|
23.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 396/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8583 — Lufthansa Technik/Pepperl+Fuchs/JV
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 396/08)
|
1. |
Fit-3 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Lufthansa Technik u Pepperl + Fuchs jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ joint venture li għadha kif inħolqot. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Lufthansa Technik: il-provvista ta’ manutenzjoni, tiswija u servizzi ta’ eżami bir-reqqa fis-settur ajruspazjali madwar id-dinja; — għal Pepperl + Fuchs: l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti tal-protezzjoni mill-isplużjoni elettrika u teknoloġija tas-sensors għal soluzzjonijiet ta’ awtomazzjoni tal-proċess u sistemi għal varjetà ta’ setturi industrijali; — għall-JV: ir-riċerka, l-iżvilupp u l-bejgħ ta’ soluzzjonijiet għal awtomazzjoni ibbażati fuq is-sensors, inklużi servizzi ta’ manutenzjoni fuq inġenji tal-ajru u komponenti speċifikament għall-magni tal-inġenji tal-ajru. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8583 — Lufthansa Technik/Pepperl+Fuchs/JV Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.