Ewropew appella għal “progress rapidu u determinat biex jiġi żgurat aċċess aktar faċli għal finanzjament għan-negozji u jingħata appoġġ għall-investiment fl-ekonomija reali billi tiġi promossa l-aġenda tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali 4 .”

F’Settembru 2016, fil-Komunikazzjoni tagħha L-Unjoni tas-Swieq Kapitali — Naċċelleraw ir-Riforma 5 , fid-dawl tal-appoġġ b’saħħtu li esprimew il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-partijiet ikkonċernati għall-pjan ta’ azzjoni dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, hi ħabbret li “se tikkunsidra proposti għal prodott tal-pensjoni personali tal-UE sempliċi, effiċjenti u kompetittiv”. 

Imbagħad, fil-Komunikazzjoni tagħha Rieżami ta’ Nofs it-Terminu tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, il-Kummissjoni ħabbret “proposta leġiżlattiva dwar Prodott ta’ Pensjoni Personali Pan-Ewropew (PEPP) sa tmien Ġunju 2017. Dan se jipprepara l-pedamenti għal suq sigur, aktar kost-effiċjenti u trasparenti fi tfaddil personali vijabbli u volontarju għall-pensjonijiet li jista’ jkun ġestit fuq skala pan-Ewropea. Hija se tgħin biex ikunu sodisfatti l-bżonnijiet tan-nies li jixtiequ jtejbu l-adegwatezza tat-tfaddil tagħhom għall-irtirar, jindirizzaw l-isfida demografika, jikkumplementaw il-prodotti u l-iskemi tal-pensjoni eżistenti, u jappoġġaw il-kost-effiċjenza tal-pensjonijiet personali billi joffru opportunitajiet tajba għall-investiment fuq tul ta’ żmien ta’ pensjonijiet personali 6 ”.

Din il-proposta għal qafas tal-PEPP tinvolvi skema volontarja komplimentari parallela għar-reġimi nazzjonali, li tippermetti lill-fornituri joħolqu prodotti tal-pensjoni personali fuq skala pan-Ewropea. Hi għandha l-għan li tbiegħed iktar tfaddil tal-familji lil hinn minn strumenti tradizzjonali, bħad-depożiti f’kontijiet ta’ tfaddil, u tqarrbu lejn is-swieq kapitali.

Il-proposta għandha l-għan li tiżgura li l-konsumaturi jkunu ferm konxji tal-karatteristiċi ewlenin tal-prodott. Rigward il-politika dwar l-investimenti, il-konsumaturi se jkollhom għażla bejn opzjoni prestabbilita sikura ta’ investiment u opzjonijiet alternattivi bi profili tar-riskji u l-gwadanji differenti. Il-konsumaturi se jibbenefikaw minn portabilità madwar l-UE, minn trasparenza sħiħa tal-kostijiet tal-PEPP u mill-ħila li jbiddlu l-fornituri (bil-kostijiet tal-bdil b’limitu massimu stabbilit).

Mill-perspettiva tal-fornituri, il-proposta biħsiebha tippermetti lil firxa wiesgħa minnhom joffru l-PEPP (banek, assiguraturi, maniġers tal-assi, fondi tal-pensjoni okkupazzjonali, ditti ta’ investiment) u tassigura kundizzjonijiet ekwi. Il-PEPP jista’ jiġi pprovdut online, inklużi l-pariri, u ma jkunx jeħtieġ netwerk ta’ fergħat, u b’hekk jagħti aċċess eħfef għas-suq. Ir-regoli dwar il-passaportar jgħinu lill-fornituri jidħlu fi swieq nazzjonali ġodda. Jenħtieġ ukoll li l-istandardizzazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tnaqqas il-kostijiet għall-fornituri u tgħinhom jiġbru l-kontribuzzjonijiet minn swieq nazzjonali differenti biex jiffokaw l-assi f’investimenti madwar l-UE.

Il-flessibbiltà f’karatteristiċi oħra, bħall-kundizzjonijiet għall-akkumulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni, hi maħsuba biex tippermetti lill-konsumaturi jibbenefikaw mill-inċentivi nazzjonali tat-taxxa disponibbli fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom, dment li l-fornituri jadattaw il-PEPPs għall-kriterji nazzjonali għall-inċentivi tat-taxxa.

Biex tħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu ħelsien mit-taxxa fuq il-PEPP, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni dwar it-trattament tat-taxxa ta’ prodotti tal-pensjoni personali, inkluż il-Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew, flimkien ma’ din il-proposta.

1.2.Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Fil-qasam tal-pensjonijiet, l-UE adottat l-inizjattivi ewlenin li ġejjin fl-aħħar snin:

·Id-Direttiva tal-1998 dwar is-salvagwardja tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari ta’ persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità 7 ;

·Id-Direttiva tal-2014 dwar il-portabilità tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari 8 ,  immirata biex tippromwovi l-mobilità tal-ħaddiema billi tnaqqas l-ostakoli maħluqa minn ċerti regoli dwar il-pensjoni okkupazzjonalis;

·Id-Direttiva tal-2016 dwar l-istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (“IORP2”) 9 , li ssaħħaħ il-governanza, id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni u r-rekwiżiti transfruntiera għall-fondi tal-pensjoni okkupazzjonali.

Miżuri mhux leġiżlattivi oħra meħuda mill-Kummissjoni fil-qasam tal-pensjonijiet jinkludu t-“Track and trace your pension in Europe project” 10 , li jipproponi l-ħolqien ta’ servizz Ewropew ta’ rintraċċar biex jgħin lin-nies jirrintraċċaw informazzjoni dwar l-intitolamenti tal-pensjoni tagħhom fl-Istati Membri, u l-proġett RESAVER 11 .

Il-proposta għal qafas tal-PEPP ma taffettwax it-tliet direttivi msemmija hawn fuq, peress li dawn huma mmirati lejn pensjonijiet okkupazzjonali. Fir-rigward tal-inizjattivi mhux leġiżlattivi, il-qafas tal-PEPP jista’ jiġi integrat fi proġetti futuri.

1.3.Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-UE

Il-proposta għandha l-għan li żżid it-teħid tal-pensjonijiet personali fl-UE. Hi konsistenti mal-politika tal-UE li tħeġġeġ tfaddil komplimentari għall-irtirar biex tinkiseb adegwatezza fil-pensjoni, kif stipulat fil-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-pensjonijiet fl-2012 12 . F’konformità ma’ dan, ir-Rapport tal-2015 dwar l-Adegwatezza tal-Pensjonijiet ikkonkluda li intitolamenti ikbar minn tfaddil supplimentari tal-irtirar (jiġifieri okkupazzjonali u personali) jistgħu, flimkien ma’ miżuri oħra, jimmitigaw l-impatt ta’ inqas pensjonijiet minn skemi pubbliċi f’ċerti Stati Membri. L-Istħarriġ Annwali tal-2017 dwar it-Tkabbir irrapporta li kopertura wiesgħa (jiġifieri disponibilità wiesgħa u użu ikbar) tal-pensjonijiet supplimentari tista’ taqdi rwol importanti fil-forniment tad-dħul wara l-irtirar, b’mod partikolari meta l-pensjonijiet pubbliċi jistgħu jkunu inadegwati, u jenħtieġ li tiġi promossa b’mezzi xierqa, skont il-kuntest nazzjonali.

Il-proposta hi konformi mal-politika tal-UE dwar it-tisħiħ tal-protezzjoni tal-konsumatur, b’mod partikolari bl-iżvilupp ta’ għażla ta’ investimenti prestabbilita u ta’ riskju baxx, li teħtieġ trasparenza sħiħa għall-faddala tal-PEPP, speċifikament dwar il-kostijiet, u tippermetti lill-faddala jbiddlu l-fornitur b’limitu massimu fuq il-kostijiet tal-bdil.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

2.1.Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jippermetti l-adozzjoni ta’ miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li l-għan tagħhom huwa l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.

Bħalissa, il-funzjonament tas-suq intern għall-pensjonijiet personali hu mxekkel mill-grad għoli ta’ frammentazzjoni bejn is-swieq nazzjonali u l-grad limitat ta’ portabilità tal-prodotti tal-pensjoni personali. Dan jista’ jagħmilha diffiċli għall-individwi biex jużaw il-libertajiet bażiċi tagħhom. Pereżempju, dawn jaf ma jkunux jistgħu jsibu impjieg jew jirtiraw fi Stat Membru ieħor. Barra minn hekk, il-possibbiltà għall-fornituri li jużaw il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà ta’ forniment ta’ servizzi hi mxekkla min-nuqqas ta’ standardizzazzjoni tal-prodotti tal-pensjoni personali eżistenti.

Il-proposta se toħloq prodott pan-Ewropew standardizzat fil-parti l-kbira tiegħu, u disponibbli fl-Istati Membri kollha li se jagħti s-setgħa lill-konsumaturi biex jagħmlu użu sħiħ mis-suq intern billi jippermettilhom jittrasferixxu d-drittijiet għall-pensjoni tagħhom barra minn pajjiżhom u joffrilhom għażla ikbar ta’ fornituri, inkluż f’pajjiżi oħra tal-UE. Il-proposta tarmonizza l-karatteristiċi ewlenin tal-PEPP: l-awtorizzazzjoni, id-distribuzzjoni (inklużi l-forniment ta’ informazzjoni u l-pariri), il-politika ta’ investiment, il-bdil tal-fornituri u l-forniment u l-portabilità transfruntiera. Il-proposta hi kkomplimentata mir-Rakkomandazzjoni dwar it-trattament tat-taxxa tal-prodotti tal-pensjoni personali, inkluż il-Prodott ta’ Pensjoni Personali Pan-Ewropew 13 . Din għandha l-għan li tevita li f’ċerti Stati Membri l-PEPPs jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-inċentivi nazzjonali tat-taxxa, jekk il-karatteristiċi ċentrali tal-prodott ma jkunux jaqblu mal-kriterji nazzjonali kollha għall-ħelsien mit-taxxa.

2.2.Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Skont l-Artikolu 4 tat-TFUE, l-azzjoni tal-UE għall-ikkompletar tas-suq intern trid tiġi vvalutata fid-dawl tal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Irid jiġi vvalutat jekk l-objettivi tal-proposta jistgħux jinkisbu mill-Istati Membri fil-qafas tal-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali tagħhom (test tan-neċessità) u, fid-dawl tal-iskala u tal-effetti tagħhom, humiex miksuba aħjar fil-livell tal-UE (test tal-effikaċja).

L-ewwel nett, rigward it-test tan-neċessità, l-isforzi mhux koordinati tal-Istati Membri, kemm f’livell ċentrali, reġjonali jew lokali, ma jistgħux jirrimedjaw il-frammentazzjoni legali fir-regolamentazzjoni tal-prodotti, u dan jirriżulta f’kostijiet żejda tal-konformità għall-fornituri u jiskoraġġixxi l-attività transfruntiera. Pereżempju, il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar ir-rekwiżiti tad-distribuzzjoni għall-prodotti finanzjarji (bħad-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni, id-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFID II) u r-Regolament dwar il-Prodotti Aggregati ta’ Investiment għall-Konsumaturi Bbażati fuq l-Assigurazzjoni (PRIIPs) 14 ma tapplikax għal ħafna mill-prodotti tal-pensjoni personali, u b’hekk dawn il-prodotti jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Bis-swieq għall-prodotti tal-pensjoni personali mħallija esklużivament għar-regolamentazzjoni nazzjonali, tinħoloq assimetrija fl-informazzjoni bejn il-fornituri u l-faddala, b’mod partikolari f’kuntest transfruntier. Għalhekk, il-faddala jistgħu ma jkunux jafu wisq dwar il-prestazzjoni attwali tal-prodotti tal-pensjoni personali tagħhom, jew saħansitra ma jkunux jistgħu jbiddlu l-fornituri. Jekk il-fornituri f’livell nazzjonali ma jagħtux lill-faddala biżżejjed informazzjoni, dan jista’ jnaqqas il-fiduċja fil-fornituri tal-prodott ta’ pensjoni personali u jirriżulta f’inqas tranżazzjonijiet, f’livelli inferjuri ta’ involviment fil-forniment tal-pensjonijiet u teħid ta’ deċiżjonijiet żbaljati mill-faddala.

Il-portabilità tal-prodotti tal-pensjoni personali hi ta’ tħassib għal nies li jmorru jgħixu f’pajjiż ieħor tal-UE filwaqt li jippruvaw iżommu l-istess prodott u fornitur. Bħalissa, meta jmorru jgħixu fi Stat Membru ieħor, in-nies ma jkollhomx għażla ħlief li jfittxu prodott ġdid offrut minn fornitur fl-Istat Membru l-ġdid b’regoli sostanzjalment differenti, minflok ma jkomplu jfaddlu fl-Istat Membru preċedenti tagħhom. L-inċentivi nazzjonali tat-taxxa jħeġġu lin-nies ifaddlu għall-irtirar u huma fundamentali biex jippromwovu l-użu tal-pensjonijiet personali. It-telfien ta’ benefiċċji tat-taxxa bħal dawn meta jitilqu lejn Stat Membru ieħor hu ostaklu kbir għall-portabilità transfruntiera tal-prodotti tal-pensjoni personali. Stati Membri li jaġixxu waħedhom ma jistgħux jirrimedjaw dawn il-kwistjonijiet relatati mal-portabilità.

It-tieni, fir-rigward tat-test tal-effikaċja, azzjoni fil-livell tal-UE tista’ tgħin biex tirrimedja l-konsegwenzi tal-frammentazzjoni tas-suq, b’mod partikolari f’termini tal-kostijiet. Jekk ma tittieħed ebda azzjoni min-naħa tal-UE, il-gruppi ta’ assi aktarx li jibqgħu żgħar u limitati għall-fruntieri nazzjonali, mingħajr ekonomiji ta’ skala, u l-kompetizzjoni tibqa’ limitata għall-fornituri domestiċi. Għaldaqstant, il-faddala individwali aktarx li mhux se jibbenefikaw mill-prezzijiet orħos u mill-meded aħjar ta’ prodotti li jirriżultaw mit-titjib fl-effiċjenza u mir-redditi fuq gruppi kbar ta’ assi. Il-frammentazzjoni tiswa l-flus lill-fornituri wkoll: id-diverġenza fir-regolamentazzjoni nazzjonali tfisser kostijiet żejda għall-konformità. Hemm inċentivi limitati għall-fornituri biex joffru prodotti f’livell transfruntier, l-iktar minħabba l-kostijiet għoljin. Għall-kuntrarju, prodott tal-pensjoni personali standardizzat tal-UE hu mistenni jnaqqas il-kostijiet għall-fornituri billi joħloq gruppi ta’ assi ikbar. Pereżempju, studju wera li t-tixrid tal-kostijiet fissi fuq grupp ikbar ta’ membri jista’ jnaqqas il-kostijiet amministrattivi sa 25 % 15 .

Il-ħolqien ta’ qafas leġiżlattiv tal-UE għall-pensjonijiet personali jnaqqas il-kostijiet għall-fornituri billi joħloq ekonomiji ta’ skala, b’mod partikolari b’rabta mal-investiment u mal-amministrazzjoni. Qafas tal-pensjonijiet personali tal-UE jgħin lill-fornituri joperaw b’mod transfruntier peress li jippermettilhom jiċċentralizzaw ċerti funzjonijiet fil-livell tal-UE (minflok ma jibbażaw fuq operazzjonijiet lokali jew esternalizzazzjoni). L-istandardizzazzjoni tagħmilha eħfef għall-fornituri biex joffru soluzzjoni tal-pensjonijiet lil klijenti korporattivi attivi f’diversi Stati Membri u joffru pensjoni personali madwar l-UE għall-impjegati tagħhom. Dan jista’ jwassal ukoll għal titjib fl-effiċjenza fid-distribuzzjoni, pereżempju bl-użu tal-kanali diġitali għall-bejgħ ta’ pensjonijiet personali. Qafas leġiżlattiv tal-UE għall-pensjonijiet personali jista’ jkun akkumpanjat minn ħidma ta’ politika tal-UE fil-qasam tat-teknoloġija finanzjarja.

Iż-żieda tat-teħid ta’ pensjonijiet personali tista’ tgħin biex jiġu żgurati rati ta’ sostituzzjoni adegwati fil-ġejjieni bħala suppliment għall-pensjonijiet ibbażati fuq l-Istat u okkupazzjonali. Għażla ikbar ta’ prodotti tal-pensjoni personali sikuri u ta’ kwalità għolja tibbenefika lill-ħaddiema kollha, kemm dawk impjegati kif ukoll il-ħaddiema għal rashom, u kemm jekk sabu impjieg fi Stat Membru ieħor kif ukoll jekk le. Suq uniku tal-UE għall-pensjonijiet personali jagħmel il-prodott aċċessibbli għal firxa usa’ ta’ nies. Ir-rekwiżiti minimi tal-prodotti stabbiliti fir-regoli tal-UE joħolqu trasparenza, simpliċità u sikurezza għall-faddala tal-PEPP. Barra minn hekk, dan jakkomoda l-mobilità li qiegħda tiżdied fost iċ-ċittadini tal-UE u n-natura dejjem iktar flessibbli tax-xogħol.

2.3.Proporzjonalità

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-kontenut u l-forma tal-azzjoni tal-UE ma għandhomx jagħmlu iżjed minn dak li jkun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tat-Trattati. Fil-prinċipju, diġà hu possibbli li jiġu offruti prodotti tal-pensjoni personali fl-Istati Membri kollha tal-UE. Madankollu, meta mqabbla mal-potenzjal tas-suq tagħhom, dawn ma jikkontribwixxux għall-allokazzjoni ta’ biżżejjed tfaddil lejn is-swieq kapitali u għall-kisba tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali. Minbarra dan, il-karatteristiċi ta’ ċerti prodotti tal-pensjoni personali eżistenti huma insuffiċjenti, hekk ukoll l-iżvilupp tal-portabilità transfruntiera u l-forniment tal-prodotti tal-pensjoni personali.

L-opzjonijiet ta’ politika stabbiliti fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta jinkludu t-teħid ta’ ebda azzjoni fil-livell tal-UE, il-qafas tal-PEPP u l-armonizzazzjoni tar-reġimi nazzjonali tal-pensjonijiet personali.

Ix-xenarju ta’ “ebda azzjoni min-naħa tal-UE” ma jiksibx l-objettivi msemmija hawn fuq. Għall-kuntrarju, l-armonizzazzjoni tar-reġimi nazzjonali tagħmilha possibbli li jinkisbu l-objettivi iżda tkun teħtieġ ukoll armonizzazzjoni sħiħa ta’ sitwazzjonijiet nazzjonali differenti ħafna — il-pensjonijiet personali huma ferm żviluppati f’ċerti Stati Membri iżda mhumiex f’oħrajn. Din l-opzjoni ġiet ivvalutata bħala waħda li tkun tinvolvi wisq diffikultajiet biex jintlaħqu l-objettivi. F’dan il-kuntest, hu xieraq li jiġi propost il-qafas tal-PEPP għal prodotti tal-pensjoni personali madwar l-UE li jikkomplimenta r-reġimi nazzjonali eżistenti.

Il-valutazzjoni tal-impatt evalwat ukoll l-għażliet għall-karatteristiċi ewlenin tal-PEPP u l-implikazzjonijiet tat-taxxa tal-karatteristiċi rakkomandati. Il-funzjonijiet ewlenin dwar id-distribuzzjoni, il-politika ta’ investiment, il-bdil ta’ fornituri u l-elementi transfruntiera tfasslu biex jipprovdu biżżejjed protezzjoni tal-konsumatur u jagħmlu l-qafas attraenti għall-fornituri futuri tal-PEPP. Pereżempju, dwar id-distribuzzjoni, ikunu japplikaw fil-parti l-kbira r-regoli settorjali. Dwar il-politika ta’ investiment, l-opzjoni prestabbilita tistabbilixxi rekwiżit li tiġi żgurata protezzjoni tal-kapital iżda l-fornituri jkunu jistgħu jipproponu għażliet ta’ investiment alternattivi. Il-bdil tal-fornituri jkun awtorizzat iżda l-frekwenza tal-bdil tkun ristretta. Dwar il-portabilità u l-provvista transfruntiera, l-opzjoni rakkomandata hi bbażata fuq it-teknika (bħalissa użata minn ċerti IORPs) ta’ ħolqien ta’ kompartimenti nazzjonali meta jinbidlu l-Istati Membri, iżda dawn ikunu ssimplifikati iktar għall-benefiċċju tal-faddala tal-PEPP.

Il-piż amministrattiv tal-PEPP ikun limitat peress li l-proposta żżid kategorija ġdida tal-prodotti mal-portafoll eżistenti ta’ prodotti pprovdut mill-assiguraturi, mill-fondi tal-pensjonijiet, mid-ditti tal-investiment, mill-maniġers tal-assi u mill-banek, ilkoll soġġetti għas-sorveljanza regolatorja mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont l-oqfsa regolatorji eżistenti. L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jimponu obbligi ta’ rapportar ġodda fuq il-fornituri fir-rigward tal-forniment tal-PEPPs u b’mod partikolari biex tiġi ssorveljata d-distribuzzjoni transfruntiera tal-PEPPs. Jenħtieġ li dan il-piż amministrattiv ikun proporzjonat għar-riskji tal-provvista tal-PEPPs fuq bażi transfruntiera u jkun jippermetti monitoraġġ tas-suq, jiżgura superviżjoni xierqa u jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-konsumatur.

2.4.Għażla tal-istrument

L-Artikolu 114 tat-TFUE jippermetti l-adozzjoni ta’ atti fil-forma ta’ regolament jew ta’ direttiva. Hawn intgħażel regolament għar-raġunijiet spjegati hawn taħt.

L-ewwel nett, peress li regolament hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha, dan jippermetti teħid iktar veloċi tal-PEPP u jikkontribwixxi b’mod iktar rapidu għall-indirizzar tal-ħtieġa ta’ iktar tfaddil għall-pensjonijiet u investimenti fil-kuntest tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali.

It-tieni, peress li l-proposta tarmonizza l-karatteristiċi ewlenin tal-PEPP, dawn ma jistgħux ikunu soġġetti għal regoli nazzjonali speċifiċi, u b’hekk regolament ikun iktar xieraq minn direttiva f’dan il-każ. Madankollu, kwalunkwe karatteristika li taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta (eż. kundizzjonijiet tal-fażi ta’ akkumulazzjoni) ovvjament tkun soġġetta għar-regoli nazzjonali.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

3.1.Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika fuq il-pensjonijiet personali tal-UE (inkluż smigħ pubbliku) bejn Lulju u Ottubru 2016, li rċiviet 585 kontribuzzjoni b’kollox minn firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati 16 . Ir-risponsi sabu interess qawwi mill-individwi privati minn madwar l-UE kollha fi prodotti tal-pensjoni personali sempliċi, trasparenti u kosteffiċjenti. Il-konsultazzjoni pubblika talbiet ukoll reazzjoni mingħand il-professjonisti dwar il-fattibbiltà ta’ qafas tal-UE dwar il-pensjonijiet personali inkluż PEPP. B’mod ġenerali, dawn iqisu li l-qafas dwar il-PEPP jirrappreżenta opportunità tajba biex jiġi żviluppat prodott tal-pensjoni ġdid, u ċerti professjonisti diġà qed jippreparaw biex iniedu PEPP.

3.2.Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-proposta hi bbażata fuq studju mwettaq minn Ernst & Young f’isem il-Kummissjoni dwar qafas Ewropew dwar il-pensjoni personali. L-istudju, li tlesta f’Ġunju 2017, jispjega b’mod partikolari r-rekwiżiti tat-taxxa u rekwiżiti legali oħra applikabbli madwar l-Istati Membri kollha, u jivvaluta l-potenzjal tas-suq għal PEPP. Il-konklużjoni ewlenija tal-istudju hi li r-reġimi tat-taxxa madwar l-UE huma diversifikati ħafna, u għalhekk hemm bżonn ta’ biżżejjed flessibilità f’qafas tal-UE dwar il-PEPP biex dan jiġi adattat għall-kriterji nazzjonali. Barra minn hekk, l-istudju jikkonkludi li l-PEPP jara s-suq tal-pensjoni personali jikber fil-valur minn EUR 0,7 triljun għal EUR 2,1 triljun sal-2030 bil-PEPP, meta mqabbel ma’ EUR 1,4 triljun mingħajr il-PEPP (jekk wieħed jissupponi li l-PEPP jibbenefika mill-inċentivi nazzjonali eżistenti tat-taxxa għall-prodotti tal-pensjoni personali).

Il-proposta hi bbażata wkoll fuq pariri tekniċi mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) 17 dwar l-iżvilupp ta’ suq uniku għall-prodotti tal-pensjoni personali. Dan il-parir jibni fuq rapport preliminari preċedenti tal-EIOPA Towards a single market for personal pensions 18 . Il-parir tekniku jirrakkomanda:

·l-għażla tal-PEPP li hi aħjar mill-armonizzazzjoni tar-reġimi nazzjonali; u

·id-definizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-PEPP fil-livell tal-UE, filwaqt li ċerti karatteristiċi oħra sensittivi għat-taxxa jitħallew għad-dritt nazzjonali.

Bħala parti mill-karatteristiċi ewlenin, il-parir tekniku jirrakkomanda b’mod partikolari l-inklużjoni ta’ għażla ta’ investiment prestabbilita sikura u rekwiżiti dettaljati dwar it-trasparenza tal-informazzjoni għall-faddala tal-PEPP. Il-proposta hi konformi ma’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

Finalment, il-proposta tibni fuq dawn li ġejjin:

·Studju tal-OECD intitolat Stocktaking of the tax treatment of funded private pension plans in OECD and EU countries; 19

·Proġett tal-Kummissjoni u tal-OECD dwar it-tassazzjoni, l-inċentivi finanzjarji u t-tfaddil għall-irtirar; 20

·Studju tal-OECD intitolat Core Principles of Private Pension Regulation; 21 u

·Studju ta’ Oxera intitolat Study on the position of savers in private pension products across 14 EU Member States. 22

3.3.Valutazzjoni tal-impatt

Il-proposta tal-PEPP hija appoġġjata b’opinjoni pożittiva maħruġa mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB) fit-22 ta’ Mejju 2017 23 , wara l-ewwel opinjoni negattiva maħruġa fit-2 ta’ Mejju 2017 24 . Fil-kummenti tiegħu, l-RSB issuġġerixxa li jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-impatt tiffoka iktar fuq l-analiżi tal-karatteristiċi tal-prodotti ewlenin tal-PEPP, u spjega kif il-karatteristiċi tal-PEPP jikkumparaw ma’ dawk ta’ prodotti tal-pensjoni personali eżistenti.

L-RSB talab ukoll kwantifikazzjoni iktar dettaljata tal-impatt tal-għażla tal-PEPP u kjarifika tas-suppożizzjonijiet sottostanti. Il-verżjoni finali tal-valutazzjoni tal-impatt tindirizza dawn il-punti billi:

·tidħol fid-dettall dwar id-diversi għażliet għall-karatteristiċi tal-PEPP;

·tispjega kif dawn ġew ispirati minn prodotti tal-pensjoni personali eżistenti bl-ogħla indiċi ta’ penetrazjoni; u

·tikkwantifika l-volumi addizzjonali ġġenerati mit-tnedija tal-PEPP fis-suq tal-pensjonijiet personali u l-effett fuq is-swieq kapitali.

