IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 22.3.2017
COM(2017) 142 final
2017/0063(COD)
Proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw is-setgħa biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
{SWD(2017) 114 final}
{SWD(2017) 115 final}
{SWD(2017) 116 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
Kuntest Ġenerali
L-Istati Membri tal-UE huma sħab essenzjali tal-Kummissjoni Ewropea għall-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE. Mill-2004, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri tal-UE (national competition authorities, NCAs) huma mogħtija s-setgħa mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 sabiex japplikaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE flimkien mal-Kummissjoni. Fil-fatt, l-NCAs huma obbligati japplikaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE għal ftehimiet jew prattiki li jista’ jkollhom effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Għal aktar minn għaxar snin, kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-NCAs infurzaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE f’kooperazzjoni mill-qrib man-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni (NEK). In-NEK inħoloq fl-2004 speċifikament għal dan il-għan.
L-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-NCAs huwa element essenzjali għall-ħolqien ta’ suq intern miftuħ, kompetittiv u innovattiv u huwa kruċjali għall-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir f’setturi importanti tal-ekonomija, b’mod partikolari s-setturi tal-enerġija, tat-telekomunikazzjonijiet, is-setturi diġitali u tat-trasport.
Ir-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni huma waħda mill-karatteristiċi ewlenin tas-suq intern: meta tiġi mfixkla l-kompetizzjoni, is-suq intern ma jistax jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu u ma jistax joħloq il-kundizzjonijiet tajbin għal tkabbir ekonomiku sostnut. Aspett ewlieni ta’ suq intern aktar profond u aktar ġust huwa li jiġi żgurat li r-regoli tas-suq intern ikunu infurzati b’mod effettiv, sabiex jagħtu riżultati qrib taċ-ċittadin. L-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE issa qiegħed iseħħ fuq skala li l-Kummissjoni qatt ma kienet tkun tista’ tikseb waħedha. Mill-2004, il-Kummissjoni u l-NCAs ħadu aktar minn 1000 deċiżjoni ta’ infurzar, bl-NCAs ikunu responsabbli għal 85 % minnhom. Azzjoni minn multipliċità ta’ inforzaturi hija deterrent ferm aktar b'saħħtu, effettiv u aħjar għall-kumpaniji li jitħajru jiksru r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE. Il-Kummissjoni ġeneralment tinvestiga prattiki jew ftehimiet antikompetittivi li jkollhom effett fuq il-kompetizzjoni fi tliet Stati Membri jew aktar, jew fejn ikun utli li tistabbilixxi preċedent fl-Ewropa kollha. L-NCAs ġeneralment huma f’qagħda tajba sabiex jieħdu azzjoni meta l-kompetizzjoni tkun affettwata b’mod sostanzjali fit-territorju tagħhom. L-NCAs għandhom l-għarfien espert dwar kif jaħdmu s-swieq fl-Istat Membru proprju tagħhom. Dan l-għarfien huwa ta’ valur kbir meta jinfurzaw ir-regoli tal-kompetizzjoni. Azzjoni fuq livell nazzjonali tippromwovi l-appoġġ għall-infurzar tal-kompetizzjoni mis-soċjetà inġenerali.
Raġunijiet u għanijiet tal-proposta
Hemm potenzjal li għadu ma ġiex sfruttat għal infurzar aktar effettiv tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE mill-NCAs. Ir-Regolament Nru 1/2003 ma indirizzax il-mezzi u l-istrumenti li bihom l-NCAs japplikaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE, u ħafna ma għandhomx il-mezzi u l-istrumenti kollha li għandhom bżonn sabiex jinfurzaw b’mod effettiv l-Artikoli 101 u 102 TFUE:
1. Xi NCAs ma għandhomx garanziji infurzabbli li bihom jistgħu japplikaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE b’mod indipendenti mingħajr ma jieħdu struzzjonijiet mingħand entitajiet pubbliċi jew privati. Numru ta’ awtoritajiet iħabbtu wiċċhom ma’ riżorsi umani u finanzjarji insuffiċjenti. Dan jista’ jkollu impatt fuq l-abbiltà tagħhom li jinfurzaw b’mod effettiv. Pereżempju, xi NCAs ma jistgħux iwettqu spezzjonijiet simultanji tal-membri kollha ta’ kartell li dwar hemm suspett, li jagħti lill-oħrajn ħin prezzjuż sabiex jeqirdu l-evidenza u ma jinkixfux. Oħrajn ma għandhomx l-għodod forensiċi xierqa tal-IT sabiex isibu evidenza tal-ksur.
2. Bosta NCAs ma għandhomx l-għodod kollha li għandhom bżonn sabiex isibu u jindirizzaw każijiet ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni. Xi NCAs ma għandhomx setgħat investigattivi importanti bħal pereżempju biex jiġbru evidenza maħżuna fuq telefowns mobbli, laptops, tablets, eċċ. - żvantaġġ kbir fl-era diġitali. Is-setgħat investigattivi tagħhom ħafna drabi huma mingħajr forza minħabba li mhumiex appoġġati b’sanzjonijiet effettivi jekk il-kumpaniji ma jikkonformawx magħhom.
3. Mhux l-NCAs kollha jistgħu jimponu multi effettivi: F’xi Stati Membri, il-liġi nazzjonali timpedixxi lill-NCAs milli jimponu multi effettivi għal ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE, eż. f’xi Stati Membri l-kumpaniji jistgħu jagħmlu ristrutturazzjoni sabiex jevitaw milli jħallsu l-multi. F’xi Stati Membri, ftit li xejn jew l-ebda multa ma tiġi imposta għall-ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE. Il-livell tal-multi imposti jvarja ħafna: il-penali għall-istess reat tista’ tkun ferm ogħla fi Stat Membru partikolari milli f’ieħor, mingħajr ma din id-differenza tiġi ġġustifikata minn ċirkustanzi oġġettivi.
4. Il-programmi ta’ klemenza huma għodda ewlenija sabiex jinstabu l-kartelli. Huma jinkoraġġixxu lill-kumpaniji sabiex jipprovdu informazzjoni prezzjuża dwar il-kartelli li pparteċipaw fihom u talli jagħmlu dan jingħataw immunità sħiħa jew parzjali mill-multi. Il-kumpaniji li jkunu qegħdin jikkunsidraw li japplikaw għall-klemenza jeħtieġu grad suffiċjenti ta’ ċertezza legali sabiex jiġu inċentivati li jikkooperaw mal-awtoritajiet. Dan huwa partikolarment il-każ meta kumpaniji japplikaw għall-klemenza fi Stati Membri differenti minħabba li l-kartell jaffettwa numru ta’ ġurisdizzjonijiet. Madankollu, id-diverġenzi fil-programmi ta’ klemenza madwar l-Ewropa jiskoraġġixxu lill-kumpaniji milli jgħidu l-verità u jipprovdu evidenza ta’ dawn il-prattiki antikompetittivi.
5. Id-diskrepanzi u l-limitazzjonijiet fl-għodod u l-garanziji tal-NCAs jimminaw ukoll is-sistema ta’ setgħat paralleli għall-infurzar tal-Artikolu 101 u 102 TFUE abbażi ta' kooperazzjoni mill-qrib fi ħdan in-NEK. Din is-sistema teħtieġ li l-awtoritajiet ikunu jistgħu jserrħu fuq xulxin sabiex iwettqu miżuri ta’ ġbir ta’ informazzjoni f’isem xulxin. Madankollu ma taħdimx tajjeb meta jkun għad hemm NCAs li ma għandhomx għodod adegwati għall-ġbir tal-informazzjoni. Diskrepanzi oħra fl-abbiltà tal-NCAs li jipprovdu assistenza reċiproka jimminaw ukoll is-sistema Ewropea tal-infurzar tal-kompetizzjoni li hija mfassla biex taħdem bħala unità sħiħa koeżiva. Pereżempju, l-NCAs amministrattivi ma jistgħux jitolbu l-infurzar tal-multi tagħhom bejn il-fruntieri jekk il-kontraventur ma jkollu l-ebda preżenza legali fit-territorju tagħhom. Fl-era diġitali, bosta kumpaniji jbigħu fuq l-internet lejn għadd potenzjalment kbir ta’ pajjiżi iżda jista’ jkollhom preżenza legali biss pereżempju fi Stat Membru wieħed. Kumpaniji bħal dawn fil-preżent huma protetti milli jħallsu l-multa.
Dawn id-diskrepanzi u limitazzjonijiet fl-għodod u l-garanziji tal-NCAs ifissru li l-kumpaniji involuti fi prattiki antikompetittivi jistgħu jiffaċċjaw eżiti differenti ħafna fil-proċedimenti, skont l-Istati Membri li fihom ikunu attivi: huma jistgħu ma jkunux suġġetti għal infurzar skont l-Artikoli 101 jew 102 TFUE jew għal infurzar ineffettiv, pereżempju, minħabba li ma tkunx tista’ tinġabar evidenza tal-prattiki antikompetittivi jew minħabba li l-impriżi jistgħu ma jerfgħux ir-responsabbiltà tal-multi. L-infurzar mhux uniformi tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE jfixkel il-kompetizzjoni fis-suq intern u jimmina s-sistema deċentralizzata ta’ infurzar stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1/2003.
Għalhekk hija meħtieġa proposta leġiżlattiva li tagħti s-setgħa lill-NCAs sabiex ikunu inforzaturi aktar effettivi tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE sabiex ikun żgurat li l-NCAs ikollhom il-garanziji neċessarji ta’ indipendenza u riżorsi kif ukoll setgħat ta’ infurzar u mmultar. It-tneħħija tal-ostakoli nazzjonali li jimpedixxu lill-NCAs milli jinfurzaw b’mod effettiv se tgħin biex jitneħħa t-tfixkil għall-kompetizzjoni fis-suq intern u biex il-konsumturi u l-impriżi, inlużi l-SMEs, ma jibqgħux jitpoġġew fi żvantaġġ għad-detrimernt tagħhom b'dawn il-miżuri. Barra minn hekk, il-fatt li l-NCAs ikunu jistgħu jipprovdu b’mod effettiv assistenza reċiproka lil xulxin se jiżgura kundizzjonijiet aktar ekwi u se tiġi ssalvagwardjata l-kooperazzjoni mill-qrib fi ħdan in-NEK.
Il-proposta hija parti mill-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2017 u hija bbażata fuq l-esperjenza tal-infurzar fin-NEK mill-2004.
Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika
Il-proposta se tikkumplimenta r-Regolament (KE) Nru 1/2003, peress li l-għoti ta’ setgħa lill-NCAs biex ikunu inforzaturi effettivi tfisser li l-potenzjal sħiħ tas-sistema ta’ infurzar deċentralizzata stabbilita minn dan l-istrument ikun ingħata. B’mod partikolari, hija se tagħti sustanza lir-rekwiżit fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li l-Istati Membri għandhom jaħtru l-NCAs b’tali mod li jkun hemm konformità effikaċi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament. Li jiġi żgurat li l-NCAs għandhom setgħat effettivi biex jieħdu d-deċiżjonijiet u jimponu multi jfisser li ġew irrispettati u ġew elaborati b’mod sħiħ r-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (li jagħti lill-NCAs id-dritt li jadottaw deċiżjonijiet u multi meta japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE). L-għoti lill-NCAs ta’ setgħat effettivi biex jiġbru l-informazzjoni jfisser li jingħata effett sħiħ lill-obbligu fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li jitlob li l-NCAs ikunu jistgħu jwettqu tali miżuri f’isem il-membri sħabhom fin-NEK. Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2016 dwar id-dritt tal-UE: Riżultati aħjar permezz ta’ applikazzjoni aħjar, il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza li jkun hemm sistema ta’ infurzar soda, effiċjenti u effettiva sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri japplikaw, jimplimentaw u jinforzaw bis-sħiħ id-dritt tal-UE. Hija tenfasizza li l-infurzar tad-dritt tal-UE jibqa’ sfida, u titlob li jkun hemm enfasi aktar b’saħħitha fuq l-infurzar li jkun ta’ servizz għall-interess ġenerali.
Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Il-proposta hija kompletament konsistenti u kompatibbli mal-politiki eżistenti tal-Unjoni f’oqsma oħra, b’mod partikolari dawk li jagħtu lill-NCAs jew lin-NEK rwol speċifiku ta’ konsulenza, kooperazzjoni, monitoraġġ, rappurtar jew għat-teħid tad-deċiżjonijiet.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
Bażi ġuridika
Il-proposta preżenti hija bbażata kemm fuq l-Artikolu 103 kif ukoll fuq l-Artikolu 114 TFUE minħabba li ssegwi għadd ta’ għanijiet li huma marbutin b’mod inseparabbli, jiġifieri li: (1) tagħti effett lill-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 101 u 102 TFUE billi tagħti s-setgħa lill-NCAs sabiex ikunu inforzaturi aktar effettivi; (2) tiżgura li l-kompetizzjoni fis-suq intern ma tiġix imfixkla u l-konsumaturi u l-impriżi ma jitpoġġewx fi żvantaġġ minn liġijiet u miżuri nazzjonali li jimpedixxu lill-NCAs milli jkunu inforzaturi effettivi; (3) tiżgura li l-istess garanziji u strumenti huma fis-seħħ għad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni meta dan jiġi applikat b’mod parallel mal-Artikoli 101 u 102 TFUE, sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni; u (4) tistabbilixxi regoli effettivi dwar l-assistenza reċiproka sabiex tissalvagwardja l-funzjonament mingħajr problemi tas-suq intern u tas-sistema ta’ kooperazzjoni mill-qrib fin-NEK.
L-iżgurar li l-NCAs ikollhom il-mezzi u l-istrumenti sabiex ikunu inforzaturi aktar effettivi tal-Artikoli 101 u 102 TFUE jaqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 103(1) TFUE billi jwassal biex tiġi żgurata l-effettività sħiħa tar-regoli tal-kompetizzjoni. L-Artikolu 103(1) jagħti s-setgħa lill-Kunsill li jadotta regolamenti jew direttivi “għall-applikazzjoni tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 101 u 102”. B’mod partikolari, miżuri bħal dawn jistgħu jiġu adottati skont l-Artikolu 103(2)(e) TFUE “biex jispeċifikaw ir-relazzjoni bejn il-liġijiet nazzjonali d-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima jew dawk adottati fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu” u l-Artikolu 103(2)(a) “biex jiżguraw l-osservanza tal-projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 101(1) u fl-Artikolu 102, billi jiġu stabbiliti multi jew penali perjodiċi”.
Madankollu, din il-bażi ġuridika waħedha mhijiex biżżejjed, minħabba li kemm l-għan kif ukoll il-kontenut tad-Direttiva proposta jmorru lil hinn minn din il-bażi ġuridika. Id-Direttiva proposta għandha l-għan indipendenti li tfittex li ssaħħaħ il-funzjonament tas-suq intern billi: (1) tindirizza r-regoli nazzjonali li jimpedixxu lill-NCAs milli jkunu inforzaturi effettivi, u b’hekk toħloq aktar protezzjoni ugwali għall-kumpaniji u l-konsumaturi fl-Ewropa; (2) tiżgura li l-istess garanziji u strumenti huma fis-seħħ għad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni meta dan jiġi applikat b’mod parallel mal-Artikoli 101 u 102 TFUE, sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni; u (3) tistabbilixxi regoli effettivi dwar l-assistenza reċiproka sabiex tissalvagwardja l-funzjonament mingħajr problemi tas-suq intern u tas-sistema ta’ kooperazzjoni mill-qrib fin-NEK.
F’xi Stati Membri, il-liġi nazzjonali timpedixxi lill-NCAs milli jimponu multi effettivi fuq il-kumpaniji għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE. Il-kumpaniji li jiksru l-liġi preżenti fi Stati Membri fejn l-NCAs ma għandhomx setgħat effettivi biex jimponu multi huma għaldaqstant protetti mis-sanzjonijiet, u ftit li xejn għandhom inċentiv biex jaġixxu f’konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE. Dan jirrinforza d-distorsjonijiet fis-suq madwar l-Ewropa u jimmina s-suq intern. Barra minn hekk, id-differenzi, bejn l-Istati Membri, tal-prinċipji ewlenin fil-programmi ta’ klemenza jfissru li l-kumpaniji jistgħu jiġu ttrattati b’mod differenti skont liema awtorità tieħu azzjoni. Azzjoni fuq livell tal-UE biss tista’ tiżgura li jkun hemm prinċipji bażiċi komuni għall-għoti tal-klemenza, u b’hekk jiġu pprovduti kundizzjonijiet aktar ekwi għan-negozji.
Bl-istess mod, il-limitazzjonijiet jew id-diskrepanzi fil-liġijiet nazzjonali jistgħu jimpedixxu lill-NCAs milli jiġbru l-evidenza b’mod effettiv. Il-miżuri meħuda sabiex tiġi mminata l-indipendenza tal-NCAs jew sabiex jiġu limitati r-riżorsi tagħhom joriġinaw ovvjament mill-Istati Membri nfushom. Pereżempju, ir-restrizzjonijiet fuq l-indipendenza jistgħu jkunu motivati mix-xewqa li jiġi eżerċitat kontroll akbar fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet mill-awtorità. L-abbiltà ta’ gvern li japplika l-influwenza tiegħu jew jagħmel pressjoni fuq NCA tista’ twassal biex konsiderazzjonijiet politiċi jirbħu fuq infurzar b’saħħtu tal-kompetizzjoni msejjes fuq argumenti legali u ekonomiċi, għad-detriment tal-kumpaniji li joperaw fis-suq intern.
Dawn id-diskrepanzi u limitazzjonijiet fl-għodod u l-garanziji tal-NCAs ifissru li l-kumpaniji involuti fi prattiki antikompetittivi jistgħu ma jkunu soġġetti għall-ebda infurzar skont l-Artikoli 101 jew 102 TFUE jew għal infurzar ineffettiv, pereżempju, minħabba li ma tkunx tista’ tinġabar evidenza tal-prattiki antikompetittivi jew minħabba li l-impriżi jkunu jistgħu jaħarbu mir-responsabbiltà tal-multi. Il-kumpaniji ma jistgħux jikkompetu fuq il-merti tagħhom jekk il-prattiki antikompetittivi jsibu kenn. Għalhekk għandhom diżinċentiv biex jidħlu f’dawn is-swieq u biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ stabbiliment u biex jipprovdu prodotti u servizzi hemmhekk. Il-konsumaturi fi Stati Membri fejn hemm inqas infurzar jitilfu l-benefiċċji ta’ infurzar effettiv tal-kompetizzjoni kontra prattiki antikompetittivi li jżommu l-prezzijiet tal-prodotti u s-servizzi artifiċjalment għoljin. Għalhekk, l-infurzar mhux uniformi tal-Artikoli 101 u 102 TFUE fl-Ewropa jfixkel il-kompetizzjoni fis-suq intern u jimmina l-funzjonament tajjeb tagħha
Mod ieħor kif tiġi indirizzata l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali huwa bid-Direttiva proposta, għaliex il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jkopri l-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali ta’ kompetizzjoni. Fil-prattika l-biċċa l-kbira tal-NCAs japplikaw d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni flimkien mal-Artikoli 101 u 102 TFUE fl-istess każ. Id-Direttiva proposta se jkollha bla dubju impatt fuq id-dispożizzjonijiet tal-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni li jiġi applikat b’mod parallel mill-NCAs. Barra minn hekk, meta NCA tadotta miżuri investigattivi fi stadju bikri ta’ każ, ħafna drabi huwa diffiċli li tkun taf jekk hemmx effett fuq il-kummerċ li jiskatta l-applikazzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE. Għaldaqstant, l-NCA għandha tassumi li t-tnejn li huma jistgħu japplikaw. Dan ifisser li meta l-NCAs jużaw is-setgħa prevista mill-proposta sabiex jiġbru l-evidenza diġitali, jagħmlu hekk potenzjalment biex jiġi applikat kemm id-dritt tal-UE kif ukoll dak nazzjonali. Għalhekk huwa diffiċli, jekk mhux impossibbli, li tiġi separata din l-applikazzjoni parallela tal-dritt nazzjonali u tal-Artikoli 101 u 102 TFUE. Jekk l-istess garanziji u strumenti ma kinux fis-seħħ għad-dritt nazzjonali meta dan jiġi applikat b’mod parallel mal-Artikoli 101 u 102 TFUE, dan joħloq inċertezza legali u jista’ jimmina l-kundizzjonijiet ekwivalenti tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, sabiex il-protezzjoni tal-materjal dwar il-klemenza u s-saldu tkun sinifikattiva, hija trid tapplika mhux biss waqt li jkunu għaddejjin il-proċedimenti quddiem l-NCAs għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, iżda wkoll għall-applikazzjoni indipendenti tad-dispożizzjonijiet ekwivalenti tal-liġi nazzjonali.
Id-diskrepanzi u l-limitazzjonijiet fl-abbiltà tal-NCAs li jipprovdu assistenza reċiproka jimminaw ukoll is-sistema Ewropea ta’ infurzar tal-kompetizzjoni li hija mfassla biex taħdem bħala unità sħiħa koeżiva. Pereżempju, il-maġġoranza tal-NCAs ma jistgħux jinnotifikaw miżuri ewlenin ta’ infurzar jew jitolbu l-infurzar tal-multi tagħhom bejn il-fruntieri jekk il-kontraventur ma jkollu l-ebda preżenza legali fit-territorju tagħhom. Kumpaniji bħal dawn fil-preżent għandhom ilqugħ kontra l-multi. L-infurzar ineffettiv li jirriżulta jfixkel il-kompetizzjoni għall-impriżi li jobdu l-liġi u jimmina l-kunfidenza tal-konsumaturi fis-suq intern, b’mod partikolari fl-ambjent diġitali. L-indirizzar ta’ dawn id-diverġenzi, billi tiġi pprovduta sistema għan-notifika transfruntiera ta’ oġġezzjonijiet preliminari għall-allegat ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE u tad-deċiżjonijiet li japplikaw dawn l-Artikoli, kif ukoll l-infurzar transfruntier tal-multi imposti minn NCAs amministrattivi, huwa aspett fundamentali sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-Ewropa u sabiex jiġi evitat it-tfixkil tal-kompetizzjoni. Bl-istess mod, sabiex jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament mingħajr problemi tas-sistema ta’ setgħat paralleli fin-NEK, ir-regoli nazzjonali dwar il-perjodi ta’ limitazzjoni għandhom jiġu sospiżi għal kemm idumu għaddejjin il-proċedimenti quddiem l-NCAs ta’ Stat Membru ieħor jew il-Kummissjoni.
L-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali ma’ dawn l-għanijiet speċifiċi, li huma riflessi b’mod sħiħ fit-test tad-Direttiva proposta, tmur lil hinn mill-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE u pjuttost tirrigwarda l-funzjonament tajjeb tas-suq intern.
