|
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 305/18 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8102 — Valeo/FTE Group)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 305/11)
|
1. |
Fis-7 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Valeo Holding GmbH (il-Ġermanja) ikkontrollata minn Valeo S.A. (“Valeo”, Franza) takkwista, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ FTE Group Holding GmbH (“FTE”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta’ ishma. L-istess konċentrazzjoni diġà kienet ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fl-10 ta’ Ottubru 2016, iżda n-notifika ġiet sussegwentement irtirata fid-29 ta’ Novembru 2016. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Valeo: it-tfassil, il-manifattura u l-bejgħ ta’ tagħmir awtomobilistiku, inkluż, b’mod partikolari, sistemi termali, sistemi ta’ motopropulsjoni, sistemi ta’ kumdità u assistenza fis-sewqan, u sistemi ta’ viżibilità. — għal FTE: it-tfassill, il-manifattura u l-bejgħ ta’ (i) prodotti ta’ attivazzjoni tal-klaċċ; (Ii) prodotti ta’ attivazzjoni tal-brejkijiet; (Iii) pompi taż-żejt tat-trażmissjoni elettrika u komponenti oħrajn għall-gerboksijiet u motopropulsjoni bbażata fuq teknoloġija elettroidrawlika. FTE hija attiva wkoll fir-rimanifatturazzjoni ta’ kalipers tal-brejkijiet. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8102 — Valeo/FTE Group, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).