Il-proposta hi konformi mal-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-impatt. 25  

L-alternattivi ġenerali tal-politika eżaminati fil-valutazzjoni tal-impatt kienu jikkonsistu fl-għażliet li ġejjin:

·l-ebda azzjoni min-naħa tal-UE;

·qafas tal-PEPP; jew

·l-armonizzazzjoni tar-reġimi nazzjonali tal-pensjonijiet personali.

Fl-ewwel opzjoni, in-nuqqasijiet identifikati (tibqa’ l-frammentazzjoni tas-swieq kapitali nazzjonali, karatteristiċi insuffiċjenti tal-prodotti tal-pensjoni personali eżistenti, u limitazzjonijiet għall-portabilità u għall-provvista transfruntiera) jibqgħu jeżistu. Għall-kuntrarju, it-tielet opzjoni tindirizza dawn in-nuqqasijiet. Madankollu, din tkun tinvolvi wkoll l-armonizzazzjoni tar-reġimi nazzjonali tat-taxxa għall-pensjonijiet personali, li tkun teħtieġ l-appoġġ unanimu tal-Istati Membri. Barra minn hekk, ikun hemm kostijiet sinifikanti relatati mal-konformità għall-fornituri: l-ewwel nett, ikollhom jadattaw il-prodotti ta’ pensjoni personali kollha tagħhom għar-reġim il-ġdid. Barra minn hekk, fuq bażi kontinwa, dan ir-reġim jista’ jvarja b’mod sinifikanti mir-reġimi settorjali li taħthom il-fornituri qed jiddistribwixxu l-prodotti finanzjarji tagħhom.

Għaldaqstant, il-valutazzjoni tal-impatt tikkonkludi li t-tieni opzjoni hi l-għażla ta’ politika ppreferuta peress li toffri qafas pan-Ewropew armonizzat addizzjonali li jikkomplimenta r-reġimi nazzjonali eżistenti u jista’ jegħleb in-nuqqasijiet identifikati billi jintużaw soluzzjonijiet immirati li jevitaw kostijiet tal-konformità eċċessivi.

Il-qafas tal-PEPP ikollu impatt ekonomiku pożittiv. Skont l-istudju ta’ EY, dan ikun jirriżulta fi tkabbir fl-assi taħt ġestjoni fis-suq tal-prodotti tal-pensjoni personali minn EUR 0,7 triljun għal EUR 2,1 triljun sal-2030 bil-PEPP kontra EUR 1,4 triljun mingħajr il-PEPP, jekk wieħed jissupponi li l-inċentivi tat-taxxa jingħataw lill-PEPP.

Ikollu wkoll impatt soċjali pożittiv peress li iktar nies ikunu jistgħu jikkomplimentaw sorsi oħra ta’ introjtu fl-irtirar bil-PEPP, u b’hekk itejbu l-adegwatezza tal-pensjonijiet tagħhom. B’mod partikolari dan ikollu impatt ikbar għall-ħaddiema f’impjieg mhux standard, dawk li jaħdmu għal rashom u l-ħaddiema mobbli li ma għandhomx biżżejjed aċċess jew ebda aċċess għal sistemi tal-pensjoni statali jew okkupazzjonali. L-impatt pożittiv ikun ikbar fi Stati Membri b’għażla limitata u b’użu limitat ta’ prodotti tal-pensjoni personali bħalissa.

Ma hu mistenni ebda impatt ambjentali sinifikanti, għad li t-tħeġġiġ tal-fornituri biex iqisu fatturi ambjentali, soċjali u tal-governanza fl-investimenti tagħhom (assoċjati mar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni) jista’ jkollu effett pożittiv f’termini tas-sostenibbiltà.

3.4.Drittijiet fundamentali

Il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-proprjetà, il-libertà ta’ intrapriża u l-prinċipju ta’ ugwaljanza bejn is-sessi. Tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Artikolu 38 tal-Karta li jipprevedi livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi.

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

Il-proposta għandha implikazzjonijiet fuq il-baġit tal-UE. B’mod partikolari, il-kompiti addizzjonali għall-awtoritajiet superviżorji Ewropej (ASE) se jkunu jeħtieġu żieda fir-riżorsi kif ukoll ċerti investimenti operazzjonali. Dawn il-kompiti jinkludu:

·awtorizzazzjoni tal-PEPPs;

·l-iżvilupp ta’ gwida addizzjonali; jew

·reġistru ċentrali għall-PEPPs awtorizzati kollha.

Kostijiet ta’ EUR 1 000 000 ġew stmati għall-2019, inkluż investiment ta’ darba għal kwistjonijiet operazzjonali, u se jilħqu total ta’ madwar EUR 1 200 000 fis-sena sal-2021. Skont l-arranġamenti attwali ta’ kofinanzjament tal-ASE, 40 % ta’ dan il-finanzjament se jkun inkluż fil-baġit tal-UE u, b’hekk, mhux se jmur lil hinn minn dak li hu stipulat fil-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti li se jopera sal-2020.

5.ELEMENTI OĦRAJN

5.1.Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Wara li jidħol fis-seħħ ir-Regolament, il-Kummissjoni se tissorvelja l-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin ta’ nofs it-terminu għall-objettivi. Dawn l-indikaturi jinkludu:

·it-teħid totali — f’termini tal-assi taħt ġestjoni — tal-prodotti tal-pensjoni personali u d-distribuzzjoni ġeografika u settorjali tal-fornituri tal-PEPP u tal-investimenti fil-PEPPs (objettiv li jiżdied l-investiment fl-UE u li jsir kontribut għall-ikkompletar tas-CMU);

·in-numru ta’ reġistrazzjonijiet tal-PEPP u s-sehem relattiv tal-prodotti tal-pensjoni personali (inklużi prodotti nazzjonali u l-PEPP) bħala perċentwal tal-assi finanzjarji tal-familji (objettiv li jitjiebu l-karatteristiċi tal-prodotti fis-suq tal-pensjonijiet personali); u

·in-numru ta’ fornituri li jużaw passaport għall-attività transfruntiera u s-sehem relattiv ta’ PEPPs b’iktar minn kompartiment nazzjonali wieħed meta mqabbel mal-prodotti tal-pensjoni personali kollha (objettiv li jiżdiedu l-forniment u l-portabilità transfruntiera tal-prodotti tal-pensjoni personali).

Id-data miġbura mill-ASE b’mod partikolari tista’ tgħin fil-monitoraġġ tal-indikaturi tal-prestazzjoni tal-PEPP.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tivvaluta kemm ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għal trattament preferenzjali tat-taxxa għall-PEPP intużat mill-Istati Membri permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Il-proposta tinkludi evalwazzjoni ħames snin wara d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament.

5.2.Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Ir-Regolament propost fuq Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew għandu 11-il kapitolu. Minbarra l-ewwel kapitolu (Dispożizzjonijiet ġenerali) u l-aħħar kapitolu (Dispożizzjonijiet finali), l-istruttura ssegwi ċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott.

Il-Kapitolu I jispjega l-objettivi tar-Regolament propost, li jinkludu:

·il-ġbir ta’ iktar kapital u l-iffokar ta’ dan lejn investimenti ta’ terminu twil Ewropej fl-ekonomija reali;

·l-offerta ta’ karatteristiċi tal-prodotti msaħħa biex iċ-ċittadini jibbenefikaw minn prodott tal-pensjonijiet personali sempliċi, sikur u kosteffiċjenti filwaqt li jkunu jistgħu jagħżlu minn tipi differenti ta’ fornituri tal-PEPP; u

·it-tħeġġiġ tal-forniment u tal-portabilità transfruntiera tal-PEPP.

Il-Kapitolu I fih id-definizzjonijiet ta’ kunċetti importanti għar-Regolament propost, inklużi “Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew”, “kont tal-PEPP”, “benefiċċji tal-irtirar”, “fażi tal-akkumulazzjoni”, “fażi ta’ dekumulazzjoni”, “fornitur” u “distributur ta’ PEPP”, “portabilità tal-PEPP” u “bdil tal-fornituri”.

L-Artikolu dwar ir-regoli applikabbli jispjega l-interazzjoni bejn ir-Regolament propost, id-dispożizzjonijiet kuntrattwali għall-PEPP u r-regoli nazzjonali għar-regolamentazzjoni tas-suġġett.

Il-Kapitolu II jintroduċi l-prinċipju li impriżi finanzjarji biss, diġà awtorizzati fil-livell tal-UE mill-awtoritajiet kompetenti skont l-istrument legali settorjali applikabbli, ikunu eliġibbli biex japplikaw għal awtorizzazzjoni biex jipprovdu PEPPs (jiġifieri joħolquhom u jfornuhom). L-awtorizzazzjoni biex jaġixxu bħala fornitur tal-PEPP, jiġifieri jużaw it-tikketta “PEPP” għall-prodotti tal-pensjoni personali, se tingħata minn awtorità waħda tal-UE, l-EIOPA. Id-deżinjazzjoni “PEPP” jew “Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew” b’rabta ma’ prodotti tal-pensjoni personali tista’ tintuża biss meta l-prodotti tal-pensjoni personali jkun ġie awtorizzat mill-EIOPA biex jiġi pprovdut bid-deżinjazzjoni “PEPP”. Prodotti tal-pensjoni personali eżistenti jistgħu jiġu kkonvertiti f’PEPPs wara awtorizzazzjoni mill-EIOPA, li trid tikkonsulta mal-awtorità superviżorja kompetenti tal-impriża finanzjarja qabel ma jiddeċiedu jekk jirrifjutawx jew japprovawx l-applikazzjoni.

Barra minn hekk, il-Kapitolu II jipprovdi regoli biex il-PEPPs ikunu jistgħu jiġu distribwiti wkoll minn impriżi finanzjarji li ma ħolquhomx. Dan jista’ jsir minn impriżi finanzjarji li rċivew awtorizzazzjoni speċifika għad-distribuzzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom, u mill-intermedjarji tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni u tal-assigurazzjoni anċillari reġistrati bħala tali skont id-Direttiva 2016/97/UE (id-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni).

Il-Kapitolu III jistabbilixxi l-allokazzjoni tal-prerogattivi bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u ospitanti biex jingħataw il-libertà ta’ forniment tas-servizzi u l-libertà tal-istabbiliment mill-fornituri tal-PEPP. Filwaqt li jiġi rikonoxxut it-tħassib ta’ ċerti Stati Membri dwar kundizzjonijiet mhux ekwi minħabba reġimi prudenzjali differenti li għalihom huma soġġetti t-tipi differenti ta’ fornituri potenzjali ta’ PEPP, ir-reġim ta’ “passaportar” jimmitiga l-effetti kompetittivi tar-reġimi prudenzjali differenti fil-parti l-kbira tagħhom, peress li hu jibbaża fuq l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u ospitanti flimkien mal-awtorizzazzjoni tat-“tikketta” inkarigata lill-EIOPA.

Il-Kapitolu III jinkludi d-dispożizzjonijiet dwar il-portabilità wkoll. Dan jippermetti lill-faddala tal-PEPP li jbiddlu d-domiċilju tagħhom billi jmorru jgħixu fi Stat Membru ieħor biex ikomplu jħallsu f’PEPP li diġà ħadu ma’ fornitur fl-Istat Membru oriġinali. F’każ bħal dan, il-faddala tal-PEPP huma intitolati jżommu l-vantaġġi u l-inċentivi kollha marbuta ma’ investiment kontinwu fl-istess PEPP.

Il-mekkaniżmu wara s-servizz ta’ portabilità jipprevedi l-ftuħ ta’ kompartiment ġdid fi ħdan kull kont tal-PEPP individwali. Dan il-kompartiment jikkorrispondi għar-rekwiżiti u għall-kundizzjonijiet legali għall-użu tal-inċentivi tat-taxxa stabbiliti f’livell nazzjonali għall-PEPP mill-Istat Membru li fih imur jgħix il-faddal tal-PEPP. Il-mekkaniżmu għall-ftuħ ta’ kompartimenti ġodda, għat-trasferiment tad-drittijiet akkumulati bejn dawn il-kompartimenti u għall-forniment ta’ informazzjoni dwar din l-għażla hu stabbilit fir-Regolament propost u jsegwi approċċ li jseħħ f’passi. Matul l-ewwel tliet snin tal-applikazzjoni tar-Regolament, il-fornituri tal-PEPP se jkollhom jipprovdu informazzjoni dwar il-kompartimenti disponibbli. Wara, il-faddala tal-PEPP se jkunu intitolati jiftħu kompartimenti nazzjonali li jkopru r-reġimi tal-Istati Membri kollha.

Il-Kapitolu IV għandu l-għan li jikseb l-ikbar trasparenza possibbli, b’mod partikolari għall-faddala potenzjali tal-PEPP, dwar karatteristiċi tal-PEPP. Ir-regoli jiċċaraw b’mod partikolari li d-dokumenti u l-informazzjoni kollha dwar il-PEPP se jiġu pprovduti lil faddala tal-PEPP u lill-benefiċjarji tal-PEPP b’mod elettroniku –id-distribuzzjoni elettronika hi l-għażla prestabbilita. Jekk jintalbu jagħmlu dan, il-fornituri u d-distributuri tal-PEPP iridu jipprovdu wkoll dawk id-dokumenti u l-informazzjoni mingħajr ħlas f’mezz li jservi għal żmien twil.

F’termini tal-pariri, il-fornituri tal-PEPP se jkunu mistennija jwettqu test tal-idoneità u tal-adegwatezza tal-faddala potenzjali tal-PEPP, għad li l-faddala jistgħu jirrinunzjaw id-dritt tagħhom li jirċievu pariri jekk jużaw l-opzjoni prestabbilita.

Il-pedament għall-forniment ta’ informazzjoni prekuntrattwali hu d-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP. Il-forma, il-kontenut u l-kundizzjonijiet ta’ forniment tiegħu huma deskritti f'dettall fir-Regolament propost.

Dwar l-informazzjoni pprovduta matul it-terminu tal-kuntratt tal-PEPP, il-fornitur jeħtieġlu jipproduċi “Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP”. Din se tinkludi informazzjoni dwar:

·l-intitolamenti dovuti jew il-kapital akkumulat;

·il-garanziji sħaħ jew parzjali taħt l-iskema tal-PEPP; u

·jekk applikabbli, in-natura tal-garanzija u tal-mekkaniżmi ta' garanzija biex jipproteġu l-intitolamenti individwali dovuti.

Il-Kapitolu V jikkonċerna l-fażi tal-akkumulazzjoni tal-PEPP, inklużi r-regoli dwar l-investimenti għall-fornituri tal-PEPP u għall-faddala tal-PEPP. Id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-fornituri tal-PEPP huma derivati mir-“regola tal-‘persuna prudenti’’ 26 u jipprovdu qafas sikur u affidabbli għall-politiki dwar l-investiment.

Rigward il-faddala tal-PEPP, dawn għandhom jiġu offruti sa ħames opzjonijiet ta’ investiment mill-fornituri tal-PEPP, b’waħda minnhom li tkun opzjoni ta’ investiment prestabbilita li tiżgura li l-faddal tal-PEPP jirkupra tal-inqas il-kapital investit. L-opzjonijiet ta’ investiment kollha jridu jitfasslu mill-fornituri tal-PEPP fuq il-bażi ta’ tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju li jiżguraw protezzjoni suffiċjenti għall-faddala tal-PEPP. Wara li jikkonkludu l-kuntratt tal-PEPP, il-faddala tal-PEPP iridu jagħżlu opzjoni ta’ investiment u jridu ikunu jistgħu jbiddluha mingħajr ħlas darba kull ħames snin ta’ akkumulazzjoni.

L-Istati Membri jitħallew jiddeċiedu dwar il-kundizzjonijiet kollha l-oħra relatati mal-fażi ta’ akkumulazzjoni. Tali kundizzjonijiet jistgħu jinkludu:

·limiti tal-età għall-bidu tal-fażi tal-akkumulazzjoni;

·durata minima tal-fażi tal-akkumulazzjoni;

·ammont massimu u minimu tad-depożiti u l-kontinwità tagħhom; u

·il-kundizzjonijiet għat-tpaċija qabel l-età tal-irtirar f’każ ta’ diffikultà partikolari.

Il-Kapitolu VI jistabbilixxi l-mekkaniżmu għall-ħatra ta’ depożitarju fil-każ ta’ skema tal-PEPP li fiha l-faddala tal-PEPP u l-benefiċjarji tal-PEPP iġarrbu r-riskju sħiħ ta’ investiment. Id-dispożizzjonijiet ikopru s-salvagwardja tal-assi, id-dmirijiet ta’ sorveljanza tad-depożitarju u r-responsabbiltà ta’ dan.

Ir-Regolament propost jirrikjedi li jiġu stabbiliti proċeduri li jippermettu lill-klijenti u lil partijiet interessati oħra, speċjalment lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, jippreżentaw ilmenti kontra fornituri u distributuri tal-PEPP. Fil-każijiet kollha, l-ilmentaturi jridu jirċievu tweġibiet. Iridu jiġu implimentati wkoll mekkaniżmi xierqa għall-proċeduri straġudizzjarji imparzjali u indipendenti ta’ lment u ta’ rimedju għas-sejbien ta’ soluzzjoni għat-tilwim bejn il-faddala tal-PEPP u l-fornituri jew id-distributuri tal-PEPP.

Ir-Regolament propost jinkludi l-possibbiltà li l-fornituri tal-PEPP ikopru r-riskju ta’ mewt u riskji bijometriċi oħra.

Il-Kapitolu VII jirregola l-bdil tal-fornituri tal-PEPP. Wara talba mill-faddal tal-PEPP, kwalunkwe bilanċ pożittiv jiġi ttrasferit minn kont tal-PEPP miżmum mal-fornitur li jagħmel it-trasferiment għal kont ġdid tal-PEPP miftuħ mal-fornitur riċevitur, u l-kont preċedenti tal-PEPP jingħalaq. Is-servizz tal-bdil jista’ jiġi pprovdut mill-fornituri tal-PEPP stabbiliti fl-istess Stat Membru (bdil domestiku) jew fi Stati Membri differenti (bdil transfruntier). Hu previst livell massimu għat-tariffi u għall-miżati totali applikati mill-fornitur tal-PEPP tat-trasferiment għall-faddal tal-PEPP għat-terminazzjoni tal-kont tal-PEPP miegħu.

Il-Kapitolu VIII iħalli d-determinazzjoni ta’ ħafna mill-kundizzjonijiet tal-PEPP relatati mal-fażi tad-dekumulazzjoni f’idejn l-Istati Membri — b’mod partikolari:

·l-issettjar tal-età tal-irtirar;

·rabta obbligatorja bejn l-ilħiq tal-età tal-irtirar u l-bidu tal-fażi ta’ dekumulazzjoni;

·perjodu minimu ta’ appartenenza għal skema tal-PEPP; u

·perjodu massimu qabel l-ilħiq tal-età tal-irtirar għad-dħul fi skema tal-PEPP.

Fuq il-formoli tal-pagamenti maħruġa (eż. annwalitajiet, somom f’daqqa, pagamenti ta’ prelevament tal-introjtu), billi tagħti lill-faddala tal-PEPP u lill-benefiċjarji tal-PEPP il-libertà li jiddeterminaw b’mod kuntrattwali l-formola/i, il-proposta timponi din il-flessibilità fuq l-Istati Membri bħala kundizzjoni obbligatorja, li jista’ jkollha impatt fuq id-disponibilità tal-inċentivi tat-taxxa nazzjonali għall-PEPPs f’ċerti Stati Membri.

Il-Kapitolu IX jaqsam ir-responsabbiltajiet superviżorji bejn l-EIOPA u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. L-EIOPA hi meħtieġa tissorvelja l-iskemi tal-pensjonijiet stabbiliti jew distribwiti fit-territorju tal-UE biex jiġi vverifikat li dawn ma jużawx id-deżinjazzjoni “PEPP” jew jinferixxu li huma PEPP sakemm ma jkunux awtorizzati skont ir-Regolament propost.

Il-Kapitolu X jiddeskrivi liema ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament propost jista’ jwassal għal penali, kif l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jimponu dawn il-penali u kif jenħtieġ li jiġu rrapportati l-ksur u l-penali.

Il-Kapitolu XI jagħti lill-Kummissjoni Ewropea s-setgħa li tadotta atti delegati fl-oqsma ta’:

·kunflitti ta’ interess;

·inċentivi;

·bejgħ ta’ PEPPs b’pariri u mingħajr;

·sorveljanza tal-prodotti u rekwiżiti ta’ governanza;

·forniment ta’ informazzjoni matul it-terminu kuntrattwali; u

·ir-rapportar lill-awtoritajiet nazzjonali u l-għażliet ta’ investiment.

Il-Kummissjoni se tadotta wkoll standards tekniċi regolatorji dwar il-kontenut u l-forniment tad-dokument bit-tagħrif ewlieni u timplimenta standards tekniċi dwar format tal-preżentazzjoni standardizzat għad-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP.

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa r-Regolament ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament. L-evalwazzjoni tħares b’mod speċjali lejn kif qed jaħdmu r-regoli tagħha u l-esperjenza li kisbet fl-applikazzjoni tagħhom, il-firxa li biha d-deżinjazzjoni “PEPP” tkun intużat mill-fornituri tal-PEPP, id-distribuzzjoni ġeografika u settorjali tal-fornituri tal-PEPP u l-investimenti fil-PEPPs, l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq is-suq tal-pensonijiet personali, l-adegwatezza tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni skont il-Kapitolu IV, l-adegwatezza li dan ir-Regolament jikkomplementa d-dispożizzjonijiet dwar inċentivi biex isir investiment fil-PEPPs, l-eżistenza ta’ kwalunkwe ostaklu li seta’ jwaqqaf l-investiment fi prodotti tal-pensjoni personali milli jużaw id-deżinjazzjoni “PEPP”, inkluż l-impatt fuq il-faddala tal-PEPP ta’ drittijiet oħra tal-Unjoni, il-livell ta’ miżati u imposti rekwiżiti mill-fornituri tal-PEPP biex jiftħu kompartimenti ġodda fil-kontijiet tal-PEPP individwali tal-faddala tal-PEPP, u l-impatt tad-deċiżjonijiet tal-investiment relatati mal-PEPP fuq fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza.

2017/0143 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li ntbagħat l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 27 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva,

Billi:

(1)Il-familji tal-UE huma fost l-ikbar faddala fid-dinja, iżda l-parti l-kbira ta’ dan it-tfaddil jinżamm f’kontijiet tal-bank b’maturitajiet qosra. Investiment ikbar fis-swieq kapitali jista’ jgħin biex jintlaħqu l-isfidi li jġibu magħhom it-tixjiħ tal-popolazzjoni u r-rati baxxi tal-imgħax.

(2)Il-pensjonijiet personali huma importanti fil-ħolqien tar-rabta bejn faddala għal terminu twil ma’ opportunitajiet ta’ investiment ta’ terminu twil. Suq Ewropew ikbar għall-pensjonijiet personali jappoġġja wkoll il-provvista ta’ fondi għal investituri istituzzjonali u l-investiment fl-ekonomija reali.

(3)Bħalissa, il-funzjonament tas-suq intern għall-pensjonijiet personali hu mxekkel mill-grad għoli ta’ frammentazzjoni bejn is-swieq nazzjonali u l-grad limitat ta’ portabilità tal-prodotti tal-pensjoni personali. Dan jista’ jirriżulta f’diffikultajiet għall-individwi biex jużaw il-libertajiet bażiċi tagħhom. Pereżempju, dawn jaf ma jkunux jistgħu jsibu impjieg jew jirtiraw fi Stat Membru ieħor. Barra minn hekk, il-possibbiltà għall-fornituri li jużaw il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà ta’ forniment ta’ servizzi hi mxekkla min-nuqqas ta’ standardizzazzjoni tal-prodotti tal-pensjoni personali eżistenti.

(4)L-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) se tgħin fil-mobilizzazzjoni tal-kapital fl-Ewropa u tmexxih lejn il-kumpaniji kollha, inklużi l-impriżi żgħar u medji, l-infrastruttura u proġetti sostenibbli fit-tul li jeħtiġuh biex jikbru u joħolqu l-impjiegi. Wieħed mill-objettivi tas-CMU hu li żżid l-investiment u l-għażliet għall-investituri fil-livell tal-konsum billi tqiegħed it-tfaddil tal-Ewropej għal użu aħjar.

(5)Kif imħabbar fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-bini ta’ CMU 28 , f’Settembru 2015, “il-Kummissjoni se tivvaluta l-każ għal qafas ta’ politika biex tistabbilixxi suq Ewropew b’suċċess għal pensjonijiet personali sempliċi, effiċjenti u kompetittivi, u tiddetermina jekk il-leġiżlazzjoni tal-UE hijiex meħtieġa biex issostni dan is-suq.”

(6)Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Jannar 2016 29 , il-Parlament Ewropew saħaq li “għandu jitħeġġeġ ambjent li jistimola l-innovazzjoni tal-prodotti finanzjarji, li joħloq aktar diversità u benefiċċji għall-ekonomija reali u jipprovdi inċentivi mtejba għal investimenti, u li jista’ jikkontribwixxi wkoll għall-għoti ta’ pensjonijiet adegwati, sikuri u sostenibbli, bħal, pereżempju, l-iżvilupp ta’ Prodott tal-Pensjoni Pan-Ewropew (PEPP), b’disinn sempliċi u trasparenti”.

(7)Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-28 ta' Ġunju 2016 30 , il-Kunsill Ewropew appella għal “progress rapidu u determinat biex jiġi żgurat aċċess aktar faċli għal finanzjament għan-negozji u jingħata appoġġ għall-investiment fl-ekonomija reali billi tiġi promossa l-aġenda tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali.”

(8)Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-14 ta’ Settembru 2016 L-Unjoni tas-Swieq Kapitali – Naċċelleraw ir-Riforma 31 , il-Kummissjoni ħabbret li hi “se tikkunsidra proposti għal prodott tal-pensjoni personali tal-UE sempliċi, effiċjenti u kompetittiv [..] Għażliet li qegħdin jiġu kkunsidrati jinkludu proposta leġiżlattiva possibbli li tista’ tiġi ppreżentata fl-2017.”

(9)Fil-Komunikazzjoni tagħha Rieżami ta’ Nofs it-Terminu tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali 32 , il-Kummissjoni ħabbret “proposta leġiżlattiva dwar Prodott ta’ Pensjoni Personali Pan-Ewropew (PEPP) sa tmien Ġunju 2017. Dan se jipprepara l-pedamenti għal suq sigur, aktar kost-effiċjenti u trasparenti fi tfaddil personali vijabbli u volontarju għall-pensjonijiet li jista’ jkun ġestit fuq skala pan-Ewropea. Hija se tgħin biex ikunu sodisfatti l-bżonnijiet tan-nies li jixtiequ itejbu l-adegwatezza tat-tfaddil tagħhom għall-irtirar, jindirizzaw l-isfida demografika, jikkumplementaw il-prodotti u l-iskemi tal-pensjoni eżistenti, u jappoġġaw il-kost-effiċjenza tal-pensjonijiet personali billi joffru opportunitajiet tajba għall-investiment fuq tul ta’ żmien ta’ pensjonijiet personali”.

