30.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8717 — Engie/IPM Energy Trading/International Power Fuel Company)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 406/04)

1.

Fit-23 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

ENGIE SA (“Engie”, Franza);

IPM Energy Trading Limited (“IPMETL”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Engie u Mitsui Co., Ltd,

International Power Fuel Company Limited (“IPFC”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Engie u Mitsui Co., Ltd.

Engie takkwista indirettament, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ IPMETL u IPFC kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Engie: attur dinji tal-enerġija li huwa attiv tul il-katina kollha tal-valur tal-enerġija fl-oqsma tal-gass, l-elettriċità u s-servizzi tal-enerġija,

—   għal IPMETL: tipprovdi servizzi ta’ kummerċ tal-enerġija lis-swieq bl-ingrossa tal-gass u tal-elettriċità fil-Gran Brittanja,

—   għal IPFC: tipprovdi servizzi ta’ tbaħħir tal-gass naturali fil-Gran Brittanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulna l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8717 — Engie/IPM Energy Trading/International Power Fuel Company

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.