Bħala konklużjoni, il-proposta għal Direttiva, kemm bħala għan kif ukoll bħala kontenut, issegwi politika doppja, waħda relatata mal-applikazzjoni effettiva tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE u l-oħra mal-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Dawn il-komponenti huma marbutin flimkien b’mod inseparabbli: biex jiġi żgurat li l-NCAs jkollhom is-setgħa jkunu inforzaturi effikaċi, effettivament tfisser li ssir leġiżlazzjoni sabiex jitneħħew l-ostakoli fil-liġijiet nazzjonali li jwasslu għal infurzar irregolari, u b’hekk tinħoloq distorsjoni fil-kompetizzjoni tas-suq intern. Il-konsumaturi u n-negozji mhux se jitpoġġew fi żvantaġġ minn liġijiet u miżuri nazzjonali li jimpedixxu lill-NCAs milli jkunu inforzaturi effettivi. L-istess garanziji u strumenti għall-NCAs iridu jkunu stabbiliti għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni meta jiġu applikati b’mod parallel mal-Artikoli 101 u 102 TFUE, minħabba l-ħtieġa ta’ ċertezza legali u ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni. Fl-aħħar nett, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti mekkaniżmi transfruntieri effettivi dwar l-assistenza reċiproka biex jiġu żgurati kundizzjonijiet aktar ekwivalenti ta' kompetizzjoni u biex tiġi ssalvagwardjata s-sistema ta’ setgħat paralleli fin-NEK. Dawn l-għanijiet interdipendenti, għalkemm distinti, ma jistgħux jintlaħqu b’mod separat, permezz tal-adozzjoni ta’ żewġ strumenti differenti. Pereżempju, mhuwiex fattibbli li d-Direttiva proposta tinqasam fl-ewwel strument, ibbażat fuq l-Artikolu 103 TFUE li jipprovdi lill-NCAs bil-mezzi u bl-istrumenti li dawn jeħtieġu biex japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE, u t-tieni, ibbażat fuq l-Artikolu 114 TFUE, li jobbliga lill-Istati Membri biex jipprovdu l-istess regoli għall-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni meta dan jiġi applikat b’mod parallel mar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, il-proposta hija bbażata wkoll fuq l-Artikolu 114 TFUE.
Sussidjarjetà
Ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 stabbilixxa sistema deċentralizzata ta’ infurzar tal-kompetizzjoni, madankollu l-potenzjal sħiħ ta’ din is-sistema għad irid jiġi mħaddem. Id-Direttiva proposta se tiżgura li l-infurzar tal-kompetizzjoni ikun effikaċi fil-livell nazzjonali, billi tagħti lill-NCAs il-garanziji u l-istrumenti meħtieġa biex ikunu inforzaturi effettivi.
L-NCAs qed japplikaw regoli b’dimensjoni transfruntiera
L-UE jinħtieġ li tieħu azzjoni sabiex tindirizza l-problemi identifikati minħabba li l-NCAs qegħdin japplikaw regoli tal-UE li għandhom dimensjoni transfruntiera. Azzjoni ta’ infurzar mill-NCA ta’ Stat Membru partikolari jista’ jkollha impatt fuq il-kompetizzjoni, in-negozji u l-konsumaturi fi Stati Membri oħra, pereż. kartell mifrux mal-pajjiż kollu ġeneralment jeskludi kompetituri minn Stati Membri oħra. Jekk l-NCAs ma jkollhomx il-mezzi u l-istrumenti neċessarji sabiex jinfurzaw (pereż. ma jkollhomx riżorsi), dan jista’ jkollu konsegwenzi negattivi diretti għall-konsumaturi u n-negozji mhux biss fl-Istat Membru tal-NCA kkonċernata iżda wkoll fi Stati Membri oħra, kif ukoll fuq l-abbiltà tal-NCAs biex jikkooperaw fl-Ewropa. L-Istat Membru Y ma jistax jindirizza n-nuqqas ta’ mezzi u strumenti ta’ NCA fl-Istat Membru X, għalhekk azzjoni tal-UE biss tista’ tindirizza din il-problema.
Filwaqt li jiġi żgurat li l-kooperazzjoni transfruntiera taħdem b’mod effettiv
Azzjoni fuq livell tal-UE biss tista’ tiżgura li s-sistema ta’ kooperazzjoni stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1/2003 taħdem b’mod suffiċjenti. Wieħed mill-elementi prinċipali tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 huwa li jipprevedi mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni li jippermettu lill-NCAs jinvestigaw allegati każijiet ta’ ksur lil hinn mill-fruntieri tal-Istat Membru tagħhom. NCA tista’ titlob NCA oħra biex twettaq miżuri ta’ investigazzjoni f’isimha biex tiġbor evidenza li tkun tinsab f’ġurisdizzjoni oħra. Kif ġie osservat aktar ’il fuq, dan il-mekkaniżmu ma jaħdimx tajjeb jekk mhux l-NCAs kollha jkollhom setgħat effikaċi sabiex iwettqu spezzjonijiet jew sabiex jitolbu l-informazzjoni. Għal darba oħra, huwa diffiċli biex din il-kwistjoni tiġi indirizzata fuq livell nazzjonali. Pereżempju, jekk l-NCA fl-Istat Membru A jkollha bżonn l-NCA fl-Istat Membru B biex tiġbor evidenza mingħand kumpaniji li jkunu qegħdin fit-territorju tiegħu, iżda l-NCA fl-Istat Membru B ma jkollhiex setgħat effettivi biex tiġbor din l-evidenza, ma tantx hemm x’jista’ jagħmel l-Istat Membru A dwar dan.
Interkonnessjoni bejn il-programmi ta’ klemenza tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni fl-Ewropa
Il-programmi ta’ klemenza huma interkonnessi minħabba li l-kumpaniji b’mod regolari jippreżentaw applikazzjonijiet lil għadd ta’ ġurisdizzjonijiet tal-UE u jeħtieġu garanziji ta’ ċertezza legali transfruntiera. L-esperjenza tal-aħħar għaxar snin uriet li tali ċertezza legali transfruntiera ma tistax tinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri individwalment. Id-differenzi fil-programmi ta’ klemenza xorta jwasslu għal riżultati differenti għall-applikanti għall-klemenza, jiġifieri jekk dawn jibbenefikawx minn immunità mill-multi jew anki minn tnaqqis fil-multi. Il-kumpaniji li jkunu qegħdin jikkunsidraw li jirrappurtaw imġiba ta’ kartell lil numru ta’ ġurisdizzjonijiet bi skambju ma’ trattament aktar klementi, ma għandhomx iċ-ċertezza li għandhom bżonn dwar jekk humiex se jibbenefikaw minn dan u sa liema punt. Hija meħtieġa azzjoni tal-UE sabiex ikun żgurat li sistema ta’ klemenza hija disponibbli, u li din tiġi applikata bl-istess mod fl-Istati Membri kollha.
Il-liġijiet nazzjonali jistgħu jimpedixxu lill-NCAs milli jkunu inforzaturi aktar effettivi
Kif spjegat aktar ’il fuq fis-sezzjoni dwar il-bażi ġuridika, il-liġi nazzjonali tista’ timpedixxi lill-NCAs milli jkunu suffiċjentement indipendenti u milli jkollhom għodod effettivi sabiex jidentifikaw każijiet ta’ ksur u jimponu multi effettivi fuq il-kumpaniji għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE. Sabiex tiġi indirizzata din il-kwistjoni jinħtieġ li jittieħdu miżuri fil-livell tal-UE.
L-esperjenza turi li fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-UE, l-NCAs mhux probabbli li jiksbu l-għodod kollha neċessarji
Azzjoni mhux vinkolanti intużat b’mod estensiv sabiex tinkoraġġixxi azzjoni volontarja fuq livell nazzjonali, madankollu, diversi NCAs xorta ma għandhomx il-garanziji u l-istrumenti sabiex ikunu inforzaturi effettivi. Wara aktar minn għaxar snin, x’aktarx li mhux se jseħħu l-bidliet meħtieġa sabiex is-sistema ta’ infurzar deċentralizzata tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 taħdem aħjar u tagħti s-setgħa lill-NCAs sabiex ikunu inforzaturi aktar effettivi. Dan ifisser li bosta NCAs se jkomplu jitilfu ċerti għodod importanti sabiex jidentifikaw u jissanzjonaw każijiet ta’ ksur, jew mhux se jkollhomx riżorsi suffiċjenti, għad-detriment tal-funzjonament tajjeb tas-sistema deċentralizzata stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1/2003.
B’mod ġenerali, l-oqfsa nazzjonali eżistenti tal-kompetizzjoni waħedhom mhumiex se jippermettu lill-NCAs biex jinfurzaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE b’mod aktar effettiv fl-UE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tista’ tinforza l-ebda rekwiżit tal-UE fir-rigward tal-għodod ta’ investigazzjoni u sanzjonar, ir-riżorsi u l-istruttura istituzzjonali tal-NCAs meta jkunu qegħdin jinfurzaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE sakemm ma jkunux jeżistu tali rekwiżiti. Għaldaqstant, inizjattiva fuq livell tal-UE biss tista’ tagħti s-setgħa lill-NCAs sabiex ikunu inforzaturi aktar effettivi billi jiġi żgurat li jkollhom mezzi u strumenti aktar effettivi sabiex japplikaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE.
Proporzjonalità
Għal ħafna aspetti l-proposta se tistabbilixxi standards minimi sabiex l-NCAs jingħataw is-setgħa li jinfurzaw b’mod effettiv ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE. Dan jiżgura bilanċ xieraq bejn li jiġu ssodisfati l-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-proposta filwaqt li tiġi evitata interferenza bla bżonn fit-tradizzjonijiet nazzjonali. L-Istati Membri xorta se jkunu jistgħu jistabbilixxu standards aktar għoljin u jaddattaw ir-regoli tagħhom għall-ispeċifiċitajiet nazzjonali. Pereżempju l-Istati Membri se jibqgħu liberi biex ifasslu, jorganizzaw u jiffinanzjaw lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni tagħhom kif jidhrilhom xieraq, dment li tkun żgurata l-effikaċja tagħhom. Barra minn hekk id-Direttiva proposta tiżgura wkoll li tiġi rrispettata bis-sħiħ l-għażla ta’ dawk l-Istati Membri li jkunu għażlu mudell ġudizzjarju għall-infurzar tal-kompetizzjoni.
Huwa biss fil-qasam tal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-klemenza għall-kartelli sigrieti li huma meħtieġa regoli aktar dettaljati sabiex jinkiseb valur miżjud f’termini ta’ infurzar tal-kompetizzjoni. Il-kumpaniji se jgħidu l-verità dwar il-kartelli sigrieti li fihom ikunu pparteċipaw biss jekk ikollhom iċ-ċertezza legali suffiċjenti dwar jekk ikunux se jibbenefikaw minn immunità mill-multi. Id-differenzi sinifikanti bejn il-programmi ta’ klemenza applikabbli fl-Istati Membri jwasslu għal inċertezza legali għall-applikanti potenzjali għall-klemenza, li tista’ ddgħajjef l-inċentivi tagħhom sabiex japplikaw għall-klemenza. Jekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jimplimentaw jew japplikaw regoli anqas jew aktar restrittivi għall-klemenza fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, dan mhux biss imur kontra l-objettiv li jinżammu l-inċentivi għall-applikanti potenzjali sabiex l-infurzar tal-kompetizzjoni fl-Unjoni jsir l-aktar effettiv possibbli, iżda jista' wkoll jipperikola l-kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi li joperaw fis-suq intern.
Dan l-approċċ meħud fil-proposta jimmassimizza ż-żieda fl-effettività tal-NCAs b’indħil mill-anqas fl-ispeċifiċitajiet nazzjonali, billi jillimita r-regoli l-aktar dettaljati għal fejn dan ikun strettament meħtieġ sabiex jissaħħaħ l-infurzar effettiv.
Approċċ kalibrat bħal dan ma jkunx devjazzjoni radikali minn, iżda evoluzzjoni loġika tar-rekwiżit ġenerali tal-liġi tal-UE li l-Istati Membri jridu jipprovdu għal proċeduri u sanzjonijiet effettivi għall-infurzar tar-regoli tal-UE. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-liġi nazzjonali trid tiżgura li d-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE jkun kompletament effettiv. Il-Qorti sostniet ukoll li regoli ddettaljati ta’ proċedura nazzjonali għall-funzjonament tal-NCAs ma jridux jikkompromettu l-ilħuq tal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, li huwa li jiġi żgurat li l-Artikoli 101 u 102 TFUE jiġu applikati b’mod effettiv minn dawn l-awtoritajiet.
Għażla tal-istrument
L-għan tal-proposta għal Direttiva huwa biex tiżdied l-effettività tal-NCAs, filwaqt li ma tiġix imposta soluzzjoni waħda għal kulħadd sabiex ikunu jistgħu jittieħdu inkonsiderazzjoni t-tradizzjonijiet legali u l-ispeċifiċitajiet istituzzjonali tal-Istati Membri. Għalhekk, direttiva hija l-aħjar mod biex jiġi żgurat li l-NCAs ikollhom il-garanziji li għandhom bżonn sabiex ikunu inforzaturi aktar effettivi, mingħajr indħil bla bżonn fl-ispeċifiċitajiet u t-tradizzjonijiet nazzjonali. B’kuntrast ma’ regolament, hija tħalli lill-Istati Membri l-għażla tal-aktar mezzi xierqa sabiex jimplimentaw il-miżuri fid-Direttiva. Barra minn hekk, direttiva hija għodda flessibbli sabiex jiġi żgurat li l-NCAs ikollhom il-garanziji neċessarji ta’ indipendenza u r-riżorsi, kif ukoll setgħat ta’ infurzar u ta’ mmultar, filwaqt li tħalli spazju lill-Istati Membri biex jagħmlu aktar minn hekk jekk ikunu jixtiequ.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Fl-2013 / 2014, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-funzjonament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ din l-analiżi, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2014 dwar Għaxar Snin tar-Regolament tal-Kunsill 1/2003 sabet li hemm lok biex l-NCAs ikunu inforzaturi aktar effettivi u identifikat għadd ta’ oqsma għal azzjoni sabiex jiżdied l-infurzar effettiv mill-NCAs, b’mod partikolari biex jiġi garantit li l-NCAs: (1) ikollhom riżorsi adegwati u jkunu suffiċjentement indipendenti (2) ikollhom strumenti effettivi; (3) ikunu jistgħu jimponu multi effettivi; u (4) ikollhom programmi ta’ klemenza effettivi.
Il-Komunikazzjoni tal-2014 bniet fuq ir-Rapport ta’ Ħames Snin tar-Regolament 1/2003, li sab li l-għoti tas-setgħa lill-NCAs sabiex jikkoinfurzaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE kkontribwixxa b’mod pożittiv għal infurzar aktar b’saħħtu. Madankollu, hija kkonkludiet li hemm lok għal titjib, b’mod partikolari sabiex ikun żgurat li l-NCAs ikollhom setgħat ta’ infurzar u għodod ta’ mmultar effettivi.
Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Mill-4 ta’ Novembru 2015 sat-12 ta’ Frar 2016, il-Kummissjoni għamlet konsultazzjoni pubblika fil-forma ta’ Stħarriġ tal-UE li kien maqsum f’żewġ partijiet, l-ewwel waħda b’mistoqsijiet ġenerali li kienu jfittxu input mingħand partijiet ikkonċernati mhux speċjalizzati, u t-tieni waħda għal partijiet ikkonċernati b’għarfien / esperjenza aktar profondi ta’ kwistjonijiet relatati mal-kompetizzjoni.
Il-konsultazzjoni segwiet il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Għaxar Snin tar-Regolament 1/2003 li identifikat numru ta’ oqsma ta’ azzjoni sabiex jissaħħu s-setgħat tal-NCAs biex jinfurzaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE. Għalhekk, it-tieni parti tal-konsultazzjoni indirizzat erba’ kwistjonijiet ewlenin: (i) ir-riżorsi u l-indipendenza tal-NCAs; (ii) l-istrumenti ta’ infurzar tal-NCAs; (iii) is-setgħat tal-NCAs sabiex jimmultaw lill-impriżi; u (iv) il-programmi ta’ klemenza.
Kien hemm 181 tweġiba minn diversi partijiet ikkonċernati, li kienu jvarjaw minn individwi privati, kumpaniji legali u konsulenzi, kumpaniji u assoċjazzjonijiet industrijali, organizzazzjonijiet tal-konsumatur, professuri, organizzazzjonijiet mhux governattivi, gruppi ta’ riflessjoni, u minn trade unions sa awtoritajiet pubbliċi, inkluż numru ta’ Ministeri u NCAs, minn ġewwa u barra l-UE.
Mas-76 % ta’ dawk li wieġbu kienu jħossu li l-NCAs jistgħu jagħmlu aktar biex jinfurzaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE milli qegħdin jagħmlu bħalissa. Barra minn hekk, 80 % kienu jaqblu li għandha tittieħed azzjoni sabiex jissaħħaħ l-infurzar mill-NCAs. Skont il-kategorija ta’ partijiet ikkonċernati: 100 % tal-istituzzjonijiet akkademiċi, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, trade unions u NCAs li pparteċipaw fil-konsultazzjoni pubblika kienu jaqblu li għandha tittieħed azzjoni; 86% tal-NGOs; 84% tal-konsulenzi / kumpaniji legali; 77% tal-kumpaniji / SMEs / mikrointrapriżi / kummerċjanti waħdiena; 67 % tal-gruppi ta' riflessjoni u 61 % tal-assoċjazzjonijiet tal-industrija. Mal-64% tal-partijiet ikkonċernati li pparteċipaw fil-konsultazzjoni pubblika kienu jaqblu li tali azzjoni preferibbilment għandha tkun kombinazzjoni ta’ azzjoni tal-UE u tal-Istati Membri, bil-preferenzi l-oħra jkunu 19 % favur azzjoni tal-UE biss u 8 % favur azzjoni mill-Istati Membri biss.
Minbarra l-konsultazzjoni pubblika, fid-19 ta’ April 2016, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew (ECON) u l-Kummissjoni organizzaw flimkien seduta pubblika bil-għan li jipprovdu lill-esperti u lill-partijiet ikkonċernati opportunità oħra biex jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-konsultazzjoni pubblika. Is-seduta ta’ smigħ kienet segwita minn żewġ panels ta’ diskussjoni dwar l-erba’ suġġetti ttrattati mill-konsultazzjoni pubblika. Il-parteċipanti f’dawn id-diskussjonijiet, li kienu jinkludu madwar 150 parti ikkonċernata mis-settur akkademiku, in-negozju (kbir u żgħir), konsulenzi, assoċjazzjonijiet industrijali, kumpaniji legali, l-istampa, individwi privati u awtoritajiet pubbliċi, b’mod ġenerali qablu mal-għanijiet tal-inizjattiva u appoġġawhom.
Fl-aħħar nett, saru żewġ laqgħat mal-Ministeri rilevanti sabiex jinkiseb il-feedback preliminari tagħhom. Fit-12 ta’ Ġunju 2015, il-Ministeri ġew infurmati dwar il-kwistjonijiet ewlenin li kienu ġew identifikati mill-Kummissjoni. Fl-14 ta’ April 2016 saret it-tieni laqgħa mal-Ministeri u l-NCAs fejn fiha ġew infurmati dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika.
Ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika, is-seduta ta’ smigħ pubblika u l-laqgħat mal-Ministeri ġew ikkunsidrati fil-proposta.
Ġbir u użu tal-għarfien espert
Il-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-NCAs kollha wettqet ġbir estensiv ta’ dejta sabiex ikollha stampa dettaljata tal-istatus quo.
Valutazzjoni tal-impatt
Ir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt ippreparat mill-Kummissjoni jkopri l-aspetti prinċipali kollha relatati ma’ din il-proposta. Kienu eżaminati erba’ opzjonijiet ta’ politika. L-opzjoni preferuta, li hija implimentata f’din il-proposta, hija li tittieħed azzjoni leġiżlattiva tal-UE li tipprovdi lill-NCAs b’mezzi u strumenti minimi sabiex ikunu inforzaturi effettivi, ikkumplimentata kemm b’azzjoni mhux vinkolanti kif ukoll b’regoli ddettaljati fejn ikun xieraq.
Rigward it-tliet opzjonijiet ta’ politika l-oħra li kienu eżaminati fir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt: (i) Ix-xenarju bażi, fejn ma tittieħed l-ebda azzjoni tal-UE mhuwiex probabbli li jilħaq l-għanijiet tal-politika, u ma jkunx konformi mal-aspettattivi tal-partijiet ikkonċernati; (ii) L-opzjoni li tittieħed biss azzjoni mhux vinkolanti ma tipprovdix bażi ġuridika soda sabiex ikun żgurat li l-NCAs kollha jkollhom il-mezzi u l-istrumenti neċessarji sabiex ikunu inforzaturi effettivi. Barra minn hekk, miżuri mhux vinkolanti ilhom fis-seħħ għal għadd ta’ snin, mingħajr ma laħqu l-għan li jwettqu b’mod sħiħ il-potenzjal tas-sistema deċentralizzata stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1/2003; (iii) L-għoti ta’ mezzi u strumenti ddettaljati u uniformi lill-NCAs permezz ta’ azzjoni leġiżlattiva tal-UE jipprovdi benefiċċji addizzjonali limitati meta mqabbel mal-opzjoni preferuta, iżda fl-istess ħin jinvolvi ndħil akbar fis-sistemi u t-tradizzjonijiet legali nazzjonali.
Il-valutazzjoni tal-benefiċċji tal-opzjoni preferuta, f’termini kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi (pereżempju l-impatt pożittiv fuq it-tkabbir tal-Produttività Totali tal-Fatturi - ingredjent ewlieni tal-PDG) turi li l-benefiċċji se jkunu akbar mill-ispejjeż tal-implimentazzjoni.
Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatarju tal-Kummissjoni ta l-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tal-Valutazzjoni tal-Impatt f’Settembru 2016, u ta l-opinjoni favorevoli tiegħu f’Diċembru 2016, li ġew ikkunsidrati kif dovut. Fid-dawl ta’ dawn il-kummenti, il-Valutazzjoni tal-Impatt finali tipprovdi l-evidenza empirika kollha disponibbli biex turi l-kawża tal-problemi, aktar dettalji dwar l-għażliet ta’ politika li ġew ikkunsidrati, u analiżi ddettaljata tal-ispejjeż u tal-benefiċċji tal-għażla ppreferuta, u dan juri kif il-benefiċċji tal-proposta attwali se jaqbżu b’mod sinifikanti l-ispejjeż assoċjati. Barra minn hekk, il-Valutazzjoni tal-Impatt finali turi il-limitazzjonijiet u l-inċertezzi tal-istimi kwantitattivi, tipprovdi preżentazzjoni aktar ċara tal-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati matul il-konsultazzjoni pubblika, u turi aħjar il-kompatibbiltà tal-għażliet kkunsidrati bil-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.
Min se jiġi affettwat u kif
L-għoti tas-setgħa lill-NCAs sabiex ikunu inforzaturi aktar effettivi se jkun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi u l-kumpaniji kollha, kemm kbar u kemm żgħar, inklużi l-SMEs, billi jsaħħaħ l-infurzar effettiv tal-kompetizzjoni u joħloq kundizzjonijiet aktar ekwi. Għalhekk ma hemmx bżonn li jiġi pprovdut kamp ta’ applikazzjoni differenzjat, pereżempju għall-inklużjoni ta’ eżenzjonijiet jew għall-applikazzjoni ta’ reġim aktar ħafif marbut ma’ miżuri għall-SMEs.
