15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 306/51 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “L-intraprenditorija fil-gżejjer: kontribut għall-koeżjoni territorjali”
(2017/C 306/10)
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)
Daħla: sfidi speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom ir-reġjuni insulari
1. |
jilqa’ t-talba tal-Presidenza Maltija li tinvolvi lill-istituzzjoni tagħna fl-identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet potenzjali għall-promozzjoni tal-intraprenditorija u t-trawwim tal-iżvilupp ekonomiku, soċjali u territorjali tal-gżejjer; |
2. |
ifakkar fl-impenn tal-Unjoni Ewropea li taħdem favur il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, kif stipulat fl-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE); |
3. |
ifakkar li l-Artikolu 174 tat-TFUE jiddefinixxi r-reġjuni insulari bħala li jeħtieġu attenzjoni partikolari mill-perspettiva tal-Unjoni, li għandha tiżgura li tnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni differenti fi ħdan l-Istati Membri u bejniethom; |
4. |
ifakkar li hemm 362 gżira b’aktar minn 50 abitant ġewwa l-Unjoni, li jirrappreżentaw total ta’ 17,7-il miljun persuna (li 3,7 miljuni minnhom jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi); il-PDG per capita (fl-2010) jammonta għal madwar 79,2 % tal-medja tal-Unjoni u proporzjoni sinifikanti minnhom għadhom kategorizzati bħala reġjuni inqas żviluppati; |
5. |
jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, skont l-istudju EUROISLAND (ESPON 2013), il-biċċa l-kbira ta’ dawn ir-reġjuni insulari ma esperjenzawx proċess ta’ konverġenza ekonomika matul is-snin 2000, u li s-sitwazzjoni saħansitra ddeterjorat għal numru minnhom minħabba l-kriżi finanzjarja, il-kriżi tal-migrazzjoni, iċ-ċaqliq fil-frekwentazzjoni tat-turisti jew minħabba n-nuqqas ta’ innovazzjoni; |
6. |
jenfasizza li dawn ir-reġjuni insulari għandhom karatteristiċi ġeografiċi, ekonomiċi, demografiċi u soċjali kemm speċifiċi għalihom, meta mqabbla mar-reġjuni kontinentali, kif ukoll komuni għall-gżejjer differenti. Dawn il-fatturi joħolqu sfidi uniċi li għandhom jiġu kkunsidrati fl-applikazzjoni tal-politiki Ewropej li jirrigwardawhom:
|
7. |
jinsisti li dawn it-tliet parametri joħolqu żvantaġġi territorjali, ekonomiċi u soċjali, kif rikonoxxut fl-Artikolu 174 tat-TFUE, li huma ta’ piż fuq l-integrazzjoni ekwa tal-gżejjer fi ħdan is-suq komuni u kif ukoll fuq l-integrazzjoni territorjali sħiħa tal-abitanti tal-gżejjer; b’mod partikolari, dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jwasslu għas-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
8. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħidma li saret mill-intergrupp tal-Parlament Ewropew dwar l-ibħra, ix-xmajjar, il-gżejjer u ż-żoni kostali, kif ukoll mill-Kummissjoni tal-gżejjer tal-Konferenza tar-Reġjuni Periferiċi Marittimi tal-Ewropa (CPMR); |
Tkabbir inklużiv — il-kontribut tal-intraprendituri insulari
9. |
jinnota li l-intraprendituri u l-intraprenditorija jaqdu rwol essenzjali fil-ħolqien tal-impjiegi u fid-dinamiżmu ekonomiku fl-Unjoni Ewropea; madankollu l-intraprenditorija fil-gżejjer tiffaċċja diffikultajiet strutturali speċifiċi; |
10. |
