|
27.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 346/171 |
P8_TA(2017)0413
L-aspetti tad-drittijiet fundamentali fl-integrazzjoni tar-Rom fl-UE: il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar aspetti tad-drittijiet fundamentali fl-integrazzjoni tar-Rom fl-UE: il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu (2017/2038(INI))
(2018/C 346/23)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
|
— |
wara li kkunsidra l-preambolu tat-TUE, b'mod partikolari t-tieni inċiż u mir-raba' sas-seba' inċiż tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra, fost l-oħrajn, l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(3), it-tieni inċiż, u l-Artikolu 6 tat-TUE, |
|
— |
wara li kkunsidra, fost l-oħrajn, l-Artikolu 10 u l-Artikolu 19(1) tat-TFUE, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta' Diċembru 2000 (minn hawn 'il quddiem “il-Karta”), li ġiet ipproklamata fit-12 ta' Diċembru 2007 fi Strasburgu u daħlet fis-seħħ mat-Trattat ta' Lisbona f'Diċembru 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-1948, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, adottata fi New York fl-20 ta' Novembru 1989, u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni A/70/L.1 adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-25 ta' Settembru 2015, bit-titolu “Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni A/RES/60/7 adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-1 ta' Novembru 2005, dwar it-Tifkira tal-Olokawst, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iż-żieda fl-anti-Żingariżmu u l-vjolenza razzista kontra r-Rom fl-Ewropa, adottata fl-1 ta' Frar 2012, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni ta' Politika Ġenerali Nru 13 tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza (ECRI) dwar il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu u d-diskriminazzjoni kontra r-Rom, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Karta tal-partiti politiċi Ewropej għal soċjetà nonrazzista, adottata mill-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa fit-32 Sessjoni tiegħu f'Marzu 2017, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1985 (2014) dwar is-sitwazzjoni u d-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali fl-Ewropa u r-Riżoluzzjoni 2153 (2017) dwar il-promozzjoni tal-inklużjoni tar-Rom u tal-vjaġġaturi, tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa Thorbjørn Jagland tal-11 ta' April 2017 dwar l-10 objettivi għall-10 snin li ġejjin, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-ILO dwar id-Diskriminazzjoni fir-Rigward tal-Impjiegi u x-Xogħol, 1958 (Nru 111), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri effettivi ta' integrazzjoni tar-Rom fl-Istati Membri u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2016 dwar l-aċċelerazzjoni tal-proċess ta' integrazzjoni tar-Rom u tat-13 ta' Ottubru 2016 dwar ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 14/2016, |
|
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Ġunju 2011 dwar il-kura u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-integrazzjoni tar-Rom (COM(2010)0133, COM(2012)0226, COM(2013)0454, COM(2015)0299, COM(2016)0424), inkluża l-Komunikazzjoni dwar “Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom fl-2020” (COM(2011)0173), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ: tliet snin wara” (COM(2016)0646), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/112/EU tal-20 ta' Frar 2013 dwar “L-investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Rom (6), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2015 fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tar-Rom – l-anti-Żingariżmu fl-Ewropa u r-rikonoxximent, min-naħa tal-UE, tal-jum ta' tifkira tal-ġenoċidju tar-Rom matul it-Tieni Gwerra Dinjija (7), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2015 (8), b'mod partikolari l-paragrafi 117-122 dwar id-drittijiet tar-Rom, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-2016 tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istħarriġ EU-MIDIS I u II tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali u stħarriġ u rapporti oħra dwar ir-Rom, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 14/2016 tal-Qorti tal-Awdituri dwar inizjattivi ta' politika u appoġġ finanzjarju tal-UE għall-integrazzjoni tar-Rom: sar progress sinifikanti fl-aħħar għaxar snin, iżda sforzi addizzjonali huma meħtieġa fil-prattika, |
