IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 24.4.2017
COM(2017) 187 final
2017/0083(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konkluzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
Il-proposta mehmuża tikkostitwixxi l-istrument legali għall-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”).
Skont l-Att ta' Adeżjoni tagħha, il-Kroazja timpenja ruħha li taderixxi mal-ftehimiet internazzjonali ffirmati jew konklużi mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha permezz ta’ protokoll ma' dawk il-ftehimiet.
Il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, minn issa ’l quddiem imsejjaħ bħala "l-Ftehim", kien iffirmat fil-21 ta' Ġunju 1996 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999.
Wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ .... dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll kien iffirmat fi... fi.....
Il-protokoll propost jinkorpora lir-Repubblika tal-Kroazja bħala parti kontraenti għall-Ftehim u jorbot lill-Unjoni biex tipprovdi l-verżjoni awtentika tal-Ftehim bil-lingwa Kroata.
Il-Kummissjoni qed tipproponi li l-Kunsill jikkonkludi l-Protokoll f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha.
Il-Parlament Ewropew se jintalab biex jagħti l-kunsens tiegħu għal dan il-Protokoll.
2017/0083 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konkluzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi
(1)F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru…/…./UE, il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”) ġie ffirmat fi ..., [Daħħal id-data],soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data iktar tard.
(2)Il-konklużjoni tal-Protokoll hija soġġetta għal proċedura separata fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.
(3)Il-Protokoll jenħtieġ li jkun approvat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, qiegħed b'dan jiġi approvat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina lill-persuna bis-setgħa li tipproċedi, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, għan-notifika prevista fl-Artikolu 4(1) tal-Protokoll.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 24.4.2017
COM(2017) 187 final
ANNESS
tal-
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha ta' Protokol tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea
PROTOKOLL
TAL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA U KOOPERAZZJONI LI JISTABBILIXXI SĦUBIJA BEJN IL-KOMUNITAJIET EWROPEJ U L-ISTATI
MEMBRI TAGĦHOM MINN NAĦA U R-REPUBBLIKA TAL-UŻBEKISTAN,
MIN-NAĦA L-OĦRA, BIEX TITQIES L-ADEŻJONI
TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA
FL-UNJONI EWROPEA
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA’ SPANJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,
IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
L-UNGERIJA,
IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,
IR-RENJU TAN-NETHERLANDS,
IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-RUMANIJA,
IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ
Il-partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-‘Istati Membri’,
L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Unjoni”, u
IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA
minn naħa,
U
IR-REPUBBLIKA TAL-UŻBEKISTAN,
min-naħa l-oħra,
minn hawn ‘il quddiem flimkien imsejħa “il-Partijiet Kontraenti,”
BILLI l-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa u r-Repubblika tal-Użbekistan min-naħa l-oħra, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, kien iffirmat f’Firenze fl-21 ta’ Ġunju 1996;
BILLI t-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea kien iffirmat fi Brussell fid-9 ta’ Diċembru 2011;
BILLI, skont l-Artikolu 6(2) tal-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-adeżjoni tagħha mal-Ftehim trid tiġi miftiehma permezz ta’ konklużjoni ta’ protokoll mal-Ftehim;
WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013;
FTIEHMU kif ġej:
ARTIKOLU 1
B’dan, ir-Repubblika tal-Kroazja taderixxi bħala parti fil-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa u r-Repubblika tal-Użbekistan min-naħa l-oħra, iffirmat f’Firenze fl-21 ta’ Ġunju 1996. Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha wkoll tadotta u tieħu nota, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni, tat-testi tal-Ftehim u tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, tad-Dikjarazzjonijiet u tal-Iskambji tal-Ittri annessi mal-Att Finali ffirmati fl-istess data, kif ukoll tal-Protokolli ffirmati fl-2004, fl-2008 u fl-2011, li huma partijiet integrali mill-Ftehim.
ARTIKOLU 2
Fi żmien debitu wara l-inizjalar ta’ dan il-Protokoll, l-Unjoni għandha tikkomunika l-verżjoni bil-lingwa Kroata tal-Ftehim lill-Istati Membri tagħha u lir-Repubblika tal-Użbekistan. Soġġett għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, il-verżjoni bil-lingwa msemmija fl-ewwel sentenza ta’ dan l-Artikolu għandha ssir awtentika bl-istess kundizzjonijiet bħall-verżjonijiet lingwistiċi tal-Ftehim bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, bl-Ungeriż, u bl-Użbek.
ARTIKOLU 3
Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim.
ARTIKOLU 4
1.
Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Partijiet Kontraenti, skont il-proċeduri tagħhom. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan l-għan. L-istrument tal-approvazzjoni għandu jiġi ddepożitat għand is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
2.
Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta’ approvazzjoni.
3.
Sakemm jidħol fis-seħħ, dan il-Protokoll għandu japplika b'mod provviżorju b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013.
ARTIKOLU 5
Dan il-Protokoll huwa miktub f’duplikati bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, bl-Ungeriż, u bl-Użbek, b’kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.
B’XHIEDA TA’ DAN, il-Plenipotenzjarji ffirmati hawn taħt, mogħtija s-setgħa dovuta għal dan l-effett iffirmaw dan il-Protokoll.
Magħmul fi..., dan... jum ta’... fis-sena...
GĦALL-UNJONI EWROPEA, IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA U L-ISTATI MEMBRI
GĦAR-REPUBBLIKA TAL-UŻBEKISTAN