Brussell, 23.2.2017

COM(2017) 87 final

2017/0039(APP)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 216/2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Skont ir-Regolament (UE) Nru 216/2013 1 , Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huwa ppubblikat f’format elettroniku. Sabiex jiggarantixxi l-awtentiċità, l-integrità u l-inalterabbiltà ta’ din il-pubblikazzjoni elettronika, l-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament jiddikjara li “l-edizzjoni elettronika ... għandu jkollha firma elettronika avvanzata bbażata fuq ċertifikat kwalifikat u maħluqa b’tagħmir li joħloq firem siguri, skont id-Direttiva 1999/93/KE”.

Id-Direttiva 1999/93/EC tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi tħassret bir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern 2 , li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016. Apparti l-firem elettroniċi u l-firem elettroniċi avvanzati diġà previsti fid-Direttiva 1999/93, ir-Regolament Nru 910/2014 introduċa l-possibbiltà li dokument jiġi awtentikat b’siġill elettroniku jew b’siġill elettroniku avvanzat ibbażat fuq ċertifikat għal siġill elettroniku. Id-differenza prinċipali bejn il-firem elettroniċi (avvanzati) u s-siġilli elettroniċi (avvanzati) hija li, fil-każ tal-firem, il-firmatarju jkun persuna fiżika (il-punti 9 u 14 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 910/2014), filwaqt li, fil-każ tas-siġilli, il-firmatarju jkun persuna ġuridika (il-punti 24 u 29 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 910/2014).

L-użu ta’ dan is-siġill elettroniku avvanzat jagħmel l-awtomatizzazzjoni tal-firma elettronika possibbli u jgħaġġel il-proċedura għall-pubblikazzjoni fil-EUR-Lex.

Billi l-awtentikazzjoni b’siġill elettroniku flok b’firma elettronika mhijiex biss sistema elettronika differenti iżda tagħmel differenza attwali f’termini legali (fil-każ ta’ firma, il-metodu ta’ awtentikazzjoni huwa bbażat fuq l-involviment ta’ persuna fiżika speċifika; meta jintuża siġill, dan jinħoloq minn persuna ġuridika mingħajr ebda indikazzjoni ta’ min, fil-persuna ġuridika, kien responsabbli għall-awtentikazzjoni tad-dokument), jenħtieġ li d-dokument Nru 216/2013 jiġi emendat biex il-Ġurnal Uffiċjali jkun jista’ jiġi awtentikat b’siġill elettroniku avvanzat.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-iskop tal-emenda proposta huwa li tintroduċi, għall-pubblikazzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali, l-għażla — mogħtija mir-Regolament Nru 910/2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern — li dokument jiġi awtentikat b’siġill elettroniku.

Konsistenza ma' politiki oħra tal-Unjoni

Mhux applikabbli

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-Proposta għal Regolament hija bbażata fuq l-Artikolu 352 TFUE. Din hija l-bażi ġuridika għar-Regolament Nru 216/2013, li huwa propost għal emenda.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Mhux applikabbli

Proporzjonalità

L-għan tal-proposta huwa li l-Ġurnal Uffiċjali jiġi ppubblikat aktar malajr. L-introduzzjoni tal-awtentikazzjoni b’siġill elettroniku hija meħtieġa biex jintlaħaq dan l-għan.

Għażla tal-istrument

Mhux applikabbli

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Waqt il-Laqgħa tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet li saret fl-20 ta’ Novembru 2015, l-Istituzzjonijiet tkellmu favur din l-emenda tar-Regolament.

Ġbir u użu tal-kompetenzi

Mhux applikabbli

Valutazzjoni tal-impatt

Billi l-bidla hija waħda żgħira, ma twettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Is-sostituzzjoni tal-firem elettroniċi avvanzati b’siġilli elettroniċi avvanzati bl-ebda mod ma tbiddel l-opzjonijiet teknoloġiċi attwali.

Drittijiet fundamentali

Mhux applikabbli

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

Ara d-dikjarazzjoni finanzjarja mehmuża

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

L-implimentazzjoni hija skedata għall-aħħar tal-2017/bidu tal-2018.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Mhux applikabbli

2017/0039 (APP)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 216/2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 352 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 3 jipprevedi li l-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali għandu jkollha siġill elettroniku avvanzat ibbażat fuq ċertifikat kwalifikat u maħluq b’tagħmir li joħloq firem siguri, skont id-Direttiva 1999/93/EC.

(2)Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 jistabbilixxi qafas legali għall-firem elettroniċi, is-siġilli elettroniċi, it-timbri tal-ħin elettroniċi, id-dokumenti elettroniċi, is-servizzi elettroniċi ta’ konsenja reġistrati u ċ-ċertifikati tal-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi.

(3)L-awtentikazzjoni bis-siġill elettroniku toffri l-istess garanziji bħal dawk ipprovduti b’firma elettronika. L-użu ta’ siġill elettroniku li jawtentika l-Ġurnal Uffiċjali jgħaġġel il-proċedura għall-pubblikazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali fuq is-sit elettroniku tal-EUR-Lex.

(4)Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 216/2013 jiġi emendat,



ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 216/2013 jiġi emendat kif ġej:

L-Artikolu 2(1) jinbidel b’dan li ġej:

“1. L-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali għandu jkollha firma elettronika avvanzata bbażata fuq ċertifikat kwalifikat u maħluqa b’tagħmir li joħloq firem siguri, skont ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, jew siġill elettroniku avvanzat, ibbażat fuq ċertifikat kwalifikat, skont l-istess Regolament. Iċ-ċertifikati kwalifikati u t-tiġdid tagħhom jiġu ppubblikati fis-sit elettroniku tal-EURLex biex il-pubbliku jkun jista’ jivverifika l-firma elettronika avvanzata jew is-siġill elettroniku avvanzat u l-awtentiċità tal-edizzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali.

* Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73). ”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam ta’ politika kkonċernat fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Għan(ijiet)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju

1.7.Metodu/metodi ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 216/2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 5  

26. Natura

1.3.amministrattiva tal-proposta/tal-inizjattiva

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida b'segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 6  

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni ġdida

X Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Għan(ijiet)

1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u attività/jiet ABM/ABB ikkonċernati

Għan speċifiku Nru

Attività/jiet ABM/ABB ikkonċernata/i

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistenni(ja)

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

L-użu tas-siġill elettroniku avvanzat se jagħmel l-awtomatizzazzjoni tal-firem elettroniċi possibbli u jgħaġġel il-proċedura għall-pubblikazzjoni fil-EUR-Lex.

Il-firma mhux se tibqa’ tkun dik ta’ uffiċjal imsemmi iżda ta’ korp rikonoxxut tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.

Ħin tal-pubblikazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali fil-EUR-Lex

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/jiġu ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil

Awtentikazzjoni awtomatizzata tal-Ġurnal Uffiċjali

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Aċċellerazzjoni tal-proċedura għall-pubblikazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali fil-EUR-Lex.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

eIDAS

1.6.Durata u impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

X Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-aħħar tal-2017 sal-2018,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/metodi ta’ ġestjoni ppjanat(i) 7  

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

◻ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Monitoraġġ ta’ kuljum tal-ħin ta’ pubblikazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

Riskji ġenerali relatati mas-sistemi tal-IT

2.2.2.Tagħrif dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita

Proċedura tal-kontroll tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet

Sistema ta' kontroll intern tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni ta’ riskju ta’ errur

Mhux applikabbli

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.

Mhux applikabbli

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[…][Intestatura………………………...……………]

Diff./Mhux diff.
( 8 )

minn pajjiżi tal-EFTA 9

minn pajjiżi kandidati 10

minn pajjiżi terzi

Fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

5

[26 01 11][Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (L&C)]

Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

LE

LE

LE

LE

Linji baġitarji ġodda rikjesti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[…][Intestatura………………………………………]

Diff./Mhux diff.

minn pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[…][XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-persunal tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew trasferiti fid-DĠ, jekk meħtieġ flimkien ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali:

Numru

[…][Intestatura……………...……………………………………………………………….]

DĠ: <…….>

Sena
N 11

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1)

Pagamenti

(2)

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 12  

Numru tal-linja baġitarja

(3)

Approprjazzjonijiet TOTALI
għad-DĠ
<…….>

Impenji

=1+1a +3

Pagamenti

=2+2a

+3

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli






Approprjazzjonijiet operazzjonali TOTALI

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

• Approprjazzjonijiet TOTALI ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

Approprjazzjonijiet TOTALI
skont l-INTESTATURA <….>

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6

Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:

• Approprjazzjonijiet operazzjonali TOTALI

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

Approprjazzjonijiet TOTALI
skont l-INTESTATURI 1 sa 4

tal-qafas finanzjarju plurinennali
(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali:

5

“Nefqa amministrattiva”

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <…….>

• Riżorsi umani

• Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL TAD-DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

Approprjazzjonijiet TOTALI
skont l-INTESTATURA 5

tal-qafas finanzjarju plurinennali 

(Impenji totali = pagamaneti totali)

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 13

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Approprjazzjonijiet TOTALI
skont l-INTESTATURI 1 sa 5

tal-qafas finanzjarju plurinennali 

Impenji

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Pagamenti

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-għanijiet u l-outputs

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 14

Kost medju

Numru

Spiża

Numru

Spiża

Numru

Spiża

Numru

Spiża

Numru

Spiża

Numru

Spiża

Numru

Spiża

Nru totali

Spiża totali

GĦAN SPEĊIFIKU NRU 1 15

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 1

GĦAN SPEĊIFIKU NRU 2…

- Output

Subtotal tal-għan speċifiku Nru 2

SPIŻA TOTALI

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 16

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju plurinennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

-

Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju plurinennali

-

Barra mill-INTESTATURA 5 17
tal-qafas finanzjarju plurinennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5

tal-qafas finanzjarju plurinennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2. Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena
N

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unitajiet ekwivalenti għall-Full Time: FTE) 18

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-"pakkett globali")

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy 19

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-persunal tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew trasferiti fid-DĠ, jekk meħtieġ flimkien ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

X    Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva se tkun tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 20

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul "assenjat" mixxellanju, speċifika l-linja baġitarja tan-nefqa affettwata.

Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul. 

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 216/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 dwar il-pubblikazzjoni elettronika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettronċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(5) ABM: Ġestjoni bbażata fuq l-attività - ABB: Baġit ibbażat fuq l-attività.
(6) Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(7) Dettalji tal-metodi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit elettroniku BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.htm
(8) Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(9) EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(10) Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(11) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(12) Assistenza teknika u/jew amministrativa u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programm u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(13) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(14) L-outputs huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu fornuti (pereż. għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(15) Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi...”
(16) Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
(17) Assistenza teknika u/jew amministrativa u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programm u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(18) AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Esperti Nazzjonali Sekondati INT = persunal tal-aġenziji; JED = Esperti Subalterni fid-Delegazzjonijiet.
(19) Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji "BA").
(20) Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % tal-kostijiet tal-ġbir.