|
9.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 299/4 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8613 — Konica Minolta/Innovation Network Corporation of Japan/Ambry Genetics)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 299/06)
|
1. |
Fl-1 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
KM u INCJ jakkwistaw indirettament, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ AG. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal KM: kumpanija tat-teknoloġija li tispeċjalizza fil-prodotti tal-immaġni, l-analiżi tad-data ottika u nano-fabrication. F’dan ir-rigward, KM tiżviluppa u timmanifattura firxa wiesgħa ta’ prodotti tal-hardware u s-software li joffru soluzzjonijiet għan-negozji. Km hija attiva f’150 pajjiż madwar l-Ewropa, l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Ġappun, iċ-Ċina, l-Asja u f’pajjiżi oħra. — għal INCJ: sħubija pubblika-privata tal-Gvern Ġappuniż u 26 kumpanija privata. INCJ twettaq attivitajiet ta’ investiment billi tipprovdi appoġġ finanzjarju, teknoloġiku u maniġerjali lin-negozji tal-ġenerazzjoni li jmiss. Hija tipprovdi kapital ta’ riskju fuq tul ta’ żmien medju u twil għal intrapriżi innovattivi b’potenzjal ta’ tkabbir li jġib valur għas-soċjetà. — għal AG: kura tas-saħħa bbażata fl-Istati Uniti tal-Amerika. Hija tipprovdi servizzi ta’ ttestjar ġenetiku fil-laboratorju u hija attiva f’attivitajiet ta’ riċerka ġenetika. AG topera f’California u tiffoka l-attività tan-negozju tagħha fuq l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kanada bi ftit attivitajiet fl-UE. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8613 — Konica Minolta/Innovation Network Corporation of Japan/Ambry Genetics Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.