(10)Fost il-prodotti tal-pensjoni personali, l-iżvilupp ta’ PEPP se jikkontribwixxi biex jiżdiedu l-għażliet għat-tfaddil għall-irtirar u jistabbilixxi suq tal-UE għall-fornituri tal-PEPP. Hu se jipprovdi lill-unitajiet domestiċi b’għażliet aħjar biex jilħqu l-miri tal-irtirar tagħhom.

(11)Qafas leġiżlattiv għal PEPP jistabbilixxi l-pedamenti għal suq li jirnexxi fl-investimenti affordabbli u volontarji relatati mal-irtirar li jistgħu jiġu ġestiti fuq skala pan-Ewropea. Billi jikkomplimenta l-prodotti u l-iskemi tal-pensjonijiet eżistenti, dan se jikkontribwixxi għall-issodisfar tal-ħtiġijiet tan-nies li jixtiequ jsaħħu l-adegwatezza tat-tfaddil għall-irtirar tagħhom, filwaqt li jindirizza l-isfida demografika u jipprovdi sors ġdid b’saħħtu ta’ kapital privat għall-investiment ta’ terminu twil. Dan il-qafas mhuwiex se jieħu post jew jarmonizza l-iskemi nazzjonali eżistenti tal-pensjonijiet personali.

(12)Ir-Regolament jarmonizza sett ta’ karatteristiċi ċentrali għall-PEPP, li jikkonċernaw elementi importanti bħad-distribuzzjoni, il-politika ta’ investiment, il-bdil tal-fornituri, jew il-provvista u l-portabilità transfruntiera. L-armonizzazzjoni ta’ dawn il-karatteristiċi ewlenin se ttejjeb il-kundizzjonijiet ekwi għall-fornituri tal-pensjonijiet personali inġenerali u tgħin biex issaħħaħ it-tlestija tas-CMU u l-integrazzjoni tas-suq intern għall-pensjonijiet personali. Din se twassal għall-ħolqien ta’ prodott pan-Ewropew fil-parti l-kbira standardizzat, disponibbli fl-Istati Membri kollha, li jagħti s-setgħa lill-konsumaturi biex jagħmlu użu sħiħ mis-suq intern billi jittrasferixxu d-drittijiet tal-pensjoni tagħhom u joffri għażla usa’ bejn tipi differenti ta’ fornituri, inkluż b’mod transfruntier. Bħala riżultat ta’ inqas ostakli għall-forniment ta’ servizzi tal-pensjoni b’mod transfruntier, Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew iżid il-kompetizzjoni bejn il-fornituri fuq bażi pan-Ewropea u joħloq ekonomiji ta’ skala li jenħtieġ li jibbenefikaw lill-faddala.

(13)L-Artikolu 114 tat-TFUE jippermetti l-adozzjoni ta’ atti fil-forma ta’ Regolamenti jew ta’ Direttivi. L-adozzjoni ta’ Regolament ġiet ippreferuta peress li dan ikun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Għaldaqstant, Regolament jippermetti teħid iktar veloċi tal-PEPP u jikkontribwixxi b’mod iktar rapidu għall-indirizzar tal-ħtieġa ta’ iktar tfaddil għall-pensjonijiet u investimenti fil-kuntest tas-CMU. Peress li dan ir-Regolament qed jarmonizza l-karatteristiċi ewlenin tal-PEPPs, dawn ma għandhomx għalfejn ikunu soġġetti għal regoli nazzjonali speċifiċi, u b’hekk Regolament jidher iktar adattat milli Direttiva f’dan il-każ. Għall-kuntrarju, il-karatteristiċi li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (eż. kundizzjonijiet tal-fażi ta’ akkumulazzjoni) huma soġġetti għar-regoli nazzjonali.

(14)Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ikollhom aċċess għas-suq tal-Unjoni kollu b’awtorizzazzjoni unika tal-prodott maħruġa mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (“EIOPA”), fuq il-bażi ta’ sett wieħed ta’ regoli.

(15)Il-passaport uniku tal-PEPP se jiżgura l-ħolqien ta’ suq uniku għall-PEPP.

(16)Sabiex ikun żgurat servizz ta’ kwalità għolja u protezzjoni tal-konsumatur effikaċi, jenħtieġ li l-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti jikkooperaw mill-qrib fl-infurzar tal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament. Meta l-fornituri u d-distributuri tal-PEPP iwettqu negozju fi Stati Membri differenti bil-libertà li jipprovdu servizzi, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tkun responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament, minħabba r-rabtiet eqreb tagħha mal-fornitur tal-PEPP. Biex jiġi żgurat qsim ġust tar-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet kompetenti mill-Istati Membri tad-domiċilju u ospitanti, jekk l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tad-domiċilju ssir taf b’xi ksur tal-obbligi li jseħħ fit-territorju tagħha, jenħtieġ li hi tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju li mbagħad jenħtieġ li jieħu l-miżuri xierqa. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti tkun intitolata tintervjeni, jekk l-Istat Membru tad-domiċilju jonqos milli jieħu miżuri adegwati jew jekk il-miżuri meħuda ma jkunux biżżejjed.

(17)Fil-każ tat-twaqqif ta’ fergħa jew ta’ preżenza permanenti fi Stat Membru ieħor huwa xieraq li r-responsabbiltà għall-infurzar tinqasam bejn l-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti. Filwaqt li r-responsabbiltà għall-konformità mal-obbligi li jaffettwaw in-negozju kollu kemm hu – bħar-regoli dwar ir-rekwiżiti professjonali – jenħtieġ li tibqa’ tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, taħt l-istess arranġament bħal fil-każ tal-provvista ta’ servizzi, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha terfa’ r-responsabbiltà għall-infurzar tar-regoli dwar ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni u l-kondotta tal-operazzjonijiet fir-rigward tas-servizzi pprovduti fit-territorju tiegħu. Madankollu, meta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti ssir taf b’xi ksur ta’ obbligi li qed iseħħ fit-territorju tagħha, li fir-rigward tagħhom din id-Direttiva ma tqisx li huma responsabbiltà tal-Istat Membru ospitanti, kooperazzjoni msaħħa tesiġi li l-awtorità tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju biex din tal-aħħar tieħu l-miżuri adegwati. Dan huwa l-każ b’mod partikolari fir-rigward ta’ ksur ta’ regoli dwar ir-reputazzjoni tajba, l-għarfien professjonali u rekwiżiti ta’ kompetenza. Barra minn hekk, biex jiġu protetti l-konsumaturi, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti tkun intitolata tintervjeni, jekk l-Istat Membru tad-domiċilju jonqos milli jieħu miżuri adegwati jew jekk il-miżuri meħuda ma jkunux biżżejjed.

(18)Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dawk il-mezzi kollha meħtieġa biex tkun żgurata t-tmexxija tajba tan-negozju mill-fornituri u mid-distributuri tal-PEPP madwar l-Unjoni, kemm jekk imwettqa skont il-libertà tal-istabbiliment jew skont il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Sabiex tkun żgurata l-effikaċja tas-superviżjoni, jenħtieġ li l-azzjonijiet kollha li jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti jkunu proporzjonati skont in-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju ta’ fornitur jew ta’ distributur partikolari, irrispettivament mill-importanza tad-distributur jew tal-fornitur ikkonċernat għall-istabilità finanzjarja ġenerali tas-suq.

(19)Id-dimensjoni pan-Ewropea tal-PEPP tista’ tiġi żviluppata mhux biss fil-livell tal-fornitur, permezz tal-possibbiltajiet għall-attività transfruntiera tiegħu, iżda anki fil-livell tal-faddal tal-PEPP – permezz tal-portabilità tal-PEPP, u b'hekk tikkontribwixxi għas-salvagwardja tad-drittijiet tal-pensjoni personali tal-persuni li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu skont l-Artikoli 21 u 45 tat-TFUE. Il-portabilità tinvolvi l-bdil tar-residenza mill-faddal tal-PEPP għal Stat Membru ieħor mingħajr ma jbiddel il-fornituri tal-PEPP, filwaqt li l-bdil tal-fornituri tal-PEPP mhux bilfors jinvolvi bdil tar-residenza.

(20)Jenħtieġ li PEPP jinkludi kompartimenti nazzjonali, b’kull wieħed minnhom li jakkomoda karatteristiċi tal-prodotti tal-pensjoni personali li jippermettu li l-kontribuzzjonijiet għall-PEPP jikkwalifikaw għal inċentivi. Fil-livell tal-faddal tal-PEPP individwali, jenħtieġ li l-ewwel kompartiment jinħoloq mal-ftuħ ta’ PEPP.

(21)Biex tkun tista’ ssir tranżizzjoni mingħajr intoppi għall-fornituri tal-PEPP, l-obbligu ta’ forniment tal-PEPPs li jinkludu kompartimenti għal kull Stat Membru se japplika għal tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, mat-tnedija ta’ PEPP, jenħtieġ li l-fornitur jipprovdi informazzjoni dwar liema kompartimenti nazzjonali huma disponibbli minnufih, biex jiġi evitat tqarriq possibbli tal-konsumaturi.

(22)Fid-dawl tan-natura tal-iskema tal-pensjoni stabbilita u l-piż amministrattiv involut, jenħtieġ li l-fornituri u d-distributuri tal-PEPP jipprovdu informazzjoni ċara u adegwata lill-faddala u lill-benefiċjarji potenzjali tal-PEPP biex jassistu t-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħhom dwar l-irtirar tagħhom. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-fornituri u d-distributuri tal-PEPP jiżguraw ukoll livell għoli ta’ trasparenza tul id-diversi fażijiet ta’ skema li jinkludu l-prereġistrazzjoni, is-sħubija (inkluż l-irtirar kmieni) u wara l-irtirar. B'mod partikolari, jenħtieġ li tingħata informazzjoni dwar l-intitolamenti dovuti tal-pensjoni, il-livelli proġettati tal-benefiċċji tal-irtirar, ir-riskji u l-garanziji, u l-kostijiet. Fejn il-livelli proġettati tal-benefiċċji tal-irtirar ikunu bbażati fuq xenarji ekonomiċi, dik l-informazzjoni jenħtieġ li tinkludi wkoll xenarju sfavorevoli, li għandu jkun estrem iżda plawżibbli.

(23)Qabel ma jissieħbu fi skema tal-PEPP, jenħtieġ li l-faddala potenzjali tal-PEPP jingħataw l-informazzjoni neċessarja kollha biex jagħmlu għażla informata.

(24)Bex jiżguraw trasparenza ottimali tal-prodotti, jenħtieġ li l-manifatturi tal-PEPP ifasslu dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP għall-PEPPs li huma jimmanifatturaw qabel ma l-prodott ikun jista’ jitqassam lill-faddala tal-PEPP. Jenħtieġ li jkunu responsabbli wkoll għall-eżattezza tad-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP. Id-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP jenħtieġ li jieħu post u jadatta d-dokument bit-tagħrif ewlieni għal prodotti ta’ investiment għall-konsumatur u bbażati fuq l-assigurazzjoni pprovduti f’pakkett skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 33 li ma jkollhomx jiġu pprovduti għall-PEPPs.

(25)Sabiex jiġu żgurati t-tixrid u d-disponibbiltà ġenerali tad-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprovdi għall-pubblikazzjoni mill-manifattur tal-PEPP tad-dokumenti bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP fuq is-sit web tiegħu.

(26)Il-kalkolaturi tal-prodotti tal-pensjoni diġà qed jiġu żviluppati fil-livell nazzjonali. Madankollu, biex dawk il-kalkolaturi jkunu utli kemm jista’ jkun għall-konsumaturi, jenħtieġ li dawn ikopru l-kostijiet u t-tariffi imposti mid-diversi manifatturi tal-PEPP, flimkien ma’ kwalunkwe kost jew tariffa ulterjuri imposti minn intermedjarji jew minn partijiet oħrajn tal-katina tal-investiment, li ma jkunux diġà ġew inklużi mill-manifatturi tal-PEPP.

(27)Id-dettalji tat-tagħrif li għandu jiddaħħal fid-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP minbarra l-elementi diġà pprovduti fid-dokument bit-tagħrif ewlieni għall-prodotti ta’ investiment għall-konsumatur u bbażati fuq l-assigurazzjoni pprovduti f’pakkett skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 u jenħtieġ li l-preżentazzjoni ta’ dan it-tagħrif tiġi armonizzata b’mod ulterjuri permezz ta’ standards tekniċi regolatorji li jikkomplimentaw l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliit mir-Regolament delegat tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Marzu 2017 34 , b’kunsiderazzjoni tar-riċerka eżistenti u kurrenti dwar l-imġiba tal-konsumaturi, inklużi r-riżultati mill-ittestjar tal-effikaċja tal-modi differenti ta’ preżentazzjoni tat-tagħrif mal-konsumaturi.

(28)Id-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP jenħtieġ li jkun distint u separat b’mod ċar minn kwalunkwe komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(29)Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ifasslu Rapport tal-Benefiċċju tal-Pensjoni indirizzat lill-faddala tal-PEPP, biex jippreżentawlhom data personali u ġenerika ewlenija dwar l-iskema tal-PEPP u jiżguraw informazzjoni kontinwa dwarha. Ir-Rapport tal-Benefiċċju tal-Pensjoni jenħtieġ li jkun ċar u komprensiv u jenħtieġ li jkun fih informazzjoni rilevanti u xierqa sabiex jiffaċilita l-fehim tad-drittijiet tal-pensjoni matul iż-żmien u minn skema għal oħra u biex jaqdi l-mobbiltà tal-forza tax-xogħol.

(30)Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP jinfurmaw lill-faddala tal-PEPP biżżejjed minn qabel ma jirtiraw, dwar l-għażliet tal-ħlas li jkollhom. Meta l-benefiċċju tal-irtirar ma jitħallasx bħala vitalizju, jenħtieġ li l-membri li jkunu resqin lejn l-irtirar jirċievu informazzjoni dwar il-prodotti ta’ pagament tal-benefiċċji disponibbli, sabiex jiġi ffaċilitat l-ippjanar finanzjarju għall-irtirar.

(31)Fil-fażi li matulha jitħallsu l-benefiċċji tal-irtirar, jenħtieġ li l-benefiċjarji tal-PEPP ikomplu jirċievu informazzjoni dwar il-benefiċċji tagħhom u dwar l-għażliet ta’ ħlas korrispondenti. Dan hu partikolarment importanti meta jiġġarrab livell sinifikanti tar-riskju ta’ investiment mill-benefiċjarji tal-PEPP fil-fażi tal-ħlas. Jenħtieġ li l-benefiċjarji tal-PEPP jiġu informati wkoll dwar kwalunkwe tnaqqis fil-livell tal-benefiċċji dovuti, qabel l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe tali tnaqqis, wara li tkun ittieħdet deċiżjoni li tirriżulta fi tnaqqis. Bħala kwistjoni tal-aħjar prassi, hu rakkomandat li l-fornituri tal-PEPP jikkonsultaw lill-benefiċjarji tal-PEPP qabel ma tittieħed xi deċiżjoni bħal din.

(32)Biex jiġu protetti b'mod adegwat id-drittijiet tal-faddala tal-PEPP u tal-benefiċjarji tal-PEPP, jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ikunu kapaċi jagħżlu allokazzjoni tal-assi li tkun taqbel man-natura preċiża u mad-durata tal-obbligazzjonijiet tagħhom. Għalhekk, huma meħtieġa superviżjoni effiċjenti kif ukoll attitudni lejn regoli ta’ investiment li tagħti lill-fornituri tal-PEPP biżżejjed flessibbiltà biex jiddeċiedu fuq il-politika l-aktar sikura u effiċjenti dwar l-investimenti, filwaqt li tobbligahom jaġixxu bi prudenza. Għalhekk, il-konformità mar-regola tal-persuna prudenti teħtieġ politika ta' investiment adattata għall-istruttura tal-klijenti tal-fornitur individwali tal-PEPP.

(33)Jekk tiġi ffissata r-regola tal-persuna prudenti bħala l-prinċipju bażi għall-investiment kapitali u jekk isir possibbli li l-fornituri tal-PEPP joperaw bejn il-fruntieri, ir-ridirezzjonar tat-tfaddil fis-settur tal-provvista ta’ rtirar personali hu mħeġġeġ, u b'hekk jikkontribwixxi għall-progress ekonomiku u soċjali.

(34)Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura livell xieraq ta’ libertà tal-investiment għall-fornituri tal-PEPP. Bħala investituri f’terminu ta’ żmien twil ħafna b’riskji baxxi ta’ likwidità, il-fornituri tal-PEPP jinsabu f’pożizzjoni li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-CMU billi jinvestu f’assi illikwidi bħal ishma u fi strumenti oħra li għandhom profil ekonomiku fit-tul u li mhumiex innegozjati fi swieq regolati, f’faċilitajiet multilaterali tan-negozjar (MTFs) jew f’faċilitajiet organizzati tan-negozjar (OTFs) fi ħdan limiti prudenti. Jistgħu wkoll jibbenefikaw mill-vantaġġi ta’ diversifikazzjoni internazzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li investimenti f’ishma f’muniti oħrajn barra dawk tal-obbligazzjonijiet u fi strumenti oħrajn li għandhom profil ekonomiku fit-tul u li mhumiex innegozjati fi swieq regolati, f’MTFs jew f’OTFs ma jkunux ristretti, skont il-prinċipju tal-persuna prudenti sabiex jitħarsu l-interessi tal-faddala tal-PEPP u tal-benefiċjarji tal-PEPP, ħlief fuq bażi prudenzjali.

(35)Fil-kuntest tal-approfondiment tas-CMU, il-fehim ta’ x’jikkostitwixxi strumenti bi profil ekonomiku fit-tul hu wiesa’. Tali strumenti huma titoli mhux trasferibbli u għaldaqstant ma għandhomx aċċess għal-likwidità ta’ swieq sekondarji. Spiss, dawn jirrikjedu impenji b’terminu fiss li jirrestrinġu l-kummerċjabbiltà tagħhom u jenħtieġ li jinftiehmu li jinkludu strumenti ta’ parteċipazzjoni u ta’ dejn fi, u self ipprovdut lil, impriżi mhux elenkati. L-impriżi mhux elenkati jinkludu proġetti ta’ infrastruttura, kumpaniji mhux elenkati li jfittxu li jiksbu t-tkabbir, proprjetà immobbli jew assi oħra li jistgħu jkunu adattati għal skopijiet ta' investiment fit-tul. Il-proġetti ta’ infrastruttura b’livell baxx tal-karbonju u li huma reżiljenti għat-tibdil fil-klima, ġeneralment huma assi mhux elenkati u jiddependu fuq krediti fit-tul għall-finanzjament ta’ proġetti. Meta wieħed iqis in-natura fit-tul tal-obbligazzjonijiet tagħhom, il-fornituri tal-PEPP huma mħeġġa jallokaw parti suffiċjenti mill-portafoll tal-assi tagħhom għall-investimenti sostenibbli fl-ekonomija reali b’benefiċċji ekonomiċi fit-tul, b’mod partikulari għall-proġetti ta’ infrastruttura u l-korporazzjonijiet.

(36)Fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza, kif hemm riferiment għalihom fil-Prinċipji li huma appoġġati min-Nazzjonijiet Uniti għall-Investiment Responsabbli, huma importanti għas-sistemi ta’ politika tal-investiment u ta’ mmaniġġjar tar-riskju tal-fornituri tal-PEPP. Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP jitħeġġu jikkunsidraw fatturi bħal dawn fid-deċiżjonijiet ta’ invesitment u jieħdu f’kunsiderazzjoni kif huma jifformaw parti mis-sistema ta’ mmaniġġar tar-riskju tagħhom.

(37)Fl-iżgurar tal-konformità mal-obbligu tagħhom li jiżviluppaw politika ta’ investiment skont ir-regola tal-persuna prudenti, jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ma jitħallewx jinvestu f’ġurisdizzjonijiet b’riskju għoli u li ma jikkooperawx li huma identifikati mit-Task Force tal-Azzjoni Finanzjarja. 

(38)Fid-dawl tal-objettiv tal-irtirar fit-tul tal-PEPP, jenħtieġ li l-għażliet ta’ investiment mogħtija lill-faddala tal-PEPP jitqiegħdu f’qafas, li jkopri l-elementi li jippermettu lill-investituri jieħdu deċiżjoni ta’ investiment, inkluż in-numru ta’ għażliet ta’ investiment li jistgħu jagħżlu minnhom. Wara l-għażla inizjali li ssir mal-abbonament ta’ PEPP, jenħtieġ li faddal tal-PEPP ikollu l-possibbiltà li jimmodifika din l-għażla b’intervalli raġonevoli (kull ħames snin), sabiex tiġi offruta biżżejjed stabbiltà għall-fornituri għall-istrateġija ta’ investiment ta’ terminu twil tagħhom filwaqt li fl-istess ħin tiġi żgurata protezzjoni għall-investituri.

(39)L-għażla ta’ investiment prestabbilita jenħtieġ li tippermetti lill-faddal tal-PEPP jirkupra l-kapital investit. Barra minn hekk, il-fornituri tal-PEPP jistgħu jinkludi mekkaniżmu ta’ indiċjar tal-inflazzjoni biex ikopru l-inflazzjoni tal-inqas b’mod parzjali.

(40)Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti teżerċita s-setgħat tagħha filwaqt li żżomm bħala l-objettivi primarji tagħha l-protezzjoni tad-drittijiet tal-faddala tal-PEPP u tal-benefiċjarji tal-PEPP u l-istabbiltà u s-sodezza tal-PEPP.

(41)Meta l-fornitur tal-PEPP ikun istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali jew ditta tal-investiment, jenħtieġ li jaħtar depożitarju b’rabta mas-salvagwardja tal-assi tiegħu. Dan hu neċessarju għall-protezzjoni tal-konsumaturi, peress li l-leġiżlazzjoni settorjali applikabbli għall-istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali u għad-ditti tal-investiment ma tipprovdix għall-ħatra ta’ depożitarju.

(42)It-trasparenza tal-kostijiet u tat-tariffi hi essenzjali għall-iżvilupp tal-fiduċja tal-faddala tal-PEPP u tippermettilhom jagħmlu għażliet informati. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi pprojbit l-użu ta’ metodi ta’ pprezzar mhux trasparenti.

(43)Biex jiġu ssodisfati l-objettivi stabbiliti f’dan ir-Regolament, is-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-eżerċitar ta’ setgħat ta’ intervent mill-EIOPA u mill-awtoritajiet kompetenti. Hu ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet opportuni matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, jenħtieġ li tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(44)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni żviluppat mill-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, fir-rigward tal-preżentazzjoni u tal-kontenut tal-elementi speċifiċi tad-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP mhux koperti mill-[PRIIPs KID RTS] f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Eworpew u tal-Kunsill 35 , tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 36 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 37 . Il-Kummissjoni għandha tikkumplimenta l-ħidma teknika tal-ASE billi twettaq ittestjar tal-konsumatur tal-preżentazzjoni tad-dokument bit-tagħrif ewlieni kif propost mill-ASE.

(45)Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-klijenti tal-PEPP li jiftħu kawża fil-qrati, jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) faċilment aċċessibbli, adegwati, indipendenti, imparzjali, trasparenti u effettivi bejn il-fornituri jew id-distributuri tal-PEPP u l-klijenti tal-PEPP għas-soluzzjoni ta’ tilwimiet li jirriżultaw mid-drittijiet u mill-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(46)Bl-għan li tiġi stabbilita proċedura effiċjenti u effettiva ta’ soluzzjoni għat-tilwim, jenħtieġ li l-fornituri u d-distributuri tal-PEPP jistabbilixxu proċedura effettiva ta’ lmentar li jistgħu jsegwu l-klijenti tagħhom qabel ma t-tilwima tiġi riferita biex tiġi solvuta fi proċedura tal-ADR jew quddiem qorti. Il-proċedura tal-ilmenti jenħtieġ li tinkludi perjodi ta’ żmien qosra u definiti b’mod ċar li fihom il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP jenħtieġ li jwieġeb għal ilment. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom kapaċità suffiċjenti biex jinvolvu rwieħhom b’mod adegwat u effiċjenti fil-kooperazzjoni transfruntiera fir-rigward ta’ tilwim dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw skont dan ir-Regolament.

(47)Biex isibu kundizzjonijiet aħjar għall-investimenti tagħhom, u b'hekk jistimolaw ukoll il-kompetizzjoni fost il-fornituri tal-PEPP, jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP ikollhom id-dritt li jbiddlu l-fornituri matul il-fażijiet tal-akkumulazzjoni u tad-dekumulazzjoni, permezz ta’ proċedura ċara, veloċi u sikura.

(48)Jenħtieġ li l-proċess tal-bdil ikun sempliċi għall-faddal tal-PEPP. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornitur tal-PEPP ikun responsabbli għat-tnedija u għall-ġestjoni tal-proċess f’isem il-faddal tal-PEPP. Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ikunu jistgħu jużaw mezzi addizzjonali, bħal soluzzjoni teknika, fuq bażi volontarja meta jistabbilixxu s-servizz tal-bdil.

(49)Qabel ma jagħti l-awtorizzazzjoni għall-bdil, jenħtieġ li l-faddal tal-PEPP jiġi infurmat dwar il-passi kollha tal-proċedura li huma meħtieġa biex jiġi kompletat il-bdil.

(50)Il-kooperazzjoni tal-fornitur tal-PEPP trasferitur hi meħtieġa biex il-bdil jirnexxi. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-fornitur tal-PEPP riċevitur jiġi pprovdut mill-fornitur tal-PEPP trasferitur bl-informazzjoni neċessarja kollha biex jerġa’ jibda l-pagamenti fil-kont l-ieħor tal-PEPP. Madankollu, tali informazzjoni ma għandhiex teċċedi dak li hu meħtieġ biex isir il-bdil.

(51)Biex jiffaċilita l-bdil transfruntier, jenħtieġ li l-faddal tal-PEPP jitħalla jitlob lill-fornitur tal-PEPP il-ġdid jipprovdi lill-faddal tal-PEPP bl-informazzjoni li tagħti d-dettalji dwar il-kont il-ġdid tal-PEPP, idealment f’laqgħa waħda mal-fornitur il-ġdid tal-PEPP.

(52)Jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP ma jkunux soġġetti għal telf finanzjarju, inklużi imposti u imgħax, ikkawżat minn kwalunkwe żball li jsir minn xi fornitur tal-PEPP involut fil-proċess tal-bdil. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP ma jġarrbu l-ebda telf finanzjarju kkawżat mill-ħlas ta’ tariffi addizzjonali, mgħax jew imposti oħra kif ukoll minn multi, minn penali jew minn kwalunkwe tip ieħor ta’ detriment finanzjarju kawża ta’ dewmien fit-twettiq tal-bdil.

(53)Jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP jingħataw il-libertà li jiddeċiedu fuq l-abbonament ta’ PEPP dwar l-għażla ta’ ħlas tagħhom (annwalitajiet, somma f'daqqa, jew oħrajn) fil-fażi tad-dekumulazzjoni, iżda b’possibbiltà li jirrevedu l-għażla tagħhom darba kull ħames snin wara, biex ikunu kapaċi jadattaw bl-aħjar mod l-għażla tal-ħlas tagħhom għall-ħtiġijiet tagħhom meta joqorbu lejn l-irtirar.