ifakkar li bosta ekonomiji tal-gżejjer implimentaw strateġiji ta’ tkabbir ibbażati fuq l-isfruttar ta’ vantaġġi ekonomiċi, soċjali, kulturali u naturali, bħal pereżempju:
|
11. |
jenfasizza li dawn l-istrateġiji, li jidentifikaw u jisfruttaw assi ekonomiċi uniċi, huma spiss ir-riżultat tal-kreattività, tat-teħid ta’ riskji u tar-reżiljenza tal-kapijiet tal-impriżi tal-ġżejjer u jħeġġeġ biex tiġi kkunsidrata l-flessibbiltà meħtieġa fit-tfassil tal-politiki pubbliċi favur l-intraprenditorija insulari; |
12. |
jinnota li l-ekonomiji tal-gżejjer huma kkaratterizzati minn nisġa ekonomika ftit li xejn diversifikata bi proporzjon kbir ta’ SMEs, jew saħansitra ta’ mikrointrapriżi, u numru kbir ta’ intraprendituri poliattivi; u li din l-ekosistema teżisti flimkien ma’ għadd żgħir ta’ kumpaniji kbar f’sitwazzjoni ta’ monopolju f’setturi ta’ speċjalizzazzjoni (turiżmu, trasport, minjieri, sajd, eċċ.); |
13. |
jistieden lill-istituzzjonijiet u lill-Istati Membri tal-Unjoni biex jagħtu iktar attenzjoni lill-preservazzjoni tal-libertà tas-suq f’kull wieħed mis-setturi differenti tat-territorji insulari filwaqt li jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq; |
14. |
ifakkar li l-prodotti tal-gżejjer – inkluża l-materja prima – jistgħu jinbiegħu fi swieq niċċa, lill-klijenti fil-mira u bi prezz tal-bejgħ għoli; id-differenzjazzjoni tal-prodott tippermetti li jinżammu marġnijiet benefiċjarji kbar biżżejjed biex jiżguraw il-vijabbiltà tal-attività fil-gżira. B’mod partikolari, il-valutazzjoni tal-prodott tinkiseb bir-rikonoxximent tas-sinjali tal-kwalità u ta’ referenzi kulturali fl-ispazju globali tal-prodotti u tas-servizzi; |
15. |
jinsisti madankollu fuq it-tipi differenti ta’ spejjeż addizzjonali mġarrba mill-intraprendituri insulari minħabba preċiżament il-kundizzjoni ta’ insularità (materja prima, għoti ta’ servizzi, loġistika, eċċ.) li finalment huma ta’ piż fuq il-kompetittività tal-prodotti u tas-servizzi; |
16. |
jenfasizza li, anke meta l-prodotti jkunu kompetittivi u ta’ kwalità tajba, l-intraprendituri jiffaċċjaw nuqqas ta’ kapaċitajiet ta’ R&Ż, ta’ teknoloġiji adattati għall-ispazji insulari, mezzi adegwati għall-finanzjament tal-attivitajiet tagħhom u riżorsi umani kwalifikati, minħabba emigrazzjoni qawwija, speċjalment meta l-popolazzjoni residenti tkun żgħira; |
17. |
jilqa’ b’sodisfazzjon, għaldaqstant, l-azzjonijiet li ttieħdu fil-livell tal-Unjoni Ewropea f’dawn l-oqsma, iżda jħeġġeġ li jittieħdu miżuri xierqa li jtejbu l-kundizzjonijiet bażiċi li jippermettu lill-gżejjer jikkontribwixxu għal tkabbir inklużiv fi ħdan l-UE. Dan jimplika li kwalunkwe politika tal-Unjoni Ewropea li timmira li tippromovi l-intraprenditorija għandha tqis il-karatteristiċi u l-isfidi speċifiċi tal-gżejjer, jekk trid tkun ġusta u effiċjenti; |
Rakkomandazzjonijiet ta’ politika li jsaħħu l-koeżjoni territorjali fl-unjoni ewropea
18. |
jirrikonoxxi l-importanza fundamentali tal-politika ta’ koeżjoni fil-kisba ta’ żvilupp reġjonali bilanċjat fl-Unjoni Ewropea: hija tirrappreżenta l-politika l-aktar adattata biex tindirizza d-diskrepanzi fl-iżvilupp bejn il-gżejjer u reġjuni Ewropej oħrajn; jenfasizza, madankollu, li r-reġjuni insulari ma jgawdux minn status speċifiku fil-politika ta’ koeżjoni, kif imfassla bħalissa; |
19. |