L-NCAs
L-NCAs se jkunu l-benefiċjarji prinċipali tal-inizjattiva, u flimkien man-negozji, l-aktar direttament milquta. Ladarba tiġi implimentata, il-proposta se tipprovdi lill-NCAs kollha b’mezzi u strumenti effettivi sabiex isibu evidenza ta’ ksur, sabiex jimmultaw lill-kumpaniji li jiksru l-liġi, sabiex jaġixxu b’mod indipendenti meta jinfurzaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE u sabiex ikollhom ir-riżorsi li għandhom bżonn sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom, u sabiex ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom programmi ta’ klemenza li jkunu aktar effettivi. Dan se jippermetti li l-NCAs jieħdu azzjoni effettiva ta’ infurzar u jippermettilhom jikkooperaw aħjar ma’ awtoritajiet oħra tal-kompetizzjoni fl-UE, li jwassal għal aktar kompetizzjoni fis-swieq. B’mod aktar partikolari, dan se jiżgura li s-sistema ta’ ġbir u skambju ta’ informazzjoni transfruntiera stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1/2003 taħdem b’mod effettiv. Dan jista’ joħloq xi spejjeż addizzjonali għal xi awtoritajiet pubbliċi, jekk pereżempju jkunu jridu jiġu pprovduti għodod ġodda tal-IT, iżda dawn l-ispejjeż huma mistennija li jkunu negliġibbli. Mhux l-NCAs kollha se jiġu affettwati bl-istess mod, billi l-bidliet meħtieġa se jkunu jiddependu mill-punt preċiż tat-tnedijata’ kull qafas legali nazzjonali.
In-negozji
In-negozji se jiġu affettwati wkoll b’mod sinifikanti mill-inizjattiva. L-ewwel nett, bħall-konsumaturi, in-negozji jsofru mill-konsegwenzi ta’ livell subottimali ta’ infurzar tal-kompetizzjoni, billi jiffaċċjaw l-impatt negattiv ta’ prezzijiet ogħla mill-fornituri tagħhom u livelli aktar baxxi ta’ innovazzjoni u għażla, kif ukoll mit-tentattivi ta’ kompetituri li jiksru r-regoli tal-kompetizzjoni biex jeskluduhom mis-suq. Il-proposta se ssaħħaħ l-infurzar tal-kompetizzjoni mill-NCAs fl-Ewropa u toħloq kundizzjonijiet aktar ekwi fejn tipprevali kultura ta’ kompetizzjoni għall-benefiċċju tal-kumpaniji kollha, kemm kbar kif ukoll żgħar, billi se tippermettilhom li jikkompetu b’mod aktar ġust fuq il-merti tagħhom u jikbru fis-suq uniku sħiħ. Dan se jinċentiva wkoll lin-negozji sabiex ikunu innovattivi u joffru firxa aħjar ta’ prodotti u servizzi ta’ kwalità ogħla li jissodisfaw l-aspettattivi tal-konsumaturi.
It-tieni, il-proposta sa ċertu punt se jibbenefikaw minnha wkoll in-negozji soġġetti għal investigazzjonijiet għall-allegat ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE. L-introduzzjoni ta’ mezzi u strumenti fundamentali effettivi għall-NCAs se tnaqqas ir-riżultati diverġenti għall-kumpaniji, u dawn jagħmlu l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE aktar prevedibbli u jżidu ċ-ċertezza legali fl-UE. In-negozji jistgħu jibbenefikaw ukoll minn drittijiet proċedurali mtejba b’mod partikolari f’dawk il-ġurisdizzjonijiet fejn hemm lok għal titjib, kif ukoll minn aktar ċertezza legali meta dawn japplikaw għall-klemenza. In-negozji jistgħu jiffaċċjaw spejjeż inizjali ta’ adattament f’termini ta’ familjarizzazzjoni ma’ regoli ta’ proċedura ġodda. Madankollu, b’mod ġenerali, l-ispejjeż għan-negozji involuti f’attivitajiet transfruntiera fis-suq uniku sabiex jadattaw għal oqfsa legali differenti x’aktarx li se jonqsulhom.
Mill-banda l-oħra, għal dawk in-negozji li jiksru l-liġi f’xi ġurisdizzjonijiet, se jkun aktar diffiċli li jaħbu l-evidenza jew li jaħarbu l-multi, jew li jibbenefikaw minn multi baxxi.
Il-konsumaturi
Il-konsumaturi se jibbenefikaw mill-vantaġġi li ġġib kompetizzjoni aktar b’saħħitha fis-suq f’dak li għandu x’jaqsam ma’ għażla ikbar u prodotti aħjar. Għall-konsumaturi, in-nuqqas ta’ mezzi u strumenti u kapaċità tal-NCAs sabiex joħorġu l-potenzjal sħiħ tagħhom meta jinfurzaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE jfisser li huma jitilfu l-vantaġġi tal-infurzar tal-kompetizzjoni. Għall-konsumaturi, il-proposta se tiżgura livell ekwivalenti ta’ protezzjoni madwar l-Ewropa minn prattiki kummerċjali li jżommu l-prezzijiet tal-prodotti u s-servizzi artifiċjalment għoljin, u b’hekk ittejjeb l-għażla tagħhom ta’ prodotti u servizzi innovattivi bi prezzijiet li jintlaħqu.
Drittijiet fundamentali
Il-proposta tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-kumpaniji li huma suġġetti għal proċedimenti dwar il-kompetizzjoni, jiġifieri (iżda mhux esklużivament), id-dritt għat-twettiq ta’ attività kummerċjali, id-dritt għall-proprjetà, id-dritt għal amministrazzjoni tajba u d-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal (l-Artikoli 16, 17, 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea). Hija se tagħti lill-NCAs setgħat effettivi sabiex jinfurzaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE biss safejn dan ikun meħtieġ u proporzjonat. Dan se jobbliga lill-Istati Membri biex jipprevedu salvagwardji xierqa għall-eżerċizzju ta’ dawn is-setgħat li għallinqas jissodisfaw l-istandards tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u huma konformi mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, inkluż ir-rispett dovut għad-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta ta’ persuni fiżiċi. B’mod partikolari, dawn is-salvagwardji għandhom jirrispettaw id-drittijiet tad-difiża tal-kumpaniji soġġetti għal proċedimenti ta' eżekuzzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, li komponent essenzjali tagħhom huwa d-dritt li jinstemgħu. Dan jinkludi d-dritt għal notifika formali tal-oġġezzjonijiet tal-NCAs skont id-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE u d-dritt effettiv tal-aċċess għall-fajl sabiex il-kumpaniji jkunu jistgħu jippreparaw id-difiża tagħhom. Barra minn hekk id-destinatarji ta’ deċiżjonijiet finali tal-NCAs li japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE għandu jkollhom id-dritt, għal rimedju effettiv quddiem tribunal, li jikkuntestaw dawn id-deċiżjonijiet.
Il-proposta tinkludi wkoll salvagwardji speċifiċi għar-rispett tad-drittijiet fundamentali. Pereżempju, l-ispezzjonijiet ta’ siti mhux kummerċjali għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni ta’ awtorità ġudizzjarja. Il-garanziji tad-drittijiet fundamentali huma inkorporati wkoll f’diversi dispożizzjonijiet. Pereżempju, multi, rimedji strutturali u komportamentali jistgħu jiġu imposti biss mill-NCAs bil-kundizzjoni li jkunu “proporzjonali”. L-NCAs se jkunu jistgħu jwettqu spezzjonijiet u joħorġu talbiet għall-informazzjoni biss jekk jossidisfaw it-test tan-“neċessità”.
4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT
Kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni effettivi u effiċjenti bejn l-Istati Membri jeħtieġu infrastruttura sigura. In-NEK jiddependi fuq l-interoperabilità għall-funzjonament tiegħu. Fil-qafas finanzjarju pluriennali attwali (QFP) dawn l-azzjonijiet huma fil-biċċa l-kbira ffinanzjati permezz tal-Programm ISA2 u suġġetti għar-riżorsi disponibbli, il-kriterji ta’ eliġibbiltà u ta’ prijorità tal-programm. Il-modalitajiet tal-impatt baġitarju tal-proposta wara l-2020 se jkunu suġġetti għall-proposti tal-Kummissjoni dwar il-QFP li jmiss u għall-eżitu finali tan-negozjati dwar il-QFP għal wara l-2020. Huwa previst ammont indikattiv ta’ EUR 1 miljun fis-sena sabiex tinżamm, tiġi żviluppata, ospitata, imħaddma u appoġġata sistema ċentrali ta’ informazzjoni (is-Sistema tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni) f’konformità mal-istandards rilevanti dwar il-kunfidenzjalità u s-sigurtà tad-dejta. Spejjeż amministrattivi oħra mġarrba b’rabta mal-funzjonament tan-NEK, pereż. l-organizzazzjoni ta’ laqgħat, l-iżvilupp u l-għoti ta’ programmi ta’ taħriġ, il-ħruġ ta’ linji gwida u ta' prinċipji komuni, huma stmati għal EUR 500 000 fis-sena.
Rigward il-persunal, il-proposta leġiżlattiva hija newtrali għall-baġit u ma teħtieġx riżorsi addizzjonali ta’ persunal. Id-dettalji huma spjegati fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva annessa ma’ din il-proposta.
5.ELEMENTI OĦRA
Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
Il-Kummissjoni ħejjiet Pjan ta’ Implimentazzjoni li jidentifika l-isfidi ewlenin li l-Istati Membri x'aktarx li jiffaċċjaw waqt l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva, u jissuġġerixxi għadd ta’ azzjonijiet sabiex dawn jiġu indirizzati.
Il-Pjan ta’ Implimentazzjoni jinkludi (i) punt uniku ta’ kuntatt mal-Kummissjoni permezz ta’ indirizz elettroniku funzjonali li l-Istati Membri jistgħu jużaw għall-kwistjonijiet kollha relatati mad-Direttiva proposta, u (ii) għadd ta’ azzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri sabiex jindirizzaw it-tliet sfidi ewlenin tal-implimentazzjoni: (a) l-implimentazzjoni fil-ħin, (b) l-għoti ta’ taħriġ u appoġġ lill-NCAs, u (c) l-iżgurar ta’ informazzjoni adegwata għall-komunità kummerċjali.
Il-Kummissjoni se timmonitorja t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva, kemm matul il-perjodu li jasal sad-data tat-traspożizzjoni kif ukoll wara t-traspożizzjoni.
Wara ħames snin mid-data tat-traspożizzjoni tad-Direttiva se titwettaq evalwazzjoni ex post tagħha.
Dokumenti ta’ spjegazzjoni
Id-Direttiva proposta tistabbilixxi miżuri speċifiċi sabiex ikun żgurat li: (1) l-NCAs ikollhom garanziji effettivi ta’ indipendenza u riżorsi u setgħat ta’ infurzar u mmultar; (2) hemm fis-seħħ l-istess garanziji u strumenti meta l-NCAs japplikaw il-liġi nazzjonali b’mod parallel għall-Artikoli 101 u 102 TFUE; u (3) l-NCAs ikunu jistgħu jipprovdu assistenza reċiproka effettiva lil xulxin sabiex jissalvagwardjaw is-sistema ta’ kooperazzjoni mill-qrib fi ħdan in-NEK. Hemm diversi obbligi legali li jirriżultaw mid-Direttiva proposta. It-traspożizzjoni effettiva tagħha għaldaqstant tirrikjedi li jsiru emendi speċifiċi u mmirati għar-regoli nazzjonali rilevanti. Għalhekk, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja t-traspożizzjoni korretta, mhuwiex biżżejjed li l-Istati Membri jissottomettu t-test tad-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni, minħabba li tista’ tkun meħtieġa valutazzjoni globali tar-reġim li jirriżulta skont il-liġi nazzjonali. Għal dawn ir-raġunijiet, l-Istati Membri għandhom jissottomettu wkoll lill-Kummissjoni dokumenti ta’ spjegazzjoni li juru liema dispożizzjonijiet eżistenti jew ġodda skont il-liġi nazzjonali għandhom l-għan li jimplimentaw il-miżuri individwali stabbiliti fid-Direttiva proposta.
Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
Il-proposta tikkonsisti minn 10 kapitoli li jinkludu 34 artikolu.
Kapitolu I – Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
Dan il-Kapitolu jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni u t-termini prinċipali użati fil-proposta. Id-definizzjonijiet użati jirriflettu prinċipalment dawk użati fir-Regolament (KE) Nru 1/2003 u fid-Direttiva 2014/104/UE dwar id-dannu għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni.
Kapitolu II – Drittijiet Fundamentali
Il-proposta tiżgura li l-Istati Membri jipprevedu salvagwardji xierqa għall-eżerċizzju tas-setgħat previsti f’din il-proposta. Dawn is-salvagwardji għandhom mill-inqas jissodisfaw l-istandards tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. Matul il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, kien hemm talba ċara minn avukati, negozji u organizzazzzjonijiet kummerċjali biex jiġi żgurat li l-NCAs ikollhom setgħat ta’ infurzar effettivi li jkunu kontrobilanċjati minn aktar garanziji proċedurali.
Kapitolu III – Indipendenza u riżorsi
Dan il-kapitolu jiżgura li l-NCAs igawdu l-garanziji ta’ indipendenza meħtieġa. B’mod partikolari, huwa jintroduċi garanziji li għandhom l-għan li jipproteġu lill-persunal u lill-maniġment tal-NCAs minn influwenzi esterni meta jinfurzaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE billi: (i) jiżguraw li huma jkunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’mod indipendenti minn influwenza politika u kwalunkwe influwenza esterna oħra; (ii) jeskludu espliċitament istruzzjonijiet minn kwalunkwe entità governattiva jew entità pubblika jew privata oħra; (iii) jiżguraw li huma joqogħdu lura minn kwalunkwe azzjoni li ma tkunx kompatibbli mat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom u l-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom; (iv) jipprojbixxu t-tkeċċija tal-maniġment tagħhom għal raġunijiet relatati mat-teħid tad-deċiżjonijiet f’każijiet speċifiċi; (v) jiżguraw li jkollhom is-setgħa li jistabbilixxu l-prijoritajiet tagħhom f’każijiet individwali, inkluża s-setgħa li jirrifjutaw ilmenti għal raġunijiet ta’ prijorità. Rigward dan l-aħħar aspett, il-proposta ma tinterferixxix mal-prerogattiva tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-għanijiet ta’ politika ġenerali. Il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati matul il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika appoġġaw l-azzjoni li tkopri dawn l-aspetti kollha. B’mod partikolari, in-negozji rrappurtaw li n-nuqqas ta’ ħila tal-NCAs biex jistabbilixxu l-prijoritajiet tagħhom b’mod sħiħ ma tippermettilhomx li jiffukaw fuq il-ksur li jikkawża l-ikbar dannu għall-kompetizzjoni.
Barra minn hekk, dan il-Kapitolu jintroduċi rekwiżit espliċitu għall-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-NCAs ikollhom ir-riżorsi umani, finanzjarji u tekniċi neċessarji sabiex iwettqu l-kompiti ewlenin tagħhom skont l-Artikoli 101 u 102 TFUE. Id-dispożizzjoni rilevanti tħalli spazju lill-Istati Membri sabiex jindirizzaw il-varjazzjonijiet ekonomiċi mingħajr ma jpoġġu f’riskju l-effettività tal-NCAs.
Kapitolu IV – Setgħat
Is-setgħat u l-proċeduri deċiżjonali u ta’ investigazzjoni huma l-għodod ta’ ħidma ewlenija tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni. Madankollu, fil-preżent hemm taħlita frammentata ta’ setgħat madwar l-Ewropa, b’ħafna NCAs li ma għandhomx is-setgħat kollha meħtieġa minnhom. Il-kamp ta' applikazzjoni tas-setgħat investigattivi u deċiżjonali tal-NCAs ivarja b’mod konsiderevoli, li jista’ jaffettwa b’mod sinifikanti l-effikaċja tagħhom.
Sabiex tindirizza dan, il-proposta tipprevedi, għas-setgħat bażiċi effettivi minimi, li jagħmlu investigazzjonijiet (is-setgħa li jispezzjonaw siti kummerċjali u mhux kummerċjali, li joħorġu talbiet għall-informazzjoni) u li jieħdu deċiżjonijiet (is-setgħa li jadottaw deċiżjonijiet ta’ projbizzjoni, inkluża s-setgħa li jimponu rimedji strutturali u komportamentali, deċiżjonijiet ta’ impenn, u miżuri interim). Fil-konsultazzjoni pubblika kien appoġġat b’mod wiesa’ it-teħid ta’ azzjoni sabiex jiġi żgurat li l-NCAs ikollhom dawn l-għodod effettivi. Pereżempju, il-partijiet ikonċernati b’mod partikolari n-negozji enfasizzaw li n-nuqqas ta’ setgħa tal-NCAs li jimponu rimedji strutturali kien partikolarment problematiku għall-kumpaniji li saritilhom il-ħsara minħabba l-aġir antikompetittiv ta’ kontraventur.
Il-proposta se tiżgura wkoll li din l-għodda tkun koerċittiva, billi tipprevedi sanzjonijiet effettivi għan-nuqqas ta’ konformità. Sabiex ikunu sinifikattivi, huma se jiġu kkalkulati b’mod proporzjonali għall-fatturat totali tal-impriża kkonċernata, iżda l-Istati Membri se jkollhom flessibbiltà fl-implimentazzjoni (pereż. mhumiex stabbiliti perċentwali speċifiċi għal-livell tal-multa).
Kapitolu V – Multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali
L-abbiltà tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni li jimmultaw lill-kumpaniji li jiksru d-dritt tal-kompetizzjoni hija għodda ċentrali tal-infurzar. L-iskop tal-multi huwa li jissanzjonaw lill-kumpaniji li jkunu kisru r-regoli tal-kompetizzjoni u biex jiskoraġġixxu lill-istess kumpaniji jew kumpaniji oħra milli jinvolvu ruħhom fi jew jissoktaw b’imġiba illegali. Fl-2009, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li “l-effettività tas-sanzjonijiet imposti mill-NCAs u mill-Kummissjoni hija kundizzjoni għall-applikazzjoni koerenti tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE”. Madankollu, hemm għadd ta’ kwistjonijiet li jaffettwaw il-livell ta’ infurzar tal-Artikoli 101 u 102 TFUE u dan ifisser li l-kumpaniji jistgħu jiffaċċjaw multi baxxi ħafna jew ma jaqalgħu assolutament l-ebda multa, skont liema awtorità tieħu azzjoni, li jimmina d-deterrenza u l-kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni.
L-ewwel nett, in-natura tal-multi imposti mill-NCAs għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE tvarja bejn l-Istati Membri. Il-multi jistgħu jiġu imposti jew fi proċedimenti amministrattivi (imposti mill-NCA), fi proċedimenti ġudizzjarji mhux kriminali (imposti mill-qrati) jew fi proċedimenti kriminali jew kważi kriminali (imposti prinċipalment mill-qrati jew, f’xi każijiet, mill-NCA iżda skont proċeduri kważi kriminali (għal imġiba ħażina)). Fil-maġġoranza tal-Istati Membri, il-multi huma amministrattivi. Fi tliet Stati Membri jiġu imposti multi ċivili. F’ħames Stati Membri, il-multi jiġu imposti fi proċedimenti (kważi) kriminali. Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri fejn il-multi jiġu imposti prinċipalment fi proċedimenti (kważi) kriminali, id-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE ma jiġix infurzat kemm suppost jew, u anki jekk jiġi infurzat, rari ġew imposti sanzjonijiet fil-perjodu 2004-2013. Il-biċċa l-kbira tal-partijiet ikkonċernati ddikjaraw fil-konsultazzjoni pubblika li s-sistemi kriminali huma inqas adattati għal infurzar effettiv tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE. Sabiex jiġu indirizzati dawn il-problemi ta’ “nuqqas ta’ infurzar”, u filwaqt li tinżamm il-flessibilità għall-Istati Membri, il-proposta tiżgura li f’dawk l-Istati Membri fejn l-NCA amministrattiva ma tistax attwalment tadotta deċiżjonijiet dwar il-multi, is-setgħat jew se jingħataw lill-NCAs sabiex jadottaw dawn id-deċiżjonijiet direttament, jew l-Istati Membri se jkollhom jiżguraw li dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu minn qorti fi proċedimenti ġudizzjarji mhux kriminali. It-tibdil meħtieġ għaldaqstant se jinżamm għall-minimu:
It-tieni, hemm differenzi fil-metodoloġiji għall-kalkolu tal-multi li jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livell tal-multi imposti mill-NCAs. Dawn id-differenzi jirrigwardaw prinċipalment: (1) il-multa massima li tista’ tiġi stabbilita (il-massimu legali) u (2) il-parametri għall-kalkolu tal-multa. Dawn id-differenzi jispjegaw parzjalment kif il-multi llum jistgħu jvarjaw sa 25 darba, skont liema awtorità tieħu azzjoni. Jistgħu jiġu imposti multi baxxi ħafna għall-istess ksur, li jfisser li l-effett ta’ deterrent tal-multi jvarja b’mod estensiv madwar l-Ewropa, li kienet kwistjoni li nġibdet l-attenzjoni dwarha matul il-konsultazzjoni pubblika. Il-multi imposti jistgħu ma jirriflettux id-dannu kkawżat lill-kompetizzjoni mill-imġiba antikompetittiva. Sabiex jiġi żgurat li l-NCAs jistgħu jistabbilixxu multi ta’ deterrent abbażi ta’ sett komuni ta’ parametri fundamentali: l-ewwel jinħtieġ li jkun hemm massimu legali komuni ta’ mhux anqas minn 10 % tal-fatturat dinji, u t-tieni, meta tiġi stabbilita l-multa, l-NCAs jinħtieġ li jagħtu kas il-fatturi fundamentali tal-gravità u tat-tul ta’ żmien tal-ksur.
It-tielet aspett jirrigwarda l-limitazzjonijiet rigward min jista’ jinżamm responsabbli għall-ħlas tal-multa. Il-kunċett ta’ “impriża” fid-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE huwa stabbilit mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Dan ifisser li entitajiet legali differenti li jagħmlu parti minn “impriża” waħda jistgħu jinżammu responsabbli in solidum għal kwalunkwe multa imposta fuq “impriża” bħal din. Dan jibgħat sinjal ċar lill-grupp korporattiv kollu li n-nuqqas ta’ governanza korporattiva tajba u ta' konformità mad-dritt tal-kompetizzjoni mhux se jibqa’ mhux issanzjonat. Dan jippermetti wkoll li l-multa tkun tirrifletti s-saħħa globali tal-grupp korporattiv u mhux biss dik tas-sussidjarju, li jagħmilha aktar sinifikattiva u ta' deterrent. Madankollu, diversi NCAs illum ma jistgħux iżommu lill-kumpaniji prinċipali responsabbli għall-ksur imwettaq minn sussidjarji taħt il-kontroll tagħhom. Barra minn hekk, minkejja li l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ilha stabbilita, diversi NCAs ma jistgħux iżommu responsabbli għall-multi lis-suċċessuri legali ta’ kontraventur u lis-suċċessuri ekonomiċi ta’ kontraventur, jew meta jkun hemm inċertezza dwar dan. Dan ifisser li l-kumpaniji jistgħu jaħarbu mill-multi sempliċement billi jingħaqdu ma’ kumpaniji oħra jew permezz ta’ ristrutturar korporattiv. Sabiex dan jiġi indirizzat, il-proposta tipprevedi li l-kunċett ta’ impriża jiġi applikat bl-iskop li jiġu imposti multi fuq il-kumpaniji prinċipali u s-suċċessuri legali u ekonomiċi tal-impriżi.