(54)Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP jitħallew iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-faddala tal-PEPP firxa wiesgħa ta’ għażliet ta’ dekumulazzjoni. Dan l-approċċ jikseb l-għan ta’ użu msaħħaħ tal-PEPP permezz ta’ flessibilità u ta’ għażla ikbar għall-faddala tal-PEPP. Jippermetti lill-fornituri jfasslu l-PEPPs tagħhom bl-iktar mod kosteffiċjenti. Hu koerenti ma’ politiki oħra tal-UE u hu politikament fattibbli, peress li jżomm biżżejjed flessibilità għall-Istati Membri biex jiddeċiedu dwar liema għażliet ta’ dekumulazzjoni jixtiequ jħeġġu.

(55)Jenħtieġ li tkun iggarantita trasparenza sħiħa dwar il-kostijiet u t-tariffi relatati mal-investiment f’PEPP. Jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi bejn il-fornituri, filwaqt li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur. Ikun hemm informazzjoni komparattiva disponibbli bejn prodotti differenti, u b’hekk jiġi inċentivat l-ipprezzar kompetittiv.

(56)Għad li s-superviżjoni kontinwa tal-fornituri tal-PEPP għandha tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rispettivi, jenħtieġ li l-EIOPA tikkoordina s-superviżjoni fir-rigward tal-PEPPs, biex tiggarantixi l-applikazzjoni ta’ metodoloġija superviżorja unifikata, li tikkontribwixxi b’dan il-mod għan-natura pan-Ewropea tal-prodott tal-pensjoni.

(57)Jenħtieġ li l-EIOPA tikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u tiffaċilita l-kooperazzjoni bejniethom. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li l-EIOPA taqdi rwol fis-saħħa tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex japplikaw il-miżuri superviżorji permezz tal-forniment ta’ evidenza dwar ksur relatat mal-PEPP. Jenħtieġ ukoll li l-EIOPA tipprovdi medjazzjoni vinkolanti f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti f’sitwazzjonijiet transfruntiera.

(58)Biex tiġi żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament mill-impriżi finanzjarji li jimmanifatturaw il-PEPP, kif ukoll mill-impriżi finanzjarji u mill-persuni li jiddistribwixxu l-PEPP, u biex jiġi żgurat li dawn ikunu soġġetti għal trattament simili madwar l-Unjoni, jenħtieġ li jiġu pprovduti sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra li huma effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(59)F’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2010 “Rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji” 38 u biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti ta’ dan ir-Regolament jiġu ssodisfati, hu importanti li l-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-ksur ta’ dan ir-Regolament ikun soġġett għal penali amministrattivi u għal miżuri adatti.

(60)Għalkemm l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli għal penali amministrattivi u kriminali dwar l-istess ksur, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jiġux mitluba jistabbilixxu regoli għal penali amministrattivi għall-ksur ta’ dan ir-Regolament li hu soġġett għal-liġi kriminali nazzjonali. Madankollu, jenħtieġ li ż-żamma ta’ penali kriminali minflok penali amministrattivi għall-ksur ta’ dan ir-Regolament ma tnaqqasx jew taffettwa b’xi mod ieħor il-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti li jikkooperaw, jaċċedu u jiskambjaw informazzjoni fil-ħin mal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, inkluż wara kwalunkwe riferiment tal-ksur rilevanti lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għal prosekuzzjoni kriminali.

(61)Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jingħataw is-setgħat li jimponu sanzjonijiet pekunarji li jkunu għolja biżżejjed biex jibbilanċjaw il-profitti reali jew potenzjali, u  i jkunu dissważivi anki għall-impriżi finanzjarji l-kbar u għall-maniġers tagħhom.

(62)Biex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tas-sanzjonijiet madwar l-Unjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu f’kunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha meta jiddeterminaw it-tip ta’ sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri oħra u l-livell tas-sanzjonijiet pekunarji amministrattivi.

(63)Biex ikun żgurat li d-deċiżjonijiet dwar il-ksur u l-penali min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti jkollhom effett dissważiv fuq il-pubbliku ġenerali, u biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur billi dan jitwissa dwar il-PEPPs distribwiti bi ksur ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li dawk id-deċiżjonijiet jiġu ppubblikati, bil-kundizzjoni li l-perjodu ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ appell ikun għadda u ma jkunx ġie ppreżentat appell, sakemm tali żvelar ma jipperikolax l-istabbilità tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni li tkun għaddejja.

(64)Sabiex jinqabdu l-każijiet potenzjali ta’ ksur, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat investigatorji meħtieġa, u jenħtieġ li jistabbilixxu mekkaniżmi effikaċi biex jippermettu r-rapportar tal-ksur potenzjali jew li tabilħaqq isir.

(65)Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni fil-liġijiet tal-Istati Membri f’dak li jirrigwarda r-reati.

(66)Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mwettaq fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, bħall-iskambju jew it-trasmissjoni ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 39 u jenħtieġ li kwalunkwe skambju jew trasmissjoni ta’ informazzjoni mill-ASE jitwettaq f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 40 .

(67)L-inċentivi tat-taxxa jistgħu jieħdu forom differenti u jaqdu rwol importanti fit-tħeġġiġ tal-użu tal-prodotti tal-pensjoni personali (PPPs) f’numru ta’ Stati Membri. F’ħafna Stati Membri, il-kontribuzzjonijiet imħallsa għall-PPPs jikkwalifikaw għal xi forma ta’ ħelsien mit-taxxa, li jkun espliċitu jew inkella impliċitu.

(68)Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jinftehimx bħala obbligu li l-Istati Membri japplikaw l-istess regoli fiskali lill-PEPPs li japplikaw għall-prodotti tal-pensjoni personali paragunabbli skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom. Madankollu, b’applikazzjoni tal-prinċipju tat-trattament nazzjonali, li jirriżulta mill-Artikoli 21 u 45 tat-TFUE u interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li jkun possibbli li PEPP li hu oġġettivament komparabbli ma’ prodotti tal-pensjoni personali (PPP) distribwit fi Stat Membru partikolari jibbenefika mill-istess ħelsien mit-taxxa mogħti lill-PPP f’dan l-Istat Membru, jekk il-faddal tal-PEPP ikun soġġett għat-taxxa hemm. Dan japplika wkoll jekk il-PEPP jiġi pprovdut minn fornitur minn Stat Membru ieħor.

(69)Wara t-tnedija tal-PEPP, l-Istati Membri huma mħeġġa jieħdu f’kunsiderazzjoni r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/... u jestendu l-benefiċċji tal-benefiċċji fuq it-taxxa li jagħtu lill-PPPs nazzjonali għall-PEPP ukoll.

(70)Trid titwettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fost l-oħrajn, billi jiġu vvalutati l-iżviluppi tas-suq, bħat-tfaċċar ta’ tipi ġodda ta’ PEPPs, kif ukoll l-iżviluppi f’oqsma oħra tad-dritt tal-Unjoni u l-esperjenzi tal-Istati Membri.

(71)Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-proprjetà, il-libertà ta’ intrapriża, il-prinċipju ta’ ugwaljanza bejn is-sessi u l-prinċipju ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

(72)Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-titjib fil-protezzjoni tal-faddala tal-PEPP u t-titjib tal-fiduċja tal-faddala tal-PEPP fil-PEPPs, inkluż fejn dawn il-prodotti jiġu distribwiti b’mod transfruntier, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1
Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi dwar l-awtorizzazzjoni, il-manifattura, id-distribuzzjoni u s-superviżjoni tal-prodotti tal-pensjoni personali li huma distribwiti fl-Unjoni taħt id-deżinjazzjoni “prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew” jew “PEPP”.

Artikolu 2
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “prodott tal-pensjoni personali” tfisser prodott li:

(a) hu bbażat fuq kuntratt bejn faddal individwali u entità fuq bażi volontarja;

(b) għandu objettiv espliċitu ta’ rtirar;

(c) jipprovdi għall-akkumulazzjoni tal-kapital sal-irtirar b’possibbiltajiet limitati biss għal prelevament bikri qabel l-irtirar;

(d) jipprovdi introjtu mal-irtirar;

(2) “Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (PEPP)” tfisser prodott tal-pensjoni personali tat-tfaddil ta’ terminu twil, li hu pprovdut skont skema miftiehma tal-PEPP minn impriża finanzjarja regolata awtorizzata skont id-dritt tal-Unjoni għall-immaniġġjar ta’ investimenti jew ta’ tfaddil kollettivi jew individwali, u li fiha jabbona b’mod volontarju faddal individwali tal-PEPP għall-irtirar, b’tifdija strettament limitata jew mingħajrha;

(3) “faddal tal-PEPP” tfisser:

(a) klijent mhux professjonali kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 41 ;

(b) klijent fit-tifsira tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 42 , fejn dak il-klijent ma jikkwalifikax bħala klijent professjonali kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(4)“Skema tal-PEPP” tfisser kuntratt, ftehim, att ta’ trust jew regoli li jistipulaw liema benefiċċji tal-irtirar huma mogħtija u f’liema kundizzjonijiet fuq il-bażi ta’ pjan individwali ta’ tfaddil għall-irtirar ma’ fornitur tal-PEPP;

(5) “kont tal-PEPP” tfisser kont tal-pensjoni personali miżmum f’isem faddal tal-PEPP jew benefiċjarju tal-PEPP li jintuża għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet li jippermettu lill-faddal tal-PEPP jikkontribwixxi b’mod perjodiku somom għall-irtirar tiegħu u lill-benefiċjarju tal-PEPP jirċievi l-benefiċċji tal-irtirar tiegħu;

(6)“provvista tal-PEPP” tfisser il-manifattura u d-dispożizzjoni ta’ PEPP;

(7) “benefiċjarju tal-PEPP” tfisser persuna li tirċievi benefiċċji tal-irtirar tal-PEPP;

(8) “distribuzzjoni tal-PEPP” tfisser l-attivitajiet ta’ konsulenza, ta’ proposti jew tat-twettiq ta’ xogħol preparatorju ieħor għall-konklużjoni ta’ kuntratti għall-forniment ta’ PEPP, ta’ konklużjoni ta’ tali kuntratti, jew ta’ għajnuna fl-amministrazzjoni jew fl-eżekuzzjoni ta’ dawk il-kuntratti, inkluż l-għoti ta’ informazzjoni li tikkonċerna kuntratt tal-pensjoni wieħed jew iktar skont il-kriterji magħżula mill-klijenti tal-PEPP permezz ta’ sit web jew ta’ tip ieħor ta’ midja u permezz tal-kompilazzjoni ta’ lista tal-klassifika ta’ prodotti tal-pensjoni, inkluż tqabbil bejn il-prezzijiet u bejn il-prodotti, jew tnaqqis fil-prezz ta’ kuntratt tal-pensjoni, meta l-klijent tal-PEPP ikun jista’ jikkonkludi direttament jew indirettament kuntratt tal-pensjoni bl-użu ta’ sit web jew ta’ tip ieħor ta’ midja;

(9) “benefiċċji tal-irtirar tal-PEPP” tfisser benefiċċji mħallsa b’riferiment għall-ilħiq, jew għall-aspettattiva ta’ lħiq, tal-irtirar. Dawn il-benefiċċji jistgħu jieħdu l-forma ta’ pagamenti għall-ħajja, pagamenti magħmula għal perjodu temporanju, somma f’daqqa, jew kwalunkwe taħlita ta’ dawn;

(10) “fażi tal-akkumulazzjoni” tfisser il-perjodu li matulu l-assi (pagamenti) jakkumulaw f’kont tal-PEPP u normalment tkompli sal-età tal-irtirar tal-benefiċjarju tal-PEPP;

(11) “fażi tad-dekumulazzjoni” tfisser il-perjodu li matulu l-assi akkumulati f’kont tal-PEPP jintużaw biex jiffinanzjaw l-irtirar jew rekwiżiti tal-introjtu oħrajn;

(12) “annwalità” tfisser somma pagabbli f’intervalli speċifiċi tul perjodu, bħall-ħajja tal-benefiċjarju tal-PEPP jew ċertu numru ta’ snin, b’ritorn għal investiment;

(13) “pagamenti ta’ prelevament” tfisser il-possibbiltà li l-benefiċjarji tal-PEPP jipprelevaw ammonti diskrezzjonali, sa ċertu limitu fuq bażi perjodika;

(14) “fornitur ta’ PEPP” tfisser impriża finanzjarja awtorizzata timmanifattura PEPP u tiddistribwieh;

(15) “distributur ta’ PEPP” tfisser impriża finanzjarja awtorizzata tiddistribwixxi PEPPs mhux manifatturati minnha, kif ukoll intermedjarja ta’ assigurazzjoni, ta’ riassigurazzjoni jew ta’ assigurazzjoni anċillari;

(16) “mezz li jservi għal żmien twil” tfisser kwalunkwe strument li:

(a) jippermetti lil klijent tal-PEPP jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lil dak il-klijent b’mod li tkun aċċessibbli għal referenza futura u għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni; u

(b) jippermetti r-riproduzzjoni bla tibdil tal-informazzjoni maħżuna;

(17) “awtoritajiet kompetenti” tal-fornituri tal-PEPP tfisser l-awtoritajiet nazzjonali ddeżinjati minn kull Stat Membru biex jissorveljaw lill-fornituri tal-PEPP;

(18) “Stat Membru tad-domiċilju tal-fornitur tal-PEPP” tfisser l-Istat Membru li fih il-fornitur tal-PEPP għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu;

(19) “Stat Membru ospitanti tal-fornitur tal-PEPP” tfisser Stat Membru, li mhuwiex l-Istat Membru tad-domiċilju, li fih fornitur tal-PEPP jimmanifattura jew jiddistribwixxi PEPPs;

(20) “kompartiment” tfisser taqsima li tinfetaħ fi ħdan kull kont individwali tal-PEPP u li tikkorrispondi għar-rekwiżiti legali u għall-kundizzjonijiet għall-użu ta’ inċentivi stabbiliti f’livell nazzjonali għall-investiment f’PEPP mill-Istat Membru tad-domiċilju tal-faddal tal-PEPP. Għalhekk, individwu jista’ jkun faddal ta’ PEPP jew benefiċjarju ta’ PEPP f’kull kompartiment, skont ir-rekwiżiti legali rispettivi għall-fażijiet ta’ akkumulazzjoni u ta’ dekumulazzjoni;

(21) “kapital” tfisser kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u l-kapital impenjat mhux imħallas, ikkalkolati abbażi tal-ammonti investibbli wara li jitnaqqsu d-drittijiet, l-imposti u l-ispejjeż kollha mġarrba b’mod dirett jew indirett tal-investituri;

(22) “strument finanzjarju” tfisser dawk l-istrumenti speċifikati fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(23) “depożitarju” tfisser istituzzjoni inkarigata mis-salvagwardja tal-assi u mis-sorveljanza tal-konformità mar-regoli dwar il-fond u mad-dritt applikabbli;

(24) “opzjoni ta’ investiment prestabbilita” tfisser strateġija ta’ investiment applikata meta l-faddal tal-PEPP ma jkunx ipprovda struzzjonijiet dwar kif għandhom jiġu investiti l-fondi li jakkumulaw fil-kont tal-PEPP tiegħu;

(25) “tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju” tfisser tekniki għal tnaqqis sintetiku fil-firxa tal-iskopertura għal riskju u/jew il-probabilità ta’ okkorrenza ta’ dan;

(26) “bdil tal-fornituri” tfisser, jekk klijent ta’ PEPP jitlob dan, it-trasferiment mingħand fornitur ta’ PEPP għal ieħor ta’ kwalunkwe bilanċ pożittiv minn kont ta’ PEPP lill-ieħor, bl-għeluq tal-kont preċedenti tal-PEPP jew mingħajr;

(27) “parir” tfisser il-forniment ta’ rakkomandazzjoni personali lil faddal tal-PEPP, fuq talba tiegħu jew fuq l-inizjattiva tal-fornitur jew tad-distributur tal-PEPP, fir-rigward ta’ kuntratt wieħed jew iktar għall-abbonament għall-PEPP;

(28) “klijent tal-PEPP” tfisser faddal tal-PEPP, faddal prospettiv tal-PEPP u/jew benefiċjarju tal-PEPP.

Artikolu 3
Regoli applikabbli

Il-forniment tal-PEPPs għandu jkun soġġett għal:

(a) dan ir-Regolament,

(b) fejn awtorizzat minn dan ir-Regolament, għad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt għall-forniment ta’ PEPP konkluż bejn faddal tal-PEPP u fornitur tal-PEPP,

(c) fil-każ ta’ kwistjonijiet li mhumiex irregolati minn dan ir-Regolament jew, fejn il-kwistjonijiet ikunu parzjalment irregolati minnu, ta’ dawk l-aspetti li mhumiex imsemmija fih:

(i)mid-disposizzjonijiet tal-liġijiet adottati mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ miżuri tal-UE li jirrigwardjaw b’mod speċifiku l-PEPP;

(ii)id-dispożizzjonijiet tal-liġijiet tal-Istati Membri li jkunu japplikaw għal prodott tal-pensjoni personali komparabbli mmanifatturat u ddistribwit skont id-dritt tal-Istat Membru li fih il-manifattur għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu.

KAPITOLU II
AWTORIZZAZZJONI

Artikolu 4
Awtorizzazzjoni

1.PEPP jista’ jiġi mmanifatturat u ddistribwit biss fl-Unjoni fejn ġie awtorizzat mill-EIOPA f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.L-awtorizzazzjoni ta’ PEPP għandha tkun valida fl-Istati Membri kollha.. Tintitola lid-detentur tal-awtorizzazzjoni jimmanifattura u jiddistribwixxi l-PEPP kif awtorizzat mill-EIOPA.

Artikolu 5
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ PEPP

1.L-impriżi finanzjarji li ġejjin biss jistgħu japplikaw għall-awtorizzazzjoni ta’ PEPP:

(a) istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 43 ;

(b)impriżi tal-assigurazzjoni awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 44 , involuti fl-assigurazzjoni tal-ħajja diretta skont l-Artikolu 2(3) u l-Anness II tad-Direttiva 2009/138/KE;

(c)istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali reġistrati jew awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2016/2341/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 45 ;

(d)ditti tal-investiment awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2014/65/UE, involuti fil-ġestjoni tal-portafolli jew fil-pariri dwar l-investimenti;

(e)kumpaniji ta’ investiment jew kumpaniji ta’ ġestjoni awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2009/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 46 ;

(f)maniġers ta’ fond ta’ investiment alternattiv (“AIF”) awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 47 .

2.L-impriżi finanzjarji elenkati fil-paragrafu 1 għandhom jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom għall-awtorizzazzjoni ta’ PEPP lill-EIOPA. L-applikazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:

(a) informazzjoni dwar il-klawżoli standard tal-kuntratt li se jiġu proposti lill-faddala tal-PEPP;

(b) informazzjoni dwar l-identità tal-applikant u l-istorja u l-esperjenza finanzjarji attwali u preċedenti tiegħu;

(c) l-identità tal-persuni li effettivament iwettqu n-negozju tal-manifattura u/jew tad-distribuzzjoni tal-PEPP;

(d)informazzjoni dwar l-arranġamenti dwar il-portafoll kif ukoll l-immaniġġjar u l-amministrazzjoni tar-riskju fir-rigward tal-PEPP;

(e)informazzjoni dwar l-istrateġiji ta’ investiment, il-profil tar-riskju u karatteristiċi oħra tal-PEPP;

(f) lista tal-Istati Membri fejn il-PEPP applikanti biħsiebu jqiegħed il-PEPP fis-suq;

(g) informazzjoni dwar l-identità tad-depożitarju, jekk applikabbli;

(h) deskrizzjoni tal-informazzjoni li tkun disponibbli għall-faddala tal-PEPP, li tinkludi deskrizzjoni tal-arranġamenti biex jiġu ttrattati l-ilmenti mressqa mill-faddala tal-PEPP;

(i) prova tal-amministrazzjoni jew tar-reġistrazzjoni tal-applikant f’konformità mal-att leġiżlattiv applikabbli tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 1 u l-informazzjoni dwar l-identità tal-awtorità kompetenti li tatha.

3.L-EIOPA tista’ titlob kjarifika u informazzjoni addizzjonali rigward id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni pprovduti fil-paragrafu 1.

4.L-EIOPA tista’ titlob lill-awtorità kompetenti tal-impriża finanzjarja li tapplika għall-awtorizzazzjoni għal kjarifika u għal informazzjoni dwar id-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. L-awtorità kompetenti għandha twieġeb għat-talba fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha tirċievi t-talba sottomessa mill-EIOPA.

5.Kwalunkwe modifika sussegwenti fid-dokumentazzjoni u fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi notifikata b’mod immedjat lill-EIOPA.

Artikolu 6
Kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni tal-PEPPs

1.Fi żmien xahrejn mid-data ta’ preżentazzjoni ta’ applikazzjoni sħiħa, l-EIOPA għandha tagħti awtorizzazzjoni tal-PEPP biss jekk l-EIOPA tkun issodisfata għalkollox li huma ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)l-applikant jikkonforma ma’ dan ir-Regolament;

(b)l-applikant ikun awtorizzat mill-awtorità kompetenti tiegħu biex jimmanifattura prodotti li jsegwu l-istrateġiji ta’ investiment tat-tip kopert minn dan ir-Regolament;

(c)il-PEPP propost jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament;

(d)il-PEPP propost ikun bbażat fuq strateġija ta’ investiment li tippremetti l-eżitu ta’ rtirar fir-regoli kuntrattwali proposti.

2.Qabel ma tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, l-EIOPA għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti tal-applikant.

3.L-EIOPA għandha tikkomunika lill-applikant ir-raġunijiet għal kwalunkwe rifjut tal-għoti tal-awtorizzazzjoni ta’ PEPP.

4.L-EIOPA għandha tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ PEPP f’każ li ma jibqgħux issodisfati l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

5.Fuq bażi trimestrali, l-EIOPA għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-impriżi finanzjarji elenkati fl-Artikolu 5(1) dwar id-deċiżjonijiet li tagħti, tirrifjuta jew tirtira l-awtorizzazzjonijiet skont dan ir-Regolament.

6.Għall-finijiet tal-eżerċizzju tal-kompiti rispettivi tagħhom, l-EIOPA għandha tiżgura l-koordinazzjoni u tibgħat l-informazzjoni lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) imwaqqfa permezz tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) imwaqqfa mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 7
Deżinjazzjoni u konverżjoni

1.Id-deżinjazzjoni “PEPP” jew “Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew” b’rabta ma’ prodotti tal-pensjoni personali tista’ tintuża biss meta l-prodott tal-pensjoni personali jkun ġie awtorizzat mill-EIOPA biex jiġi ddistribwit bid-deżinjazzjoni “PEPP” f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.Il-prodotti tal-pensjoni personali eżistenti jistgħu jiġu kkonvertiti f’“PEPPs” wara l-awtorizzazzjoni mill-EIOPA.

3.Il-fornituri tal-PEPP ma għandhomx jikkonvertu l-“PEPPs” fi prodotti tal-pensjoni personali li mhumiex koperti minn dan ir-Regolament.

Artikolu 8
Distribuzzjoni ta’ PEPP

1.L-impriżi finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5(1) jistgħu jiddistribwixxu l-PEPPs li ma mmanifatturawx malli jirċievu l-awtorizzazzjoni għad-distribuzzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom.

2.L-intermedjarji tal-assigurazzjoni reġistrati f’konformità mad-Direttiva 2016/97/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 48 huma intitolati jiddistribwixxu PEPPs li huma ma jkunux immanifatturaw.

Artikolu 9
Reġim prudenzjali applikabbli għal tipi differenti ta’ fornituri

Il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jikkonformaw f’kull ħin mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll mar-reġim prudenzjali rilevanti applikabbli għalihom f’konformità mal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 5(1).

Artikolu 10
Reġistru pubbliku ċentrali

L-EIOPA għandha żżomm reġistru pubbliku ċentrali li jidentifika kull PEPP awtorizzata skont dan ir-Regolament, il-fornitur ta’ dan il-PEPP u l-awtorità kompetenti tal-fornitur tal-PEPP. Ir-reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament f’format elettroniku.

KAPITOLU III
FORNIMENT U PORTABILITÀ TRANSFRUNTIERA TAL-PEPP

TAQSIMA I
LIBERTÀ LI JIĠU PPROVDUTI SERVIZZI U LIBERTÀ TAL-ISTABBILIMENT

Artikolu 11
Eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u libertà tal-istabbiliment mill-fornituri u mid-distributuri tal-PEPP

Il-fornituri tal-PEPP jistgħu jipprovdu u d-distributuri tal-PEPP jistgħu jiddistribwixxu PEPPs fi ħdan it-territorju ta’ Stat Membru ospitanti bil-libertà li jipprovdu servizzi jew bil-libertà tal-istabbiliment, dment li jagħmlu dan f’konformità mar-regoli u mal-proċeduri rilevanti stabbiliti minn jew skont l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni applikabbli għalihom kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) jew 8(2).

TAQSIMA II
PORTABILITÀ

Artikolu 12
Servizz tal-portabilità

1.Is-servizz tal-portabilità jippermetti lill-faddala tal-PEPP ikomplu jikkontribwixxu għall-PEPP li diġà jkunu kkuntrattaw mal-fornitur tiegħu, filwaqt li jbiddlu d-domiċilju tagħhom billi jmorru jgħixu fi Stat Membru ieħor.

2.F’każ li jużaw is-servizz tal-portabilità, il-faddala tal-PEPP huma intitoilati jżommu l-vantaġġi u l-inċentivi kollha mogħtija mill-fornitur tal-PEPP u marbuta mal-investiment kontinwu fl-istess PEPP.

Artikolu 13
Forniment tas-servizz tal-portabilità

1.Il-fornituri tal-PEPP għandhom jipprovdu s-servizz tal-portabilità lill-faddala tal-PEPP li jkollhom kont tal-PEPP magħhom u li jitolbu dan is-servizz.

2.Meta jipproponi PEPP, il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP għandu jipprovi lill-faddala potenzjali tal-PEPP informazzjoni dwar liema kompartimenti nazzjonali huma disponibbli minnufih.

3.Sa mhux iktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, kull PEPP għandu joffri kompartimenti nazzjonali għall-Istati Membri kollha fuq talba indirizzata lill-fornitur tal-PEPP.

Artikolu 14
Kompartimenti tal-PEPP 

Mingħajr ħsara għall-iskadenza skont l-Artikolu 13(3), il-fornituri tal-PEPP għandhom jiżguraw li fi ħdan kull kont tal-PEPP individwali jkun jista’ jinfetaħ kompartiment ġdid, li jikkorrispondi għar-rekwiżiti legali u għall-kundizzjonijiet għall-użu tal-inċentivi stabbiliti f’livell nazzjonali għall-PEPP mill-Istat Membru li fih imur jgħix il-faddal tal-PEPP.

Artikolu 15
Ftuħ ta’ kompartiment ġdid 

1.Mingħajr ħsara għall-iskadenza skont l-Artikolu 13(3), eżatt wara li jiġi informat dwar l-intenzjoni tal-faddal tal-PEPP li jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ mobilità bejn l-Istati Membri, il-fornitur tal-PEPP għandu jinforma lill-faddal tal-PEPP dwar il-possibbiltà li jiftaħ kompartiment ġdid fi ħdan il-kont individwali tal-faddal tal-PEPP u dwar l-iskadenza li sa din ikun jista’ jinfetaħ tali kompartiment.

