23.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 396/14


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8700 — Engie/Omnes Capital/Prédica Prévoyance/Target)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 396/10)

1.

Fil-15 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Engie (“Engie”, Franza),

Omnes Capital (“Omnes Capital”, Franza),

Prédica Prévoyance Dialogue du Crédit Agricole (“Prédica”, Franza), ikkontrollata minn Crédit Agricole SA, li min-naħa tagħha hija kkontrollata minn 39 Caisses regionales,

Target (11-il impjant fotovoltajku u 32 park eoliku, “Target”, Franza), ikkontrollata minn La Compagnie du Vent, li min-naħa tagħha hija kkontrollata minn Engie.

Engie, Omnes Capital u Prédica jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Target.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Engie: attivi fil-katina tal-valur tal-enerġija kollha kemm hi fl-oqsma tal-gass, l-elettriċità u s-servizzi tal-enerġija,

—   għal Omnes Capital: kumpanija indipendenti għall-ġestjoni tal-assi attiva f’bosta fergħat tal-ekwità privata, fosthom fis-settur tal-enerġija rinnovabbli,

—   għal Prédica: attiva fis-settur tal-assigurazzjoni, Prédica tappartjeni għal GCA li toffri firxa wiesgħa ta’ servizzi bankarji u tal-assigurazzjoni,

—   għal Target: 11-il-impjant fotovoltaku u 32 park eoliku attivi fil-ġenerazzjoni tal-elettriċità fi Franza.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8700 — Engie/Omnes Capital/Prédica Prévoyance/Target

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.