27.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/12


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8641 — Jacobs Engineering Group/CH2M HILL Companies)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 320/10)

1.

Fl-20 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Jacobs Engineering Group Inc. (“Jacobs”, l-Istati Uniti),

CH2M HILL Companies Ltd. (“CH2M”, l-Istati Uniti).

Jacobs tikseb, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll sħiħ fuq CH2M.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Jacobs: il-provvista ta’ servizzi tekniċi, professjonali u ta’ kostruzzjoni għal għadd kbir ta’ klijenti industrijali, kummerċjali u governattivi;

—   għal CH2M: il-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza professjonali fi spettru sħiħ ta’ proġetti ta’ konsulenza teknika, inġinerija, ġestjoni u operazzjonijiet ta’ kostruzzjoni u ta’ manutenzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja dejjem għandha tiġi speċifikata:

M.8641 — Jacobs Engineering Group/CH2M HILL Companies

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Jekk jogħġbok uża d-dettalji ta’ kuntatt hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.