1.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/23


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8459 — TIL/PSA/PSA DGD)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 212/11)

1.

Fit-23 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Europe Terminal NV (“ET”, l-Iżvizzera), sussidjarja akkwiżita totalment ta’ Terminal Investment Limited Sàrl (“TIL”, l-Iżvizzera) u Kranji (Netherlands) Investments BV (“Kranji”, in-Netherlands), kumpanija azzjonarja kkontrollata minn PSA International Pte Ltd (“PSA”, Singapore), jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll konġunt ta’ PSA DGD NV (“PSA DGD”, il-Belġju) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal PSA: PSA hija operatur tat-terminals tat-trasport marittimu. Hija attiva prinċipalment fil-forniment ta’ servizzi ta’ burdnara fil-portijiet, b’attenzjoni partikulari għall-forniment ta’ servizzi tat-terminals għal bastimenti tal-kontejners għat-trasport marittimu,

—   għal TIL: TIL hija kumpanija li topera fit-terminals li hija kkontrollata b’mod konġunt indirettament minn MSC Mediterranean Shipping Company Holding SA u ċerti strumenti ta’ investiment finanzjarji ġestiti minn Global Infrastructure Management, LLC. TIL tiżviluppa, iġġestixxi u tinvesti f’terminals tal-kontejners madwar id-dinja, ta’ spiss f’impriżi konġunti ma’ operaturi tat-terminals ewlenin oħrajn,

—   għal PSA DGD: PSA DGD topera terminal tal-kontejners fil-baċir Deurganck fil-Port ta’ Antwerp. Hija kumpanija preeżistenti li bħalissa hija kontrollata unikament minn Kranji.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), permezz ta’ ittra elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8459 — TIL/PSA/PSA DGD, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).