| 
                15.11.2017  | 
            
                MT  | 
            
                Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  | 
            
                C 385/2  | 
         
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.8586 — TPC/JSR/UMG/UBE/MR)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 385/02)
Fl-10 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
| 
                —  | 
            
                fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,  | 
         
| 
                —  | 
            
                f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8586. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.  |