|
— |
wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-Ewrobarometru “Id-Diskriminazzjoni fl-UE fl-2015”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u, fost affarijiet oħra, il-pjan ta' azzjoni tagħha dwar it-titjib tas-sitwazzjoni tar-Rom u tas-Sinti fiż-żona tal-OSKE, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' sorveljanza u tas-soċjetà ċivili, primarjament dawk taċ-Ċentru Ewropew għad-Drittijiet tar-Rom, Fundación Secretariado Gitano, OSF, ERGO u Amnesty International, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dokument ta' referenza dwar l-anti-Żingariżmu tal-Alleanza Kontra l-Anti-Żingariżmu (Alliance against Anti-Gypsyism), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport taċ-Ċentru għall-Istudji Politiċi Ewropej dwar “Combating Institutional Anti-Gypsyism: Responses and promising practices in the EU and selected Member States” (Il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu istituzzjonali: tweġibiet u prattiki promettenti fl-UE u fi Stati Membri magħżula), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Istitut Ewropew għall-Arti u l-Kultura Rom (ERIAC) li għadu kif twaqqaf f'Berlin u li għandu l-għan li jistabbilixxi l-preżenza artistika u kulturali tat-12-il miljun persuna Rom fl-Ewropa, jippermetti l-awto-espressjoni tagħhom u, permezz ta' dan, jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0294/2017), |
|
A. |
billi r-Rom għadhom qed jiġu mċaħħda mid-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa; |
|
B. |
billi r-Rom huma parti mill-kultura u l-valuri tal-Ewropa u kkontribwew għar-rikezza kulturali, id-diversità, l-ekonomija u l-istorja komuni tal-UE, |
|
C. |
billi “l-anti-Żingariżmu huwa forma speċifika ta' razziżmu, ideoloġija bbażata fuq is-superjorità razzjali, forma ta' diżumanizzazzjoni u razziżmu istituzzjonali li jieħdu s-saħħa tagħhom minn diskriminazzjoni storika, li hija espressa, fost l-oħrajn, permezz tal-vjolenza, id-diskors ta' mibegħda, l-isfruttament, l-istigmatizzazzjoni u l-aktar forma sfaċċata ta' diskriminazzjoni” (9); |
|
D. |
billi, minkejja l-isforzi fil-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali, l-anti-Żingariżmu persistenti u strutturali (10) jista' jiġi osservat ta' kuljum fil-livelli kollha tas-soċjetà Ewropea madwar l-Ewropa kollha, u jimmanifesta ruħu, pereżempju, f'abbandun individwali u istituzzjonali, diskriminazzjoni, inugwaljanza, tnaqqis ta' awtonomija, denigrazzjoni, aljenazzjoni u tfigħ inġust tal-ħtija, stigmatizzazzjoni, diskors ta' mibegħda, u f'li r-Rom jisfaw vittmi ta' vjolenza, faqar estrem u esklużjoni soċjali profonda; billi l-anti-Żingariżmu qed jiżdied u l-partiti politiċi jiggwadanjaw fil-popolarità billi jesprimu sentimenti li huma sfaċċatament kontra r-Rom; |
|
E. |
billi jistgħu jiġu identifikati forom differenti ta' anti-Żingariżmu fil-ħidma u fil-funzjonament tal-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet pubbliċi kważi fl-isferi u fil-livelli kollha fl-Istati Membri, u dan jimmanifesta ruħu l-aktar ta' spiss fin-nuqqas li r-Rom jingħataw aċċess indaqs jew kwalunkwe aċċess għall-utilitajiet u s-servizzi pubbliċi, iċ-ċaħda ta' drittijiet u trattament indaqs, l-ommissjoni tal-persuni Rom mit-tfassil ta' politika u l-proċessi ta' produzzjoni tal-għarfien, is-sottorappreżentanza tagħhom f'korpi uffiċjali fil-livelli kollha tas-soċjetà, il-ħolqien ta' programmi diskriminatorji u l-użu ħażin tal-opportunitajiet ta' finanzjament għat-titjib tal-ħajjiet tar-Rom; |
|
F. |
billi jista' saħansitra jiġi osservat anti-Żingariżmu involontarju fil-funzjonament tal-istituzzjonijiet tal-UE, peress li bosta programmi u fondi tal-UE li jista' jkollhom impatt pożittiv fuq il-kundizzjonijiet ta' għajxien u l-prospetti tal-ħajja tar-Rom ma jaslulhomx jew simbolikament jiddeżinjaw lir-Rom bħala wieħed mill-benefiċjarji tagħhom iżda ma jikkunsidrawx ir-realtajiet tagħhom u d-diskriminazzjoni li jiffaċċjaw; |
|
G. |
billi l-anti-Żingariżmu, minkejja li jista' ma jkunx konxju, jista' jintwera fl-acquis tal-UE, li sikwit jonqos milli jqis ir-realtajiet u l-isfidi tar-Rom, li, minħabba d-diskriminazzjoni li ġew sottomessi għaliha għal sekli sħaħ, ma jistgħux igawdu l-istess drittijiet u opportunitajiet, u l-istess livell ta' protezzjoni mogħti mill-acquis tal-UE liċ-ċittadini l-oħra tal-UE; |