Kapitolu VI – Klemenza
Il-kumpaniji se jgħidu l-verità dwar il-kartelli sigrieti li fihom ikunu pparteċipaw biss jekk ikollhom ċertezza legali suffiċjenti dwar jekk ikunux se jibbenefikaw minn immunità mill-multi. Dan il-Kapitolu għandu l-għan li jżid iċ-ċertezza legali għall-kumpaniji li jkunu jixtiequ japplikaw għall-klemenza u li jżomm l-inċentivi tagħhom sabiex jikkooperaw mal-Kummissjoni u l-NCAs billi jnaqqas id-differenzi attwali bejn il-programmi ta’ klemenza applikabbli fl-Istati Membri. Sabiex tilħaq dan, il-proposta tittrasponi f’liġi l-prinċipji ewlenin tal-Programm tal-Mudell ta' Klemenza tan-NEK, u b’hekk tiżgura li l-NCAs kollha jkunu jistgħu jagħtu immunità u jnaqqsu l-multi kif ukoll jaċċettaw applikazzjonijiet fil-qosor bl-istess kundizzjonijiet. Fil-konsultazzjoni pubblika, 61 % tal-partijiet ikkonċernati sabu li n-nuqqas ta’ implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-Programm tal-Mudell ta' Klemenza tal-ECN kien problematiku.
Barra minn hekk, dan il-Kapitolu jiżgura li l-applikanti se jkollhom il-benefiċċju ta’ ħamest ijiem tax-xogħol biex jippreżentaw l-applikazzjonijiet fil-qosor, u jikkjarifika li huma ma għandhomx ikunu kkonfrontati b’talbiet paralleli li jeħtieġu ħafna riżorsi, mill-NCAs, waqt li l-Kummissjoni tkun qiegħda tinvestiga l-każ. Huwa jikkjarifika wkoll li, ladarba l-Kummissjoni tkun iddeċidiet li ma tiħux azzjoni dwar każ, l-applikanti li jkunu ppreżentaw applikazzjoni fil-qosor għandu jkollhom l-opportunità li jissottomettu applikazzjonijiet sħaħ għall-klemenza lill-NCAs rilevanti.
Fl-aħħar nett, dan il-Kapitolu jiżgura li l-impjegati u d-diretturi tal-kumpaniji li japplikaw għall-immunità jkunu protetti minn sanzjonijiet individwali, meta dawn ikunu jeżistu, bil-kundizzjoni li huma jikkooperaw mal-awtoritajiet. Dan huwa importanti sabiex jinżammu l-inċentivi biex il-kumpaniji japplikaw għall-klemenza, peress li l-applikazzjonijiet tagħhom għall-klemenza ħafna drabi jiddependu fuq li l-impjegati tagħhom jikkooperaw bis-sħiħ mingħajr il-biża’ li jsofru sanzjonijiet.
Bl-istess mod, individwi li jkollhom għarfien dwar l-eżistenza jew il-funzjonament ta’ kartell jew tipi oħra ta’ ksur tar-regoli tal-antitrust għandhom jiġu mħeġġa biex jagħtu din l-informazzjoni, pereżempju anki permezz tal-istabbiliment ta’ mezzi affidabbli u kunfidenzjali ta’ rappurtar. Għal dan l-għan, ħafna NCAs għandhom fis-seħħ jew qed jikkunsidraw l-introduzzjoni ta’ mezzi effikaċi sabiex jipproteġu lill-individwi, li jirrappurtaw jew li jgħaddu informazzjoni dwar il-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE, minn ritaljazzjoni, pereżempju miżuri dixxiplinarji minn min iħaddimhom. Pereżempju, il-Kummissjoni introduċiet għodda għall-informaturi anonimi għall-każijiet ta’ kompetizzjoni fis-16 ta’ Marzu 2017. Il-Kummissjoni saħqet fuq l-importanza li l-informaturi jiġu protetti, u qed tikkunsidra l-possibbiltà ta’ azzjoni orizzontali jew azzjoni settorjali ulterjuri fil-livell tal-UE.
Kapitolu VII – Assistenza Reċiproka
Dan il-Kapitolu jiżgura li meta NCA titlob NCA oħra biex twettaq miżuri ta’ investigazzjoni f’isimha sabiex tiġbor evidenza li tkun tinsab f’ġurisdizzjoni oħra, uffiċjali mill-NCA li tagħmel it-talba jkollhom id-dritt li jattendu u jassistu attivament f’dik l-ispezzjoni. Dan jagħmel it-twettiq ta’ dawn l-ispezzjonijiet aktar effiċjenti u effettiv.
Barra minn hekk, dan il-Kapitolu jiżgura li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti li jippermettu lill-NCAs biex jitolbu u jipprovdu assistenza reċiproka għan-notifika tad-deċiżjonijiet u l-infurzar tal-multi meta l-kumpaniji ma jkollhom l-ebda preżenza legali fit-territorju tal-NCA li tagħmel it-talba jew meta ma jkollhomx biżżejjed assi li jagħmlu tajjeb biex il-multa tiġi infurzata f’dak it-territorju. Assistenza reċiproka bħal din hija mfassla sabiex timminimizza l-indħil fil-liġi nazzjonali u tkun tinkorpora salvagwardji ewlenin: (i) in-notifika u l-infurzar jitwettqu skont il-liġijiet tal-Istat Membru li ssirlu t-talba; (ii) id-deċiżjonijiet li jimponu multi jistgħu jiġu infurzati biss ladarba jkunu finali u ma jistgħux jiġu appellati aktar b’mezzi ordinarji; (iii) il-perjodi ta’ limitazzjoni jkunu regolati bil-liġi tal-Istat Membru applikanti; (iv) l-awtorità li ssirilha t-talba mhix obbligata li tinforza d-deċiżjonijiet ta’ multar jekk dan imur b’mod ċar kontra l-ordni pubbliku ta’ dak l-Istat Membru; u (v) tilwimiet dwar il-legalità ta’ miżura se jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istat Membru applikanti, filwaqt li tilwimiet dwar il-miżuri ta’ notifika jew ta’ infurzar meħuda fl-Istat Membru li ssirlu t-talba se jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istat Membru li ssirlu t-talba.
L-assistenza reċiproka hija aspett ċentrali ta’ din il-proposta minħabba li hija indispensabbli għall-kooperazzjoni mill-qrib fi ħdan in-NEK u, għalhekk, għas-suċċess tas-sistema deċentralizzata li fuqha tiddependi l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE. Mingħajr assistenza reċiproka effettiva ma jistax ikun hemm kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji li għandhom attivitajiet f’aktar minn Stat Membru wieħed, u minħabba f’hekk jixxekkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.
Kapitolu VIII – Perjodi ta’ limitazzjoni
Dan il-Kapitolu jiżgura li jekk ikunu għaddejjin proċedimenti quddiem NCA jew il-Kummissjoni, il-perjodi ta’ limitazzjoni applikabbli għal NCAs oħra li jistgħu jressqu proċedimenti fir-rigward tal-istess ftehim, deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi jew prattika miftiehma, jiġu sospiżi għat-tul ta’ żmien ta’ dawn il-proċedimenti. Dan se jiżgura li s-sistema ta’ setgħat paralleli fi ħdan in-NEK taħdem b’mod effettiv u NCAs oħra ma jiġux impediti milli jieħdu azzjoni sussegwenti minħabba li l-proċedimenti tagħhom ikunu preskritti. L-Istati Membri jibqgħu liberi li jiddeterminaw it-tul ta’ żmien tal-perjodi ta’ limitazzjoni fis-sistema tagħhom, jew li jintroduċu limiti assoluti bil-kundizzjoni li ma jrendux l-infurzar effettiv tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE prattikament impossibbli jew diffiċli żżejjed.
Kapitolu IX – Dispożizzjonijiet ġenerali
Dan il-Kapitolu jiżgura li l-NCAs amministrattivi, li qegħdin fl-aħjar pożizzjoni sabiex jispjegaw id-deċiżjonijiet tagħhom, ikollhom id-dritt tas-setgħa li jippreżentaw u / jew jiddefendu l-każijiet tagħhom quddiem il-qrati. Dan jevita d-duplikazzjoni tal-ispejjeż u l-isforzi intrinsiċi biex korp ieħor jiddefendi dawn il-każijiet.
Dan il-Kapitolu jipprevedi wkoll salvagwardja ewlenija li l-informazzjoni miġbura skont id-Direttiva proposta tista’ tintuża biss għall-iskop li għalih tkun inkisbet u ma tistax tintuża għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fuq persuni fiżiċi.
Fl-aħħar nett, dan il-Kapitolu jiżgura li l-evidenza tkun ammissibbli irrispettivament mill-mezz li fuqu tkun maħżuna l-informazzjoni rilevanti, sabiex ikun żgurat li r-regoli ta’ proċedura rilevanti jkunu evidenza diġitali.
2017/0063 (COD)
Proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw is-setgħa biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 103 u 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)L-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) huma kwistjoni ta’ ordni pubbliku u jinħtieġ li jiġu applikati b’mod effettiv fl-Unjoni kollha sabiex jiġi żgurat li l-kompetizzjoni fis-suq intern ma tiġix imfixkla. L-infurzar effettiv tal-Artikoli 101 u 102 TFUE huwa meħtieġa sabiex jiġu żgurati swieq aktar miftuħa u kompetittivi fl-Ewropa, fejn il-kumpaniji jikkompetu fuq il-merti tagħhom u mingħajr ma joħolqu ostakoli għad-dħul fis-suq, u dan jippermettilhom jiġġeneraw il-ġid u joħolqu l-impjiegi. Tipproteġi lill-konsumaturi minn prattiki kummerċjali li jżommu l-prezzijiet tal-oġġetti u tas-servizzi f’livell artifiċjalment għoli, u ttejjeb l-għażla tagħhom ta’ prodotti u servizzi innovattivi.
(2)L-infurzar pubbliku tal-Artikoli 101 u 102 TFUE jitwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni (NCAs) tal-Istati Membri b’mod parallel mal-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003(). L-NCAs u l-Kummissjoni flimkien jiffurmaw netwerk ta’ awtoritajiet pubbliċi li japplikaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE f’kooperazzjoni mill-qrib (in-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni).
(3)L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jobbliga lill-NCAs u lill-qrati nazzjonali biex japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE fil-każ ta' arranġamenti jew imġiba li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Fil-prattika l-biċċa l-kbira tal-NCAs japplikaw d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni flimkien mal-Artikoli 101 u 102 TFUE. Għaldaqstant, din id-Direttiva, li l-għan tagħha huwa li jiġi żgurat li l-NCAs ikollhom il-garanziji meħtieġa ta’ indipendenza u l-infurzar u ta’ setgħat għall-immultar, sabiex ikunu jistgħu japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE b’mod effettiv, inevitabbilment se jkollha impatt fuq id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni li jiġu applikati mill-NCAs b’mod parallel.
(4)Barra minn hekk, l-għoti lill-NCAs tas-setgħa li jiksbu l-informazzjoni kollha, relatata ma’ impriża li tkun suġġetta għall-investigazzjoni, f’forma diġitali irrispettivament mill-mezz li fuqu tkun maħżuna, jinħtieġ li jaffettwa wkoll il-kamp ta’ applikazzjoni tas-setgħat tal-NCAs meta, fl-istadji bikrin tal-proċedimenti, huma jieħdu wkoll il-miżura investigattiva rilevanti abbażi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni applikati b’mod parallel għall-Artikoli 101 u 102 TFUE. L-għoti lill-NCAs b’setgħat ta’ spezzjoni b’kamp ta’ applikazzjoni differenti, li jiddependi fuq jekk dawn fl-aħħar mill-aħħar hux se japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni biss jew ukoll l-Artikoli 101 u 102 TFUE b’mod parallel, ixekkel l-effettività tal-infurzar tad-dritt tal-kompetizzjoni fis-suq intern. Għaldaqstant, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jinħtieġ li jkopri kemm l-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE fuq bażi indipendenti kif ukoll l-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni applikat b’mod parallel għall-istess każ. Dan iseħħ bl-eċċezzjoni għall-protezzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ klemenza u tas-sottomissjonijiet għas-saldu li jestendu wkoll għad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni applikat fuq bażi indipendenti.
(5)Il-liġi nazzjonali timpedixxi lil bosta NCAs milli jkollhom il-garanziji meħtieġa ta’ indipendenza u ta’ infurzar kif ukoll is-setgħat għall-immultar, sabiex ikunu jistgħu jinfurzaw dawn ir-regoli b’mod effettiv. Dan idgħajjef il-ħila tagħhom biex japplikaw b’effikaċja l-Artikoli 101 u 102 TFUE u d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni b’mod parallel u adegwatament għall-Artikoli 101 u 102 TFUE. Pereżempju, skont il-liġi nazzjonali, bosta NCAs ma għandhomx għodod effettivi sabiex isibu evidenza għall-ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, sabiex jimmultaw lill-kumpaniji li jiksru l-liġi, jew ma għandhomx ir-riżorsi li għandhom bżonn sabiex japplikaw b’mod effettiv l-Artikoli 101 u 102 TFUE. Dan jista’ jimpedihom milli jieħdu kwalunkwe azzjoni jew iwassalhom biex jillimitaw l-azzjoni tagħhom ta’ infurzar. In-nuqqas ta’ għodod u garanziji operattivi ta’ bosta NCAs sabiex japplikaw b’mod effettiv l-Artikoli 101 u 102 TFUE jfisser li l-impriżi involuti fi prattiki antikompetittivi jistgħu jiffaċċjaw eżiti differenti ħafna waqt proċeduri, skont l-Istati Membri li fihom ikunu attivi: huma jistgħu ma jkunu soġġetti għall-ebda infurzar skont l-Artikoli 101 jew 102 TFUE, jew suġġetti għal infurzar mhux effettiv. Pereżempju, f’xi Stati Membri, l-impriżi jistgħu ma jerfgħux ir-responsabbiltà tal-multi sempliċement billi jagħmlu ristrutturazzjoni. L-infurzar mhux uniformi, tal-Artikoli 101 u 102 TFUE u tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni applikati b’mod parallel għall-Artikoli 101 u 102 TFUE, jirriżulta f’opportunitajiet mitlufa sabiex jitneħħew l-ostakoli għad-dħul fis-suq u sabiex jinħolqu swieq kompetittivi aktar miftuħa fl-Unjoni Ewropea kollha, fejn l-impriżi jikkompetu b’mod ġust u fuq il-merti tagħhom. L-impriżi u l-konsumaturi jbatu b’mod partikolari f’dawk l-Istati Membri fejn l-NCAs huma anqas mgħammra sabiex ikunu inforzaturi effettivi. L-impriżi ma jistgħux jikkompetu fuq il-merti tagħhom fejn ikun hemm kenn għall-prattiki antikompetittivi, pereżempju, minħabba li ma tkunx tista’ tinġabar evidenza tal-prattiki antikompetittivi jew minħabba li l-impriżi jkunu jistgħu ma jerfgħux ir-responsabbiltà tal-multi. Għalhekk għandhom diżinċentiv biex jidħlu f’dawn is-swieq u biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta’ stabbiliment u biex jipprovdu prodotti u servizzi hemmhekk. Il-konsumaturi bbażati fi Stati Membri fejn hemm inqas infurzar mhux se jgawdu mill-benefiċċji ta’ infurzar effikaċi tal-kompetizzjoni. L-infurzar mhux uniformi tal-Artikoli 101 u 102 TFUE u tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni applikati b’mod parallel għall-Artikoli 101 u 102 TFUE fl-Ewropa għaldaqstant joħloq distorzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern, u jtellef il-funzjonament tajjeb tiegħu.
(6)Id-diskrepanzi u l-limitazzjonijiet fl-għodod u l-garanziji tal-NCAs jimminaw is-sistema ta’ setgħat paralleli għall-infurzar tal-Artikoli 101 u 102 TFUE li hija mfassla biex taħdem bħala unità sħiħa koeżiva bbażata fuq kooperazzjoni mill-qrib fl-ambitu tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni. Din is-sistema tiddependi fuq il-fatt li l-awtoritajiet ikunu jistgħu jibbażaw fuq xulxin sabiex iwettqu miżuri ta’ tiftix ta’ informazzjoni f’isem xulxin. Madankollu ma taħdimx tajjeb meta jkun għad hemm NCAs li ma għandhomx għodod adegwati għall-ġbir tal-informazzjoni. F’aspetti ewlenin oħra, l-NCAs ma jistgħux jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin. Pereżempju, fil-maġġoranza tal-Istati Membri, l-impriżi li joperaw bejn il-fruntieri jistgħu jevadu milli jħallsu l-multi sempliċement billi ma jkollhomx preżenza legali f’xi wħud mit-territorji tal-Istati Membri li fihom ikunu attivi. Dan inaqqas l-inċentivi sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 101 u 102 TFUE. L-infurzar ineffettiv li jirriżulta jfixkel il-kompetizzjoni għall-impriżi li josservaw il-liġi u jimmina l-kunfidenza tal-konsumaturi fis-suq intern, b’mod partikolari fl-ambjent diġitali.
(7)Sabiex jiġi assigurat spazju verament komuni ta’ infurzar tal-kompetizzjoni fl-Ewropa li jipprovdi kundizzjonijiet aktar ekwi għall-impriżi li joperaw fis-suq intern u li jnaqqas il-kundizzjonijiet mhux ugwali għall-konsumaturi, jinħtieġ li jiġu stabbiliti garanziji minimi ta’ indipendenza u riżorsi, u setgħat ewlenin ta’ infurzar u mmultar meta jiġu applikati l-Artikoli 101 u 102 TFUE u d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni b’mod parallel mal-Artikoli 101 u 102 TFUE, sabiex l-NCAs ikunu jistgħu jkunu kompletament effikaċi.
(8)Huwa xieraq li din id-Direttiva tissejjes fuq il-bażi legali doppja tal-Artikoli 103 u 114 TFUE. Dan huwa minħabba li din id-Direttiva ma tkoprix biss l-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE u l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni b’mod parallel ma’ dawn l-Artikoli, iżda wkoll in-nuqqasijiet u l-limitazzjonijiet tal-għodod u tal-garanziji tal-NCAs biex jiġu applikati l-Artikoli 101 u 102 TFUE, li jaffettwaw b’mod negattiv kemm il-kompetizzjoni kif ukoll il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.
(9)L-istabbiliment ta’ garanziji minimi sabiex ikun żgurat li l-NCAs japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE b’mod effettiv huwa mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-Istati Membri li jżommu jew idaħħlu garanziji aktar estensivi ta’ indipendenza kif ukoll riżorsi għall-NCAs, u regoli aktar iddettaljati dwar is-setgħat ta’ infurzar u ta’ mmultar ta’ dawn l-awtoritajiet. B’mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-NCAs setgħat addizzjonali lil hinn mis-ġabra bażika prevista f’din id-Direttiva sabiex iżidu ulterjorment l-effettività tagħhom.
(10)Min-naħa l-oħra, huma meħtieġa regoli ddettaljati fil-qasam tal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-klemenza għal kartelli sigrieti. Il-kumpaniji se jgħidu l-verità dwar il-kartelli sigrieti li fihom ikunu pparteċipaw biss jekk ikollhom ċertezza legali suffiċjenti dwar jekk ikunux se jibbenefikaw minn immunità mill-multi. Id-differenzi sinifikanti bejn il-programmi ta’ klemenza applikabbli fl-Istati Membri jwasslu għal inċertezza legali għall-applikanti potenzjali għall-klemenza, li tista’ ddgħajjef l-inċentivi tagħhom sabiex japplikaw għall-klemenza. Jekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jimplimentaw jew japplikaw regoli anqas jew aktar restrittivi għall-klemenza fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, dan mhux biss imur kontra l-objettiv li jinżammu l-inċentivi għall-applikanti sabiex l-infurzar tal-kompetizzjoni fl-Unjoni jsir l-aktar effettiv possibbli, iżda jista' wkoll jipperikola l-kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi li joperaw fis-suq intern. Dan ma jimpedixxix lill-Istati Membri milli japplikaw programmi ta’ klemenza li mhux biss ikopru l-kartelli sigrieti, iżda wkoll ksur ieħor tal-Artikoli 101 u 102 TFUE u dispożizzjonijiet nazzjonali ekwivalenti.
(11)Din id-Direttiva ma tapplikax għal-liġijiet nazzjonali sakemm dawn jipprevedu l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali fuq persuni fiżiċi, bl-eċċezzjoni tar-regoli li jirregolaw l-interazzjoni bejn il-programmi ta’ klemenza u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fil-konfront ta’ persuni naturali.
(12)L-eżerċizzju tas-setgħat mogħti lill-NCAs jinħtieġ li jkun soġġett għal salvagwardji xierqa li mill-anqas jilħqu l-istandards tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Dawn is-salvagwardji jinkludu d-dritt għal aministrazzjoni tajba u r-rispett għad-drittijiet tad-difiża tal-impriżi, li komponent essenzjali tagħhom huwa d-dritt li jinstemgħu. B’mod partikolari, l-NCAs jinħtieġ li jinfurmaw lill-partijiet li jkunu qegħdin jiġu investigati, dwar l-oġġezzjonijiet preliminari mqajmin kontrihom skont l-Artikolu 101 jew l-Artikolu 102 TFUE, qabel ma jieħdu deċiżjoni li taffettwa negattivament l-interessi tagħhom, u dawn il-partijiet jinħtieġ li jkollhom l-opportunità li effettivament jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar dawn l-oġġezzjonijiet qabel ma tittieħed deċiżjoni bħal din. Il-partijiet li dwarhom jkunu ġew innotifikati oġġezzjonijiet preliminari dwar allegat ksur tal-Artikolu 101 jew tal-Artikolu 102 TFUE jinħtieġ li jkollhom id-dritt tal-aċċess għall-fajl tal-każ rilevanti tal-NCAs sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw b’mod effettiv id-dritt tagħhom tad-difiża. Dan huwa soġġett għall-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom u ma jestendix għall-informazzjoni kunfidenzjali u għad-dokumenti interni tal-NCAs u tal-Kummissjoni, u għall-korrispondenza ta' bejniethom. Barra minn hekk id-destinatarji ta’ deċiżjonijiet finali tal-NCAs li japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE jinħtieġ li jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal, skont l-Artikolu 47 tal-Karta Fundamentali tad-Drittijiet tal-Unjoni Ewropea. Dawn id-deċiżjonijiet finali tal-NCAs jinħtieġ li jkunu mmotivati sabiex jippermettu lid-destinatarji ta’ dawn id-deċiżjonijiet biex jivverifikaw ir-raġunijiet għad-deċiżjoni u biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal rimedju effettiv. It-tifsila ta’ dawn is-salvagwardji jinħtieġ li tilħaq bilanċ bejn ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-impriżi u d-dmir li jiġi żgurat li l-Artikoli 101 u 102 TFUE jiġu infurzati b’mod effettiv.
(13)L-għoti tas-setgħa lill-NCAs sabiex japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE b’mod imparzjali u fl-interess komuni tal-infurzar effettiv tar-regoli Ewropej tal-kompetizzjoni huwa komponent essenzjali tal-applikazzjoni effettiva u uniformi ta’ dawn ir-regoli.