2.Biex jagħmel użu minn din il-possibbiltà, il-faddal tal-PEPP għandu jibgħat talba lill-fornitur tal-PEPP, li għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-Istat Membru tad-domiċilju l-ġdid tal-faddal tal-PEPP;

(b) id-data li minnha jenħtieġ li l-investimenti jiġu indirizzati lill-kompartiment miftuħ ġdid;

(c) kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar modifiki possibbli fl-istrateġija ta’ investiment adottata jew elementi oħra.

3.Mhux iktar tard minn tliet xhur wara r-riċevuta tat-talba skont il-paragrafu 2, il-fornitur tal-PEPP għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP b’informazzjoni sħiħa mingħajr ħlas u pariri skont il-Kapitolu IV, Taqsimiet II u III rigward il-kundizzjonijiet applikabbli għall-kompartiment il-ġdid.

4.Il-kompartiment il-ġdid għandu jinfetaħ billi jiġi ffirmat kuntratt ġdid, jew billi jiġi emendat dak eżistenti, bejn il-faddal tal-PEPP u l-fornitur tal-PEPP, f’konformità mad-dritt kuntrattwali applikabbli. Id-data tal-ftuħ għandha tiġi ddefinita fil-kuntratt jew, fin-nuqqas ta’ stipulazzjoni bħal din, il-kompartiment il-ġdid għandu jitqies miftuħ fid-data tal-iffrimar tal-kuntratt jew tal-emendar tiegħu.

Artikolu 16
Trasferiment tad-drittijiet akkumulati bejn il-kompartimenti tal-PEPP 

1.Fuq it-talba tal-faddal tal-PEPP, il-fornitur tal-PEPP għandu jipproponi lill-faddal tal-PEPP biex jirranġa għat-trasferiment ta’ assi akkumulati bejn kompartimenti differenti tal-kont tal-PEPP individwali, sabiex l-assi kollha jkunu jistgħu jiġu kkonsolidati f’kompartiment wieħed.

2.It-trasferiment tal-assi skont il-paragrafu 1 għandu jkun possibbli mingħajr tpaċija in natura ta’ dawn l-assi.

Artikolu 17
Għoti ta’ informazzjoni dwar il-portabilità lill-awtoritajiet nazzjonali 

1.L-arranġamenti kuntrattwali kollha għall-forniment tas-servizz ta’ portabilità għandhom jiġu notifikati mill-fornitur tal-PEPP lill-awtorità nazzjonali rispettiva li teżerċita superviżjoni prudenzjali fuqu.

2.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppreżentata b’mod elettroniku f’bażi tad-data ċentrali miżmuma mal-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali fi żmien xahar mill-ftuħ tal-kompartiment il-ġdid u tal-inqas għandu jkun fiha:

(a) l-identifikazzjoni tal-kompartiment (isem tal-faddal tal-PEPP; il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli; id-data tal-ftuħ tal-kompartiment);

(b) l-ammont tal-assi ttrasferiti, jekk dan seħħ;

(c) il-mod tat-trasferiment (bi tpaċija in natura jew mingħajrha tal-assi ttrasferiti).

KAPITOLU IV
REKWIŻITI TA’ DISTRIBUZZJONI U TA’ INFORMAZZJONI

TAQSIMA I
Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 18
Prinċipju ġenerali

Meta jwettqu attivitajiet ta’ distribuzzjoni għall-PEPPs, il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP dejjem għandhom jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali f’konformità mal-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom.

Artikolu 19
Reġim ta’ distribuzzjoni applikabbli għal tipi differenti ta’ fornituri u ta’ distributuri tal-PEPP

Għad-distribuzzjoni tal-PEPPs, it-tipi differenti ta’ fornituri u ta’ distributuri tal-PEPP għandhom jikkonformaw mar-regoli li ġejjin:

(a)id-distributuri tal-assigurazzjoni kif iddefiniti fil-punt (8) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97 għandhom jikkonformaw mal-liġijiet nazzjonali applikabbli li jdaħħlu fis-seħħ ir-regoli stipulati fil-Kapitoli V u VI ta’ dik id-Direttiva għad-distribuzzjoni ta’ prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, ma’ kwalunkwe leġiżlazzjoni direttament applikabbli tal-Unjoni adottata skont dawk ir-regoli fir-rigward tad-distribuzzjoni ta’ tali prodotti u mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 18, 19, 21 sa 23, u 27 sa 32 ta’ dan il-Kapitolu;

(b)id-ditti ta’ investiment kif iddefiniti fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE għandhom jikkonformaw mal-liġijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli li jdaħħlu fis-seħħ ir-regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni tal-istrumenti finanzjarji stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(3) ta’ dik id-Direttiva, fl-Artikoli 23, 24 u 25 ta’ dik id-Direttiva, ma’ kwalunkwe leġiżlazzjoni direttament applikabbli tal-Unjoni adottata skont dawk id-dispożizzjonijiet, u mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 18, 19, 21 sa 23, u 27 sa 32 ta’ dan il-Kapitolu;

(c)il-fornituri u d-distributuri kollha tal-PEPP għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 20
Inċentivi

Fir-rigward tal-pagament jew tar-riċevuta ta’ tariffi jew ta’ kummissjonijiet jew tal-forniment jew ir-riċevuta ta’ benefiċċji mhux monetarji b’rabta mad-distribuzzjoni ta’ PEPP lil jew minn kwalunkwe parti ħlief il-faddal tal-PEPP jew persuna li taġixxi f’isem il-faddal tal-PEPP, il-fornituri jew id-distributuri tal-PEPP imsemmija fl-Artikolu 19(c) ta’ dan ir-Regolament għandha tikkonforma mal-liġijiet nazzjonali applikabbli li jdaħħlu fis-seħħ ir-regoli stabbiliti għad-ditti ta’ investiment fl-Artikolu 24(7)(b) u (9) tad-Direttiva 2014/65/UE. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ir-referenza fl-Artikolu 24(9) tad-Direttiva 2014/65/KE għall-Artikolu 23 ta’ dik id-Direttiva għandha tinqara bħala referenza għall-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 21
Distribuzzjoni elettronika u mezzi oħra li jservu għal żmien twil

Id-dokumenti u l-informazzjoni kollha msemmija f’dan il-Kapitolu għandhom jiġu pprovduti lill-klijenti tal-PEPP b’mod elettroniku, dment li l-klijent tal-PEPP ikun jista’ jaħżen tali informazzjoni b’mod aċċessibbli għal referenza fil-futur u għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni u li l-għodda tippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna. Fuq talba, il-fornituri u d-distributuri tal-PEPP għandhom jipprovdu dawk id-dokumenti u l-informazzjoni b’xejn fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil ukoll.

Artikolu 22
Sorveljanza tal-prodotti u rekwiżiti ta’ governanza

1.Il-fornituri tal-PEPP għandhom iżommu, joperaw u jirrieżaminaw proċess għall-approvazzjoni ta’ kull PEPP, jew adattamenti sinifikanti ta’ PEPP eżistenti, qabel ma dan jiġi ddistribwit lill-klijenti tal-PEPP.

Il-proċess tal-approvazzjoni tal-prodott għandu jkun proporzjonat u xieraq għan-natura tal-PEPP.

Il-proċess tal-approvazzjoni tal-prodott għandu jispeċifika suq fil-mira identifikat għal kull PEPP, jiżgura li r-riskji rilevanti kollha għal tali suq fil-mira identifikat jiġu vvalutati u li l-istrateġija tad-distribuzzjoni intenzjonata tkun konsistenti mas-suq fil-mira identifikat, u li jittieħdu passi raġonevoli biex jiġi żgurat li l-PEPP jiġi ddistribwit lis-suq fil-mira identifikat.

Il-fornitur tal-PEPP għandu jifhem u jirrieżamina fuq bażi regolari l-PEPPs li jipprovdi, filwaqt li jqis kwalunkwe avveniment li jista’ materjalment jaffettwa r-riskju potenzjali għas-suq fil-mira identifikat, biex tal-inqas jivvaluta jekk il-PEPPs jibqgħux konsistenti mal-ħtiġijiet tas-suq fil-mira identifikat u jekk l-istrateġija ta’ distribuzzjoni maħsuba għadhiex adegwata.

Il-fornituri tal-PEPP għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tad-distributuri tal-PEPP l-informazzjoni xierqa kollha dwar il-PEPP u l-proċess ta’ approprjazzjoni tal-prodott, inkluż is-suq fil-mira identifikat tal-PEPP.

Id-distributuri tal-PEPP għandu jkollhom arranġamenti adegwati fis-seħħ biex jiksbu l-informazzjoni msemmija fil-ħames subparagrafu u jifhmu l-karatteristiċi u s-suq fil-mira identifikati ta’ kull PEPP.

2.Il-politiki, il-proċessi u l-arranġamenti msemmija f’dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti l-oħra kollha skont jew li japplikaw bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament inklużi dawk b’rabta mad-divulgazzjoni, mal-idoneità u mal-adegwatezza, mal-identifikazzjoni u mal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, u mal-inċentivi.

TAQSIMA II
INFORMAZZJONI PREKUNTRATTWALI
   

Artikolu 23
Dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP

1.Qabel ma PEPP jiġi propost lill-faddala tal-PEPP, il-fornitur tal-PEPP għandu jfassal dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP għal dak il-prodott f’konformità mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu u għandu jippubblika d-dokument fuq is-sit web tiegħu.

2.Il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 5(2), u 6 sa 18 tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014. 

3.Minbarra l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 8(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014, it-taqsima intitolata “X’inhu dan il-prodott?” għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(i)deskrizzjoni tal-benefiċċji tal-irtirar u kemm huma ggarantiti;

(ii)kwalunkwe perjodu minimu jew massimu għall-appartenenza għall-iskema tal-PEPP;

(iii)l-età tal-irtirar;

(iv)informazzjoni ġenerali dwar is-servizz tal-portabilità, inkluża informazzjoni dwar il-kompartimenti;

(v)informazzjoni ġenerali dwar is-servizz tal-bdil, u referenza għall-informazzjoni speċifika dwar is-servizz tal-bdil disponibbli skont l-Artikolu 50;

(vi) informazzjoni disponibbli relatata mal-prestazzjoni tal-polza ta’ investiment f’termini tal-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza;

(vii)il-liġi applikabbli għall-kuntratt tal-PEPP meta l-partijiet ma jkollhomx għażla libera tal-liġi jew, meta l-partijiet ikunu liberi li jagħżlu l-liġi applikabbli, il-liġi li l-fornitur tal-PEPP jipproponi li tingħażel.

4.Minbarra d-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP, il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jipprovdu lill-faddala potenzjali tal-PEPP referenzi għal kwalunkwe rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja tal-fornitur tal-PEPP, biex b’hekk dawn ikollhom aċċess faċli għal din l-informazzjoni.

5.Il-faddala potenzjali tal-PEPP għandhom jiġu pprovduti wkoll b’informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-investimenti relatati mal-iskema tal-PEPP li tkopri minimu ta’ ħames snin jew, meta l-iskema tkun ilha topera inqas minn ħames snin, li tkopri s-snin kollha kemm ilha topera l-iskema, kif ukoll b’informazzjoni dwar l-istruttura tal-kostijiet imġarrba mill-faddala tal-PEPP u mill-benefiċjarji tal-PEPP.

6.Biex jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (l-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u l-EIOPA) (“ASE”) għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-ASE, jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifika d-dettalji tal-preżentazzjoni u l-kontenut ta’ kull wieħed mill-elementi ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4, flimkien mar-rekwiżiti meħtieġa biex tiġi ppreżentata din l-informazzjoni f’format standardizzat li jippermetti li jsir tqabbil.

Waqt li jkunu qed jiżviluppaw l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, l-ASE għandhom jikkunsidraw id-diversi tipi ta’ PEPPs, id-differenzi bejniethom u l-kapaċitajiet tal-faddala tal-PEPP kif ukoll il-karatteristiċi tal-PEPPs sabiex jippermettu li l-faddal tal-PEPP jagħżel bejn investimenti sottostanti differenti jew għażliet oħra li joffri l-prodott, inkluż fejn din l-għażla tista’ sseħħ f’punti taż-żmien differenti, jew fejn tista’ tinbidel fil-futur.

L-ASE għandhom jippreżentaw dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa … .

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 24
Divulgazzjoni tal-informazzjoni relatata mad-distribuzzjoni

1.Fi żmien xieraq qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt relatat mal-PEPP, il-fornituri jew id-distributuri tal-PEPP imsemmija fl-Artikolu 19(c) ta’ dan ir-Regolament għandhom jipprovdu lill-faddala tal-PEPP jew lill-faddala potenzjali tal-PEPP b’tal-inqas l-informazzjoni relatata mal-kuntratt tal-PEPP u magħhom infushom stabbilita fl-Artikolu 19 u fil-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97 b’rabta mal-kuntratti tal-assigurazzjoni u mal-intermedjarji tal-assigurazzjoni.

2.L-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu 1 għandha tiġi pprovduta f’format standardizzat li jippermetti t-tqabbil u f’forma komprensibbli b’tali mod li l-faddala tal-PEPP jkunu kapaċi b’mod raġonevoli jifhmu n-natura u r-riskji li jikkonċernaw il-PEPP offrut u, konsegwentement, jieħdu deċiżjonijiet ta’ investiment fuq bażi informata.

3.Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 62 biex tispeċifika l-kriterji li fuqhom għandu jkun ibbażat il-format standardizzat imsemmi fil-paragrafu 2.

Taqsima III
Pariri u standards għall-bejgħ fejn ma jingħatawx pariri

Artikolu 25
Speċifikazzjoni tat-talbiet u tal-ħtiġijiet u l-għoti ta’ pariri

1.Qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt relatat mal-PEPP, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 19(c) ta’ dan ir-Regolament għandu jispeċifika, fuq il-bażi tal-informazzjoni miksuba mingħand il-fornitur tal-PEPP, it-talbiet relatati mal-irtirar u l-ħtiġijiet ta’ dak il-faddal tal-PEPP u għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP b’informazzjoni oġġettiva dwar il-PEPP f’forma komprensibbli biex il-faddal tal-PEPP ikun jista’ jieħu deċiżjoni informata.

Kwalunkwe kuntratt propost għandu jkun konsistenti mat-talbiet u mal-ħtiġijiet ta’ rtirar tal-faddala tal-PEPP.

2.Meta jingħata parir qabel il-konklużjoni ta’ xi kuntratt speċifiku, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 19(c) ta’ dan ir-Regolament għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP b’rakkomandazzjoni personali li tispjega għaliex PEPP partikolari jkun jissodisfa bl-aħjar mod it-talbiet u l-ħtiġijiet tal-faddal tal-PEPP.

3.Meta jagħti pariri dwar il-PEPPs, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 19(c) ta’ dan ir-Regolament għandu jikkonforma mal-liġijiet nazzjonali applikabbli li jdaħħlu fis-seħħ ir-regoli stipulati fl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2014/65/UE u ma’ kwalunkwe leġislazzjoni tal-Unjoni direttament applikabbli adottata skont l-Artikolu 25(8) ta’ dik id-Direttiva relatata ma’ dawk ir-regoli.

4.Meta fornitur jew distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 19(c) ta’ dan ir-Regolament jinforma lill-faddal tal-PEPP li hu jagħti pariri fuq bażi indipendenti, dan għandu jagħti dak il-parir fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ numru kbir biżżejjed ta’ prodotti tal-pensjoni personali disponibbli fis-suq biex ikun jista’ jagħmel rakkomandazzjoni personali, f’konformità mal-kriterji professjonali, rigward liema kuntratt relatat mal-PEPP ikun adegwat biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-faddal tal-PEPP. Tali parir ma jistax ikun limitat għal kuntratti relatati mal-PEPP ipprovduti mill-fornitur jew mid-distributur tal-PEPP stess, minn entitajiet b’konnessjonijiet mill-qrib mal-fornitur jew mad-distributur tal-PEPP jew minn entitajiet oħra li magħhom il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP għandu relazzjonijiet legali jew ekonomiċi mill-qrib, inklużi relazzjonijiet kuntrattwali, b’tali mod li jkun hemm riskju li tiġi indebolita l-bażi indipendenti tal-parir ipprovdut.

5.Il-fornituri u d-distributuri tal-PEPP imsemmija fl-Artikolu 19(c) ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżguraw u juru lill-awtoritajiet kompetenti, fuq talba ta’ dawn, li l-persuni fiżiċi li jagħtu pariri dwar il-PEPPs għandhom l-għarfien u l-kompetenza meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan il-Kapitolu. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-kriterji li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni ta’ tali għarfien u kompetenza.

Artikolu 26
Konklużjoni ta’ kuntratt għal PEPP mingħajr parir

1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(1), il-faddal tal-PEPP jista’ jirrinunzja d-dritt tiegħu li jirċievi pariri b’rabta mal-konklużjoni ta’ kuntratt għall-għażla prestabbilita ta’ investiment.

Meta l-faddal tal-PEPP jirrinunzja d-dritt tiegħu li jirċievi pariri, il-fornituri jew id-distributuri tal-PEPP imsemmija fl-Artikolu 19(c) ta’ dan ir-Regolament għandhom, meta jwettqu attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-PEPP, jitolbu lill-faddal tal-PEPP jew lill-faddal potenzjali tal-PEPP jipprovdi informazzjoni dwar l-għarfien u l-esperjenza tal-persuna fil-qasam ta’ investiment rilevanti għall-PEPP offrut jew mitlub biex il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP ikun jista’ jivvaluta jekk il-PEPP previst huwiex adattat għall-faddal tal-PEPP.

Meta l-fornitur jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 19(c) ta’ dan ir-Regolament iqis, fuq il-bażi tal-informazzjoni riċevuta skont l-ewwel subparagrafu, li l-prodott mhuwiex xieraq għall-faddal tal-PEPP jew għall-faddal potenzjali tal-PEPP, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP għandu jwissi lill-faddal tal-PEPP jew lill-faddal potenzjali tal-PEPP dwar dan. Dik it-twissija tista’ tiġi pprovduta f’format standardizzat.

Fejn il-faddala tal-PEPP jew il-faddala potenzjali tal-PEPP ma jipprovdux l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, jew fejn ma jipprovdux biżżejjed informazzjoni rigward l-għarfien u l-esperjenza tagħhom, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP għandu jwissihom li hu mhuwiex f’qagħda li jiddetermina jekk il-PEPP previst hux xieraq għalihom. Dik it-twissija tista’ tiġi pprovduta f’format standardizzat.

2.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(1), meta l-faddal tal-PEPP ikun irrinunzja d-dritt tiegħu li jirċievi parir b’rabta mal-għażla prestabbilita ta’ investiment, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 19(c) ta’ dan ir-Regolament jista’ jwettaq attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-PEPP mingħajr il-bżonn li jikseb informazzjoni jew jagħmel id-determinazzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) l-attivitajiet huma relatati mal-kuntratti tal-PEPP li jikkonċernaw l-għażla prestabbilita ta’ investiment li jipprovdu biss skopertura ta’ investiment għall-istrumenti finanzjarji meqjusa mhux kumplessi skont l-Artikolu 25(4)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE u ma jinkorporawx struttura li tagħmilha diffiċli għall-faddal tal-PEPP biex jifhem ir-riskji involuti;

(b) id-distribuzzjoni tal-PEPP issir fuq l-inizjattiva tal-faddal tal-PEPP jew tal-faddal potenzajli tal-PEPP;

(c) il-faddal tal-PEPP jew il-faddal potenzajli tal-PEPP ġie informat biċ-ċar li, meta jwettaq l-attività ta’ distribuzzjoni tal-PEPP, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP mhuwiex meħtieġ jivvaluta l-adegwatezza tal-PEPP jew tal-attività ta’ distribuzzjoni tal-PEPP ipprovduti jew offruti u li l-faddal tal-PEPP jew il-faddal potenzajli tal-PEPP ma jibbenefikax mill-protezzjoni korrispondenti tar-regoli rilevanti tal-kondotta tal-operazzjonijiet. Tali twissija tista’ tiġi pprovduta f’format standardizzat;

(d) il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont ir-regoli applikabbli għalih, f’konformità ma’ dan il-Kapitolu, rigward kunflitti ta’ interess relatati mal-attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-PEPP.

3.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 62 biex tispeċifika b’mod ulterjuri kif il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 19(c) ta’ dan ir-Regolament iridu jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti f’dan l-Artikolu meta jwettqu attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-PEPP, inkluż fir-rigward tal-informazzjoni li jridu jiksbu meta jivvalutaw l-adegwatezza tal-PEPPs għall-klijenti tagħhom u l-kriterji għall-valutazzjoni ta’ kuntratti mhux kumplessi relatati mal-PEPP għall-finijiet tal-punt (ii) tal-paragrafu 2(a) ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom iqisu:

(a) in-natura tas-servizzi offruti jew ipprovduti lill-faddal tal-PEPP jew lill-faddal potenzajli tal-PEPP, b’kunsiderazzjoni tat-tip, tal-oġġett, tad-daqs u tal-frekwenza tat-tranżazzjonijiet; u

(b) in-natura tal-prodotti offerti jew ikkunsidrati, inklużi tipi differenti ta’ strumenti finanzjarji.

TAQSIMA IV
INFORMAZZJONI MATUL IT-TERMINU TAL-KUNTRATT

Artikolu 27
Dispożizzjonijiet ġenerali

1.Il-fornituri tal-PEPP għandhom ifasslu dokument konċiż ippersonalizzat li jkun fih it-tagħrif ewlieni għal kull faddal tal-PEPP b'kunsiderazzjoni tan-natura speċifika tas-sistemi nazzjonali tal-pensjonijiet u tal-liġi soċjali, tax-xogħol u fiskali nazzjonali rilevanti (“Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP”). It-titlu tad-dokument għandu jkun fih il-kliem “Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP”.

2.Għad-data eżatta li għaliha tirreferi l-informazzjoni fir-Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP, il-format tal-informazzjoni li tinsab fir-Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP, u t-trattament ta’ kwalunkwe tibdil materjali fl-informazzjoni, il-paragrafi 2-4 tal-Artikolu 38 tad-Direttiva 2016/2341/UE għandhom jiġu applikati kif xieraq, fejn għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament “Rapport tal-Benefiċċju tal-Pensjoni” tfisser Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP.

3.Barra minn hekk, il-faddal tal-PEPP għandu jinżamm informat tul it-terminu tal-kuntratt bi kwalunkwe bidla li tikkonċerna l-informazzjoni li ġejja:

(a) il-kundizzjonijiet tal-polza, kemm ġenerali kif ukoll speċjali;

(b) l-isem tal-impriża tal-fornitur tal-PEPP, il-forma ġuridika tagħha jew l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tagħha u, fejn xieraq, tal-fergħa li kkonkludiet il-kuntratt;

(c) l-informazzjoni kollha li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 23(2) sa (5) fil-każ ta’ tibdil fil-kundizzjonijiet tal-PEPP jew ta’ emenda fil-liġi applikabbli għall-kuntratt relatat mal-PEPP;

(d) informazzjoni dwar kif il-polza ta’ investiment tieħu f’kunsiderazzjoni fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza.

Artikolu 28
Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP

1.Ir-Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP għandu jinkludi mill-inqas, din l-informazzjoni essenzjali li ġejja għall-faddala tal-PEPP:

(a) id-dettalji personali tal-faddal tal-PEPP, isem il-fornitur tal-PEPP, informazzjoni dwar il-projezzjonijiet tal-benefiċċju tal-pensjoni, informazzjoni dwar l-intitolamenti dovuti jew il-kapital akkumulat, il-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-faddal tal-PEPP jew minn kwalunkwe parti terza u informazzjoni dwar il-livell ta’ finanzjament tal-iskema tal-PEPP, li għalihom għandu jiġi applikat l-Artikolu 39, paragrafi 1(a), (b), (d), (e), (f) u (h) tad-Direttiva 2016/2341/UE, fejn il-“membru” tfisser il-faddal tal-PEPP, l-“IORP” tfisser il-fornitur tal-PEPP, “skema ta’ pensjoni” tfisser l-iskema tal-PEPP u “l-impriża sponsor” tfisser kwalunkwe parti terza għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament;

(b) l-Istat Membru li fih il-fornitur tal-PEPP hu awtorizzat jew irreġistrat u l-isem tal-awtorità kompetenti;

(c) fejn applikabbli, informazzjoni dwar garanziji sħaħ jew parzjali skont l-iskema tal-PEPP u, jekk rilevanti, in-natura tal-garanzija u tal-mekkaniżmi li jipproteġu l-intitolamenti individwali dovuti;

(d) informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-iskema tal-PEPP kollha kemm hi jew, fejn ikun rilevanti, tal-għażla ta’ investiment tal-faddal tal-PEPP, ippreżentata f'tabella li tkopri dik il-prestazzjoni matul is-snin disponibbli u sal-aħħar għaxar snin;

(e) diżaggregazzjoni tal-kostijiet imnaqqsa mill-fornitur tal-PEPP tal-inqas tul l-aħħar 12-il xahar, li tindika l-kostijiet tal-amministrazzjoni, il-kostijiet tas-salvagwardja tal-assi, il-kostijiet relatati mat-tranżazzjonijiet f’portafoll u kostijiet oħra, kif ukoll stima tal-impatt tal-kostijiet fuq il-benefiċċji finali.

2.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 62 li jistipulaw regoli għad-determinazzjoni tas-suppożizzjonijiet dwar projezzjonijiet dwar il-benefiċċji tal-pensjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafru 1. Dawk ir-regoli għandhom jiġu applikati mill-fornituri tal-PEPP biex jiddeterminaw, fejn rilevanti, ir-rata annwali ta’ redditu nominali fuq l-investiment, ir-rata annwali ta’ inflazzjoni u t-tendenza tal-pagi fil-futur.

3.F’konformità mal-Artikolu 55, l-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-aħjar prattiki fir-rigward tal-format u l-kontenut tar-Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP.

Artikolu 29
Informazzjoni supplimentari

1.Ir-Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP għandu jispeċifika fejn u kif tista' tinkiseb l-informazzjoni supplimentari, inklużi:

(a) informazzjoni prattika ulterjuri kif stipulata fil-paragrafu 1(a) tal-Artikolu 40 tad-Direttiva 2016/2341/UE;

(b) informazzjoni dwar il-kontijiet annwali u r-rapporti annwali tal-fornitur tal-PEPP, b’kunsiderazzjoni ta’ kull skema tal-PEPP operata minn dak il-fornitur u, fejn applikabbli, il-kontijiet annwali u r-rapporti annwali għal kull skema tal-PEPP;

(c) dikjarazzjoni bil-miktub tal-prinċipji tal-politika ta’ investiment tal-fornitur tal-PEPP li tal-inqas ikun fiha kwistjonijiet bħalma huma l-metodi tal-kejl tar-riskju ta' investiment, il-proċessi implimentati tal-immaniġġjar tar-riskju u l-allokazzjoni strateġika tal-assi fir-rigward tan-natura u tad-durata tal-obbligazzjonijiet tal-PEPP, kif ukoll kif il-politika ta’ investiment tieħu f’kunsiderazzjoni fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza.

(d) fejn applikabbli, informazzjoni dwar is-suppożizzjonijiet użati għall-ammonti espressi f’annwalitajiet, b’mod partikolari fir-rigward tar-rata tal-annwalità, tat-tip ta’ fornitur tal-PEPP u tad-durata tal-annwalità;

(e) informazzjoni dwar il-livell ta’ benefiċċji, fil-każ ta’ tifdija bikrija.