ifakkar ukoll fil-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi, li fosthom hemm tmien gżejjer, li jiffaċċjaw problemi serji minħabba r-restrizzjonijiet speċifiċi li jikkaratterizzawhom u huma rikonoxxuti fil-liġi primarja, u li jaffettwaw serjament l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħhom. Dawn għandhom jiġu kkunsidrati; |
20. |
jirrakkomanda, għaldaqstant, li l-gżejjer tingħatalhom attenzjoni partikolari fil-politika ta’ koeżjoni wara l-2020, skont l-Artikoli 174 u 175 tat-TFUE. L-ewwel pass lejn dan l-għan huwa l-integrazzjoni tal-gżejjer bħala kategorija addizzjonali fil-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 f’dak li jirrigwarda t-tipoloġiji territorjali (Tercet); |
21. |
jirrakkomanda l-istabbiliment ta’ “punt uniku ta’ kuntatt” (Island Desk) għall-gżejjer fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea, fid-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana, kif issuġġerit mill-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Frar 2016, peress li attwalment, l-atturi insulari – impriżi u entitajiet – għandhom viżibbiltà limitata tal-istrumenti u l-possibbiltajiet ta’ finanzjament tal-UE, li huma sparpaljati fost diversi direttorati ġenerali u jaqgħu taħt diversi regolamenti; |
22. |
jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva “Azzjonijiet innovattivi urbani” u jissuġġerixxi li, fuq dan l-eżempju, jinħoloq sit tal-internet u miżuri Ewropej iddedikati għan-netwerking tal-gżejjer tal-UE, li jippermettu l-iskambju ta’ esperjenzi u l-kondiviżjoni ta’ inġinerija amministrattiva u ta’ innovazzjoni; |
23. |
jenfasizza l-importanza tal-użu, sa fejn huwa possibbli, tas-sinerġiji bejn il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u l-istrumenti l-oħrajn tal-Unjoni (fosthom il-Fondi SIE) biex jikkumpensaw għall-effetti ekonomiċi tal-iżvantaġġi naturali li jiffaċċjaw il-gżejjer; |
24. |
jinnota madankollu li, minħabba ċ-ċokon ta’ għadd ta’ proġetti promossi mill-gżejjer, il-finanzjament tal-FEIS kif ukoll is-self mill-BEI jidhru prattikament inaċċessibbli għall-mikrointrapriżi u għall-entitajiet lokali insulari; għaldaqstant jirrakkomanda l-iżvilupp ta’ programmi ta’ assistenza teknika speċifika għall-gżejjer, sabiex jintwera u jiġi promoss l-aċċess għall-istrumenti ta’ finanzjament tal-Unjoni; |
25. |
jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-BEI jeżaminaw jekk l-assistenza teknika pprovduta minn JASPERS tistax tkun estiża għall-gżejjer u adattata għal proġetti ta’ skala iżgħar; |
26. |
jenfasizza l-utilità u l-vantaġġi tar-Regolament REKT (UE) Nru 1302/2013 għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u għall-gżejjer Ewropej, peress li dan ir-regolament jippermetti lill-gżejjer ta’ diversi Stati Membri u mhux membri joħolqu entità ġuridika konġunta li tgħinhom isegwu ambizzjoni komuni u tagħtihom aċċess għall-finanzjamenti tal-UE, waqt li tissemplifika l-piż amministrattiv li tali kooperazzjoni normalment timplika; |
27. |
jipproponi l-ħolqien ta’ sistema ta’ għajnuna operatorja għall-impriżi insulari li tikkumpensa l-ispejjeż addizzjonali tat-trasport; fil-qafas tal-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali u l-GBER, din l-għajnuna għandha tkun awtorizzata u eżentata bl-istess mod bħar-reġjuni ultraperiferiċi u ż-żoni b’popolazzjoni baxxa; |