(14)Jinħtieġ li tissaħħaħ l-indipendenza tal-NCAs sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni effettiva u uniformi tal-Artikoli 101 u 102 TFUE. Għal dan il-għan, jinħtieġ li jsir provvediment espliċitu fil-liġi nazzjonali sabiex ikun żgurat li meta jiġu applikati l-Artikoli 101 u 102 TFUE, l-NCAs jkunu protetti kontra intervent estern jew pressjoni politika li jistgħu jpoġġu f’periklu l-valutazzjoni indipendenti tagħhom tal-kwistjonijiet li jiġu quddiemhom. Għal dan il-għan, jinħtieġ li jiġu stabbiliti regoli bil-quddiem rigward ir-raġunijiet għat-tneħħija tal-membri tal-korp deċiżjonali tal-NCAs sabiex jitneħħa kwalunkwe dubju raġonevoli rigward l-imparzjalità ta’ dan il-korp u l-kapaċità tiegħu li ma jiġix influwenzat minn fatturi esterni.
(15)Sabiex tiġi assigurata l-indipendenza tal-NCAs, il-persunal tagħhom u l-membri tal-korp deċiżjonali jinħtieġ li jaġixxu b’integrità u joqogħdu lura minn kull azzjoni li ma tkunx kompatibbli mat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. Il-ħtieġa li ma titħalliex tiġi pperikolata l-valutazzjoni indipendenti tal-persunal jew tal-membri tal-korp deċiżjonali timplika li waqt l-impjieg u l-ħatra tagħhom, u għal perjodu ta’ żmien raġonevoli wara, huma jinħtieġ li joqogħdu lura minn kwalunkwe impjieg mhux kompatibbli, sew bi qligħ kif ukoll jekk mhux. Barra minn hekk, dan jimplika wkoll li matul l-impjieg u l-ħatra tagħhom huma ma għandu jkollhom interess fl-ebda impriża jew organizzazzjoni li jkollhom x’jaqsmu ma’ NCA, sakemm dan għandu l-potenzjal li jikkomprometti l-indipendenza tagħhom. Il-persunal u l-membri tal-korp deċiżjonali jinħtieġ li jiddikjaraw kull interess jew assi li jistgħu joħolqu kunflitt tal-interess fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. Huma jinħtieġ li jkunu obbligati jinfurmaw lill-korp deċiżjonali, lill-membri l-oħra tiegħu jew, fil-każ ta’ NCAs li s-setgħa għat-teħid tad-deċiżjonijiet tkun f’idejn persuna waħda lill-awtorità tal-ħatra tagħhom, jekk, fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom, huma jiġu msejħa sabiex jiddeċiedu dwar kwistjoni li fiha jkollhom interess li jista’ jdgħajjef l-imparzjalità tagħhom.
(16)L-indipendenza tal-NCAs ma tipprekludix stħarriġ ġudizzjarju jew superviżjoni parlamentari skont il-liġijiet tal-Istati Membri. Ir-rekwiżiti tal-obbligu tar-rendikont jikkontribwixxu wkoll sabiex tkun żgurata l-kredibilità u l-leġittimità tal-azzjonijiet tal-NCAs. Ir-rekwiżiti tal-obbligu tar-rendikont proporzjonati jinkludu l-pubblikazzjoni, mill-NCAs, ta’ rapporti perjodiċi dwar l-attivitajiet tagħhom għal korp governattiv jew parlamentari. L-NCAs jistgħu jkunu soġġetti wkoll għal kontroll jew monitoraġġ tan-nefqa finanzjarja tagħhom, dment li dan ma jaffettwax l-indipendenza tagħhom.
(17)L-NCAs jinħtieġ li jkunu kapaċi jipprijoritizzaw il-proċedimenti tagħhom għall-infurzar tal-Artikoli 101 u 102 TFUE biex jagħmlu użu effettiv tar-riżorsi tagħhom, u biex ikunu jistgħu jiffukaw fuq il-prevenzjoni u t-temma ta’ komportament antikompetittiv li jfixkel il-kompetizzjoni fis-suq intern. Għal dan il-għan, huma jinħtieġ li jkunu jistgħu jirrifjutaw ilmenti għax ma jkunux prijorità. Dan jinħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-NCAs li jirrifjutaw ilmenti għal raġunijiet oħra, bħan-nuqqas ta’ kompetenza, jew li jiddeċiedu li ma jkunx hemm raġunijiet għal azzjoni min-naħa tagħhom. Is-setgħa tal-NCAs li jipprijoritizzaw il-proċedimenti ta’ infurzar tagħhom hija mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ gvern ta’ Stat Membru li joħroġ politika ġenerali jew linji gwida dwar il-prijoritajiet għall-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li ma jkunux relatati ma’ proċedimenti speċifiċi għall-infurzar tal-Artikoli 101 u 102 TFUE.
(18)L-NCAs jinħtieġ li jkollhom ir-riżorsi neċessarji, f’termini ta’ persunal, għarfien espert, mezzi finanzjarji u tagħmir tekniku, sabiex jiġi żgurat li huma jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom b’mod effettiv meta japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE. F’każ li d-dmirijiet u s-setgħat tagħhom skont il-liġi nazzjonali jiġu estiżi, ir-riżorsi neċessarji għat-twettiq ta’ dawn il-kompiti xorta jridu jkunu suffiċjenti.
(19)L-NCAs jinħtieġu gabra minima ta’ setgħat investigattivi u deċiżjonali komuni sabiex ikunu jistgħu jinfurzaw b’mod effettiv l-Artikoli 101 u 102 TFUE.
(20)L-NCAs jinħtieġ li jingħataw is-setgħa sabiex ikollhom setgħat effettivi ta’ investigazzjoni sabiex jidentifikaw kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma pprojbiti mill-Artikolu 101 TFUE jew kwalunkwe abbuż ta’ pożizzjoni dominanti pprojbit mill-Artikolu 102 TFUE fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti quddiemhom.
(21)Is-setgħat investigattivi tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jridu jkunu adegwati biex jilħqu l-isfidi tal-infurzar tal-ambjent diġitali u jinħtieġ li jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li jiksbu l-informazzjoni kollha f’forma diġitali, inkluża d-dejta miksuba b’mod forensiku, relatata mal-impriża jew l-assoċjazzjoni ta’ impriżi li tkun soġġetta għall-miżura ta’ investigazzjoni, irrispettivament mill-mezz li tkun maħżuna fuqu, bħal pereżempju fuq laptops, telefowns mobbli u apparat mobbli ieħor.
(22)L-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jinħtieġ li jingħataw is-setgħa li jispezzjonaw il-bini kemm ta’ impriżi kif ukoll ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi li jkunu s-suġġett ta’ proċedimenti għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, kif ukoll ta’ atturi tas-suq oħra li jista’ jkollhom informazzjoni li tkun rilevanti għal dawn il-proċedimenti. L-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jinħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu dawn l-ispezzjonijiet meta jkun hemm tal-anqas bażi raġonevoli biex jiġi ssuspettat il-ksur tal-Artikolu 101 jew tal-Artikolu 102 TFUE.
(23)Sabiex tkun effettiva, is-setgħa tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni biex iwettqu spezzjonijiet jinħtieġ li tippermettilhom jaċċessaw informazzjoni li tkun aċċessibbli għall-impriża jew għall-assoċjazzjoni ta’ impriżi jew għall-persuna soġġetta għall-ispezzjoni, u li tkun relatata mal-impriża investigata.
(24)Sabiex jiġi evitat id-dewmien bla bżonn tal-ispezzjonijiet, l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jinħtieġ li jkollhom is-setgħa li jkomplu jagħmlu tfittxijiet għal kopji jew siltiet minn kotba u rekords relatati man-negozju tal-impriża jew tal-assoċjazzjoni ta’ impriżi li jkunu qed jiġu spezzjonati, fil-bini tal-awtorità jew f’postijiet indikati oħra.
(25)L-esperjenza turi li r-rekords tan-negozju jistgħu jinżammu fid-djar tad-diretturi jew ta’ persuni oħra li jaħdmu għal impriża, speċjalment biż-żieda fl-użu ta’ arranġamenti ta’ ħidma aktar flessibbli. Sabiex jiġi żgurat li l-ispezzjonijiet ikunu effettivi, l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jinħtieġ li jkollhom is-setgħa li jidħlu fi kwalunkwe bini, inklużi djar privati, meta jkun hemm suspett raġonevoli li jkunu qegħdin jinżammu rekords tan-negozju li jistgħu jkunu rilevanti sabiex jiġi ppruvat ksur serju tal-Artikolu 101 jew tal-Artikolu 102 TFUE. L-eżerċizzju ta’ din is-setgħa jinħtieġ li jkun suġġett għall-awtorizzazzjoni minn qabel ta’ awtorità ġudizzjarja. Dan ma jwaqqafx lill-Istati Membri milli jgħaddu l-kompiti ta’ awtorità ġudizzjarja nazzjonali lil awtorità amministrattiva nazzjonali tal-kompetizzjoni li f’każijiet ta’ urġenza estrema taġixxi bħala awtorità ġudizzjarja.
(26)L-NCAs jinħtieġ li jkollhom setgħat effettivi sabiex jitolbu li tiġi pprovduta l-informazzjoni neċessarja sabiex jinstab kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma pprojbiti mill-Artikolu 101 TFUE jew kwalunkwe abbuż ipprojbit mill-Artikolu 102 TFUE. Dan jinħtieġ li jinkludi d-dritt li jitolbu l-informazzjoni irrispettivament minn fejn tkun maħżuna, bil-kundizzjoni li tkun aċċessibbli għad-destinatarju tat-talba għall-informazzjoni. L-esperjenza turi li l-informazzjoni pprovduta fuq bażi volontarja minn partijiet terzi, bħal kompetituri, klijenti u konsumaturi fis-suq, tista’ tkun ukoll sors siewi ta’ informazzjoni għal infurzar infurmat kif ukoll sod, u l-NCAs għandhom jinkoraġġixxu dan.
(27)L-NCAs jinħtieġ li jkollhom mezzi effettivi sabiex jerġgħu jistabbilixxu l-kompetizzjoni fis-suq billi jimponu rimedji strutturali u ta’ aġir proporzjonati.
(28)Meta, waqt proċedimenti li jistgħu jwasslu biex ftehim jew prattika jiġu pprojbiti, impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi joffru lill-NCAs impenji li jissodisfaw it-tħassib tagħhom, dawn l-awtoritajiet jinħtieġ li jkunu jistgħu jadottaw deċiżjonijiet li jagħmlu dawn l-impenji vinkolanti għall-impriżi kkonċernati kif ukoll inforzabbli kontrihom. Deċiżjonijiet ta’ impenn bħal dawn jinħtieġ li jaċċertaw li ma jkunx hemm aktar raġunijiet għal azzjoni mill-NCAs, mingħajr ma jikkonkludu jekk kienx hemm ksur jew le tal-Artikolu 101 jew tal-Artikolu 102 TFUE. Id-deċiżjonijiet ta’ impenn huma mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u l-qrati talIstati Membri li jikkonstataw ksur bħal dan u jieħdu deċiżjoni fuq il-każ.
(29)Sabiex jiġi żgurat infurzar effettiv u uniformi tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jinħtieġ li jkollhom is-setgħa li jimponu multi effettivi, proporzjonati u dissważivi fuq l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi għall-ksur tal-Artikoli 101 jew 102 TFUE, jew direttament huma stess fi proċedimenti amministrattivi jew inkella jippruvaw jimponu l-multi permezz ta’ proċedimenti ġudizzjarji mhux kriminali. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jipprevedu l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet mill-qrati fi proċedimenti kriminali għall-ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE.
(30)Sabiex jiġi żgurat li l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jikkonformaw mas-setgħat deċiżjonali u ta’ investigazzjoni tal-NCAs, l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jridu jkunu jistgħu jimponu multi effettivi għan-nuqqas ta’ konformità kif ukoll il-ħlasijiet ta’ penali perjodiċi sabiex jesiġu konformità ma’ dawn is-setgħat, jew direttament huma stess fi proċedimenti amministrattivi jew inkella jippruvaw jimponu l-multi permezz ta’ proċedimenti ġudizzjarji mhux kriminali. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jipprevedu l-impożizzjoni ta’ tali multi mill-qrati fi proċedimenti ġudizzjarji kriminali. Barra minn hekk, din id-Direttiva la taffettwa r-regoli nazzjonali dwar l-istandard tal-provi u lanqas l-obbligi tal-NCAs sabiex jaċċertaw il-fatti marbutin ma’ każ rilevanti, dment li dawn ir-regoli u l-obbligi jkunu kompatibbli mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni. Il-multi u l-ħlasijiet ta’ penali perjodiċi jinħtieġ li jiġu ddeterminati b’mod proporzjonali għall-fatturat totali tal-impriżi u tal-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi kkonċernati.
(31)Sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni effettiva u uniformi tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, il-kunċett ta’ impriża, kif qiegħed fl-Artikoli 101 u 102 TFUE, jinħtieġ li jiġi applikat skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, bħala li jindika unità ekonomika, anki jekk din tkun magħmula minn diversi persuni ġuridiċi jew fiżiċi. Għaldaqstant, l-NCAs jinħtieġ li jkunu jistgħu japplikaw il-kunċett ta’ impriża sabiex isibu l-kumpanija prinċipali responsabbli, u jimponu multi fuqha, għall-aġir ta’ waħda mis-sussidjarji tagħha meta din il-kumpanija prinċipali u s-sussidjarja tagħha jiffurmaw unità ekonomika waħda. Sabiex jiġi evitat li l-impriżi jaħarbu mir-responsabbiltà tal-multi għall-ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE permezz ta’ bidliet legali jew organizzattivi, l-NCAs jinħtieġ li jkunu jistgħu jsibu s-suċċessuri legali jew ekonomiċi għall-impriża responsabbli, u jimponu multi fuqhom, għal ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
(32)Sabiex jiġi żgurat li l-multi imposti għal ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE jirriflettu l-importanza ekonomika tal-ksur, l-NCAs jinħtieġ li jqisu l-gravità tal-ksur. L-NCAs jinħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu wkoll multi li jkunu proporzjonali għat-tul ta’ żmien tal-ksur. Dawn il-fatturi jinħtieġ li jiġu vvalutati skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, fir-rigward tal-valutazzjoni tal-gravità ta’ ksur, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea stabbiliet li jridu jiġu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi tal-każ, il-kuntest li fih ikun seħħ il-ksur u l-effett deterrent tal-multi. Fatturi li jistgħu jiffurmaw parti minn din il-valutazzjoni huma l-fatturat għall-prodotti u s-servizzi li fir-rigward tiegħu jkun twettaq il-ksur u d-daqs u s-saħħa ekonomika tal-impriża, billi dawn jirriflettu l-influwenza li l-impriża kienet kapaċi tagħmel fuq is-suq. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ ksur ripetut mill-istess awtur juri l-propensità tiegħu li jwettaq tali ksur u għalhekk huwa indikazzjoni sinifikanti ħafna tal-gravità tal-imġiba inkwistjoni, u għalhekk tal-ħtieġa li jiżdied il-livell tal-penali sabiex tintlaħaq deterrenza effettiva. Meta l-NCAs jistabbilixxu l-multa li għandha tiġi imposta, jinħtieġ li jikkunsidraw il-valur tal-bejgħ tal-prodotti u s-servizzi tal-impriża li miegħu jkun marbut direttament jew indirettament il-ksur. Bl-istess mod, l-NCAs jinħtieġ li jkollhom id-dritt li jżidu l-multa li għandha tiġi imposta fuq impriża jew fuq assoċjazzjoni ta’ impriżi li tkompli bl-istess ksur, jew twettaq ksur simili wara li l-Kummissjoni jew awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tkun ħadet deċiżjoni li ssib li l-istess impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi tkun kisret l-Artikoli 101 jew 102 TFUE.
(33)L-esperjenza wriet li l-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi b’mod regolari għandhom rwol fil-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni u l-NCAs jinħtieġ li jkunu jistgħu jimmultaw b’mod effettiv lil dawn l-assoċjazzjonijiet. Meta tkun qiegħda tiġi valutata l-gravità tal-ksur sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-multa fi proċedimenti mressqa kontra assoċjazzjonijiet ta’ impriżi meta l-ksur ikun jirrigwarda l-attivitajiet tal-membri tagħhom, jinħtieġ li tiġi kkunsidrata s-somma tal-bejgħ mill-impriżi li jkunu membri tal-assoċjazzjoni tal-prodotti u s-servizzi, li magħha jkun marbut direttament jew indirettament il-ksur. Sabiex jiġi żgurat l-irkupru effettiv tal-multi imposti fuq assoċjazzjonijiet ta’ impriżi għall-ksur li jikkommettu, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li fuqhom l-NCAs ikunu jistgħu jesiġu l-ħlas ta’ multa mill-membri tal-assoċjazzjoni meta l-assoċjazzjoni ma tkunx solventi. Meta jseħħ dan, l-NCAs għandhom jagħtu kas għall-kobor relattiv tal-impriżi li jappartjenu għall-assoċjazzjoni, u b’mod partikolari għas-sitwazzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Il-ħlas ta’ multa minn membru jew minn diversi membri ta’ assoċjazzjoni jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-liġi nazzjonali li jipprevedu l-irkupru tal-ammont imħallas minn membri oħra tal-assoċjazzjoni.
(34)L-effett dissważiv tal-multi jvarja ħafna fl-Ewropa u f’xi Stati Membri l-ammont massimu tal-multa li jista’ jkun stabbilit huwa baxx ħafna. Sabiex jiġi żgurat li l-NCAs jistgħu jistabbilixxu multi ta’ deterrent, l-ammont massimu tal-multa jinħtieġ li jiġi stabbilit f’livell ta’ mhux inqas minn 10 % tal-fatturat dinji totali tal-impriża kkonċernata. Dan ma għandux jimpedixxi lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu ammont massimu ogħla bħala multa.
(35)Il-programmi ta’ klemenza huma għodda ewlenija għall-kxif ta' kartelli sigrieti u għalhekk jikkontribwixxu għall-prosekuzzjoni effiċjenti tal-aktar ksur serju tad-dritt tal-kompetizzjoni u għall-impożizzjoni ta' penali għalih. Madankollu, fil-preżent hemm differenzi sinifikanti bejn il-programmi ta’ klemenza applikabbli fl-Istati Membri. Dawn id-differenzi jwasslu għal inċertezza legali min-naħa tal-impriżi kontraventuri rigward il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu japplikaw għall-klemenza kif ukoll dwar l-istatus tal-immunità tagħhom skont il-programm(i) ta’ klemenza rispettiv(i). Din l-inċertezza tista’ ddgħajjef l-inċentivi għall-applikanti potenzjali għall-klemenza sabiex japplikaw għall-klemenza. Dan imbagħad jista’ jwassal għal infurzar anqas effettiv tal-kompetizzjoni fl-Unjoni, billi jinkixfu anqas kartelli sigrieti.
(36)Id-differenzi bejn il-programmi ta’ klemenza fuq il-livell tal-Istati Membri jipperikolaw ukoll il-kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi li joperaw fis-suq intern. Għalhekk huwa f’loku li tiżdied iċ-ċertezza legali billi jitnaqqsu dawn id-differenzi.
(37)L-NCAs jinħtieġ li jagħtu lill-impriżi immunità mill-multi u tnaqqis tal-multi jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. L-impriżi għandhom jitqiesu li pprovdew lil awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni b’evidenza fir-rigward ta’ kartell sigriet li tippermetti l-konstatazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE jekk dik l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni ma jkollhiex evidenza suffiċjenti biex issib il-ksur tal-Artikolu 101 TFUE b’rabta mal-istess kartell fil-mument tas-sottomissjoni ta’ din l-evidenza mill-impriża.
(38)L-applikanti jinħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li japplikaw għall-klemenza bil-miktub jew fejn ikun xieraq, b’mezzi oħra li ma jirriżultawx fil-produzzjoni ta’ dokumenti, informazzjoni, jew materjal ieħor fil-pussess, il-kustodja, jew il-kontroll tal-applikant. Għal dan il-għan, l-NCAs jinħtieġ li jkollhom fis-seħħ sistema li tippermettilhom li jaċċettaw dikjarazzjonijiet ta’ klemenza kemm bil-fomm kif ukoll permezz ta’ mezzi oħra, inkluż f’forma diġitali.
(39)L-applikanti li jkunu applikaw għall-klemenza mal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta’ allegat kartell sigriet jinħtieġ li jkunu jistgħu jippreżentaw applikazzjonijiet fil-qosor fir-rigward tal-istess kartell lill-NCAs li huma jqisu adegwati. L-NCAs jinħtieġ li jaċċettaw applikazzjonijiet fil-qosor li jkun fihom ġabra minima ta’ informazzjoni fir-rigward tal-allegat kartell u ma jitolbux informazzjoni addizzjonali apparti din il-ġabra minima qabel ma jkun beħsiebhom jieħdu azzjoni dwar il-każ. Madankollu, huwa l-oneru tal-applikanti li jinfurmaw lill-NCAs li lilhom ikunu ssottomettew l-applikazzjonijiet fil-qosor jekk jinbidel il-kamp ta’ applikazzjoni tal-applikazzjoni tagħhom għall-klemenza mal-Kummissjoni. L-NCAs jinħtieġ li jipprovdu lill-applikanti konferma tar-riċevuta li tindika d-data u l-ħin tar-riċevuta, u jinfurmaw lill-applikant jekk ikunux diġà rċevew applikazzjoni fil-qosor jew applikazzjoini għall-klemenza preċedenti fir-rigward tal-istess kartell. Ladarba l-Kummissjoni tkun iddeċidiet li ma tiħux azzjoni dwar każ b’mod sħiħ jew parzjali, l-applikanti jinħtieġ li jkollhom l-opportunità li jissottomettu applikazzjonijiet sħaħ għall-klemenza lill-NCAs li lilhom ikunu ssottomettew applikazzjonijiet fil-qosor.
(40)L-inċertezza legali dwar jekk l-impjegati tal-impriżi humiex protetti minn sanzjonijiet individwali tista’ żomm applikanti potenzjali milli japplikaw għall-klemenza. L-impjegati u d-diretturi attwali u mgħoddija tal-impriżi li japplikaw għall-immunità mill-multi għand l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni għalhekk jinħtieġ li jiġu protetti minn kwalunkwe sanzjoni imposta mill-awtoritajiet pubbliċi għall-involviment tagħhom fil-kartell sigriet kopert mill-applikazzjoni. Tali protezzjoni jinħtieġ li tingħata bil-kundizzjoni li l-impjegati u d-diretturi jikkooperaw attivament mal-NCAs ikkonċernati u li l-applikazzjoni għall-immunità ssir qabel il-bidu tal-proċedimenti kriminali.
(41)F’sistema ta’ setgħat paralleli għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, hija meħtieġa kooperazzjoni mill-qrib bejn l-NCAs. B’mod partikolari meta NCA twettaq spezzjoni f’isem NCA oħra skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, jinħtieġ li tkun possibbli l-preżenza u l-assistenza tal-uffiċjali mill-awtorità li tagħmel it-talba, sabiex tiżdied l-effettività ta’ dawn l-ispezzjonijiet billi jiġu pprovduti riżorsi, għarfien u kompetenza teknika addizzjonali.