2.Fir-rigward tal-iskemi tal-PEPP li fihom il-faddala tal-PEPP iġarrbu riskju tal-investiment u fejn tiġi imposta fuq il-faddal tal-PEPP għażla ta’ investiment b’regola partikolari speċifikata fl-iskema tal-PEPP, ir-Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP għandu jindika fejn hemm iktar informazzjoni disponibbli.

3.L-EIOPA, wara l-konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u wara l-ittestjar għall-konsumaturi, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 u f’dan l-Artikolu.

L-EIOPA għandha tippreżenta standards tekniċi ta’ impliemntazzjoni abbozzati lill-Kummissjoni sa … [fi żmien disa’ (9) xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament].

Is-setgħa hi mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità ml-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 30
Informazzjoni li għandha tingħata lill-faddala tal-PEPP matul il-fażi ta’ qabel l-irtirar u lill-benefiċjarji tal-PEPP matul il-fażi ta’ dekumulazzjoni

1.    Il-faddala tal-PEPP għandhom jirċievu informazzjoni matul il-fażi ta’ qabel l-irtirar kif stipulat fl-Artikolu 42 tad-Direttiva 2016/2341/UE.

2.    Il-fornituri tal-PEPP għandhom jipprovdu b’mod perjodiku lill-benefiċjarji tal-PEPP b’informazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 43 tad-Direttiva 2016/2341/UE, fejn il-“ħlas” ifisser id-dekumulazzjoni għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 31
Informazzjoni addizzjonali li għandha tingħata fuq talba lill-faddala tal-PEPP u lill-benefiċjarji tal-PEPP

Fuq it-talba ta’ faddal tal-PEPP jew ta’ benefiċjarju tal-PEPP jew tar-rappreżentanti tagħhom, il-fornitur tal-PEPP għandu jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

(a) il-kontijiet annwali u r-rapporti annwali msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 29(1), jew meta fornitur tal-PEPP ikun responsabbli għal iktar minn skema tal-PEPP waħda, il-kontijiet u r-rapporti li jirrigwardaw l-iskema tal-PEPP partikolari tagħhom;

(b) id-dikjarazzjoni tal-prinċipji tal-politika ta’ investiment, imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 29(1);

(c) kull informazzjoni addizzjonali dwar is-suppożizzjonijiet użati biex jiġu ġġenerati l-projjezzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 28(1).

TAQSIMA V
RAPPORTAR LILL-AWTORITAJIET NAZZJONALI

Artikolu 32
Dispożizzjonijiet ġenerali

1.Il-fornituri tal-PEPP għandhom jippreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni li hi neċessarja għall-finijiet tas-superviżjoni. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni neċessarja biex jitwettqu l-attivitajiet li ġejjin meta jitwettaq proċess tar-rieżami superviżorju:

(a) għall-valutazzjoni tal-governanza applikata mill-fornituri tal-PEPP, in-negozju li jkunu qegħdin iwettqu, il-prinċipji ta’ valutazzjoni applikati għall-finijiet tas-solvibbiltà, ir-riskji indirizzati u s-sistemi ta’ mmaniġġjar tar-riskju, u l-istruttura kapitali, il-ħtiġijiet u l-ġestjoni tagħhom;

(b) biex jittieħdu d-deċiżjonijiet xierqa li jirriżultaw mit-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi superviżorji tagħhom.

2.L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat li ġejjin:

(a) li jiddeterminaw in-natura, l-ambitu u l-format tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li huma jeħtieġu li l-fornituri tal-PEPP jippreżentaw fil-mumenti li ġejjin:

(i) f’perjodi stipulati minn qabel;

(ii) mas-seħħ ta’ avvenimenti stipulati minn qabel;

(iii) matul inkjesti rigward is-sitwazzjoni ta’ fornitur tal-PEPP;

(b) biex jiksbu mingħand il-fornituri tal-PEPP kwalunkwe informazzjoni dwar kuntratti li huma miżmuma mill-fornituri tal-PEPP jew rigward kuntratti li jidħlu fihom ma’ partijiet terzi; u

(c) biex jitolbu informazzjoni mingħand esperti esterni, bħal awdituri u attwarji.

3.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tinkludi dan li ġej:

(a) elementi kwalitattivi jew kwantitattivi, jew kwalunkwe taħlita xierqa minnhom;

(b) elementi storiċi, attwali jew prospettivi, jew kwalunkwe taħlita xierqa minnhom;

(c) data minn għejun interni jew esterni, jew kwalunkwe taħtlita xierqa minnhom.

4.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha:

(a) tirrefletti n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tal-fornitur tal-PEPP ikkonċernat, u b’mod partikolari r-riskji inerenti f’dak in-negozju;

(b) tkun aċċessibli, sħiħa f’kull aspett materjali, kumparabbli u konsistenti matul iż-żmien;

(c) tkun rilevanti, affidabbli u komprensibbli.

5.Il-fornituri tal-PEPP għandu jkollhom sistemi u strutturi xierqa fis-seħħ biex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 kif ukoll politika miktuba, approvata mill-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-fornitur tal-PEPP, biex jiżguraw l-adegwatezza kontinwa tal-informazzjoni ppreżentata.

6.Fuq talba indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti, l-EIOPA għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni ppreżentata mill-fornituri tal-PEPP.

7.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 62 li jispeċifikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4, bl-għan li tiżgura l-konverġenza sal-punt xieraq tar-rapportar superviżorju.

L-EIOPA, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet nazzjonali u wara l-ittestjar għall-konsumatur, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format tar-rapportar superviżorju.

L-EIOPA għandha tippreżenta standards tekniċi ta’ impliemntazzjoni abbozzati lill-Kummissjoni sa … [fi żmien disa’ (9) xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

KAPITOLU V
FAŻI TA’ AKKUMULAZZJONI

TAQSIMA I
REGOLI TA’ INVESTIMENT GĦALL-FORNITURI TAL-PEPP

Artikolu 33
Regoli ta’ investiment 

1.Il-fornituri tal-PEPP għandhom jinvestu f’konformità mar-regola tal-“persuna prudenti” u b’mod partikolari f’konformità mar-regoli li ġejjin:

(a) l-assi għandhom jiġu investiti fl-aħjar interessi fuq terminu twil tal-faddala tal-PEPP inġenerali. Fil-każ ta’ kunflitt ta’ interessi potenzjali, il-fornitur tal-PEPP, jew l-entità li timmaniġġja l-portafoll tiegħu, għandhom jiżguraw li l-investiment isir fl-interess uniku tal-faddala tal-PEPP;

(b) l-assi għandhom ikunu investiti b’mod li jiġu żgurati s-sigurtà, il-kwalità, il-likwidità u l-profittabbiltà tal-portafoll kollu kemm hu;

(c) l-assi għandhom predominantement ikunu investiti fi swieq regolati. Investiment f’assi li mhumiex ammessi għan-negozju f'suq finanzjarju regolat għandu f'kull każ jinżamm f’livelli prudenti;

(d) investiment fi strumenti derivattivi għandu jkun possibbli sal-limitu li dawn l-istrumenti jikkontribwixxu għal tnaqqis tar-riskji ta’ investiment jew jiffaċilita l-immaniġġjar effiċjenti tal-portafoll. Dawk l-istrumenti għandhom ikunu stmati fuq bażi prudenzjali, filwaqt li jittieħed kont tal-assi sottostanti, u inklużi fil-valwazzjoni tal-assi ta’ fornitur tal-PEPP. Il-fornituri tal-PEPP għandhom jevitaw ukoll milli kontroparti waħda u operazzjonijiet derivattivi oħra jiġu skoperti eċċessivament għar-riskji;

(e)l-assi għandhom ikunu ddiversifikati kif imiss b’tali mod li tiġi evitata dipendenza eċċessiva fuq xi assi partikolari, fuq l-emittent jew fuq grupp ta’ impriżi u akkumulazzjonijiet ta’ riskju fil-portafolli kollha kemm huma. Investimenti f’assi maħruġa mill-istess emittenti jew minn emittenti li jagħmlu parti mill-istess grupp ma għandhomx jesponu lill-fornitur tal-PEPP għal konċentrazzjoni eċċessiva ta’ riskji;

(f)l-assi ma għandhomx ikunu investiti f’ġurisdizzjoni ta’ riskju għoli u li ma tikkooperax identifikata mit-Task Force tal-Azzjoni Finanzjarja;

(g)il-fornitur tal-PEPP ma għandux jiskopri lilu nnifsu għal riskji li jirriżultaw minn ingranaġġ eċċessiv u minn trasformazzjoni ta’ maturità eċċessiva.

2.Ir-regoli stipulati fil-punti (a) sa (g) tal-paragrafu 1 japplikaw biss sa fejn ma jkun hemm ebda dispożizzjoni iktar strinġenti fil-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti applikabbli għall-fornitur tal-PEPP.

TAQSIMA II
REGOLI TA’ INVESTIMENT GĦALL-FADDALA TAL-PEPP

Artikolu 34
Dispożizzjonijiet ġenerali

1.Il-fornituri tal-PEPP għandhom joffru sa ħames opzjonijiet ta’ investiment lill-faddala tal-PEPP.

2.L-opzjonijiet ta’ investiment għandhom jinkludu għażla prestabbilita ta’ investiment u jistgħu jinkludu opzjonijiet alternattivi ta’ investiment.

3.L-opzjonijiet ta’ investiment kollha għandhom jitfasslu mill-fornituri tal-PEPP fuq il-bażi ta’ tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju li għandhom jiżguraw protezzjoni suffiċjenti għall-faddala tal-PEPP.

Artikolu 35
Għażla minn fost l-għażliet ta’ investiment mill-faddal tal-PEPP

Il-faddal tal-PEPP għandu jagħżel opzjoni ta’ investiment mal-konklużjoni tal-kuntratt tal-PEPP.

Artikolu 36
Kundizzjonijiet għall-modifika tal-opzjoni ta’ investiment magħżula

1.Il-faddal tal-PEPP għandu jkun kapaċi jagħżel opzjoni ta’ investiment differenti darba kull ħames snin ta’ akkumulazzjoni fil-PEPP.

2.Il-modifika tal-opzjoni ta’ investiment għandha tkun mingħajr ħlas għall-faddal tal-PEPP.

Artikolu 37
Opzjoni prestabbilita ta’ investiment

1.L-opzjoni prestabbilita ta’ investiment għandha tiżgura protezzjoni tal-kapital għall-faddal tal-PEPP, fuq il-bażi ta’ teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju li tirriżulta fi strateġija sikura ta’ investiment.

2.Il-protezzjoni tal-kapital għandha tippermetti lill-faddal tal-PEPP jirkupra l-kapital investit.

Artikolu 38
Għażliet alternattivi ta’ investiment

1.Jekk il-fornituri tal-PEPP joffru opzjonijiet alternattivi ta’ investiment, tal-inqas waħda minnhom għandha toffri opzjoni ta’ investiment kosteffiċjenti lill-faddala tal-PEPP.

2.L-opzjonijiet alternattivi ta’ investiment għandhom jinkludu tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju li jridu jiġu ddefiniti mill-fornituri tal-PEPP.

Artikolu 39
Att delegat dwar l-opzjonijiet ta’ investiment

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 62 li jispeċifika:

(a)    it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju biex tiġi żgurata protezzjoni tal-kapital skont l-opzjoni prestabbilita ta’ investiment;

(b) it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju li għandhom jiġu applikati għall-opzjonijiet alternattivi ta’ investiment.

TAQSIMA III
ASPETTI OĦRA TAL-FAŻI TA’ AKKUMULAZZJONI

Artikolu 40
Kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta’ akkumulazzjoni

1.F’konformità mal-Artikolu 3(b), il-kundizzjonijiet tal-PEPP relatati mal-fażi ta’ akkumulazzjoni għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri sakemm ma jkunux speċifikati f’dan ir-Regolament.

2.Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu b’mod partikolari limiti tal-età għall-bidu tal-fażi ta’ akkumulazzjoni, id-durata minima tal-fażi ta’ akkumulazzjoni, l-ammont massimu u minimu ta’ pagamenti u l-kontinwità tagħhom, kif ukoll il-kundizzjonijiet għat-tifdija qabel l-età tal-irtirar fil-każ ta’ diffikultà partikolari.

KAPITOLU VI
PROTEZZJONI TAL-INVESTITURI

Artikolu 41
Depożitarju

1.Meta l-fornitur tal-PEPP ikun istituzzjoni għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali jew ditta tal-investiment kif imsemmi fl-Artikolu 5(1), dan għandu jaħtar depożitarju wieħed jew iktar għas-salvagwardja tal-assi u għad-dmirijiet ta’ sorveljanza.

2.Għall-ħatra tad-depożitarju u għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu, l-Artikolu 33(5), (6) u (7) tad-Direttiva 2016/2341/UE għandu jiġi applikat kif xieraq.

3.Għas-salvagwardji tal-assi u tal-obbligazzjoni tad-depożitarju, l-Artikolu 34(1) u (2) tad-Direttiva 2016/2341/UE għandu jiġi applikat kif xieraq. Id-depożitarju għandu jkun responsabbli fir-rigward tal-fornitur tal-PEPP u tal-faddala tal-PEPP għal kwalunkwe telf imġarrab minnhom minħabba n-nuqqas inġustifikabbli min-naħa tiegħu li jwettaq l-obbligi tiegħu jew l-eżekuzzjoni mhux xierqa min-naħa tiegħu ta’ dawn. Ir-responsabbiltà tad-depożitant ma għandhiex tkun affettwata mill-fatt li dan ikun inkariga lil parti terza l-assi kollha jew uħud mill-assi li għandu taħt is-salvagwardja tiegħu.

4.Għad-dmirijiet ta’ sorveljanza ta’ depożitarju, l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2016/2341/UE għandu jiġi applikat kif xieraq.

Artikolu 42
Kopertura tar-riskji bijometriċi

Il-fornituri tal-PEPP jistgħu joffru PEPPs b’għażla li tiżgura l-kopertura tar-riskju għal riskji bijometriċi. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, “riskji bijometriċi” tfisser riskji marbuta mal-lonġevità, mad-diżabilità u mal-mewt.

Artikolu 43
Lmenti

1.Il-fornituri u d-distributuri tal-PEPP għandhom jimplimentaw u japplikaw proċeduri adegwati u effettivi għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim għas-soluzzjoni ta’ lmenti ppreżentati minn klijenti tal-PEPP rigward id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.

2.Dawk il-proċeduri għandhom jiġu applikati f’kull Stat Membru fejn il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP joffri s-servizzi tiegħu u għandhom ikunu disponibbli b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru rilevanti kif magħżula mill-klijent tal-PEPP, jew b’lingwa oħra jekk din tkun maqbula bejn il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP u l-klijent tal-PEPP.

3.Il-fornituri u d-distributuri tal-PEPP għandhom jagħmlu kull sforz possibbli biex iwieġbu, fuq mezz stampat jew, jekk dan ikun maqbul bejn il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP u l-klijent tal-PEPP, fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil, għall-ilmenti tal-klijenti tal-PEPP. It-tweġiba għandha tindirizza l-punti kollha mqajma, fi żmien perjodu adegwat u mhux iktar tard minn fi żmien 15-il jum ta’ xogħol minn meta jkun ġie riċevut l-ilment. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, jekk it-tweġiba ma tistax tingħata fi żmien 15-il jum ta’ xogħol għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-fornitur jew tad-distributur tal-PEPP, hu għandu jkun obbligat jibgħat tweġiba provviżorja, li tindika b’mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien fl-għoti tat-tweġiba għall-ilment u tispeċifika l-iskadenza sa meta l-klijent tal-PEPP għandu jirċievi t-tweġiba finali. Fi kwalunkwe każ, l-iskadenza biex tiġi riċevuta t-tweġiba finali ma għandhiex taqbeż il-35 jum ta’ xogħol.

4.Il-fornituri u d-distributuri tal-PEPP għandhom jinformaw lill-klijent tal-PEPP dwar tal-inqas entità waħda ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) li hi kompetenti biex tindirizza t-tilwimiet li jikkonċernaw id-drittijiet u l-obbligi tal-klijenti tal-PEPP skont dan ir-Regolament.

5.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tissemma b’mod ċar, li jinftiehem u li hu faċilment aċċessibbli fuq is-sit web tal-fornitur jew tad-distributur tal-PEPP, fil-fergħa, u fil-patti u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt bejn il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP u l-klijent tal-PEPP. Din għandha tispeċifika kif tista’ tiġi aċċessata informazzjoni ulterjuri dwar l-entità kkonċernata tal-ADR u dwar il-kundizzjonijiet għall-użu tagħha.

6.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri li jippermettu lill-klijenti tal-PEPP u lil partijiet interessati oħra, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur, jippreżentaw ilmenti lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-allegat ksur ta’ dan ir-Regolament min-naħa tal-fornituri u tad-distributuri tal-PEPP. Fil-każijiet kollha, min jagħmel ilment għandu jirċievi risposta.

Artikolu 44
Rimedju straġudizzjarju 

1.Proċeduri tal-ADR adegwati, indipendenti, imparzjali, trasparenti u effettivi għas-soluzzjoni ta’ tilwimiet bejn il-klijenti tal-PEPP u l-fornituri jew id-distributuri tal-PEPP rigward id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 49 , billi jintużaw korpi kompetenti eżistenti fejn xieraq. Tali proċeduri tal-ADR għandhom ikunu applikabbli, u l-kompetenza tal-korp tal-ADR rilevanti għandha tiġi estiża b’mod effettiv, għall-fornituri jew għad-distributuri tal-PEPP li kontrihom jinfetħu l-proċeduri.

2.Il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkooperaw b’mod effettiv għar-riżoluzzjoni ta’ tilwimiet transfruntiera li jikkonċernaw id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament.

KAPITOLU VII
BDIL TAL-FORNITURI TAL-PEPP

Artikolu 45
Forniment tas-servizz tal-bdil

1.Il-fornituri tal-PEPP għandhom jipprovdu servizz tal-bdil li, fuq talba tal-faddal tal-PEPP, jittrasferixxi kwalunkwe bilanċ pożittiv minn kont tal-PEPP miżmum mal-fornitur tat-trasferiment għal kont ġdid tal-PEPP miftuħ mal-fornitur riċevitur, bl-għeluq tal-kont tal-PEPP preċedenti. 

Is-servizz tal-bdil jista’ jiġi pprovdut mill-fornituri tal-PEPP stabbiliti fl-istess Stat Membru (bdil domestiku) jew fi Stati Membri differenti (bdil transfruntier).

2.Il-faddal tal-PEPP jista’ jbiddel il-fornituri tal-PEPP bi frekwenza ta’ mhux iktar minn darba kull ħames snin wara l-konklużjoni tal-kuntratt tal-PEPP.

Artikolu 46
Servizz tal-bdil

1.Fuq it-talba tal-faddal tal-PEPP, is-servizz tal-bdil għandu jinbeda mill-fornitur tal-PEPP riċevitur. Is-servizz tal-bdil għandu mill-inqas ikun konformi mal-paragrafi 2 sa 5.

2.Il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu jniedi s-servizz tal-bdil malli jirċievi l-awtorizzazzjoni mingħand il-faddal tal-PEPP.

L-awtorizzazzjoni għandha titfassal b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn is-servizz tal-bdil qed jitnieda jew bi kwalunkwe lingwa oħra miftiehma bejn il-partijiet.

L-awtorizzazzjoni għandha tippermetti lill-faddal tal-PEPP li jipprovdi kunsens speċifiku għat-twettiq mill-fornitur tal-PEPP li jittrasferixxi ta’ kull wieħed mill-kompiti msemmija fil-paragrafu 3 u li jipprovdi kunsens speċifiku għat-twettiq mill-fornitur tal-PEPP riċevitur ta’ kull wieħed mill-kompiti msemmija fil-paragrafu 5.

L-awtorizzazzjoni għandha tippermetti lill-faddal tal-PEPP jidentifika b’mod speċifiku l-portafolli tal-assi u/jew l-ammonti li għandhom jinqelbu. L-awtorizzazzjoni għandha tippermetti wkoll li l-faddala tal-PEPP jispeċifikaw id-data li minnha għandhom jiġu eżegwiti l-pagamenti għall-kont tal-PEPP miftuħ mal-fornitur tal-PEPP riċevitur. Dik id-data għandha tkun tal-inqas sitt ijiem ta’ xogħol wara d-data li fiha l-fornitur tal-PEPP riċevitur jirċievi d-dokumenti ttrasferiti mingħand il-fornitur tal-PEPP trasferitur skont il-paragrafu 4. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-awtorizzazzjoni mill-faddal tal-PEPP tkun bil-miktub u li kopja tal-awtorizzazzjoni tiġi pprovduta lill-faddal tal-PEPP.

3.Fi żmien jumejn ta’ xogħol mir-riċevuta tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu jitlob lill-fornitur tal-PEPP trasferitur iwettaq il-kompiti li ġejjin, jekk dan ikun stipulat fl-awtorizzazzjoni tal-faddal tal-PEPP:

(a) jibgħat lill-fornitur tal-PEPP riċevitur u, jekk dan ikun mitlub b’mod speċfiku mill-faddal tal-PEPP fl-awtorizzazzjoni, lill-faddal tal-PEPP, lista tal-assi eżistenti li għalihom qed jinbidel il-fornitur;

(b) jittrasferixxi kwalunkwe bilanċ pożittiv fil-kont tal-PEPP miftuħ jew miżmum mal-fornitur tal-PEPP riċevitur fid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP; u

(c) jagħlaq il-kont tal-PEPP miżmum mal-fornitur tal-PEPP trasferitur fid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP.

4.Mar-riċevuta ta’ talba mingħand il-fornitur tal-PEPP riċevitur, il-fornitur tal-PEPP trasferitur għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin, jekk dan ikun stipulat fl-awtorizzazzjoni tal-faddal tal-PEPP:

(a) jibgħat il-fornitur tal-PEPP riċevitur l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol;

(b) meta l-fornitur tal-PEPP trasferitur ma jipprovdix sistema għar-ridirezzjoni awtomatizzata tal-pagamenti diħlin fil-kont tal-PEPP miftuħ mill-faddal tal-PEPP mal-fornitur tal-PEPP riċevitur, jieqaf jaċċetta pagamenti diħlin fil-kont tal-PEPP b’effett mid-data speċifikata fl-awtorizzazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-fornitur tal-PEPP trasferitur jinforma lill-faddal tal-PEPP bir-raġuni għaliex ma aċċettax pagamenti deħlin;

(c) jittrasferixxi l-bilanċ pożittiv li jifdal mill-kont tal-PEPP fil-kont il-ġdid tal-PEPP miftuħ mal-fornitur tal-PEPP riċevitur fid-data speċifikata fl-awtorizzazzjoni;

(d) jagħlaq il-kont tal-PEPP fid-data speċifikata fl-awtorizzazzjoni jekk il-faddal tal-PEPP ma jkollu ebda obbligu pendenti fuq dak il-kont tal-PEPP u dment li twettqu l-azzjonijiet elenkati fil-punti (a), (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu. Il-fornitur tal-PEPP għandu jinforma minnufih lill-faddal tal-PEPP meta t-tali obbligi pendenti jipprevjenu l-għeluq tal-kont tal-faddal tal-PEPP.

5.Fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mir-riċevuta tal-informazzjoni mitluba mingħand il-fornitur tal-PEPP trasferitur kif imsemmi fil-paragrafu 3, il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu, kif u jekk stipulat fl-awtorizzazzjoni u sa fejn l-informazzjoni pprovduta mill-fornitur tal-PEPP trasferitur jew mill-faddal tal-PEPP tippermetti lill-fornitur tal-PEPP riċevitur jagħmel dan, iwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) iwettaq kwalunkwe tħejjija meħtieġa biex jaċċetta pagamenti deħlin u jaċċettahom b’effett mid-data speċifikata fl-awtorizzazzjoni;

(b) jinforma lil dawk li jagħmlu l-pagamenti li jkunu speċifikati fl-awtorizzazzjoni dwar id-dettalji tal-kont tal-PEPP tal-fornitur tal-PEPP mal-fornitur tal-PEPP riċevitur u jibgħat lil dawk li jagħmlu l-pagamenti kopja tal-awtorizzazzjoni tal-faddal tal-PEPP.

Jekk il-fornitur tal-PEPP riċevitur ma jkollux l-informazzjoni kollha li għandu bżonn biex jinforma lil dawk li jħallsu kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, dan għandu jistaqsi lill-faddal tal-PEPP jew lill-fornitur tal-PEPP trasferitur biex jipprovdi l-informazzjoni nieqsa.

Meta l-faddal tal-PEPP jagħżel li personalment jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu lil dawk li jħallsu minflok ma jipprovdi kunsens speċifiku f’konformità mal-paragrafu 2 lill-fornitur tal-PEPP riċevitur biex jagħmel dan, il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP b’ittri standard li jipprovdu d-dettalji tal-kont tal-PEPP u d-data tal-bidu speċifikata fl-awtorizzazzjoni fi ħdan l-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 47
Faċilitazzjoni tal-bdil domestiku u transfruntier għall-faddala tal-PEPP

1.Meta faddal tal-PEPP jindika lill-fornitur tal-PEPP tiegħu li hu jixtieq jiftaħ kont tal-PEPP ma’ fornitur tal-PEPP li jinsab fl-istess Stat Membru jew f’ieħor, il-fornitur tal-PEPP li miegħu il-faddal tal-PEPP għandu kont tal-PEPP għandu, malli jirċievi tali talba, jipprovdi l-assistenza li ġejja lill-faddal tal-PEPP: 

(a) jipprovdi lill-faddal tal-PEPP l-informazzjoni disponibbli mingħajr ħlas dwar il-pagamenti rikorrenti li daħlu fil-kont tal-PEPP tal-faddal tal-PEPP fl-aħħar 13-il xahar;

(b) jittrasferixxi l-bilanċ pożittiv li jifdal fil-kont tal-PEPP miżmum mill-faddal tal-PEPP fil-kont tal-PEPP miftuħ mill-faddal tal-PEPP mal-fornitur tal-PEPP riċevitur, dment li t-talba tinkludi dettalji sħaħ li jippermettu l-identifikazzjoni tal-fornitur tal-PEPP riċevitur u tal-kont tal-PEPP tal-faddal tal-PEPP;

(c) jagħlaq il-kont tal-PEPP miżmum mill-faddal tal-PEPP.

2.Jekk il-faddal tal-PEPP ma jkollu ebda obbligu pendenti fil-kont tal-PEPP, il-fornitur tal-PEPP li miegħu il-faddal tal-PEPP iżomm il-kont tal-PEPP għandu jipprovdi l-assistenza msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP, li għandha tkun tal-inqas sitt ijiem ta’ xogħol wara li l-fornitur tal-PEPP jirċievi t-talba tal-faddal tal-PEPP sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bejn il-partijiet. Il-fornitur tal-PEPP għandu jinforma minnufih lill-faddal tal-PEPP meta l-obbligi pendenti jipprevjenu l-għeluq tal-kont tal-PEPP tiegħu.

Artikolu 48
Tariffi u miżati marbuta mas-servizz tal-bdil

1.Il-faddala tal-PEPP għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni personali tagħhom mill-fornitur tal-PEPP trasferitur jew riċevitur mingħajr ħlas.

2.Il-fornitur tal-PEPP trasferitur għandu jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-fornitur tal-PEPP riċevitur skont il-punt (a) tal-Artikolu 46(4) mingħajr ma jitlob ħlas mingħand il-faddal tal-PEPP jew mingħand il-fornitur tal-PEPP riċevitur.

