11.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/25 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-każ M.8598 — BNPP/Starwood/Hotel Portfolio)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 264/14)
1. |
Fl-4 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża BNP Paribas Group (“BNPP”, Franza) u Starwood Hotels & Resorts Worldwide, LLC (“Starwood”, l-Istati Uniti), li jappartjenu għal Marriott International, Inc. (“Marriott”, l-Istati Uniti), jakkwistaw skont tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ żewġ lukandi fl-Italja (il-“Hotel Portfolio”) permezz ta’ xiri ta’ ishma u ta’ ftehimiet preeżistenti għall-ġestjoni tal-lukandi. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal BNPP: grupp bankarju b’operat domestiku u internazzjonali. Iż-żewġ negozji prinċipali huma: (i) Operazzjonijiet u servizzi bankarji għall-konsumatur, u (ii) Servizzi bankarji korporattivi u istituzzjonali. — għal Starwood: sussidjarja akkwiżita totalment minn Marriott. Marriott hija kumpanija diversifikata ta’ ospitalità li taġixxi bħala maniġer u franchisor għal madwar 6 080 lukanda u proprjetà tat-timeshare madwar id-dinja. — għall-Hotel Portfolio: iż-żewġ lukandi jinsabu l-Italja (il-Westin Palace f’Milan u l-Westin Europa & Regina f’Venezja) u bħalissa huma ġestiti indirettament minn Marriott. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8598 — BNPP/Starwood/Hotel Portfolio, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.