28. |
jipproponi li għandu jsir aktar biex jintuża l-potenzjal offrut mill-ekonomija kollaborattiva, anke sabiex jissolvew problemi li huma marbutin mad-distanzi ġeografiċi tar-reġjuni insulari; |
29. |
jenfasizza l-importanza li tiżdied ir-rata ta’ intervent pubbliku fil-proġetti li jagħmlu parti mill-programmi Komunitarji u kif ukoll li l-intervent privat isir aktar attraenti, meta l-proġetti joħolqu l-impjiegi u l-ġid fil-gżira u jkunu wkoll sostenibbli mill-aspett ambjentali; |
30. |
jenfasizza li ħafna ostakli speċifiċi għall-iżvilupp tal-gżejjer ma jiġux indirizzati bl-użu tal-PDG per capita bħala indikatur; u għalhekk qed jipproponi li tiġi estiża l-firxa ta’ indikaturi komplementari użati fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni sabiex issir dijanjosi aqwa tas-sitwazzjoni soċjoekonomika tal-gżejjer bħall-attrattività tagħhom; |
31. |
jissuġġerixxi, bħala indikaturi li jistgħu jintużaw, l-indiċi tal-kompetittività reġjonali (RCI) u l-indiċi tal-aċċessibilità, iżda jirrakkomanda li tkompli l-ħidma għat-tfittxija ta’ indikaturi oħrajn li jiddeskrivu aħjar l-ispejjeż addizzjonali tal-insularità; jirrakkomanda li l-Kummissjoni twettaq studji komparattivi dwar il-prestazzjoni tal-impriżi insulari fir-rigward tal-kontropartijiet tagħhom fil-kontinent, anke meta l-art kontinentali tkun tikkonsisti biss minn Stat Membru gżira; |
32. |
jappella li tingħata attenzjoni lill-aspetti mhux finanzjarji u li diffiċli jitkejlu, inkluż l-ambjent naturali (il-kwalità u l-aċċessibbiltà tiegħu) fl-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni soċjoekonomika tar-residenti tal-gżejjer u fid-determinazzjoni tal-attrattività ekonomika ta’ dawn iż-żoni; |
33. |
jinnota l-utilità tar-rapporti annwali dwar l-SMEs Ewropej imħejji mid-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs; madankollu, jirrakkomanda li r-rapporti futuri jinkludu data territorjali biex ikun hemm għarfien aqwa tal-isfidi li jridu jiffaċċjaw l-SMEs insulari, kif ukoll ir-rata ta’ suċċess/falliment tagħhom meta mqabbla mal-kontropartijiet tagħhom fil-kontinent; |
34. |
jinnota l-utilità tal-għodod bħall-analiżi tal-impatt territorjali (TIA) fil-valutazzjoni tal-impatt tal-politiki Ewropej dwar ir-reġjuni insulari, u jissuġġerixxi li tiġi applikata klawżola ta’ “insularità” fil-metodu ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jitbassru l-konsegwenzi potenzjalment serji ta’ dawn il-politiki għall-gżejjer; |
35. |
jinnota li filwaqt li l-użu ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti (SSS) bħala kundizzjoni ex ante fl-allokazzjoni tal-Fondi Strutturali Ewropej (Fondi SIE) jista’ jikkontribwixxi lejn l-iżvilupp ta’ strateġiji fil-livell nazzjonali u reġjonali, l-ispeċifiċità tal-ekonomiji insulari tirrikjedi soluzzjonijiet maħsubin apposta; f’dan ir-rigward id-dipendenza żejda fuq settur partikolari jew attività waħda tista’ twassal għal riskju kbir ta’ monokultura ekonomika u għall-konsegwenzi ekonomiċi avversi tagħha (Dutch disease); |
36. |
iqis li l-inizjattivi ta’ diversifikazzjoni jew rikonverżjoni intelliġenti, pereżempju tat-turiżmu tal-massa f’turiżmu sostenibbli, ta’ żvilupp ta’ industriji kreattivi, ta’ integrazzjoni tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fl-attivitajiet tradizzjonali, ta’ kummerċjalizzazzjoni mmirata li jsaħħu l-viżibbiltà tar-riżorsi insulari jistħoqqilhom attenzjoni speċjali mill-Kummissjoni; |