3.It-tariffi u l-miżati totali mitluba mill-fornitur tal-PEPP trasferitur mingħand il-faddal tal-PEPP għall-għeluq tal-kont tal-PEPP miżmum miegħu għandhom ikunu limitati għal mhux iktar minn 1,5 % tal-bilanċ pożittiv li għandu jiġi ttrasferit lill-fornitur tal-PEPP riċevitur.

4.It-tariffi u l-miżati, jekk jeżistu, mitluba mill-fornitur tal-PEPP trasferitur jew riċevitur lill-faddal tal-PEPP għal kwalunkwe servizz ipprovdut skont l-Artikolu 46, għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, għandhom ikunu raġonevoli u konformi mal-kostijiet attwali ta’ dak il-fornitur tal-PEPP.

Artikolu 49
Protezzjoni tal-faddala tal-PEPP kontra telf finanzjarju

1.Kwalunkwe telf finanzjarju, inklużi tariffi, miżati u mgħax, imġarrab mill-faddal tal-PEPP u li jirriżulta direttament min-nuqqas ta’ konformità ta’ fornitur tal-PEPP involut fil-proċess tal-bdil mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 46 għandu jintradd lura minn dak il-fornitur tal-PEPP mingħajr dewmien.

2.Ir-responsabbiltà skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika fil-każijiet ta’ ċirkostanzi anormali u imprevedibbli lil hinn mill-kontroll tal-fornitur tal-PEPP li jitlob l-applikazzjoni ta’ dawk iċ-ċirkostanzi, li l-konsegwenzi tagħhom kienu jkunu inevitabbli minkejja l-isforzi kollha biex dan ma jiġrix, jew fejn il-fornitur tal-PEPP ikun marbut b’obbligi legali oħra koperti minn atti leġiżlattivi tal-Unjoni jew nazzjonali.

3.Ir-responsabbiltà skont il-paragrafu 1 għandha tkun stabbilita skont ir-rekwiżiti legali applikabbli f’livell nazzjonali.

4.Il-faddal tal-PEPP għandu jġarrab il-kostijiet u kwalunkwe riskju ta’ telf finanzjarju marbut mat-tifdija in natura tal-assi miżmuma fil-kont tal-PEPP għall-fini tat-trasferiment tagħhom mill-fornitur tal-PEPP trasferitur lill-fornitur tal-PEPP riċevitur.

5.Il-faddal tal-PEPP għandu jġarrab il-kostijiet u kwalunkwe riskju ta’ telf finanzjarju konness mal-protezzjoni tal-kapital pprovduta mill-fornitur tal-PEPP trasferitur. Din il-protezzjoni tal-kapital, li tippermetti lill-faddal tal-PEPP jirkupra l-kapital investit u tipprovdi mekkaniżmu ta’ indiċjar tal-inflazzjoni, għandha tiġi kkonsmata fil-mument tal-bdil tal-fornituri.

Artikolu 50
Informazzjoni dwar is-servizz tal-bdil

1.Il-fornituri tal-PEPP għandhom jagħtu lill-faddala tal-PEPP l-informazzjoni li ġejja dwar is-servizz tal-bdil:

(a) ir-rwoli tal-fornitur tal-PEPP trasferitur u dak riċevitur għal kull pass tal-proċess tal-bdil, kif indikat fl-Artikolu 46;

(b) il-perjodu ta’ żmien għat-tlestija tal-passi rispettivi;

(c) it-tariffi u l-miżati mitluba għall-proċess tal-bdil;

(d) kwalunkwe informazzjoni li l-faddal tal-PEPP jintalab jipprovdi;

Il-fornituri tal-PEPP għandhom jagħtu wkoll informazzjoni oħra, inkluża, fejn applikabbli, l-informazzjoni neċessarja għall-identifikazzjoni tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti, l-iskema ta’ kumpens għall-investituri jew l-iskema ta’ protezzjoni tal-pensjoni fi ħdan l-Unjoni li l-fornitur tal-PEPP hu membru fiha. “Skema ta’ protezzjoni tal-pensjoni” tfisser arranġament biex jitħallas kumpens lill-faddala tal-PEPP jew lill-benefiċjarji tal-PEPP fil-każ ta’ insolvenza tal-fornitur tal-PEPP.

2.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli f’forma elettronika fuq is-sit web tal-fornitur tal-PEPP f’kull ħin, għandha tkun disponibbli b’xejn fuq verżjoni stampata jew fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil fil-bini kollu tal-fornitur tal-PEPP aċċessibbli għall-faddala tal-PEPP, u għandha tiġi pprovduta lill-faddala tal-PEPP fuq talba.

KAPITOLU VIII
FAŻI TA’ DEKUMULAZZJONI

Artikolu 51
Kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta’ dekumulazzjoni

1.F’konformità mal-Artikolu 3, il-kundizzjonijiet tal-PEPP relatati mal-fażi ta’ dekumulazzjoni għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri sakemm ma jkunux speċifikati f'dan ir-Regolament.

2.Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu b’mod partikolari l-issettjar tal-età tal-irtirar, ta’ rabta obbligatorja bejn l-ilħuq tal-età tal-irtirar u l-bidu tal-fażi ta’ dekumulazzjoni, ta’ perjodu minimu ta’ appartenenza għal skema tal-PEPP, ta’ perjodu massimu qabel l-ilħuq tal-età tal-irtirar għad-dħul fi skema tal-PEPP, kif ukoll tal-kundizzjonijiet tat-tifdija fil-każ ta’ diffikultà partikolari.

Artikolu 52
Formoli ta’ ħlas

1.Il-fornituri tal-PEPP jistgħu jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-faddala tal-PEPP formola waħda jew iktar minn fost dawn il-formoli ta’ ħlas li ġejjin:

(a) annwalitajiet;

(b) somma f’daqqa;

(c) pagamenti ta’ prelevament;

(d) taħlitiet ta’ dawn ta’ hawn fuq.

2.L-għażla tal-forma tal-ħlasijiet għall-fażi ta’ dekumulazzjoni għandha tiġi eżerċitata mill-faddala tal-PEPP mal-konklużjoni ta’ kuntratt tal-PEPP u tista’ tinbidel darba kull ħames snin wara matul il-fażi ta’ akkumulazzjoni, jekk applikabbli.

KAPITOLU IX
SUPERVIŻJONI

Artikolu 53
Superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti u monitoraġġ mill-EIOPA

1.L-awtorità kompetenti tal-fornitur tal-PEPP għandha tissorvelja l-konformità ma’ dan ir-Regolament fuq bażi kontinwa. Għandha tkun responsabbli wkoll għas-superviżjoni tal-konformità mal-obbligi stabbiliti fir-regoli jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-fornitur tal-PEPP, u tal-adegwatezza u tal-organizzazzjoni tiegħu bil-kompiti li jrid iwettaq meta jipprovdi PEPP.

2.L-EIOPA għandha tissorvelja l-iskemi tal-pensjonijiet stabbiliti jew distribwiti fit-territorju tal-Unjoni biex jiġi vverifikat li dawn ma jużawx id-deżinjazzjoni “PEPP” jew jissuġġerixxu li huma PEPP sakemm ma jkunux awtorizzati skont dan ir-Regolament u jikkonformaw miegħu.

3.F’koordinazzjoni mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħrajn, l-EIOPA għandha tirrieżamina l-pjanijiet annwali għas-superviżjoni tal-fornituri tal-PEPP adottati mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 54
Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti jkollha s-setgħat superviżorji u investigattivi kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament.

Artikolu 55
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u mal-EIOPA

1.L-EIOPA u l-awtorità kompetenti tal-fornitur tal-PEPP għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u jiskambjaw informazzjoni bl-għan li jwettqu d-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament.

2.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin f’konformità mar-Regolament 575/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 50 , mad-Direttiva 2009/138/KE, mad-Direttiva 2016/2341/UE, mad-Direttiva 2014/65/UE, mad-Direttiva 2009/65/KE u mad-Direttiva 2011/61/UE.

3.L-awtoritajiet kompetenti u l-EIOPA għandhom jikkooperaw ma’ xulxin bl-iskop li jwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

4.L-awtoritajiet kompetenti u l-EIOPA għandhom jiskambjaw l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, b’mod partikolari biex jidentifikaw u jirrimedjaw kull ksur ta’ dan ir-Regolament.

5.Biex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-EIOPA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifika d-dettalji tal-mekkaniżmu għall-kooperazzjoni u għall-iskambju ta’ informazzjoni, flimkien mar-rekwiżiti meħtieġa biex tiġi ppreżentata l-informazzjoni ta’ hawn fuq f’format standardizzat biex ikun jista’ jsir tqabbil.

L-EIOPA għandha tippreżenta standards tekniċi ta’ impliemntazzjoni abbozzati lill-Kummissjoni sa … [fi żmien disa’ (9) xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament].

Is-setgħa tingħata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità ml-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 56
Soluzzjoni għal nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti f’sitwazzjonijiet transfruntiera

1.Meta awtorità kompetenti ta’ fornitur jew ta’ distributur tal-PEPP ma taqbilx dwar il-proċedura jew il-kontenut ta’ azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni ta’ awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor rigward l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-EIOPA, fuq it-talba ta’ awtorità kompetenti kkonċernata waħda jew iktar tista’ tassisti lill-awtoritajiet biex jilħqu qbil f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4.

F’każijiet li jinvolvu sitwazzjonijiet transfruntiera, u meta n-nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti minn Stati Membri differenti jkun jista’ jiġi identifikat fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, l-EIOPA, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) jew tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), tista’ tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fl-ilħuq ta’ ftehim f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4.

2.L-EIOPA għandha tistabbilixxi terminu perentorju għall-konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti billi tikkunsidra kwalunkwe perjodu rilevanti taż-żmien, kif ukoll il-kumplessità u l-urġenza tal-kwistjoni. F’dak l-istadju l-EIOPA għandha taġixxi bħala medjatur.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jilħqux ftehim fil-fażi ta’ konċiljazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-EIOPA tista’, f’konformità mal-proċedura mniżżla fit-tielet u fir-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, tieħu deċiżjoni li tirrikjedi li huma jieħdu azzjoni speċifika jew joqogħdu lura milli jieħdu azzjoni biex isolvu l-kwistjoni, b’effetti vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, biex jiżguraw il-konformità mad-dritt tal-Unjoni.

3.Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-EIOPA, u b’hekk tonqos milli tiżgura li fornitur tal-PEPP jew distributur tal-PEPP jikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għalih bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, l-EIOPA tista’ tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lill-fornitur tal-PEPP jew lid-distributur tal-PEPP li teħtieġu jieħu l-azzjoni meħtieġa biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont id-dritt tal-Unjoni, inkluż il-waqfien minn kwalunkwe prattika.

4.Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 4 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni. Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 3 jew 4 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet.

5.Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, il-President tal-EIOPA għandu jistipula n-natura u t-tip tan-nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-ftehimiet milħuqa u d-deċiżjonijiet meħuda sabiex jiġi solvut dan in-nuqqas ta’ qbil.

KAPITOLU X
SANZJONIJIET

Artikolu 57
Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri ta’ rimedju

1.Mingħajr preġudizzju għad-dritt li l-Istati Membri jipprovdu għal u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri ta’ rimedju applikabbli għal sitwazzjonijiet li fihom:

(a)impriża finanzjarja kif imsemmija fl-Artikolu 5(1) tkun kisbet awtorizzazzjoni ta’ PEPP permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew qarrieqa jew xi mezz irregolari ieħor bi ksur tal-Artikoli 5 u 6;

(b)impriża finanzjarja kif imsemmija fl-Artikolu 5(1) tipprovdi, tiddistribwixxi rispettivament, prodotti bid-deżinjazzjoni “PEPP” jew “Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew” mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa;

(c)fornitur tal-PEPP kiser l-Artikolu 7(3), ma pprovdiex is-servizz ta’ portabilità bi ksur tal-Artikolu 13 jew l-informazzjoni dwar dak is-servizz meħtieġa skont l-Artikolu 17, jew naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti u l-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu IV, fil-Kapitolu V, fl-Artikolu 43 u fil-Kapitolu VII;

(d)depożitarju naqas milli jissodisfa d-dmirijiet ta’ sorveljanza tiegħu skont l-Artikolu 42.

2.Dawk is-sanzjonijiet u l-miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u, tal-inqas, għandhom jinkludu:

(a)dikjarazzjoni pubblika, li tindika l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur skont l-Artikolu 59;

(b)ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika biex tieqaf minn din l-imġiba u ma tirrepetihiex;

(c)projbizzjoni temporanja kontra kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tal-impriża finanzjarja jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li jkunu responsabbli minn funzjonijiet maniġerjali fit-tali impriżi;

(d)multi amministrattivi massimi ta’ tal-inqas EUR 5 000 000, jew fl-Istati Membri fejn il-munita mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fi [data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament];

(e)jew fil-każ ta’ persuna ġuridika, il-multi amministrattivi massimi msemmijin fil-punt (d) jistgħu jkunu sa 10 % tal-fatturat annwali totali skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali; meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja tal-impriża prinċipali li trid tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 51 , il-fatturat annwali totali relevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ fatturat b’konformità mal-atti leġiżlattivi kontabilistiċi relevanti skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali finali;

(f)multi amministrattivi massimi li tal-inqas jilħqu d-doppju tal-ammont tal-benefiċċju miksub mill-ksur meta dak il-benefiċċju jkun jista’ jiġi stabbilit, anki jekk dan jaqbeż l-ammonti massimi fil-punti (d) u (e).

3.Meta d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu japplikaw għall-persuni ġuridiċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta' rimedju stabbiliti fil-paragrafu 2 għal membri tal-korp maniġerjali, u għal individwi oħrajn li huma responsabbli għall-ksur skont id-dritt nazzjonali.

4.Kwalunkwe deċiżjoni li timponi s-sanzjonijiet amministrattivi jew il-miżuri ta’ rimedju stipulati fil-paragrafu 2 għandhom ikollhom motivazzjoni xierqa u jkunu soġġetti għad-dritt ta’ appell quddiem tribunal.

Artikolu 58
Eżerċitar tas-setgħa ta’ impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi u ta’ miżuri ta’ rimedju

1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat li jimponu s-sanzjonijiet u l-miżuri msemmija fl-Artikolu 57 skont l-oqfsa legali nazzjonali tagħhom: 

(a)direttament;

(b)f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra;

(c)permezz ta’ applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

2.Meta jistabbilixxu t-tip u l-livell ta’ sanzjoni amministrattiva jew ta’ miżura ta’ rimedju imposta skont l-Artikolu 57, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ċ-ċirkustanzi relevanti kollha, inklużi, fejn xieraq:

(a)il-materjalità, il-gravità u d-durata tal-ksur;

(b)il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-ksur;

(c)is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli kif indikat b’mod partikolari mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew mill-introjtu annwali u mill-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;

(d)l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf li jkun ġie evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(e)it-telf għal partijiet terzi kkaġunati mill-ksur, meta jkun jista’ jiġi stabbilit;

(f)il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-bżonn li jiġi żgurat li jiġu ċeduti l-profitti miksubin jew it-telf evitat minn dik il-persuna;

(g)il-ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli.

Artikolu 59
Pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta’ rimedju

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw mingħajr dewmien żejjed fuq is-siti web uffiċjali tagħhom kwalunkwe deċiżjoni ta’ impożizzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva jew ta’ miżura ta’ rimedju għall-ksur ta’ dan ir-Regolament wara li d-destinatarju tas-sanzjoni jew tal-miżura tas-sanzjoni jew tal-miżura jkun ġiet nnotifikat b’dik id-deċiżjoni. 

2.Il-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni fuq it-tip u l-għamla tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli u s-sanzjoniijet jew il-miżuri imposti.

3.Meta l-pubblikazzjoni tal-identità, f’każ ta’ persuni ġuridiċi, jew l-identità u d-data personali, f’każ ta’ persuni fiżiċi, titqies mill-awtorità kompetenti li mhijiex proporzjonata wara valutazzjoni ta’ każ b’każ jew meta l-awtorità kompetenti tqis li l-pubblikazzjoni tat-tali data, jew meta l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew ta’ investigazzjoni kontinwa, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jew:

(a)jiddifferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni amministrattiva jew il-miżura ta' rimedju sakemm ma jibqgħux jeżistu r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni; jew

(b)jippubblikaw id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni amministrattiva jew il-miżura ta’ rimedju, waqt li jħallu barra għal perjodu ta' żmien raġonevoli l-identità u d-dejta personali tad-destinatarju, jekk ikun imbassar li f’dak iż-żmien ir-raġunijiet għall-publikazzjoni anonima ma jibqgħux jeżistu u diment li din il-pubblikazzjoni anonima tiżgura protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata; jew

(c)ma jippubblikawx id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni amministrattiva jew il-miżura ta’ rimedju affattu f’każ li l-għażliet stipulati fil-punti (a) u (b) jitqiesu li mhumiex biżżejjed biex jiżguraw:

(i)li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tkunx imxekkla;

(ii)il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ tali deċiżjonijiet fir-rigward ta’ miżuri li jitqiesu ta’ natura minuri.

4.Fil-każ ta’ deċiżjoni ta’ pubblikazzjoni ta’ sanzjoni jew ta’ miżura fuq bażi anonima kif imsemmi fil-paragrafu 3(b), il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista’ tiġi posposta. Meta deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni amministrattiva jew miżura ta’ rimedju tkun soġġetta għal appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom idaħħlu minnufih fuq is-sit web uffiċjali tagħhom dik l-informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar ir-riżultat ta’ tali appell. Kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja li tħassar deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva jew miżura ta’ rimedju għandha tiġi ppubblikata wkoll.

5.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandha tibqa’ fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal tal-anqas ħames snin wara li tiġi ppubblikata. Data personali li tkun tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti għall-perjodu li hu meħtieġ skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data biss.

Artikolu 60
Obbligu li tippreżenta informazzjoni lill-EIOPA b’rabta ma’ sanzjonijiet amministrattivi u ma’ miżuri ta’ rimedju

1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-EIOPA dwar is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri oħra kollha imposti imma mhux ippubblikati skont l-Artikolu 59(1).

2.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu kull sena lill-EIOPA b’informazzjoni aggregata rigward is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta’ rimedju kollha imposti skont l-Artikolu 57.

L-EIOPA għandha tippubblika dik l-informazzjoni f’rapport annwali.

3.Fejn l-awtorità kompetenti tkun żvelat sanzjoni amministrattiva jew miżura oħra lill-pubbliku, hija għandha, fl-istess ħin, tirrapporta dak il-fatt lill-EIOPA.

KAPITOLU XI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 61
Proċessar ta’ data personali

Fir-rigward ta’ proċessar ta’ data personali fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri tal-PEPP u l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom għall-fini ta’ dan ir-Regolament f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679. Fir-rigward ta’ proċessar ta’ data personali mill-EIOPA fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, l-EIOPA għandha tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 62
Eżerċitar tad-delega

1.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 24(3), fl-Artikolu 26(3), fl-Artikolu 28(2), fl-Artikolu 32(7) u fl-Artikolu 39 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 24(3), fl-Artikolu 26(3), fl-Artikolu 28(2), fl-Artikolu 32(7) u fl-Artikolu 39 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.Hekk kif tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.Att delegat adottat skont l-Artikolu 24(3), l-Artikolu 26(3), l-Artikolu 28(2), l-Artikolu 32(7) u l-Artikolu 39 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux se jagħmlu oġġezzjoni. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 63
Evalwazzjoni u rapport

Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u, wara li tikkonsulta mal-EIOPA, tippreżenta Rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Meta l-evalwazzjoni tidentifika problemi importanti bil-funzjonament ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li r-Rapport jispjega kif il-Kummissjoni beħsiebha tindirizza l-problemi identifikati, inkluż passi u skedi tar-reviżjoni potenzjali.

Artikolu 64
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

   1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

   1.2.    Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat/i

   1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

   1.4.    Objettiv(i)

   1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

   1.6.    It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

   1.7.    Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

   2.1.    Ir-regoli dwar il-ġestjoni u r-rappurtar

   2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

   2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

   3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja tan-nefqa affettwati

   3.2.    Stima tal-impatt fuq in-nefqa 

   3.2.1.    Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

   3.2.2.    Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

   3.2.3.    Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   3.2.4.    Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   3.2.5.    Kontribuzzjonijiet ta' partijiet terzi

   3.3.    Stima tal-impatt fuq id-dħul

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP)

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat/i

Servizzi Finanzjarji

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

X Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 52  

 Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/inizjattiva għandha x'taqsam ma' azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida

1.4.Objettiv(i)

·L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva

Suq Intern Aktar Ġust u Aktar Profond b’Bażi Industrijali Msaħħa

·Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi

Għan speċifiku Nru 2.4

Il-konsumaturi għandhom aċċess għal prodotti tal-assigurazzjoni, tal-pensjoni u tal-UCITS sikuri u affidabbli


·Riżultat(i) u impatt mistenni/mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi mmirati.

L-iżvilupp ulterjuri tas-swieq kapitali tal-UE fi swieq approfonditi, likwidi u effiċjenti biżżejjed, biex ikunu ta’ benefiċċju għall-investiment u għat-tkabbir fl-UE. Suq intern li jaħdem kif suppost għall-pensjonijiet personali jista’ jikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex:

- jipprovdi lill-konsumaturi b’għażla adegwata ta’ prodotti tal-pensjoni personali bi standards minimi tal-kwalità tal-UE li jiżguraw protezzjoni tal-konsumatur,

- jipprovdi lill-konsumaturi u lill-fornituri tal-prodotti tal-pensjoni b’aċċess adegwat għas-suq madwar l-UE.

·Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva proposta.

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, il-Kummissjoni se tissorvelja l-applikazzjoni permezz ta’ rapportar regolari tal-EIOPA (eż. koordinazzjoni annwali tal-proċess superviżorju) kif ukoll permezz tal-kuntatti regolari tagħha mal-partijiet ikkonċernati (eż. konsumaturi, industrija u/jew ASE).

L-indikaturi tal-monitoraġġ ewlenin tal-impatt tal-miżura se jiġu (vvalutati eż. Ħames (5) snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar il-PEPP):

KPIs għall-monitoraġġ tal-objettiv biex Jiżdied l-investiment fl-UE u jikkontribwixxu għall-ikkompletar tas-CMU:

KPI 1: Użu totali (f’termini ta’ Assi taħt Ġestjoni) tal-PPPs (inklużi PPPs nazzjonali u l-PEPP, meta mqabbla max-xenarju bażi.

L-użu totali f’termini tal-assi taħt ġestjoni tal-PPPs kollha inklużi PPPs nazzjonali u l-PEPP hu kejl għas-suċċess peress li l-PEPP se jistabbilixxi l-parametru referenzjarju f’termini tal-karatteristiċi tal-prodott. Minħabba l-forzi tal-kompetizzjoni, il-PPPs nazzjonali jistgħu jadottaw karatteristiċi tal-PEPP, u jżidu l-użu. Is-suċċess jista’ jitkejjel f’każ li x-xejra fl-użu totali tkun statistikament ogħla mill-użu tax-xenarju bażi (li jinkludi lill-PPPs nazzjonali). Din l-informazzjoni hi disponibbli permezz tal-istħarriġ tal-istatistika fost il-familji tal-EUROSAT li għandu jiġi kombinat mal-informazzjoni mill-EIOPA.

KPI 2: Distribuzzjoni ġeografika u settorjali tal-fornituri tal-PEPP u tal-investimenti fil-PEPPs

Spettru ġeografiku wiesa’ tal-użu tal-PEPPs ikun prova tal-popolarità tagħhom indipendentement mill-ġid relattiv tal-familji fi Stati Membri differenti u jipprovdi evidenza tal-kontribuzzjoni għal CMU. Ċirku wiesa’ ta’ fornituri tal-PEPP minn setturi differenti tal-industrija finanzjarja jkunu xhieda tal-vijabbiltà ekonomika tal-PEPPs u tal-kompetizzjoni intersettorjali li tkun qed tikber u jkun evidenza tal-ħolqien ta’ suq uniku veru għall-pensjonijiet personali bħala parti mis-CMU.

KPIs għall-monitoraġġ tat-tisħiħ tal-karatteristiċi tal-prodotti fis-suq tal-pensjonijiet personali

KPI 3: Numru ta’ reġistrazzjonijiet tal-PEPP kif meħuda mir-reġistru ċentrali miżmum mill-EIOPA.

In-numru ta’ applikazzjonijiet wara l-introduzzjoni tal-PEPP jipprovdi informazzjoni importanti dwar id-disponibilità u l-adozzjoni mis-suq tal-karatteristiċi introdotti fil-PEPP.

KPI 4: Sehem relattiv ta’ PPPs (inklużi PPPs u PEPPs nazzjonali) meta mqabbla ma’ assi finanzjarji tal-familji

Żieda statistika fis-sehem relattiv (meta mqabbel max-xenarju bażi) tkun timplika li l-familji, wara l-introduzzjoni tal-PEPP, ikollhom sehem ikbar ta’ tfaddil fil-PPPs meta mqabbla mal-pussess ta’ assi finanzjarji oħra bħal pereżempju t-tfaddil f’depożiti. Din l-istatistika hi disponibbli wara li nħareġ l-istħarriġ tal-istatistika fost il-familji tal-EUROSAT li għandu jiġi kombinat mal-informazzjoni mill-EIOPA.

KPIs għall-monitoraġġ tal-forniment u tal-portabilità transfruntiera tal-PPPs:

KPI 5: Numru ta’ fornituri li jużaw passaport tul perjodu ta’ ħames (5) snin (attività transfruntiera minn fornituri jew permezz tal-forniment liberu ta’ servizzi jew permezz tal-libertà tal-istabbiliment)

Xejra pożittiva fin-numru ta’ fornituri li jużaw passaport hi indikatur ta’ attività transfruntiera ikbar tal-fornituri. Jenħtieġ li din id-data tkun disponibbli permezz tal-awtoritajiet kompetenti u tal-ASE.

KPI 6: Sehem relattiv (f’numri u f’valur tal-assi taħt ġestjoni) tal-PEPPs b’iktar minn kompartiment (nazzjonali) wieħed meta mqabbla mal-PPPs kollha (inklużi PPPs u PEPPs nazzjonali) (kejl tal-attività transfruntiera mill-individwi).

Xejra pożittiva tas-sehem tal-PEPPs b’iktar minn kompartiment wieħed hi indikatur li l-individwi qed jieħdu sehem fil-PEPP f’kuntest transfruntier. Jenħtieġ li din id-data tkun disponibbli permezz tal-awtoritajiet kompetenti u tal-ASE.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

·Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) f’terminu qasir jew twil

L-EIOPA għandha tingħata ċerti setgħat superviżorji skont dan ir-Regolament. Tabilħaqq, se tkun inkarigata mill-awtorizzazzjoni tal-PEPPs u mill-istabbiliment u miż-żamma ta’ reġistru ċentrali. Se tikkoordina wkoll is-superviżjoni, ma’ ASE u NCAs oħra.

Fit-terminu qasir, l-EIOPA se jkollha tistabbilixxi proċessi amministrattivi interni, toħloq reġistru ċentrali, tiżviluppa standards ta’ implimentazzjoni u se jkollha tkun lesta li tawtorizza PEPPs.

