8.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/65


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8557 — CCMP Capital/MSD Aqua Partners/Hayward Industries)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 220/17)

1.

Fid-29 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża CCMP Capital, LP (“CCMP”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u MSD Aqua Partners, LLC (“MSD Aqua”, l-Istati Uniti tal-Amerika), ikkontrollata minn MSD Partners LP (“MSD Partners”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u li jagħmlu parti mill-grupp ta’ kumpaniji, MSD, indirettament jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Hayward Industries, Inc. (“Hayward”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal CCMP: ditta ta’ ekwità privata dinjija ffokata fuq akkwiżizzjoni u investimenti ta’ ekwità ta’ tkabbir fl-Amerika ta’ Fuq u fl-Ewropa fl-industriji tal-konsumatur, industrijali u tal-kura tas-saħħa.

—   għal MSD Aqua: entità tal-investiment fil-grupp ta’ kumpaniji MSD li hija attiva fid-dejn u fl-ekwità ta’ kumpaniji pubbliċi u privati, proprjetà immobbli u klassijiet ta’ assi oħra.

—   għal Hayward: manifattur u fornitur ta’ tagħmir tal-pixxina.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8557 — ECCMP Capital/MSD Aqua Partners/Hayward Industries, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.