37. |
jitlob għal sforzi sabiex jissaħħu l-politiki li għandhom l-għan li jissensibilizzaw iżjed liċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE għall-opportunitajiet fi ħdan l-Unjoni marbutin mat-turiżmu, u jħeġġeġ it-twaqqif ta’ netwerk aktar b’saħħtu ta’ konnessjonijiet bejn iż-żoni tal-UE, li jippermettu li r-residenti fiż-żoni metropolitani tal-UE jmorru għall-btajjel tagħhom f’reġjuni insulari li għandhom attrazzjonijiet marbutin man-natura; |
38. |
jenfasizza l-importanza tal-prinċipju tas-sħubija, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament dwar id-dispożizzjonijiet komuni, sabiex jiġu definiti l-ħtiġijiet tat-territorji (approċċ minn isfel għal fuq) fir-rigward ta’ pjan strateġiku tal-politika ta’ koeżjoni. Għal dan il-għan, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tinkludi bħala kundizzjoni ex ante, fil-proposta leġislattiva tagħha dwar il-politika ta’ koeżjoni wara l-2020, l-implimentazzjoni effettiva tal-kodiċi ta’ kondotta tajba Ewropea dwar is-sħubijiet; |
39. |
iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw l-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipju tas-sħubija sabiex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni insulari jitqiesu fil-ftehimiet tas-sħubija u l-programmi operazzjonali; |
40. |
jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċess tad-definizzjoni tal-politiki nazzjonali u Ewropej li huma soġġetti għalihom, b’mod li jiġu allinjati l-oqfsa regolatorji ta’ intervent mal-ħtiġijiet konkreti tat-territorji insulari, b’konformità mal-principju tas-sussidjarjetà; |
41. |
jilqa’ l-opportunitajiet ta’ finanzjament offruti mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), sakemm jistgħu jirrelataw mal-gżejjer; jinnota, madankollu, li l-pakkett finanzjarju tal-Awtostradi tal-Baħar (MoS) jiffoka fuq in-netwerks ċentrali u globali u jista’ jinjora l-konnessjonijiet bejn il-gżejjer u ċ-ċentri reġjonali, jew bejn il-gżejjer infushom; jipproponi, għalhekk, li jkun previst finanzjament speċifiku għall-gżejjer fil-pakkett globali tal-MoS; |
42. |
jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex tappoġġja lill-intraprendituri permezz ta’ programmi bħal COSME u InnovFin, bħala parti mill-pjan ta’ azzjoni “Intraprenditorija 2020” jew l-Orizzont 2020 fil-qasam tal-innovazzjoni, u l-ħidma dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali. Madankollu, il-Kumitat jemmen li huwa essenzjali li tiġi integrata d-dimensjoni territorjali (u b’mod partikolari l-insularità) f’dawn il-programmi u pjani sabiex:
|
43. |
jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi programm li jistimula l-proċessi ta’ innovazzjoni fl-ekonomiji insulari, il-valutazzjoni tar-riżorsi lokali, l-appoġġ għall-użu tal-enerġiji rinnovabbli, it-trattament tal-iskart, il-ġestjoni tal-ilma, il-promozzjoni tal-wirt kulturali u naturali u t-tkomplija tal-iżvilupp ta’ ekonomija ċirkolari; hawnhekk, it-terminu “innovazzjoni” jkopri l-innovazzjoni teknoloġika, organizzattiva, soċjali u ambjentali; |
44. |
