23.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 444/15 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8745 — CD&R/D’Ieteren/Belron)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 444/14)
1. |
Fid-19 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
CD&R u D’Ieteren jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Belron kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — CD&R: CD&R hija ditta tal-investiment privata, — D’Ieteren: D’Ieteren hija involuta, permezz ta-sussidjarji tagħha, fid-disribuzzjoni tal-karozzi, fit-tiswija u l-bdil ta’ ħġieġ tal-karozzi, u fil-manifattura ta’ prodotti fabbrikati, — Belron: Belron hija grupp li joffri servizzi ta’ tiswija u bdil tal-ħġieġ tal-karozzi, li f’xi pajjiżi jiġġestixxi wkoll talbiet ta’ assigurazzjoni tal-ħġieġ tal-karozzi u talbiet oħra ta’ assigurazzjoni għal xi assikuraturi. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8745 — CD&R/D’Ieteren/Belron Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.