(42)Bl-istess mod, jinħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti sabiex l-NCAs jkunu jistgħu jitolbu assistenza reċiproka għan-notifika tal-oġġezzjonijiet u d-deċiżjonijiet preliminari u tal-infurzar tad-deċiżjonijiet li jimponu multi jew ħlasijiet perjodiċi meta l-impriża kkonċernata ma jkollhiex preżenza legali fit-territorju tagħhom. Dan jiżgura l-infurzar effettiv tal-Artikoli 101 u 102 TFUE u jikkontribwixxi għall-funzjonament korrett tas-suq intern.
(43)Sabiex jiġi żgurat l-infurzar effettiv tal-Artikoli 101 u 102 TFUE mill-NCAs, hemm bżonn li jiġu pprovduti regoli effikaċi dwar is-sospensjoni tal-perjodi ta’ limitazzjoni. B’mod partikolari, f’sistema ta’ setgħat paralleli, il-perjodi ta’ limitazzjoni nazzjonali jinħtieġ li jiġu sospiżi għat-tul ta’ żmien tal-proċedimenti quddiem l-NCAs ta’ Stat Membru ieħor jew quddiem il-Kummissjoni. Dan ma jimpedix lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu perjodi ta’ limitazzjoni assoluti, bil-kundizzjoni li t-tul ta’ dawn il-perjodi taż-żmien assoluti ma j l-infurzar effettiv tal-Artikoli 101 u 102 TFUE prattikament impossibbli jew diffiċli żżejjed.
(44)Sabiex ikun żgurat li l-każijiet jiġu ttrattati b’mod effiċjenti u effettiv fi ħdan in-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni, f’dawk l-Istati Membri fejn awtorità amministrattiva nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollha l-kompetenza sabiex tinvestiga ksur tal-Artikoli 101 jew 102 TFUE u awtorità ġudizzjarja nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollha l-kompetenza sabiex tadotta deċiżjoni li tikkonstata l-ksur u / jew li timponi l-multa, l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni għandhom ikunu jistgħu jressqu direttament l-azzjoni quddiem l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, billi l-qrati nazzjonali jaġixxu bħala qrati ta’ rieżami fi proċedimenti mressqa kontra deċiżjonijiet ta’ infurzar ta’ NCAs li japplikaw l-Artikoli 101 jew 102, l-awtoritajiet aministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jinħtieġ li bi dritt jipparteċipaw bħala prosekutur, konvenut jew intimat f’dawn il-proċedimenti, u jgawdu l-istess drittijiet ta’ din il-parti f’dawn il-proċedimenti.
(45)Ir-riskju li jiġi divulgat materjal awtoinkriminanti barra l-kuntest tal-investigazzjoni li għall-iskopijiet tagħha jkun ingħata, jista’ jdgħajjef l-inċentivi għall-applikanti potenzjali għall-klemenza sabiex jikkooperaw mal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni. Minħabba f’hekk, irrispettivament mill-forma li fiha jiġu ppreżentati d-dikjarazzjonijiet ta’ klemenza, l-informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet ta’ klemenza li tinkiseb permezz tal-aċċess għall-fajl jinħtieġ li tintuża biss fejn ikun meħtieġ għall-eżerċitar tad-drittijiet tad-difiża fi proċedimenti quddiem il-qrati tal-Istati Membri f’ċerti każijiet limitati ħafna li jkunu direttament marbuta mal-każ li fih ikun ingħata l-aċċess. Dan ma għandux iżomm lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni milli jippubblikaw id-deċiżjonijiet tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli.
(46)L-evidenza hija element importanti fl-infurzar tal-Artikoli 101 u 102 TFUE. L-NCAs jinħtieġ li jkunu jistgħu jikkunsidraw l-evidenza rilevanti irrispettivament minn jekk din issirx bil-miktub, bil-fomm jew f’forma rrekordjata, inklużi rikordings sigrieti magħmula minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi bil-kundizzjoni li dawn ma jkunx l-uniku sors ta’ evidenza. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt li jinstemgħu.
(47)Sabiex issostni kooperazzjoni mill-qrib fin-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni, il-Kummissjoni jinħtieġ li żżomm, tiżviluppa, tospita, tħaddem u tappoġġa sistema ċentrali ta’ informazzjoni (is-Sistema tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni) f’konformità mal-istandards rilevanti dwar il-kunfidenzjalità, il-protezzjoni tad-dejta u s-sigurtà tad-dejta. In-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni jiddependi fuq l-interoperabilità għall-funzjonament effettiv u effiċjenti tiegħu. Il-baġit ġenerali tal-Unjoni jinħtieġ li jerfa’ l-ispejjeż tal-manutenzjoni, l-iżvilupp, l-ospitar, l-appoġġ għall-utenti u t-tħaddim tas-sistema ċentrali ta’ informazzjoni kif ukoll spejjeż amministrattivi oħra mġarrba b’rabta mal-funzjonament tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni, b’mod partikolari l-ispejjeż relatati mal-organizzazzjoni tal-laqgħat. Sal-2020, l-ispejjeż għas-Sistema tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni huma previsti li jiġu koperti mill-programm dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà u oqfsa komuni għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (il-program ISA2), suġġetti għad-disponibbiltà tar-riżorsi u għall-kriterji ta’ eleġibbiltà u ta’ prijorità tal-programm.
(48)Billi l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat li l-NCAs jkollhom il-garanziji neċessarji ta’ indipendenza u riżorsi u setgħat ta’ infurzar u mmultar sabiex ikunu jistgħu japplikaw b’mod effettiv l-Artikoli 101 u 102 TFUE u d-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni b’mod parallel għall-Artikoli 101 u 102 TFUE, u li jiġi żgurat il-funzjonament effikaċi tas-suq intern u tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, u billi dan l-objettiv minħabba r-rekwiżiti tal-effettività u tal-uniformità meħtieġa fl-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE jista’ jintlaħaq aħjar mill-Unjoni waħedha, b’mod partikolari minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tiegħu, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dan il-għan.
(49)Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni, l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f’każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjegw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dawn id-dokumenti hija ġustifikata.
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1.Din id-Direttiva tistabbilixxi ċerti regoli sabiex ikun żgurat li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom il-garanziji meħtieġa ta’ indipendenza u riżorsi u setgħat ta’ infurzar u mmultar sabiex ikunu jistgħu japplikaw b’mod effettiv l-Artikoli 101 u 102 TFUE, sabiex il-kompetizzjoni fis-suq intern ma tiġix imfixkla u l-konsumaturi u l-impriżi ma jitpoġġewx fi żvantaġġ minn liġijiet u miżuri nazzjonali li jimpedixxu lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni milli jkunu inforzaturi effettivi. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jkopri l-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE u d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni applikati b’mod parallel mal-Artikoli 101 u 102 TFUE għall-istess każ, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 29(2) li jestendi ruħu wkoll għall-applikazzjoni esklussiva tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni.
2.Din id-Direttiva tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-assistenza reċiproka sabiex jiġi salvagwardjat l-funzjonament mingħajr problemi tas-suq intern u s-sistema ta’ kooperazzjoni mill-qrib fin-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni” tfisser awtorità nnominata minn Stat Membru skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li tkun responsabbli għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw awtorità amministrattiva waħda jew aktar (“awtorità amministrattiva nazzjonali tal-kompetizzjoni”), kif ukoll awtoritajiet ġudizzjarji (“awtorità ġudizzjarja nazzjonali tal-kompetizzjoni”) sabiex iwettqu dawn il-funzjonijiet;
(2) “awtorità tal-kompetizzjoni” tfisser awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni jew il-Kummissjoni jew it-tnejn, skont xi jkun jitlob il-kuntest;
(3) “Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni” tfisser in-Netwerk ta’ awtoritajiet pubbliċi ffurmat mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u l-Kummissjoni sabiex jipprovdi forum għad-diskussjoni u l-kooperazzjoni fl-applikazzjoni u l-infurzar tal-Artikoli 101 u 102 TFUE;
(4)“dispożizzjonijiet nazzjonali ekwivalenti” tfisser dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jsegwu prinċipalment l-istess għan bħall-Artikoli 101 u 102 TFUE u li jiġu applikati għall-istess każ u b’mod parallel mal-liġi tal-antitrust tal-Unjoni skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, bl-eċċezjoni għall-użu tal-informazzjoni meħuda minn dikjarazzjonijiet ta’ klemenza u sottomissjonijiet għas-saldu kif imsemmija fl-Artikolu 29(2), u bl-esklużjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimponu pieni kriminali fuq persuni fiżiċi.
(5) “qorti nazzjonali” tfisser qorti jew tribunal nazzjonali skont l-Artikolu 267 TFUE;
(6) “qorti ta’ rieżami” tfisser qorti nazzjonali li jkollha s-setgħa bil-mezzi ta’ appell ordinarji li teżamina mill-ġdid id-deċiżjonijiet ta’ awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni jew li teżamina mill-ġdid is-sentenzi li jagħmlu dikjarazzjonijiet dwar dawk id-deċiżjonijiet, irrispettivament minn jekk dik il-qorti jkollhiex hija stess is-setgħa li ssib ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni;
(7) “proċedimenti” tfisser il-proċedimenti quddiem awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 jew l-Artikolu 102 TFUE, sakemm dik l-awtorità tkun għalqet dawk il-proċedimenti billi tieħu deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 9 jew fl-Artikolu 11 jew tkun ikkonkludiet li ma jkunx hemm raġunijiet għal aktar azzjoni min-naħa tagħha, jew fil-każ tal-Kummissjoni, tfisser proċedimenti quddiemha għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 jew l-Artikolu 102 TFUE sakemm hija tkun għalqet dawn il-proċedimenti billi tieħu deċiżjoni skont l-Artikoli 7, 9 jew 10 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jew tkun ikkonkludiet li ma jkunx hemm raġunijiet għal aktar azzjoni min-naħa tagħha;
(8) “impriża” kif imsemmija fl-Artikoli 101 u 102 TFUE, tfisser kwalunkwe entità involuta f’attività kummerċjali, irrispettivament mill-istatus legali tagħha jew il-mod li bih tkun iffinanzjata skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;
(9) “kartell sigriet” tfisser ftehim u / jew prattika miftiehma bejn żewġ kompetituri jew iktar bl-iskop li jikkoordinaw l-imġiba kompetittiva tagħhom fis-suq u / jew li jinfluwenzaw il-parametri rilevanti tal-kompetizzjoni permezz ta’ prattiki bħall-iffissar tal-prezzijiet tax-xiri jew tal-bejgħ jew kundizzjonijiet oħra tal-kummerċ, l-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ produzzjoni jew bejgħ, il-kondiviżjoni tas-swieq inkluż l-immanuvrar tal-offerti, ir-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni u / jew azzjonijiet antikompetittivi kontra kompetituri oħra, li ma jkunux, parzjalment jew kompletament, magħrufa ħlief għall-parteċipanti;
(10) “immunità mill-multi” tfisser li ma tiġi imposta l-ebda multa fuq impriża għall-parteċipazzjoni tagħha f’kartell sigriet, bħala kumpens għall-kooperazzjoni tagħha ma’ awtorità tal-kompetizzjoni fil-qafas ta’ programm ta’ klemenza;
(11) “tnaqqis tal-multi” tfisser li tiġi imposta multa mnaqqsa meta mqabbla mal-multi li kieku jiġu imposti fuq impriża għall-parteċipazzjoni tagħha f’kartell sigriet, bħala kumpens għall-kooperazzjoni tagħha ma’ awtorità tal-kompetizzjoni fil-qafas ta’ programm ta’ klemenza;
(12) “klemenza” tfisser kemm immunità mill-multi kif ukoll tnaqqis tal-multi;
(13) “programm ta’ klemenza” tfisser programm li jikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE jew tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni li abbażi tiegħu parteċipant f’kartell sigriet, b’mod indipendenti mill-impriżi l-oħra involuti fil-kartell, jikkoopera ma’ investigazzjoni tal-awtorità tal-kompetizzjoni, billi b’mod volontarju l-parteċipant jippreżenta l-għarfien tiegħu dwar il-kartell u r-rwol tiegħu fih, u ta’ dan il-parteċipant jirċievi, permezz ta’ deċiżjoni jew permezz tat-twaqqif tal-proċedimenti, l-immunità mill-multi li għandhom jiġu imposti għall-involviment tiegħu fil-kartell jew it-tnaqqis tat-tali multi;
(14) “dikjarazzjoni ta’ klemenza” tfisser preżentazzjoni bil-fomm jew bil-miktub ipprovduta b’mod volontarju minn, jew f’isem, impriża jew persuna fiżika lil awtorità tal-kompetizzjoni, jew rekord tagħha, li tiddeskrivi l-għarfien ta’ dik l-impriża jew tal-persuna fiżika dwar kartell sigriet u r-rwol tagħha fih, li tkun tfasslet speċifikament biex tiġi ppreżentata lill-awtorità tal-kompetizzjoni bil-għan li tinkiseb immunità jew tnaqqis tal-multi permezz ta’ programm ta’ klemenza, li ma tinkludix informazzjoni preeżistenti;
(15) “informazzjoni preeżistenti” tfisser evidenza li tkun teżisti irrispettivament mill-proċedimenti ta’ awtorità tal-kompetizzjoni, irrispettivament minn jekk tali informazzjoni tkunx tinsab jew le fil-fajl ta’ awtorità tal-kompetizzjoni;
(16) “sottomissjoni ta’ saldu” tfisser preżentazzjoni volontarja minn, jew f’isem, impriża lil awtorità tal-kompetizzjoni li tiddeskrivi r-rikonoxximent tal-impriża jew ir-rinunzja tagħha għal tilwima dwar is-sehem tagħha fi ksur tal-Artikolu 101 TFUE jew tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni u r-responsabbiltà tagħha għal dan il-ksur, li tkun tfasslet speċifikament sabiex tippermetti li l-awtorità tal-kompetizzjoni tapplika proċedura simplifikata jew proċedura mħaffa;
(17) “applikant” tfisser impriża li tapplika għall-immunità jew għal tnaqqis fil-multi taħt il-programm ta’ klemenza;
(18) “awtorità applikanti” tfisser awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni li tagħmel talba għall-assistenza reċiproka kif imsemmija fl-Artikoli 23, 24 jew 25;
(19) “awtorità li ssirilha t-talba” tfisser awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni li tirċievi talba għall-assistenza reċiproka u fil-każ ta’ talba għall-assistenza msemmija fl-Artikoli 24 u 25 tista’ tfisser l-uffiċċju pubbliku, l-awtorità jew id-dipartiment kompetenti li jkollu r-responsabbiltà prinċipali għall-infurzar ta’ tali deċiżjonijiet skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattika amministrattiva nazzjonali.
Ir-referenzi kollha għal applikazzjoni u għall-ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE għandhom jinftiehmu bħala li jinkludu l-applikazzjoni parallela tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni għall-istess każ.
KAPITOLU II
DRITTIJIET FUNDAMENTALI
Artikolu 3
Salvagwardji
L-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija f’din id-Direttiva mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għandu jkun soġġett għas-salvagwardji xierqa, inkluż li jiġu rrispettati d-drittijiet tad-difiża tal-impriżi u d-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal, skont il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
KAPITOLU III
INDIPENDENZA U RIŻORSI
Artikolu 4
Indipendenza
1.Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni meta japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li huma jwettqu d-dmirijiet tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’mod imparzjali u fl-interessi tal-infurzar effettiv u uniformi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, soġġetti għal rekwiżiti proporzjonati tal-obbligu tar-rendikont u mingħajr ma jippreġudikaw il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni fin-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni.
2.B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
a) Il-persunal u l-membri tal-korp deċiżjonali tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE b’mod indipendenti minn influwenza politika u kwalunkwe influwenza esterna oħra;
b) Il-persunal u l-membri tal-korp deċiżjonali tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni ma jistgħux ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet mingħand l-ebda entità governattiva jew entità pubblika jew privata oħra meta jkunu qegħdin iwettqu d-dmirijiet tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE;
c) Il-persunal u l-membri tal-korp deċiżjonali tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni joqogħdu lura minn kwalunkwe azzjoni li ma tkunx kompatibbli mat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom u l-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE;
d) Il-membri tal-korp deċiżjonali tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu jitneħħew biss jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom jew ikunu nstabu ħatja ta’ mġiba ħażina serja skont il-liġi nazzjonali. Ir-raġunijiet għat-tkeċċija jinħtieġ li jiġu stabbiliti minn qabel fil-liġi nazzjonali. Huma ma għandhomx jitneħħew għal raġunijiet relatati mat-twettiq tajjeb tad-dmirijiet tagħhom u l-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom fl-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE kif definiti fl-Artikolu 5(2);
e) L-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom is-setgħa li jistabbilixxu l-prijoritajiet tagħhom għat-twettiq tal-kompiti għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE kif definiti fl-Artikolu 5(2). Billi l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni huma obbligati jikkunsidraw l-ilmenti li jiġu ppreżentati b’mod formali, dan għandu jinkludi li dawn l-awtoritajiet ikollhom is-setgħa li jirrifjutaw tali lmenti għar-raġuni li ma jqisuhomx bħala prijorità. Dan huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li jirrifjutaw ilmenti għal raġunijiet oħra definiti mil-liġi nazzjonali.
Artikolu 5
Riżorsi
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom ir-riżorsi umani, finanzjarji u tekniċi neċessarji għat-twettiq b’mod effettiv tad-dmirijiet tagħhom u għall-eżerċitar tas-setgħat tagħhom meta japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE kif definit fil-paragrafu 2.
2.L-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għandha tinkludi: it-twettiq ta’ investigazzjonijiet sabiex jiġu applikati l-Artikoli 101 u 102 TFUE; it-teħid ta’ deċiżjonijiet li japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament 1/2003; u l-kooperazzjoni mill-qrib fin-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u uniformi tal-Artikoli 101 u 102 TFUE.
KAPITOLU IV
SETGĦAT
Artikolu 6
Is-setgħa li l-bini tan-negozju jiġi spezzjonat
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu jwettqu l-ispezzjonijiet għal għarrieda meħtieġa tal-impriżi u tal-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom, awtorizzati mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni sabiex iwettqu spezzjoni, ikollhom mill-anqas is-setgħa:
a) li jidħlu fi kwalunkwe bini, biċċa art u f'mezzi tat-trasport tal-impriżi u tal-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi;
b) li jeżaminaw il-kotba u reġistri oħra relatati man-negozju irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu maħżuna, inkluż id-dritt li jaċċessaw informazzjoni li tkun aċċessibbli għall-entità soġġetta għall-ispezzjoni;
c) li jieħdu jew jiksbu fi kwalunkwe forma kopji jew siltiet minn dawn il-kotba jew ir-reġistri u meta jħossu l-bżonn, li jkomplu jagħmlu tfittxijiet għal dawn il-kopji jew is-siltiet fil-bini tagħhom jew f’postijiet oħra indikati;
d) li jissiġillaw kwalunkwe proprjetà fejn isir in-negozju kif ukoll kotba jew reġistri għal tul l-ispezzjoni u kemm ikun meħtieġ għaliha.
e) li jistaqsu lil kwalunkwe rappreżentant jew membru tal-persunal tal-impriża jew tal-assoċjazzjoni ta’ impriżi għal spjegazzjonijiet dwar fatti jew dokumenti li għandhom x'jaqsmu mas-suġġett u mal-għan tal-ispezzjoni u biex jirreġistraw it-tweġibiet.
2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jkunu meħtieġa joqogħdu għall-ispezzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni. Meta impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi topponi spezzjoni ordnata minn awtorità amministrattiva nazzjonali tal-kompetizzjoni jew awtorizzata minn awtorità ġudizzjarja nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jistgħu jiksbu l-assistenza neċessarja tal-pulizija jew ta’ aġenzija ekwivalenti tal-infurzar sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni. Assistenza bħal din tista’ tinkiseb ukoll bħala miżura ta’ prekawzjoni.
Artikolu 7
Is-setgħa li jispezzjonaw bini ieħor
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk ikun jeżisti suspett raġonevoli li kotba jew reġistri oħra relatati man-negozju u mas-suġġett tal-ispezzjoni, li jistgħu jkunu rilevanti sabiex jiġi ppruvat ksur serju tal-Artikolu 101 jew tal-Artikolu 102 TFUE, ikunu qegħdin jinżammu fi kwalunkwe bini, għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 6, biċċa art jew f'mezzi tat-trasport, inklużi d-djar ta’ diretturi, maniġers, u membri oħra tal-persunal tal-impriżi u tal-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi, l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu jwettqu spezzjonijiet għal għarrieda fit-tali bini, biċċa art u f'mezzi tat-trasport.
2.Spezzjonijiet bħal dawn ma jistgħux jitwettqu mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel ta’ awtorità ġudizzjarja nazzjonali.
3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom, awtorizzati mill-qrati nazzjonali sabiex iwettqu spezzjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ikollhom mill-anqas is-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 6(1)(a)(b) u (c) u fl-Artikolu 6(2).
Artikolu 8
Talbiet għall-informazzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu, permezz ta’ deċiżjoni, jitolbu lill-impriżi u lill-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE fi żmien speċifikat. Dan l-obbligu għandu jkopri l-informazzjoni li tkun aċċessibbli għall-impriża u għall-assoċjazzjoni ta’ impriżi.
Artikolu 9
Konstatazzjoni u terminazzjoni tal-ksur
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jsibu li jkun hemm ksur tal-Artikolu 101 jew 102 TFUE, dawn ikunu jistgħu permezz ta’ deċiżjoni jitolbu lill-impriżi u lill-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi kkonċernati sabiex itemmu dak il-ksur. Għal dan il-għan, huma jistgħu jimponu kwalunkwe rimedju fl-aġir jew strutturali li jkun proporzjonat għall-ksur imwettaq u neċessarju sabiex itemm effettivament il-ksur.
Artikolu 10
Miżuri interim
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni li jkunu qegħdin jaġixxu fuq inizjattiva proprja tagħhom ikunu jistgħu permezz ta’ deċiżjoni jordnaw l-impożizzjoni ta’ miżuri interim fuq l-impriżi, tal-anqas f’każijiet fejn ikun hemm urġenza minħabba r-riskju ta’ ħsara serja u irreparabbli għall-kompetizzjoni u abbażi ta’ konstatazzjoni prima facie ta’ ksur tal-Artikolu 101 jew tal-Artikolu 102 TFUE. Deċiżjoni bħal din għandha tapplika għal perjodu ta’ żmien speċifiku u tista’ tiġi mġedda sakemm dan ikun meħtieġ u xieraq.
Artikolu 11
Impenji
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fi proċedimenti mibdija rigward deċiżjoni li titlob it-temma tal-ksur tal-Artikolu 101 jew tal-Artikolu 102 TFUE, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu permezz ta’ deċiżjoni jrendu l-impenji vinkolanti offruti mill-impriżi tajbin biex jindirizzaw it-tħassib espress minn dawn l-awtoritajiet. Deċiżjoni bħal din tista’ tiġi adottata għal perjodu speċifikat u għandha tikkonkludi li ma jkunx hemm aktar raġunijiet għal azzjoni mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni kkonċernata.