Fit-terminu itwal, l-EIOPA se jkollha tkun kapaċi tikkoordina s-superviżjoni, billi tikkoordina s-superviżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. L-EIOPA se jkollha tiġbor informazzjoni wkoll u tirrapporta dwar id-data tas-suq li fuq l-EIOPA hi meħtieġa mir-Regolament tirrapporta b’mod perjodiku lill-Kummissjoni.

·Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza tad-dritt, effikaċja ikbar jew komplimentarjetajiet). Għall-fini ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” hu l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li hu addizzjonali għall-valur li kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)

- Mitigazzjoni tar-riskju ta’ applikazzjoni diverġenti u inkonsistenti tar-Regolament minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti differenti;

- Multipliċità tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti involuti u tar-riskji ta’ kunflitti fuq il-kompetenzi (li għalihom hi proposta medjazzjoni vinkolanti);

Kif muri fil-valutazzjoni tal-impatt, l-inkarigar tal-EIOPA bir-reġistrazzjoni u bil-koordinazzjoni tas-superviżjoni tal-PEPPs se jirrimedja jew inaqqas b’mod sinifikanti dawk il-problemi.

Valur miżjud iġġenerat mistenni tal-Unjoni (ex post) [...]

Stabbiliment ta’ suq uniku għall-PEPP u l-iżgurar tal-funzjonament adegwat tiegħu.

·Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Dan il-mudell superviżorju hu metodu kosteffiċjenti stabbilit bil-provi għall-kisba tal-objettiv ta’ suq uniku veru u ta’ perspettiva adegwata tas-CMU b’livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ġew inkarigati b’kompiti simili diġà u, b’mod ġenerali, l-esperjenza kienet pożittiva.

·Kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

L-EIOPA għandha setgħat superviżorji limitati fil-qasam tal-konverġenza tas-superviżjoni. Is-sinerġiji jistgħu jinkisbu mis-setgħat eżistenti tal-EIOPA fil-qasam tal-ispezzjonijiet fuq il-post u tal-konverġenza superviżorja għad li l-EIOPA għadha ma ġietx inkarigata bis-setgħa li tagħti awtorizzazzjonijiet.


1.6.Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

   Proposta/inizjattiva b’effett minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS

X Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-2019 sal-2020

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 53  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

X Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil:

◻ pajjiżi terzi jew il-korpi li ħatru;

◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (li għandhom jiġu speċifikati);

◻il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

X korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ korpi rregolati bil-liġi pubblika;

◻ korpi regolati bid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ korpi regolati bid-dritt privat ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1 Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

F'konformità mal-arranġamenti eżistenti, l-EIOPA tħejji rapporti regolari dwar l-attività tagħha (inklużi r-rapportar intern lill-Maniġment Superjuri, ir-rapportar tal-MB, ir-rapportar dwar is-sitt xhur ta' attività lill-BoS u l-produzzjoni tar-rapport annwali), u tiġi sottomessa għal awditi mill-Qorti tal-Awdituri u mis-Servizz tal-Awditu Intern dwar l-użu tar-riżorsi tagħha. Il-monitoraġġ u r-rapportar tal-azzjonijiet proposti preżentament se jikkonformaw mar-rekwiżiti diġà eżistenti.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

·Riskju/i identifikat(i)

Fir-rigward tal-użu legali, ekonomiku u effiċjenti tal-approprjazzjonijiet li jirriżultaw mill-proposta hu mistenni li l-proposta ma toħloqx riskji ġodda li mhumiex attwalment koperti minn qafas ta’ kontroll intern eżistenti tal-EIOPA.

·Tagħrif fuq it-twaqqif tas-sistema ta’ kontroll intern

Is-sistemi ta’ mmaniġġjar u ta’ kontroll, kif previsti fir-Regolament tal-EIOPA, diġà qed jiġu implimentati. L-EIOPA taħdem mill-qrib mas-Servizz tal-Awditu Intern tal-Kummissjoni sabiex tiżgura li jintlaħqu l-istandards xierqa fl-oqsma kollha ta’ kontroll intern. Dawn l-arranġamenti se japplikaw ukoll fir-rigward tar-rwol tal-EIOPA skont din il-proposta. Rapporti annwali tal-awditu intern jintbagħtu lill-Kummissjoni, lill-Parlament u lill-Kunsill.

·Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

Mhux applikabbli

2.3 Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni jew protezzjoni eżistenti jew dawk previsti.

Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), japplikaw għall-EIOPA mingħajr l-ebda restrizzjoni.

L-EIOPA ngħaqdet fil-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), u adottat dispożizzjonijiet xierqa għall-persunal kollu tal-EIOPA.

Bħalissa l-EIOPA għandha strateġija dedikata kontra l-frodi u pjan ta’ azzjoni li jirriżulta. L-istrateġija u l-pjan ta’ azzjoni ġew implimentati fl-2014. L-azzjonijiet imsaħħa tal-EIOPA fil-qasam ta’ kontra l-frodi se jkunu konformi mar-regoli u mal-gwida pprovduti mir-Regolament Finanzjarju (miżuri ta’ kontra l-frodi bħala parti minn immaniġġjar finanzjarju sod), mill-politiki ta’ prevenzjoni tal-frodi tal-OLAF, mid-dispożizzjonijiet ipprovduti mill-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi (COM(2011)376) kif ukoll kif stabbilit fl-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE (Lulju 2012) u l-pjan direzzjonali relatat.

Ir-Regolament li jistabbilixxi l-EIOPA stipula d-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit tal-EIOPA u r-regoli finanzjarji applikabbli.

[…]

3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1 Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

Linji baġitarji eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[…][Intestatura………………………...……………]

Diff./Mhux diff. 54

minn pajjiżi tal-EFTA 55

minn pajjiżi kandidati 56

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1a

12 02 05 EIOPA

Diff.

LE

LE

LE

LE

Il-linji baġitarji ġodda mitluba / Mhux applikabbli

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[…][Intestatura ………………………………………]

Diff./Mhux diff.

minn pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[…][XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2 Stima tal-impatt fuq in-nefqa

·Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

[Intestatura 1A.……………………………………………………………….]

DĠ: FISMA

Sena
2019

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operattivi

Numru tal-linja baġitarja 12 02 05 EIOPA

Impenji

(1)

0,348

0,251

PM 100% ikun 870,5k għall-2019 u 629,2k għall-2020 rispettivament, minħabba arranġament ta’ kofinanzjament ta’ 60/40, is-sehem ta’ 40% biss jissemma hawn

Pagamenti

(2)

0,348

0,251

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 57  

Numru tal-linja tal-baġit

(3)

Approprjazzjonijiet TOTALI
għad-DĠ FISMA – (40%)

Impenji

=1+1a +3

0,348

0,251

Pagamenti

=2+2a

+3

0,348

0,251






TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

• Approprjazzjonijiet TOTALI ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-Intestatura <….>
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6

Jekk iżjed minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta/mill-inizjattiva:

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

• Approprjazzjonijiet TOTALI ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta' referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <…….>

• Riżorsi umani

• Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
N 58

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

0,348

0,251

Pagamenti

0,348

0,251

·Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

X    Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt: MHUX APPLIKABBLI

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Indika l-objettivi u r-riżultati

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

RIŻULTATI

Tip 59

Kost medju

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 60 ...

- Riżultat

- Riżultat

- Riżultat

Subtotal għall-Għan Speċifiku Nru 1

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Riżultat

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

·Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

·Sommarju

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 61

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal għall-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra INTESTATURA 5 62
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u nefqa oħra ta’ natura amministrattiva ser jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riskjerati ġewwa d-DĠ, flimkien jekk ikun hemm bżonn ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl ta’ limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.1 Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għall-full time

Sena
N

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (Il-Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 63

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-‘envelopp globali’)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 ss  64

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, ENS, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħrajn (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati minn persunal tad-DĠ li huwa diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie riskjerat fid-DĠ, flimkien ma’, jekk ikun hemm bżonn, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl ta’ limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Persunal estern

3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

X    Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva se tirrikjedi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega xi programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

3.2.5. Kontribuzzjonijiet ta' partijiet terzi

◻ Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi.

X Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Sena
2019

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament - NCAs 60%

0,870

0,629

PM 100%

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

0,522

0,377

PM 60% minħabba arranġament ta’ kofinanzjament





3.3 Impatt stmat fuq id-dħul

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva jkollha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

EUR miljun (sa tliet pożizzonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/l-inizjattiva 65

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul

[…]



ANNESS għad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għall-Proposta għal Regolament dwar Prodotti tal-Pensjoni Personali pan-Ewropej (PEPP)

Metodoloġija applikata u s-suppożizzjonijiet sottostanti ewlenin

Il-kostijiet relatati mal-koordinazzjoni tas-superviżjoni tal-PEPP mill-EIOPA ġew stmati skont tliet kategoriji ta’ kostijiet: il-kostijiet tal-persunal, il-kostijiet fuq l-infrastruttura u l-kostijiet tal-operazzjonijiet, f’konformità mal-klassifikazzjoni fil-baġit tal-EIOPA.

Skont l-istimi preliminari attwali li għamlet il-Kummissjoni, l-awtorizzazzjoni tal-PEPP u l-kompiti superviżorji se jeħtieġu tliet (3) membri ġodda tal-persunal fl-2019 u membru tal-persunal addizzjonli għas-sena 2020. Dawn jiżdied mal-persunal li bħalissa qed jaħdem fl-EIOPA u li hu kopert mill-baġit attwali għall-EIOPA. Il-kostijiet huma maqsuma fuq bażi ta’ 60/40 mal-Istati Membri.

Il-ħtieġa ta’ numri ikbar ta’ persunal tirrifletti l-kompiti addizzjonali inkarigati mir-Regolament lill-EIOPA u hi relatata mal-koordinazzjoni tas-superviżjoni tal-PEPPs:

·Tħejjija għal u mmaniġġjar tal-proċess ta’ awtorizzazzjoni;

·Twaqqif u żamma ta’ reġistru ċentrali 66 ;

·Żvilupp ta’ standards tekniċi previsti fir-Regolament;

·Faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

·Tħejjija tal-użu tal-koordinazzjoni tas-superviżjoni kontinwa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti: twaqqif ta’ qafas ta’ rapportar u ta’ monitoraġġ

·Monitoraġġ u rapportar annwali dwar il-KPIs

Dawn il-kompiti ġodda huma stabbiliti fir-Regolament propost u spjegati aktar fil-memorandum ta’ spjegazzjoni. Dawn jinkludu u mhumiex limitati għar-reġistrazzjoni tal-PEPPs, għall-koordinazzjoni tas-superviżjoni ta’ PEPPs reġistrati, li jeħtieġu kuntatti perjodiċi mal-maniġment/ mal-persunal tal-entitajiet taħt superviżjoni, it-tweġib ta’ mistoqsijiet, ta’ lmenti jew ta’ talbiet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew mill-konsumaturi, għall-monitoraġġ tal-konformità tal-PEPPs mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament dwar il-PEPP, għat-talba ta’ informazzjoni mingħand il-PEPPs jew il-persuni involuti fl-immaniġġjar tal-iskemi, għat-twettiq ta’ spezzjonijiet fuq il-post, għall-eżaminar tar-rekords u għas-smigħ tal-persuni dwar ksur allegat tar-Regolament. L-EIOPA tista’ wkoll taqdi rwol fis-setgħa tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jirtiraw ir-reġistrazzjoni u jieħdu miżuri superviżorji oħra kif elenkati fl-Artikolu 57 tar-Regolament dwar il-PEPP u li jimponu multi u ħlas perjodiku ta’ penali fuq il-PEPPs li jiksru r-Regolament, filwaqt li jipprovdu evidenza rigward il-ksur u jipproponu l-ammont tal-multa jew il-ħlas tal-penali. Barra minn hekk, l-EIOPA tista’ tipprovdi medjazzjoni vinkolanti f’każ li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jeħtieġu dan.

Hawn taħt huma deskritti s-suppożizzjonijiet ġenerali għall-kalkolu ta’ riżorsi addizzjonali, il-kost tan-numru l-ġdid ta’ membri tal-persunal u l-kostijiet infrastrutturali addizzjonali.  

Suppożizzjonijiet ġenerali magħmula meta jiġu kkalkolati riżorsi addizzjonali

Meta ġew ikkalkolati r-riżorsi addizzjonali, saru s-suppożizzjonijiet li ġejjin.

Hu supponut li r-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-bidu tal-2019 u, fuq il-bażi tal-interess ġenerali stmat matul il-laqgħat tal-partijiet ikkonċernati, hu stmat li madwar 325 fornitur se japplikaw għar-reġistrazzjonijiet tal-PEPP fil-ħames (5) snin ta’ wara fuq il-bażi tal-esperjenza ta’ reġim ġdid ieħor bħall-IORP (80 reġistrazzjoni f’sentejn u għal-LTIF 5 f’sena. Ladarba jiġu rreġistrati, dawn il-PEPPs għandhom jiġu ssorveljati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li s-superviżjoni tagħhom hi kkoordinata mill-EIOPA.

Il-karigi addizzjonali huma supponuti li huma persunal permanenti jew persunal temporanju tal-grad AD7 b’kostijiet salarjali medji ta’ EUR 138 000 kif meħuda mit-Tabella 1.

Bħala rimarka ġenerali, il-kostijiet għall-EIOPA bħalissa huma maqsuma bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fuq bażi ta’ 60/40.

Tabella 1 Kostijiet tal-Persunal

Kategorija tal-persunal

Kost medju totali li għandu jintuża għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji(*)

Kost medju mingħajr “habillage” (**)

Uffiċjal

EUR 138 000/sena

EUR 115 000/sena

Persunal temporanju

EUR 138 000/sena

EUR 115 000/sena

(**) Spejjeż tal-proprjetà immobbli, għamara, IT, eċċ.

Suppożizzjonijiet oħra

Minħabba li l-EIOPA tinsab fi Frankfurt, jittieħed koeffiċjent ta’ korrelazzjoni tas-salarju ta’ 0,972 minħabba l-għoli tal-ħajja inferjuri meta mqabbla ma’ Brussell.

Il-kostijiet tal-missjoni huma stmati għal EUR 10 000 għal kull membru tal-persunal fis-sena.

Il-kostijiet relatati mar-reklutaġġ (vjaġġi, lukanda, eżamijiet mediċi, stallazzjoni u perkaċċi oħrajn, kostijiet tal-ġarr, eċċ) huma stmati għal EUR 12 700 għal kull membru tal-persunal.

Kalkolu tan-numru ta’ membri addizzjonali

Għall-kalkolu tan-numru ta’ membri addizzjonali mal-EIOPA, il-kompiti l-ġodda huma maqsuma fi tliet oqsma ewlenin ta’ xogħol ġdid attribwit lill-EIOPA: L-awtorizzazzjoni, il-koordinazzjoni tas-superviżjoni u l-ħidma ta’ politika. Għal dawn l-oqsma, hi kkunsidrata l-istima li ġejja tal-ammont ta’ xogħol.

Għall-awtorizzazzjoni, hu stmat li uffiċjal wieħed (għaċ-ċarezza supponut li jiġi daqs Fte wieħed) jista’ jipproċessa awtorizzazzjoni waħda kull ġimagħtejn li tfisser madwar 25 f’sena. Hu supponut li fl-ewwel sena tal-applikazzjoni (jiġifieri fl-2019) se jkun hemm madwar 25 applikazzjoni, li jiżdiedu għal 75 f’kull waħda mis-snin segwenti.

Id-dirmijiet proprji ta’ koordinazzjoni tas-superviżjoni se jkunu ftit fl-ewwel sena meta l-ammont ta’ skemi x’jiġu ssorveljati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkun għadu żgħir, imbagħad jiżdiedu mal-pass tal-iskemi li jiġu awtorizzati kull sena. Jistgħu jinkisbu xi sinerġiji bil-bini fuq is-setgħat eżistenti għall-EIOPA fil-qasam tal-konverġenza superviżorja, għad li s-setgħat il-ġodda attribwiti lill-EIOPA għall-PEPP huma iktar estensivi.

Għall-ħidma ta’ politika, l-ewwel hu kkunsidrat li r-regolament fih diversi mandati għall-EIOPA biex taħdem fuq standards tekniċi. It-tieni, ikunu mistennija l-monitoraġġ u r-rapportar dwar l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni. Xi sinerġiji għandhom jinkisbu hawn; L-EIOPA diġà għandha għarfien espert fil-politika li jista’ jkopri sehem mill-kompiti l-ġodda filwaqt li jinqeda l-bżonn li jiġi attirat għarfien espert fil-qasam speċifiku.

IT u appoġġ dedikati jinvolvu primarjament l-istabbiliment tar-reġistru ċentrali, jew tar-reġistru tal-PEPP, kif ukoll l-infrastruttura ta’ sostenn għar-rapportar tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u huma għall-finijiet ta’ kalkoli tal-għadd li huma preżunti diġa koperti mill-għadd attwali tal-EIOPA.

It-Tabella 2 tippreżenta n-numru totali stmat addizzjonali ta’ membri tal-persunal għal kull qasam għall-EIOPA fil-qasam tal-PEPP.

Tabella 2 Total ta’ Fte fis-sena għal kull qasam għall-PEPP

Total ta’ Fte għal kull qasam għall-PEPP

2019

2020

Awtorizzazzjoni

1

2

Koordinazzjoni tas-superviżjoni

1

1

Ħidma ta’ politika

1

1

Total

3

4

Il-ħtiġijiet futuri wara l-2020 se jiġu kkalkulati u allokati fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur.

Kalkolu tan-nefqa fuq l-infrastruttura

In-nefqa ewlenija fl-infrastruttura addizzjonali hi relatata mat-twaqqif ta’ reġistru ċentrali, mar-rekwiżiti ta’ rapportar li jakkumpanjaw u mat-twaqqif ta’ bażi tad-data għall-monitoraġġ tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni. Għal dawn in-nefqiet relatati tal-IT, hu supponut li b’kollox hemm bżonn ta’ EUR 400.000 b’kostijiet ta’ manutenzjoni annwali ta’ 10% ikkalkolati f’suppożizzjonijiet sottostanti għal dan l-ammont totali:

·Twaqqif u żamma ta’ reġistru ċentrali jew ta’ Reġistru tal-PEPP

·Jista’ jkun previst il-ħolqien ta’ “reġistru ċentrali” simili għal dak tar-reġistri eżistenti, eż. ir-Reġistru tad-Dispożizzjonijiet Prudenzjali tal-IORPs; bi ftit mijiet ta’ prodotti tal-pensjoni koperti li fihom isem tal-prodott, data finanzjarja, KPIs u informazzjoni potenzjalment kwalitattiva; aġġornat darba fis-sena; l-operazzjoni tibda fl-2019, sa finalment il-bidu tal-2020;

·Għat-tħejjija għall-użu għall-koordinazzjoni tas-superviżjoni kurrenti: it-twaqqif tal-qafas ta’ rapportar u ta’ monitoraġġ, jenħtieġ li d-data miġbura tar-“reġistru ċentrali” tkun integrata fir-Repożitorju Ċentrali tal-EIOPA u jenħtieġ li din titqiegħed għad-dispożizzjoni permezz tas-soluzzjoni ta’ Intellgence Kummerċjali korporattiva; tkun neċessarja ħidma ta’ integrazzjoni u jkun hemm bżonn li jinkisbu liċenzji ġodda għall-membri l-ġodda tal-persunal.

Ammonti totali tan-nefqa 2019-2020

Fid-dawl tas-suppożizzjoni msemmija hawn fuq, l-ammonti totali stmati għall-kompiti tal-PEPP li għandhom jitwettqu mill-EIOPA għall-perjodu 2019-2020 huma ppreżentati fit-Tabella 3.

 

Tabella 3 Total tan-nefqa relatata tal-EIOPA għall-PEPP fis-snin 2019-2020

Ammonti f’eluf

Tip ta’ spiża

Kalkolu

2019

2020

Nefqa fuq il-persunal/ Salarji u provvedimenti

138k għal kull membru tal-persunal x 0,972

402,4

536,5

Nefqa relatata mar-reklutaġġ

12,7k fissi għal kull membru ġdid tal-persunal

38,1

12,7

Spejjeż tal-missjonijiet

10k għal kull membru tal-persunal/sena

30

40

Infrastruttura / IT

400k + 10 % manutenzjoni

400

40

Total (*)

870,5

629,2

(*) Ammonti totali: mingħajr kunsiderazzjoni tal-allokazzjoni ta’ 60/40 bejn l-Istati Membri/ il-Kummissjoni għall-baġit tal-EIOPA.

(1) Dan jikkonċerna, pereżempju, id-distribuzzjoni, il-politika dwar l-investimenti, il-bdil tal-fornituri, il-provvista transfruntiera, jew il-portabilità. Pereżempju, ċerti prodotti tal-pensjoni personali eżisteni ma jippermettux lill-faddala jbiddlu l-fornituri.
(2) COM(2015) 468 final, p.19.
(3) Il-Parlament Ewropew, Riżoluzzjoni tad-19 ta’ Jannar 2016 dwar analiżi u sfidi tar-Regolament tal-UE dwar is-Servizzi Finanzjarji: l-impatt u t-triq ’il quddiem lejn qafas tal-UE aktar effiċjenti u effikaċi għal Regolamentazzjoni Finanzjarja u Unjoni tas-Swieq Kapitali, 2015/2106(INI), il-punt 20.
(4) Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 ta’ Ġunju 2016, EUCO 26/16, il-punt 11.
(5) COM(2016) 601 final, p. 4.
(6) COM(2017) 292 final, p. 6.
(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE tad-29 ta’ Ġunju 1998 dwar is-salvagwardja tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari ta’ persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, ĠU L 209, 25.7.1998, p. 46.
(8) Id-Direttiva 2014/50/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar ir-rekwiżiti minimi sabiex tiżdied il-mobbiltà tal-ħaddiema minn Stat Membru għal ieħor permezz ta' titjib fil-ksib u l-preservazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari, ĠU L 128, 30.4.2014, p. 1.
(9) Id-Direttiva 2016/2341/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs), ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37.
(10) http://ttype.eu/
(11) http://www.resaver.eu/. Il-proġett RESAVER hu fond tal-pensjoni okkupazzjonali speċifiku għas-setturi mfassal biex jagħmilha eħfef għall-persunal tar-riċerka jżomm l-arranġamenti tal-pensjoni tiegħu hu u jimxi bejn istituzzjonijiet ta’ riċerka f’pajjiżi differenti tal-UE. Jinkludi wkoll għażla tal-pensjoni personali.
(12) White paper Aġenda għal Pensjonijiet Adegwati, Sikuri u Sostenibbli, COM(2012) 55 final, 16 ta’ Frar2012.
(13) C(2017)4393
(14) Id-Direttiva (UE) 2016/97, id-Direttiva 2014/65/UE, ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014.
(15) Ernst & Young, Study on a European Personal Pension Framework for the Commission. Ara t-Taqsima 3.2 hawn taħt.
(16) Ara s-sommarju tal-konsultazzjoni pubblika fl-Anness 2 tal-Valutazzjoni tal-Impatt.
(17) EIOPA’s advice on the development of an EU Single Market for personal pensions products (PPP), Lulju 2016, https://eiopa.europa.eu/Publications/Consultations/EIOPA%27s%20advice%20on%20the%20development%20of%20an%20EU%20single%20 market%20for%20personal%20pension%20products.pdf
(18) EIOPA, Towards an EU single market for personal pensions, 2014, disponibbli: https://eiopa.europa.eu/Publications/Reports/EIOPA-BoS-14-029_Towards_an_EU_single_market_for_Personal_Pensions-_An_EIOPA_Preliminary_Report_to_COM.pdf
(19) http://www.oecd.org/pensions/Stocktaking-Tax-Treatment-Pensions-OECD-EU.pdf
(20) http://www.oecd.org/daf/fin/private-pensions/financial-incentives-retirement-savings.pdf
(21) Disponibbli: http://www.oecd.org/daf/fin/private-pensions/Core-Principles-Private-Pension- Regulation.pdf
(22) http://www.oxera.com/Latest-Thinking/Publications/Reports/2013/Study-on-the-position-of-savers-in-private-pension.aspx
(23) Disponibbli: http://ec.europa.eu/transparency/regdoc/?fuseaction=ia
(24) Disponibbli: http://ec.europa.eu/transparency/regdoc/?fuseaction=ia
(25) Disponibbli: http://ec.europa.eu/transparency/regdoc/?fuseaction=ia
(26) Ir-rekwiżit li trustee, maniġer ta’ investiment ta’ fondi tal-pensjoni, jew kwalunkwe fiduċjarju (aġent fdat) jeħtieġlu jinvesti l-fondi b’diskrezzjoni, b’attenzjoni u b’intelliġenza. L-investimenti li ġeneralment ikunu fi ħdan ir-regola tal-“persuna prudenti” jinkludu titoli “blue chip” solidi, self garantit, ipoteki garantiti f’livell federali, ċertifikati tat-teżor, u investimenti konservattivi oħra li jipprovdu redditu raġonevoli.
(27) ĠU C , , p. .
(28) Pjan ta' Azzjoni għall-Bini ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali, il-Kummissjoni Ewropea, 30 ta’ Settembru 2015 (COM(2015) 468 final).
(29) Il-Parlament Ewropew, Riżoluzzjoni tad-19 ta’ Jannar 2016 dwar analiżi u sfidi tar-Regolament tal-UE dwar is-Servizzi Finanzjarji: l-impatt u t-triq 'il quddiem lejn qafas tal-UE aktar effiċjenti u effikaċi għal Regolamentazzjoni Finanzjarja u Unjoni tas-Swieq Kapitali, 2015/2106(INI), punt 20.
(30) Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 ta’ Ġunju 2016, EUCO 26/16, il-punt 11.
(31) COM(2016) 601 finali, p. 4.
(32) COM(2017) 292 final, p. 6.
(33) Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs), ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1.
(34) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-preżentazzjoni, il-kontenut, ir-rieżami u r-reviżjoni tad-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija u l-kundizzjonijiet biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit li dawn id-dokumenti jingħataw.
(35) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(36) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, tal-15.12.2010, p. 48).
(37) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, tal-15.12.2010, p. 84).
(38) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji”, 8 ta’ Diċembru 2010, COM(2010) 716 final.
(39) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(40) Ir-Regolament (KE) 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(41) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(42) Id-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni (ĠU L 009 15.1.2003, p. 3).
(43) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(44) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(45) Id-Direttiva 2016/2341/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).
(46) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi tal-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(47) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
(48) Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26 2.2.2016, p. 19).
(49) Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi), ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63.
(50) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(51) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KE u 83/349/KE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(52) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(53) Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(54) Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(55) EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(56) Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(57) Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ tal-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (linji “BA” preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(58) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/l-inizjattiva.
(59) Ir-riżultati huma prodotti u servizzi li jridu jiġu fornuti (eż.: numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, numru ta’ kilometri ta’ toroq mibnija. eċċ.).
(60) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku(ċi)...”.
(61) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(62) L-għajnuna teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(63) AC = Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= persunal tal-aġenzija; JED = Esperti Żgħażagħ f'Delegazzjonijiet.
(64) Sottolimitu għal persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operattivi (linji 'BA' preċedenti).
(65) Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 25 % għall-kostijiet tal-ġbir.
(66) Indipendentement mill-kostijiet tal-IT u dawk relatati mal-appoġġ tekniku.