20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/13


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8575 — OTPP/AIMCo/Borealis/KIA/LCY)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 234/05)

1.

Fit-13 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Ontario Teachers’ Pension Plan Board (“OTPP”, il-Kanada) u Alberta Investment Management Corporation (“AIMCo”, il-Kanada), u Borealis European Holdings (“Borealis”, in-Netherlands), u Kuwait Investment Authority (“KIA”, il-Kuwajt) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet takkwista kull kontroll konġunt ta’ London City Airport (“LCY”, ir-Renju Unit), permezz ta’ emenda tal-ftehim tal-azzjonisti li għandhom x’jaqsmu LCY.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal OTPP: l-amministrazzjoni ta’ benefiċċji tal-pensjoni u l-investiment ta’ assi ta’ pjanijiet tal-pensjoni f’isem madwar 318 000 għalliem attivi u rtirati fil-Provinċja Kanadiża ta’ Ontario.

—   għal AIMCo: ġestjoni ta’ investiment istituzzjonali.

—   għal Borealis: ġestjoni b’mod esklussiv tal-infrastruttura għall-Ontario Municipal Employees Retirement System (OMERS) u li hija proprjetà ta’ OMERS li tamministra portafoll dinji diversifikat ta’ stocks u bonds kif ukoll proprjetà immobbli, infrastruttura u investimenti tal-ekwità privata għal aktar minn 470 000 membru u pensjonanti f’isem madwar 1 000 persuna li jħaddmu madwar Ontario, il-Kanada.

—   għal KIA: investitur dinji, b’investimenti fiż-żoni ġeografiċi prinċipali kollha u fil-klassijiet ta’ assi prinċipali kollha, li jkopru ekwitajiet, introjtu fiss, teżor, ekwità privata u proprjetà.

—   għal LCY: ajruport kummerċjali fis-City of London.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8575 — OTPP/AIMCo/Borealis/KIA/LCY, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.