KAPITOLU V
MULTI U ĦLASIJIET PERJODIĊI TA' PENALI
Artikolu 12
Multi fuq l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi
1.Mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jipprevedu l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fi proċedimenti ġudizzjarji kriminali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu jew jimponu permezz ta’ deċiżjoni fi proċedimenti amministrattivi, jew, jitolbu fi proċedimenti ġudizzjarji mhux kriminali, l-impożizzjoni ta’ multi pekunjarji effikaċi, proporzjonati u ta’ deterrent fuq impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi meta, b’intenzjoni jew b’negliġenza, dawn jiksru l-Artikoli 101 jew 102 TFUE.
2.Mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jipprevedu l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fi proċedimenti ġudizzjarji kriminali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu jew jimponu permezz ta’ deċiżjoni fi proċedimenti amministrattivi, jew, jitolbu fi proċedimenti ġudizzjarji mhux kriminali, l-impożizzjoni ta’ multi pekunjarji effettivi, proporzjonati u ta' deterrent fuq impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi, li jiġu ddeterminati b’mod proporzjonali għall-fatturat totali tagħhom, meta b’intenzjoni jew b’negliġenza:
a)huma jonqsu milli jikkonformaw mal-ispezzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2);
b)ikunu nkisru s-siġilli mwaħħla mill-uffiċjali jew persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 6(1)(d);
c)għal mistoqsija msemmija fl-Artikolu 6(1)(e), huma jagħtu tweġiba mhux korretta jew qarrieqa, jonqsu milli jipprovdu jew jirrifjutaw milli jipprovdu tweġiba sħiħa jew jonqsu milli jirrettifikaw, f’perjodu ta’ żmien stabbilit mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, tweġiba mhux korretta, qarrieqa jew mhux kompluta mogħtija minn membru tal-persunal;
d)huma jagħtu informazzjoni żbaljata, mhux kompluta jew qarrieqa bi tweġiba għal talba magħmula permezz ta’ deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 8 jew ma jipprovdux l-informazzjoni fil-limitu ta’ żmien speċifikat;
e)huma jonqsu milli jikkonformaw ma’ deċiżjoni msemmija fl-Artikoli 10 u 11.
3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kunċett ta’ impriża jiġi applikat għall-iskop tal-impożizzjoni ta’ multi fuq il-kumpaniji prinċipali u s-suċċessuri legali u ekonomiċi tal-impriżi.
Artikolu 13
Kalkolu tal-multi
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jistabbilixxu l-ammont tal-multa għal ksur tal-Artikolu 101 jew tal-Artikolu 102 TFUE, huma jikkunsidraw kemm il-gravità kif ukoll it-tul ta’ żmien tal-ksur.
2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta tiġi imposta multa fuq assoċjazzjoni ta’ impriżi, filwaqt li jitqies il-fatturat tal-membri tagħha u li l-assoċjazzjoni ma tkunx solventi, l-assoċjazzjoni tkun obbligata ssejjaħ għal kontribuzzjonijiet mill-membri tagħha biex tkopri l-ammont tal-multa.
Fejn ikun neċessarju sabiex jiġi żgurat il-pagament sħiħ tal-multa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu intitolati li jitolbu l-ħlas tal-ammont pendenti tal-multa minn kwalunkwe waħda mill-impriżi li r-rappreżentanti tagħha kienu membri tal-korpi deċiżjonali tal-assoċjazzjoni. Safejn ikun għadu neċessarju, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għandhom ikunu intitolati wkoll li jitolbu l-pagament tal-ammont pendenti tal-multa minn kwalunkwe wieħed mill-membri tal-assoċjazzjoni li kien attiv fis-suq li fih ikun seħħ il-ksur. Madankollu, ma għandux ikun meħtieġ ħlas mingħand dawk il-membri tal-assoċjazzjoni li ma jkunux wettqu l-ksur u, jew ma kinux jafu bih jew kienu ddistanzjaw attivament irwieħhom minnu qabel bdiet l-investigazzjoni.
Artikolu 14
Ammont massimu tal-multa
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammont massimu tal-multa li awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tista’ timponi fuq kull impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriżi li tipparteċipa fi ksur tal-Artikoli 101 jew 102 TFUE ma għandux jiġi stabbilit għal livell taħt l-10 % tal-fatturat totali tagħha madwar id-dinja kollha fis-sena kontabilistika ta’ qabel id-deċiżjoni.
2.Meta ksur minn assoċjazzjoni ta’ impriżi jkun jirrigwarda l-attivitajiet tal-membri tagħha, l-ammont massimu tal-multa ma għandux jiġi stabbilit għal livel taħt l-10 % tas-somma tal-fatturat totali fid-dinja kollha, ta’ kull membru attiv fis-suq affettwat mill-ksur tal-assoċjazzjoni. Madankollu, ir-responsabbiltà finanzjarja ta’ kull impriża fir-rigward tal-ħlas tal-multa ma għandhiex taqbeż l-ammont massimu stabbilit skont il-paragrafu 1.
Artikolu 15
Ħlasijiet perjodiċi ta’ penali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu, permezz ta’ deċiżjoni, jimponu ħlasijiet ta’ penali perjodiċi effettivi, proporzjonati u ta' deterrent fuq l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi, li jiġu stabbiliti b’mod proporzjonali għall-fatturat totali tagħhom ta’ kuljum sabiex iġegħluhom:
a)joqogħdu għall-ispezzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2),
b) jipprovdu informazzjoni sħiħa u korretta kif imsemmija fl-Artikolu 8,
c) jikkonformaw ma’ deċiżjoni msemmija fl-Artikoli 9, 10 u 11.
KAPITOLU VI
KLEMENZA
Artikolu 16
Immunità mill-multi
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom fis-seħħ programmi ta’ klemenza li jippermettulhom li jagħtu immunità mill-multi lill-impriżi.
2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-immunità tkun tista’ tingħata biss jekk l-impriża
a)tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18;
b)tiżvela l-parteċipazzjoni tagħha f’kartell sigriet; u
c)tkun l-ewwel li tissottometti evidenza li:
i.fil-ħin li l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tirċievi l-applikazzjoni, din tippermettilha twettaq spezzjoni mmirata b’rabta mal-kartell sigriet, dment li l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni ma kellhiex diġà fil-pussess tagħha evidenza biex twettaq spezzjoni b’rabta mal-kartell sigriet jew ma kinitx diġà wettqet tali spezzjoni; jew inkella
ii.fil-fehma tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, tippermetti l-konstatazzjoni ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, bil-kundizzjoni li l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni ma jkollhiex diġà fil-pussess tagħha evidenza biex issib tali ksur u li l-ebda impriża oħra ma tkun ikkwalifikat qabel għall-immunità skont il-paragrafu 2(c)(i) fir-rigward tal-istess kartell.
3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi kollha huma eliġibbli għall-immunità mill-multi, bl-eċċezzjoni tal-impriżi li jkunu ħadu passi sabiex iġiegħlu impriżi oħra jipparteċipaw f’kartell sigriet.
Artikolu 17
Tnaqqis tal-multi
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom fis-seħħ programmi ta’ klemenza li jippermettulhom li jagħtu tnaqqis tal-multi lill-impriżi li ma jikkwalifikawx għall-immunità.
2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tnaqqis tal-multi jingħata biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18 u l-applikant jikxef il-parteċipazzjoni tiegħu f’kartell sigriet u jipprovdi lill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni b’evidenza tal-allegat kartell sigriet li tkun tirrappreżenta valur miżjud sinifikanti sabiex jiġi ppruvat il-ksur tal-Artikolu 101 TFUE jew ta’ dispożizzjoni korrispondenti skont il-liġi nazzjonali, meta mqabbla mal-evidenza li diġà jkollha l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni fiż-żmien tal-applikazzjoni.
3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkunu jistgħu jagħtu tnaqqis addizzjonali tal-multi jekk l-applikant jissottometti evidenza li l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tuża, mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar korroborazzjoni, sabiex tipprova fatti addizzjonali li jwasslu għal żieda fil-multi meta mqabbel mal-multi li kieku kienu jiġu imposti fuq il-parteċipanti fil-kartell sigriet. It-tnaqqis tal-multi għall-applikant għandu jkun proporzjonat ma’ din iż-żieda fil-multi.
Artikolu 18
Kundizzjonijiet ġenerali għall-klemenza
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex jikkwalifika għall-klemenza, l-applikant irid jissodisfa l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
a)ikun temm l-involviment tiegħu fl-allegat kartell sigriet immedjatament wara l-applikazzjoni tiegħu, ħlief għal dak li, fil-fehma tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni kompetenti, ikun raġonevolment neċessarju sabiex tiġi ppreservata l-integrità tal-investigazzjoni tiegħu;
b)huwa jikkoopera ġenwinament, b’mod sħiħ, fuq bażi kontinwa u mingħajr dewmien mal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni mill-mument tal-applikazzjoni tiegħu sakemm l-awtorità tkun għalqet il-proċedimenti tagħha kontra l-partijiet kollha taħt investigazzjoni billi tadotta deċiżjoni jew tkun temmet b’mod ieħor il-proċedimenti tagħha. Dan jinkludi:
i.li jipprovdi mingħajr dewmien lill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni l-informazzjoni u l-evidenza kollha rilevanti fir-rigward tal-allegat kartell sigriet li tiġi fil-pussess tiegħu jew li tkun għad-dispożizzjoni tiegħu;
ii.li jibqa’ disponibbli għall-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni sabiex iwieġeb għal kwalunkwe rikjesta li tista’ tikkontribwixxi għall-istabbiliment tal-fatti;
iii.li jagħmel lill-impjegati u lid-diretturi preżenti (u, jekk ikun possibbli, ta’ qabel) disponibbli għall-intervisti mal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni;
iv.li ma jeqridx, jiffalsifika jew jaħbi informazzjoni jew evidenza rilevanti; u
v.li ma jiżvelax il-fatti tal-applikazzjoni jew l-ebda kontenut tal-applikazzjoni tiegħu qabel ma l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tkun ħarġet l-oġġezzjonijiet għall-proċedimenti quddiemha, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor; u
c)meta jkun qiegħed jikkunsidra li jagħmel applikazzjoni lill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni huwa ma jridx ikun:
i.qered, iffalsifika jew ħeba evidenza tal-allegat kartell sigriet; jew
ii.żvela l-fatti jew xi kontenut tal-applikazzjoni kkontemplata tiegħu, ħlief lil awtoritajiet oħra tal-kompetizzjoni.
Artikolu 19
Forma tal-applikazzjonijiet għall-klemenza
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkunu jistgħu japplikaw għall-klemenza bil-miktub u li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom fis-seħħ sistema li tippermettilhom li jaċċettaw dikjarazzjonijiet ta’ klemenza kemm bil-fomm kif ukoll b’mezzi oħra li ma jirriżultawx fil-preżentazzjoni ta’ dokumenti, informazzjoni jew materjali oħra fil-pussess, kustodja jew kontroll tal-applikant.
Artikolu 20
Indikatur għal applikazzjoni formali għall-immunità
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li impriża li tkun tixtieq tapplika għall-immunità tkun tista’ inizjalment tapplika għal indikatur għand l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni. L-indikatur jagħti lill-applikant post fil-lista għal perjodu li għandu jiġi speċifikat fuq bażi ta’ każ b’każ mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni li tirċievi l-applikazzjoni għal indikatur. Dan jippermetti lill-applikant biex jiġbor l-informazzjoni u l-evidenza neċessarji sabiex jissodisfa l-livell limitu ta' evidenza rilevanti għall-immunità.
2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom id-diskrezzjoni jekk jagħtux indikatur jew le.
3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk l-applikant jipperfezzjona l-indikatur fil-perjodu speċifikat, l-informazzjoni u l-evidenza mogħtija jitqiesu li ġew ippreżentati fiż-żmien li ngħata l-indikatur.
Artikolu 21
Applikazzjonijiet fil-qosor
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti li jkunu applikaw għall-klemenza, jew billi applikaw għal indikatur jew billi ssottomettew applikazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni fir-rigward ta’ allegat kartell sigriet, ikunu jistgħu jippreżentaw applikazzjonijiet fil-qosor fir-rigward tal-istess kartell mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, li l-applikant iqis li jkunu f’pożizzjoni tajba biex jittrattaw il-każ.
2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jaċċettaw applikazzjonijiet fil-qosor bil-kundizzjoni li dawn ikunu f’waħda mill-forom stipulati fl-Artikolu 19, ikollhom l-istess kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott, ġeografiku u ta' tul ta' żmien bħall-applikazzjoni għall-klemenza ppreżentata lill-Kummissjoni, u jinkludu deskrizzjoni qasira ta’ dawn li ġejjin, meta dawn ikunu magħrufa mill-applikant fil-ħin tas-sottomissjoni:
a)l-isem u l-indirizz tal-applikant;
b)il-partijiet l-oħra fl-allegat kartell sigriet;
c)il-prodott(i) affettwat(i)
d)it-territorju/i affettwat(i);
e)it-tul ta’ żmien;
f)in-natura tal-aġir tal-allegat kartell;
g)l-Istat Membru jew l-Istati Membri fejn x’aktarx tkun tinsab l-evidenza; u
h)informazzjoni dwar applikazzjonijiet oħra possibbli għall-klemenza, imgħoddija jew futuri, tal-applikant, fir-rigward tal-allegat kartell sigriet.
3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni joqogħdu lura milli jitolbu lill-applikant xi informazzjoni relatata mal-allegat ksur kopert mill-applikazzjoni fil-qosor li mhix fil-punti stabbiliti fil-paragrafu 2, qabel ma jitolbu li tiġi ppreżentata applikazzjoni sħiħa skont il-paragrafu 6.
4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li jirċievu applikazzjoni fil-qosor jagħtu lill-applikant konferma tar-riċevuta li tindika d-data u l-ħin tar-riċevuta.
5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li jirċievu applikazzjoni fil-qosor jivverifikaw jekk ikunux diġà rċevew applikazzjoni preċedenti fil-qosor jew għall-klemenza fir-rigward tal-istess allegat kartell sigriet meta jirċevuha, u jinfurmaw lill-applikant skont il-każ.
6.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom l-opportunità li jissottomettu applikazzjonijiet sħaħ għall-klemenza, li jipperfezzjonaw l-applikazzjonijiet fil-qosor imsemmija fil-paragrafu 1 għall-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni kkonċernati, ladarba l-Kummissjoni tkun infurmat lil dawn l-awtoritajiet li hija ma jkunx beħsiebha tieħu azzjoni dwar il-każ b’mod sħiħ jew parzjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollhom is-setgħa li jispeċifikaw perjodu ta’ żmien raġonevoli sa meta l-applikant irid jissottometti l-applikazzjoni sħiħa flimkien mal-evidenza u l-informazzjoni korrispondenti.
7.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk l-applikant jissottometti l-applikazzjoni sħiħa skont il-paragrafu 6, sal-perjodu speċifikat mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, l-informazzjoni li tinsab fiha titqies li ġiet ippreżentata fid-data u l-ħin tal-applikazzjoni fil-qosor. Jekk l-applikant ikun issottometta l-applikazzjoni fil-qosor mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li jippreżenta l-applikazzjoni għall-klemenza lill-Kummissjoni, l-applikazzjoni fil-qosor titqies li ġiet ippreżentata fid-data u l-ħin tal-applikazzjoni għall-klemenza ppreżentata lill-Kummissjoni.
Artikolu 22
Interazzjoni bejn programmi ta’ klemenza u sanzjonijiet fuq persuni fiżiċi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegati u d-diretturi attwali u mgħoddija tal-applikanti għall-immunità mill-multi quddiem l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jiġu protetti minn kwalunkwe sanzjoni kriminali u amministrattiva u minn sanzjonijiet imposti fi proċedimenti ġudizzjarji mhux kriminali għall-involviment tagħhom fil-kartell sigriet kopert mill-applikazzjoni, jekk dawn l-impjegati u d-diretturi jikkooperaw attivament mal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni kkonċernati u l-applikazzjoni għall-immunità tkun saret qabel il-bidu tal-proċedimenti kriminali.
KAPITOLU VII
ASSISTENZA REĊIPROKA
Artikolu 23
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni jwettqu spezzjoni f’isem u għall-kont ta’ awtoritajiet nazzjonali oħra tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, l-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom, awtorizzati mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni li tagħmel it-talba għandhom jitħallew jattendu u jassistu attivament lill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni li ssirilha t-talba fl-ispezzjoni tagħha, billi jeżerċitaw is-setgħat imsemmija fl-Artikoli 6 u 7.
Artikolu 24
Talbiet għan-notifika ta’ oġġezzjonijiet u deċiżjonijiet preliminari
1.Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe forma oħra ta’ notifika magħmula minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tal-Istat Membru applikanti skont ir-regoli fis-seħħ f’dak l-Istat Membru, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha tinnotifika lid-destinatarju f’isem l-awtorità applikanti, bl-oġġezzjonijiet preliminari għall-allegat ksur tal-Artikoli 101 jew 102 TFUE u d-deċiżjonijiet li japplikaw dawn l-Artikoli, kif ukoll b’dokumenti li għandhom x’jaqsmu mal-infurzar tad-deċiżjonijiet li jimponu multi u ħlasijiet perjodiċi ta’ penali.
2.L-awtorità li ssirilha t-talba għandha tiżgura li n-notifika fl-Istat Membru li ssirlu t-talba tkun f’konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru li ssirlu t-talba.
Artikolu 25
Talbiet għall-infurzar ta’ deċiżjonijiet li jimponu multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fuq talba tal-awtorità applikanti, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha tinforza d-deċiżjonijiet li jimponu multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali adottati skont l-Artikoli 12 u 15 mill-awtorità applikanti. Dan għandu japplika biss sakemm:
a)l-impriża li kontriha l-multa jew il-ħlas perjodiku ta’ penali jista’ jiġi infurzat ma jkollhiex preżenza legali fl-Istat Membru tal-awtorità applikanti; jew
b) huwa ovvju li l-impriża li kontriha l-multa jew il-ħlas perjodiku ta’ penali jista’ jiġi infurzat ma għandhiex assi suffiċjenti fl-Istat Membru tal-awtorità applikanti;
2.L-awtorità li ssirilha t-talba għandha tiżgura li l-infurzar fl-Istat Membru li ssirlu t-talba jsir f’konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru li ssirlu t-talba.
3.L-awtorità applikanti tista’ tagħmel talba għall-infurzar biss meta d-deċiżjoni li tippermetti l-infurzar tagħha fl-Istat Membru applikanti tkun finali u ma tkunx tista’ tiġi appellata aktar b’mezzi ordinarji.
4.Il-kwistjonijiet li jirrigwardaw il-perjodi ta’ limitazzjoni għandhom ikunu rregolati mil-liġijiet fis-seħħ tal-Istat Membru applikanti.
5.L-awtorità li ssirilha t-talba ma għandhiex tkun obbligata tinforza deċiżjonijiet skont il-paragrafu 1 jekk dan ikun manifestament kuntrarju għall-ordni pubbliku fl-Istat Membru li fih qed jintalab l-infurzar.
Artikolu 26
Tilwimiet li jirrigwardaw it-talbiet għal notifika u għall-infurzar ta’ deċiżjonijiet li jimponu multi jew ħlasijiet ta’ penali
1.It-tilwimiet dwar il-legalità ta’ miżura li għandha tiġi notifikata jew deċiżjoni li timponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali skont l-Artikoli 12 u 15 magħmula minn awtorità applikanti għandhom jaqgħu taħt il-kompetenza tal-korpi kompetenti tal-Istat Membru applikanti u jkunu regolati bir-regoli nazzjonali ta’ dak l-Istat.
2.It-tilwimiet dwar il-miżuri ta’ infurzar meħuda fl-Istat Membru li ssirlu t-talba jew dwar il-validità ta’ notifika magħmula mill-awtorità li ssirilha t-talba għandhom jaqgħu taħt il-kompetenza tal-korpi kompetenti tal-Istat Membru li ssirlu t-talba u jkunu regolati bir-regoli fis-seħħ ta’ dak l-Istat.
KAPITOLU VIII
PERJODI TA’ LIMITAZZJONI
Artikolu 27
Sospensjoni tal-perjodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni ta’ penali
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni ta’ multi jew ta’ ħlasijiet perjodiċi ta’ penali mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni skont l-Artikoli 12 u 15 għandhom jiġu sospiżi għat-tul ta’ żmien tal-proċedimenti quddiem l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni ta’ Stati Membri oħra jew il-Kummissjoni fir-rigward ta’ ksur li jkun jirrigwarda l-istess ftehim, deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni jew prattika miftiehma. Is-sospensjoni għandha tibda tgħodd min-notifika tal-ewwel miżura ta’ investigazzjoni formali lill-impriża soġġetta għall-proċedimenti. Hija għandha tintemm fil-jum li l-awtorità kkonċernata tkun għalqet il-proċedimenti tagħha u infurmat lill-impriża dwar dan. It-tul ta’ żmien ta’ dan il-perijodu ta’ limitazzjoni huwa mingħajr preġudizzju għall-perjodi assoluti ta’ limitazzjoni previsti skont il-liġi nazzjonali.
2.Il-perijodu ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni ta’ multi jew ħlasijiet perjodiċi ta’ penali għandu jiġi sospiż sakemm id-deċiżjoni ta’ awtorità tal-kompetizzjoni tkun is-suġġett ta’ proċedimenti quddiem qorti ta’ rieżami.
KAPITOLU IX
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 28
Rwol tal-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-kompetizzjoni quddiem il-qrati nazzjonali
1.L-Istati Membri li jaħtru kemm awtorità amministrattiva nazzjonali tal-kompetizzjoni, li jkollha l-kompetenza sabiex tinvestiga ksur tal-Artikoli 101 jew 102 TFUE, kif ukoll awtorità ġudizzjarja nazzjonali tal-kompetizzjoni, li jkollha l-kompetenza sabiex tadotta deċiżjoni li tikkontesta l-ksur u / jew li timponi l-multa, għandhom jiżguraw li l-azzjoni quddiem l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tal-kompetizzjoni tkun tista’ titressaq direttament mill-awtorità amministrattiva nazzjonali tal-kompetizzjoni.
2.Billi l-qrati nazzjonali jaġixxu fi proċedimenti mressqa kontra deċiżjonijiet ta’ infurzar ta’ awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li japplikaw l-Artikoli 101 jew 102 TFUE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità aministrattiva nazzjonali tal-kompetizzjoni jkollha d-dritt sħiħ li tipparteċipa bħala prosekutur, konvenut jew intimat f’dawn il-proċedimenti, u li tgawdi l-istess drittijiet bħall-partijiet pubbliċi f’dawn il-proċedimenti.
Artikolu 29
Limitazzjonijiet fuq l-użu tal-informazzjoni
1.L-informazzjoni miġbura fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet imsemmija f’din id-Direttiva jinħtieġ li tintuża biss għall-iskop li għalih tkun inkisbet. Hija ma għandhiex tintuża f’evidenza għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fuq persuni fiżiċi.
