18.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 391/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8711 — Macquarie/Oiltanking/Oiltanking Odfjell Terminal Singapore)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 391/07)

1.

Fit-13 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Macquarie Asia Infrastructure Investments 2 Pte. Ltd. (“MAIF2”, Singapor), li tappartjeni għall-Macquarie Group Limited (“Macquarie Group”, L-AWSTRALJA),

Oiltanking GmbH (“Oiltanking”, IL-ĠERMANJA), ikontrollata minn Marquard & Bahls AG (“M&B”, IL-ĠERMANJA),

Oiltanking Odfjell Terminal Singapore Pte. Ltd. (“OOTS”, SINGAPOR), bħalissa kkontrollata b’mod konġunt minn Oiltanking and Odfjell Terminals B.V.

MAIF2 u Oiltanking jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ OOTS.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

MAIF2 hija fond tal-infrastruttura u taħt il-ġestjoni u l-kontroll tad-diviżjoni Macquarie Infrastructure and Real Assets tal-Macquarie Group. Il-Macquarie Group huwa fornitur dinji ta’ servizzi bankarji, finanzjarji, ta’ konsulenza, ta’ investiment u ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ fondi elenkati fil-Borża Awstraljana;

Oiltanking hija fornitur ta’ servizzi ta’ ħażna ta’ prodotti petrolifiċi, żjut veġetali, kimiċi, likwidi u gassijiet oħra, u prodotti ta’ merkanzija xotta bl-ingrossa. Oiltanking hija ultimament ikkontrollata minn M&B, li tiffoka fuq il-kummerċ fiż-żejt, l-enerġiji rinnovabbli, l-immaniġġar ta’ merkanzija xotta bl-ingrossa, skambju tal-karbonju, provvista tal-gass u analiżi taż-żejt;

OOTS hija proprjetarja u tħaddem faċilità ta’ ħażna petrokimika bi kwantitajiet kbar li tinsab fil-gżira ta’ Jurong, Singapor.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8711 — Macquarie/Oiltanking/Oiltanking Odfjell Terminal Singapore

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.