jenfasizza l-importanza tal-għajnuna mill-Istat sabiex jiġu indirizzati l-isfidi taċ-ċokon, tad-distanza u tal-iżolament tar-reġjuni insulari tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-kundizzjonijiet naturali u permanenti jaffettwaw l-effettività u l-organizzazzjoni ta’ diversi setturi strateġiċi għall-gżejjer bħat-trasport, l-enerġija u l-konnettività diġitali; |
45. |
ifakkar li l-infrastrutturi u l-organizzazzjoni tat-trasport intern u estern, affidabbli u komparabbli fl-ispiża ma’ dawk tal-kontinent, għal gżira huma l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp u l-kompetittività ekonomiċi; |
46. |
jissuġġerixxi li l-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-għajnuna lill-infrastrutturi u lin-netwerks tat-trasport (kostruzzjoni, modernizzazzjoni, tagħmir) ikunu flessibbli għall-gżejjer biex ikun hemm interkonnessjoni kemm jista’ jkun effiċjenti mas-sistema ta’ trasport kontinentali u l-aħjar integrazzjoni possibbli mal-ispazju u mas-suq Ewropej; |
47. |
jitlob li din l-għajnuna tiffaċilita l-konnessjonijiet bejn il-gżejjer fil-każ tal-arċipelagi jew fil-gżira stess fil-każ ta’ gżejjer muntanjużi u jinkoraġġixxi l-investimenti f’mezzi tat-trasport b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju (bastimenti LNG, stazzjonijiet għall-vetturi tal-elettriku, eċċ.); |
48. |
jenfasizza li, peress li s-swieq insulari spiss ikunu żgħar u mbiegħda, il-provvista ta’ prodotti u servizzi minn impriżi kontinentali mhijiex daqstant attraenti; dan attwalment jimpedixxi l-aċċess tal-konsumaturi u tal-impriżi insulari għall-benefiċċji kompetittivi tas-suq uniku. Dan huwa partikolarment minnu għall-konnessjonijiet tat-trasport u għall-provvista tal-enerġija, setturi essenzjali għall-kompetittività tal-impriżi insulari; jirrakkomanda għaldaqstant li, fil-każ tal-gżejjer, dawn is-setturi għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet fir-rigward tal-għajnuna mill-istat; |
49. |
jipproponi wkoll, fl-istess ħsieb, li r-regolament de minimis jinkludi aktar flessibbiltà fir-rigward tal-gżejjer u li r-rekwiżiti tal-akkwist pubbliku jkunu aktar flessibbli peress li, f’ħafna każijiet huwa impossibbli li wieħed jirċievi aktar minn offerta waħda meta ssir proċedura ta’ konsultazzjoni; |
50. |
jaqbel mal-flessibbiltà li bħalissa qed tkun applikata fir-rigward tal-iskemi għall-gżejjer biex jibbenefikaw minn inċentivi speċifiċi tat-taxxa jew minn tnaqqis fir-rati tat-taxxa fuq il-kumpaniji biex jikkumpensaw għall-ispejjeż addizzjonali tal-insularità, u jittama li din il-flessibbiltà tibqa’ tapplika; iħeġġeġ l-użu ta’ sistema ta’ inċentivi għall-innovazzjoni u għall-investiment biex tingħata spinta lill-produzzjoni u biex tiżdied l-esportazzjoni lil hinn mill-konsum lokali; |
51. |
jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tinkludi kapitolu dwar il-gżejjer fir-rapport li jmiss dwar il-koeżjoni. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jħeġġeġ lill-Kummissjoni tindika f’dan il-kapitolu kif ser ikunu implimentati r-rakkomandazzjonijiet magħmula f’din l-Opinjoni; |
52. |
jistieden lill-presidenza Maltija timplimenta dawn ir-rakkomandazzjonijiet politiċi u taħdem mill-qrib mal-Kumitat tar-Reġjuni fl-implimentazzjoni tagħhom. |
Brussell, it-12 ta’ Mejju 2017.
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Markku MARKKULA