2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jingħata aċċess għad-dikjarazzjonijiet ta’ klemenza jew għas-sottomissjonijiet ta’ saldu għall-iskopijiet biss tal-eżerċitar tad-drittijiet tad-difiża fi proċedimenti quddiem awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni meħuda minn dawn id-dikjarazzjonijiet ta’ klemenza u s-sottomissjonijiet ta’ saldu tkun tista’ tintuża mill-parti li tkun kisbet l-aċċess għall-fajl biss meta dan ikun neċessarju għall-eżerċitar tad-drittijiet tagħha tad-difiża fi proċedimenti quddiem il-qrati tal-Istati Membri f’każijiet li jkunu direttament marbuta mal-każ li fih ikun ingħata l-aċċess, u li jirrigwardaw:
a)l-għoti bejn il-parteċipanti f’kartell, ta’ multa imposta in solidum fuqhom minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni; jew
b)ir-rieżami ta’ deċiżjoni li biha awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tkun sabet ksur tal-Artikolu 101 TFUE jew tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni.
3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kategoriji ta’ informazzjoni li ġejjin miksuba waqt proċedimenti quddiem awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni ma għandhomx jintużaw fi proċedimenti quddiem il-qrati nazzjonali sakemm l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni ma tkunx għalqet il-proċedimenti tagħha kontra l-partijiet kollha investigati billi tadotta d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 9 jew l-Artiklou 11, jew inkella għax tkun temmet il-proċedimenti tagħha:
a)Informazzjoni li tkun ġiet ippreparata minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra speċifikament għall-proċedimenti tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni; u
b)Informazzjoni li l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tkun ħejjiet u bagħtet lill-partijiet matul il-proċedimenti tagħha.
4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dikjarazzjonijiet ta’ klemenza jiġu skambjati biss bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003:
a)bil-kunsens tal-applikant; jew
b)meta l-awtorità riċeventi tkun irċeviet ukoll applikazzjoni għall-klemenza relatata mal-istess ksur mill-istess applikant bħall-awtorità trasmittenti, bil-kundizzjoni li fil-mument li tiġi trasmessa l-informazzjoni, din ma tkunx miftuħa għall-applikant sabiex jirtira l-informazzjoni li huwa jkun issottometta lil dik l-awtorità riċeventi; jew
c)meta l-awtorità riċeventi tkun ipprovdiet impenn bil-miktub li la l-informazzjoni trasmessa lilha u l-ebda informazzjoni oħra li hija tista’ tikseb wara d-data u l-ħin tat-trasmissjoni kif innotati mill-awtorità trasmettenti ma tkun se tintuża minnha jew minn xi awtorità oħra li lilha eventwalment tiġi trasmessa l-informazzjoni sabiex jiġu imposti sanzjonijiet fuq l-applikant, fuq kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika oħra koperta mit-trattament favorevoli offrut mill-awtorità trasmittenti bħala riżultat tal-applikazzjoni magħmula mill-applikant taħt il-programm ta’ klemenza tagħha, jew fuq kwalunkwe impjegat jew eks impjegat ta’ xi waħda mill-persuni hawn fuq imsemmija;
u bil-kundizzjoni li l-protezzjoni kontra d-divulgazzjoni mogħtija mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni riċeventi tkun ekwivalenti għal dik mogħtija mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni trasmittenti.
5.Meta awtorità tal-kompetizzjoni tittrasmetti informazzjoni pprovduta b’mod volontarju minn applikant skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 mingħajr il-kunsens tal-applikant, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni riċeventi jkunu kapaċi jipprovdu l-impenn imsemmi fil-paragrafu 4(c).
6.Il-paragrafi 2-5 japplikaw irrispettivament mill-forma li fiha jiġu ppreżentati d-dikjarazzjonijiet ta’ klemenza skont l-Artikolu 19.
Artikolu 30
Ammissibbiltà tal-evidenza quddiem l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tipi ta’ provi ammissibbli bħala evidenza quddiem awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni jinkludu dokumenti, dikjarazzjonijiet bil-fomm, rikordings u kull oġġett ieħor li jinkludi informazzjoni, irrispettivament mill-mezz li fuqu tkun maħżuna l-informazzjoni.
Artikolu 31
Spejjeż tas-Sistema tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni
L-ispejjeż imġarrba mill-Kummissjoni b’rabta maż-żamma u l-iżvilupp tas-Sistema tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni u l-kooperazzjoni fin-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni għandhom jinġarru mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fil-limitu tal-approprjazzjonijiet disponibbli.
KAPITOLU X
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 32
Traspożizzjoni
1.L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn (perjodu ta’ sentejn għat-traspożizzjoni). Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.
2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 33
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 34
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta / inizjattiva
1.2.Qasam / oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
1.3.Natura tal-proposta / inizjattiva
1.4.Għan(ijiet)
1.5.Raġunijiet għall-proposta / inizjattiva
1.6.Tul taż-żmien u impatt finanzjarju
1.7.Metodu/i ta’ ġestjoni ppjanat(i)
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU SMAT TAL-PROPOSTA / INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i:
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA / INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta / inizjattiva
Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw is-setgħa biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.
1.2.Qasam / oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM / ABB
Qasam ta’ politika:
Titolu 03 – Politika tal-kompetizzjoni.
Attivitajiet:
03 02 – Koordinazzjoni tal-politika, Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni u l-kooperazzjoni internazzjonali.
03 05 – Kartelli, regoli tal-antitrust u liberalizzazzjoni.
1.3.Natura tal-proposta / inizjattiva
Il-proposta / l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida.
1.4.Għan(ijiet)
1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku / strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta / tal-inizjattiva
Għan Ġenerali A: Spinta Ġdida għall-Impjiegi, it-Tkabbir u l-Investiment.
1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku / speċifiċi u l-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i
Għan speċifiku Nru 2: L-applikazzjoni effettiva u koerenti tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE mill-NCAs u mill-qrati nazzjonali.
Attività / attivitajiet ABM / ABB ikkonċernata/i: 03 02 - Koordinazzjoni tal-politika, Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni u kooperazzzjoni internazzjonali, u 03 05 - Kartelli, regoli tal-antitrust u liberalizzazzjoni.
1.4.3.Riżultat(i) mistennija u l-impatt
1.4.4.L-impatt prinċipali tal-inizjattiva se jkun fuq l-NCAs, in-negozji u l-konsumaturi, kif spjegat fis-sezzjoni 2 tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. Indikaturi tar-riżultati u l-impatt
It-tabella ta’ hawn taħt turi l-indikaturi possibbli li jistgħu jintużaw sabiex jitkejlu r-riżultati u l-impatt.
Għanijiet
|
Indikaturi ewlenin
|
Li jiġi żgurat li l-awtoritajiet nazzjonali kollha tal-kompetizzjoni (“NCAs”) ikollhom għodod ta’ investigazzjoni u deċiżjonali effikaċi.
|
Azzjoni leġiżlattiva
1. Id-disponibbiltà tal-għodod ta’ investigazzjoni u deċiżjonali ewlenin għal kull NCA.
2. Id-disponibbiltà ta' garanziji proċedurali ewlenin għal kull NCA.
3. L-użu ta’ għodod ta’ investigazzjoni ġodda għal kull NCA.
4. L-għadd ta’ deċiżjonijiet ta’ infurzar għal kull tip ta’ deċiżjoni (pereż. projbizzjonijiet, impenji, miżuri interim).
Azzjoni mhux vinkolanti:
1. L-applikazzjoni, mill-NCAs, tal-prattiki / tal-gwidi rakkomandati, meta applikabbli, sabiex jiġu approvati min-NEK.
|
Li jiġi żgurat li l-NCAs kollha jkunu jistgħu jimponu multi effettivi.
|
Azzjoni leġiżlattiva:
1. Fl-Istati Membri li attwalment jimponu multi fuq l-impriżi fi proċedimenti ġudizzjarji kriminali:
- Id-disponibbiltà ta’ multi fi proċedimenti amministrattivi / proċedimenti ġudizzjarji kriminali.
- L-abbiltà tal-NCAS li jressqu / jiddefendu każijiet quddiem il-qrati.
- L-għadd ta’ multi apparagun tal-għadd ta’ każijiet meta mqabblin mal-perjodu preċedenti, meta prinċipalment kienu imposti multi fi proċedimenti ġudizzjarji kriminali.
2. L-applikazzjoni tal-massimu legali preskritt għal-livell ta' multi għal kull NCA.
3. Il-bidliet fil-livell ta' multi meta mqabbel mas-sitwazzjoni qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva.
4. L-ammont totali ta’ multi imposti.
5. L-applikazzjoni / in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ impriża sabiex jiġu imposti multi fuq il-kumpaniji prinċipali u s-suċċessuri legali u ekonomiċi tal-impriżi.
Azzjoni mhux vinkolanti:
1. L-applikazzjoni mill-NCAs tal-prattiki / tal-gwidi rakkomandati, meta applikabbli, sabiex jiġu approvati min-NEK.
|
Il-garanzija li l-NCAs kollha jkollhom fis-seħħ programm ta’ klemenza mfassal tajjeb li jiffaċilita wkoll l-applikazzjoni għall-klemenza f’ġurisdizzjonijiet multipli.
|
Azzjoni leġiżlattiva:
1. Id-disponibbiltà, għal kull NCA, ta’ garanziji effettivi li l-applikanti għall-klemenza jkunu jistgħu jissalvagwardjaw il-post tagħhom fil-lista għall-klemenza.
2. Id-disponibbiltà, għal kull NCA, ta’ regoli sabiex jiġu protetti l-applikanti għall-klemenza minn sanzjonijiet.
3. In-numru ta’ applikazzjonijiet għall-klemenza għal kull NCA.
Azzjoni mhux vinkolanti:
1. L-applikazzjoni mill-NCAs tal-prattiki / tal-gwidi rakkomandati, meta applikabbli, sabiex jiġu approvati min-NEK.
|
Li jiġi żgurat li l-NCAs ikollhom riżorsi suffiċjenti u li jkunu jistgħu jinfurzaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE b’mod indipendenti.
|
Azzjoni leġiżlattiva:
1. Id-disponibbiltà, għal kull NCA, ta’ regoli li jiżguraw li l-NCAs ma jirċevux struzzjonijiet mingħand korpi pubbliċi jew privati.
2. Stħarriġ dwar jekk l-NCAs kinux soġġetti għal tentattivi sabiex tiġi mminata l-indipendenza tagħhom.
3. Stħarriġ dwar jekk l-NCAs għandhomx riżorsi umani u finanzjarji adegwati sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom, inklużi x-xejriet u t-tqabbil tal-livelli tal-persunal u l-baġit.
|
Spejjeż addizzjonali għall-NCAs
|
1. L-ispejjeż addizzjonali mġarrba b’riżultat tas-setgħat imtejba (taħriġ, eċċ.)
2. L-ispiża tal-attività ta’ infurzar tar-regoli tal-antitrust mill-NCAs (l-ispejjeż apparagun tal-ammont ta’ multi imposti).
|
1.5.Raġunijiet għall-proposta / għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) f'terminu ta' żmien qasir jew twil
L-għan prinċipali ta’ din l-inizjattiva leġiżlattiva hija sabiex ikun żgurat li jitwettaq il-potenzjal sħiħ tas-sistema deċentralizzata ta’ infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1/2003, billi l-NCAs jingħataw is-setgħa sabiex ikunu inforzaturi aktar effettivi. Dan se jsaħħaħ l-infurzar effettiv tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE. Se ssaħħaħ wkoll il-kooperazzjoni mill-qrib fin-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni.
Dan jeħtieġ il-kisba tal-għanijiet speċifiċi li ġejjin:
1.
li jiġi żgurat li l-NCAs kollha jkollhom għodod ta’ investigazzjoni u deċiżjonali effikaċi;
2.
li jiġi żgurat li l-NCAs kollha jkunu jistgħu jimponu multi ta' deterrent effikaċi;
3.
li jiġi żgurat li l-NCAs kollha jkollhom fis-seħħ programm ta’ klemenza mfassal tajjeb li jiffaċilita l-applikazzjoni għall-klemenza f’ġurisdizzjonijiet multipli; u
4.
li jiġi żgurat li l-NCAs ikollhom riżorsi suffiċjenti u li jkunu jistgħu jinfurzaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE b’mod indipendenti.
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE
Hemm diversi raġunijiet li jiġġustifikaw l-involviment tal-UE sabiex jintlaħqu l-għanijiet deskritti fis-sezzjoni 1.5.1 u jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tas-sistema deċentralizzata ta’ infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE, kif spjegat fis-sezzjoni 2 tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni.
1.5.3.Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fil-passat
Ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 ta s-setgħa lill-NCAs li japplikaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE. B’riżultat ta’ dan, l-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE issa qiegħed iseħħ fuq skala li l-Kummissjoni qatt ma kienet tkun tista’ tikseb waħedha. Mill-2004, il-Kummissjoni u l-NCAs ħadu aktar minn 1000 deċiżjoni ta’ infurzar, bl-NCAs ikunu responsabbli għal 85% minnhom. Il-proposta leġiżlattiva hija bbażata fuq l-esperjenza fl-infurzar tal-NCAs u l-ġbir ta’ informazzjoni addizzjonali mill-2004.
1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Il-proposta leġiżlattiva hija kompatibbli mar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u se jkollha sinerġiji b’saħħithom miegħu, billi se tippermetti li l-NCAs jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom fis-sistema deċentralizzata ta’ infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE prevista minn dan ir-Regolament.
1.6.Tul taż-żmien u impatt finanzjarju
Proposta / inizjattiva ta’ tul ta’ żmien mingħajr limitu
1.7.Metodu/i ta’ ġestjoni ppjanat(i)
Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni u d-dipartimenti tagħha.
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar
L-approprjazzjonijiet se jservu sabiex tinżamm, tiġi żviluppata, ospitata, imħaddma u appoġġata sistema ċentrali ta’ informazzjoni (is-Sistema tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni) f’konformità mal-istandards rilevanti dwar il-kunfidenzjalità u s-sigurtà tad-dejta. Huma se jiggarantixxu kooperazzjoni mill-qrib bejn l-NCAs u l-Kummissjoni fin-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni permezz ta’ diversi mezzi. Se japplikaw ir-regoli dwar ir-rappurtar tad-Direttorat Ġenerali.
2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll
2.2.1.Riskju/i identifikat(i)
Fir-rigward tal-IT; ir-riskju li s-sistemi tal-IT jonqsu milli jappoġġaw b’mod effettiv il-ħidma tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni.
2.2.2.Informazzjoni dwar l-istabbiliment tas-sistema ta’ kontroll intern
IT: Proċessi għall-governanza effettiva tal-IT, li jinvolvu b’mod attiv lill-utenti tas-sistemi.
Nefqiet: il-proċessi ta’ kontroll intern għandhom l-għan li jiżguraw il-ġestjoni adegwata tar-riskji relatati mal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, u n-natura tal-pagamenti. Barra minn hekk, is-sistema ta’ kontroll tikkonsisti minn elementi differenti, bħar-rappurtar lill-maniġment superjuri, il-verifika ex ante mit-tim finanzjarju ċentrali, il-kumitat konsultattiv intern għall-akkwisti u l-kuntratti, il-kontrolli ex post u l-awditi mis-Servizz tal-Awditjar Intern u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri .
2.2.3.Stima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball
Nefqa: L-ispejjeż tal-kontrolli huma stmati għal anqas minn 3% tan-nefqa totali. Il-benefiċċji tal-kontrolli f’termini mhux finanzjarji jkopru: valur aħjar għall-flus, id-deterrenza, iż-żidiet fl-effiċjenza, it-titjib fis-sistemi u l-konformità mad-dispożizzjonijiet regolatorji.
Ir-riskji huma effettivament mitigati permezz tal-kontrolli stabbiliti, u l-livell tar-riskju ta’ żball huwa stmat għal anqas minn 2%.
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet
Ir-riskji ta’ frodi huma mitigati permezz ta’ kontrolli speċifiċi. L-attivitajiet u l-operazzjonijiet b’riskju ogħla ta’ frodi huma soġġetti għal monitoraġġ u kontroll aktar dettaljat. Is-sistema ta’ kontroll hawn fuq imsemmija u n-natura tan-nefqiet taħt ġestjoni diretta jippermettu li l-probabbiltà ta’ frodi tiġi stmata bħala baxxa.
It-tranżazzjonijiet kollha huma soġġetti għal kontrolli ex ante tal-ewwel livell skont iċ-ċirkwiti finanzjarji tagħna. Il-kontrolli huma kemm operazzjonali kif ukoll finanzjarji, it-tnedija u l-verifika operazzjonali jitwettqu mid-direttorat operazzjonali, filwaqt li t-tnedija u l-verifika finanzjarja jitwettqu miċ-ċellola finanzjarja fl-Unità COMP R2.
Ir-riskju ta’ frodi jiġi stmat kull sena fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-ġestjoni tar-riskju.
3.IMPATT FINANZJARJU SMAT TAL-PROPOSTA / INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i:
Linji baġitarji eżistenti
Fl-2016, is-sistemi ta’ informazzjoni li jappoġġaw l-operazzjonijiet tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni kienu ffinanzjati mill-programm ISA2 permezz tal-azzjoni ABCDE. Spejjeż oħra mġarrba b’rabta mal-funzjonament tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni huma ffinanzjati permezz tan-nefqiet amministrattivi. L-istess japplika mill-2017 sal-2020. Il-modalitajiet tal-impatt baġitarju tal-proposta wara l-2020 se jkunu suġġetti għall-proposti tal-Kummissjoni dwar il-QFP li jmiss u għall-eżitu finali tan-negozjati dwar il-QFP għal wara l-2020.
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
Intestatura 1a
|
Diff. / Mhux diff.
|
minn pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
26.030100
|
DIFF.
|
IVA
|
IVA
|
LE
|
LE
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
Intestatura 5
|
Diff / Mhux diff.
|
minn pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
03.010211
|
MHUX DIFF.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Numru 1a
|
“Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”
|
EUR miljun (sa tliet punti deċimali)
DĠ: COMP
|
|
|
Sena
2018
|
Sena
2019
|
Sena
2020
|
Is-snin sussegwenti (pagamenti)
|
TOTAL
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
|
|
|
|
Linja tal-baġit 26.030100
|
Impenji
|
(1)
|
1,000
|
1,000
|
1,000
|
|
3,000
|
|
Pagamenti
|
(2)
|
0,700
|
0,900
|
1,000
|
0,400
|
3,000
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
|
|
|
|
TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
għad-DĠ COMP
|
Impenji
|
=1+1a +3
|
1,000
|
1,000
|
1,000
|
|
3,000
|
|
Pagamenti
|
=2+2a+3
|
0,700
|
0,900
|
1,000
|
0,400
|
2,600
|
• TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
1,000
|
1,000
|
1,000
|
|
3,000
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
0,700
|
0,900
|
1,000
|
|
3,000
|
• TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
0
|
0
|
0
|
|
0
|
TOTAL ta’ approprjazzjonijiet
taħt INTESTATURA 1a
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=4+ 6
|
1,000
|
1,000
|
1,000
|
|
3,000
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
0,700
|
0,900
|
1,000
|
0,400
|
3,000
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
5
|
“Nefqa amministrattiva”
|
EUR miljun (sa tliet punti deċimali)
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Is-snin sussegwenti (pagamenti)
|
TOTAL
|
DĠ: COMP
|
|
• Riżorsi umani
|
0,759
|
0,759
|
0,759
|
|
2,277
|
• Nefqa amministrattiva oħra
|
0,500
|
0,550
|
0,550
|
|
1,600
|
TOTAL DĠ COMP
|
Approprjazzjonijiet
|
1,259
|
1,309
|
1,309
|
|
3,877
|
TOTAL tal-approprazzjonijiet taħt INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Impenji totali = Pagamenti totali)
|
1,259
|
1,309
|
1,309
|
|
3,877
|
EUR miljun (sa tliet punti deċimali)
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Is-snin sussegwenti (pagamenti)
|
TOTAL*
|
TOTAL tal-approprazzjonijiet taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
2,259
|
2,309
|
2,309
|
|
6,877
|
|
Pagamenti
|
1,959
|
2,209
|
2,309
|
0,400
|
6,877
|
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
Il-proposta / inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
Id-DĠ Kompetizzjoni ma jistax jipprovdi lista eżawrjenti tar-riżultati li għandhom jitwasslu permezz tal-interventi finanzjarji, l-ispejjeż medji u n-numri kif mitluba minn din is-sezzjoni billi din hija inizjattiva ġdida u ma hemm l-ebda dejta statistika preċedenti li wieħed jista’ juża.
Sabiex tiġi appoġġata l-kooperazzjoni mill-qrib fin-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni u sabiex l-għanijiet jintlaħqu bl-aħjar mod, nipprevedu fost affarijiet oħra n-nefqiet li ġejjin:
sabiex tinżamm, tiġi żviluppata, ospitata, imħaddma u appoġġata s-sistema ċentrali ta’ informazzjoni (is-Sistema tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni) f’konformità mal-istandards rilevanti dwar il-kunfidenzjalità u s-sigurtà tad-dejta. In-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni jiddependi fuq l-interoperabilità għall-funzjonament effettiv u effiċjenti tiegħu.
spejjeż amministrattivi oħra mġarrba b’rabta mal-funzjonament tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni, bħal:
l-ispejjeż relatati mal-organizzazzjoni tal-laqgħat;
l-għoti ta’ taħriġ lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni;
materjal stampat tradott fil-lingwi kollha;
il-ħruġ ta’ prattiki / gwidi rakkomandati, tradotti fil-lingwi kollha;
stħarriġ / studji / evalwazzjonijiet ta’ segwitu.
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.3.1.Sommarju
Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet addizzjonali ta’ natura amministrattiva.
Ir-riżorsi umani meħtieġa għandhom jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-immaniġġjar tal-azzjoni u / jew ikun ġie riallokat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji. L-istess japplika għall-approprjazzjonijiet meħtieġa biex ikopru infiq amministrattiv ieħor.
3.2.3.2.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa
Il-proposta / l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għall-full time
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena N+2
|
Sena N+3
|
Tul ta’ żmien mingħajr limitu
(ara l-punt 1.6) (ara l-punt 1.6)
|
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
|
XX 01 01 01 (Il-Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
5,5
|
5,5
|
5,5
|
5,5
|
5,5
|
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
10 01 05 01 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full time: FTE)
|
XX 01 02 01 (AC, ENS, INT mill-“pakkett globali”)
|
|
|
|
|
|
XX 01 02 02 (AC, AL, ENS, INT u JED fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
XX 01 04 yy
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 02 (AC, ENS, INT - Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
10 01 05 02 (AC, ENS, INT - Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
5,5
|
5,5
|
5,5
|
5,5
|
5,5
|
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa għandhom jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-immaniġġjar tal-azzjoni u / jew ikun ġie riallokat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
Uffiċjali u persunal temporanju
|
AD – Monitoraġġ, koordinazzjoni tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni
AST - IT maniġer tal-proġett tas-sistemi li jappoġġaw l-operat tan-netwerk NEK,
koordinament tal-laqgħat tan-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni
|
Persunal estern
|
Ma japplikax
|
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta / l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali u mal-ipprogrammar finanzjarju attwali tal-Programm ISA2, u mhumiex meħtieġa riżorsi addizzjonali.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta / l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
Il-proposta / l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.