|
H. |
billi hemm trattament paternalistiku persistenti fil-konfront tar-Rom, perċettibbli kemm fil-lingwa kif ukoll fl-azzjonijiet fis-soċjetà tagħna, li jenfasizza biss il-ħtieġa għall-“inklużjoni” jew l-“integrazzjoni” tar-Rom, meta, fil-fatt, hemm bżonn bidla fundamentali fl-approċċ; billi jeħtieġ jiġi żgurat l-aċċess tagħhom għad-drittijiet fundamentali u ċ-ċittadinanza, kif ukoll it-tgawdija sħiħa tagħhom; |
|
I. |
billi kontinwament issir referenza għar-Rom bħala poplu vulnerabbli, meta, fir-realtà, il-fatt li r-Rom jiġu mċaħħda mid-drittijiet tal-bniedem inaljenabbli tagħhom u mit-trattament u l-aċċess indaqs għall-assistenza soċjali, is-servizzi, l-informazzjoni, il-ġustizzja, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-impjieg, eċċ, jissuġġerixxi li huma l-istrutturi stabbiliti u mantnuti minn dawk fil-poter li huma diskriminatorji, u li jirrendu lir-Rom vulnerabbli; billi dan juri li l-awtoritajiet rilevanti injoraw ir-responsabbiltajiet tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tal-bniedem; |
L-appartenenza u l-parteċipazzjoni
|
1. |
Jenfasizza li sabiex jiġi miġġieled il-kunsens soċjetali subkonxju li jwassal għall-esklużjoni tar-Rom, jiġu miġġielda d-diskriminazzjoni u l-esklużjoni soċjali tagħhom, u jinqerdu l-istereotipi maħluqa u msaħħa permezz tal-letteratura popolari, il-midja, l-arti u l-lingwa matul is-sekli, huwa essenzjali li s-soċjetajiet inġenerali jiġu edukati dwar id-diversità tar-Rom, l-istorja u l-kultura tagħhom, u l-firxa u s-severità tal-anti-Żingariżmu li jiffaċċjaw fil-ħajja ta' kuljum; jistieden lill-Istati Membri, f'dan il-kuntest, jassumu responsabbiltà sħiħa għaċ-ċittadini Rom tagħhom u jniedu kampanji ta' sensibilizzazzjoni u sensitizzazzjoni intersezzjonali fit-tul; |
|
2. |
Iqis li l-parteċipazzjoni soċjali, ekonomika, politika u kulturali attiva u sinifikanti tar-Rom hija fundamentali fl-indirizzar effettiv tal-anti-Żingariżmu u fil-ħolqien tal-fiduċja reċiproka meħtieġa ħafna għall-benefiċċju tas-soċjetà kollha; jinnota r-responsabbiltà konġunta tal-Kummissjoni u l-Istati Membri f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għaldaqstant, ifasslu strateġiji li jinkludu miżuri kemm proattivi kif ukoll reattivi abbażi ta' konsultazzjonijiet reali u sistematiċi ma' rappreżentanti tar-Rom u NGOs, u jinvolvuhom fit-tmexxija, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' programmi u proġetti integrati mnedija fil-livelli kollha, inkluż fil-livell lokali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-ħolqien ta' organizzazzjonijiet ċivili u istituzzjonijiet pubbliċi Rom indipendenti u l-awtonomizzazzjoni ta' tmexxija Rom żagħżugħa u progressiva; |
Ir-rikonċiljazzjoni u l-bini tal-fiduċja
|
3. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, bil-ħsieb li tinħoloq il-fiduċja reċiproka essenzjali, twaqqaf kummissjoni għall-verità u r-rikonċiljazzjoni fil-livell tal-UE (fi ħdan strutturi eżistenti jew bħala korp separat) li tirrikonoxxi l-persekuzzjoni, l-esklużjoni u l-abbandun tar-Rom tul is-sekli, tiddokumentahom f'White Paper uffiċjali u tikkollabora mal-Parlament Ewropew u ma' esperti Rom fit-twettiq ta' dawn il-kompiti; |
|
4. |
Jistieden lill-Istati Membri joħolqu (fi ħdan l-istrutturi eżistenti jew bħala korp separat) kummissjonijiet għall-verità u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali li jirrikonoxxu l-persekuzzjoni, l-esklużjoni u l-abbandun tar-Rom tul is-sekli waqt li jinvolvu membri parlamentari, uffiċjali tal-gvern, avukati, rappreżentanti tar-Rom, NGOs u organizzazzjonijiet lokali u jiddokumentaw dawn il-kwistjonijiet f'White Paper uffiċjali, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jinkludu l-istorja tar-Rom fil-kurrikuli fl-iskejjel; |
|
5. |
Jistieden lill-Istati Membri jikkommemoraw il-vittmi tal-Olokawst tar-Rom, jiddedikaw it-2 ta' Awwissu bħala Jum ta' Tifkira tal-Olokawst tar-Rom u jagħtu restituzzjoni xierqa u immedjata lis-superstiti tal-Olokawst permezz ta' proċedura simplifikata, akkumpanjata minn kampanja ta' sensibilizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu lill-vittmi Rom fil-kommemorazzjonijiet tagħhom fis-27 ta' Jannar ta' kull sena biex jitfakkar il-Jum ta' Tifkira tal-Olokawst u jorganizzaw korsijiet ta' taħriġ volontarju għall-ħaddiema taċ-ċivil dwar l-Olokawst tar-Rom; |
It-twettiq ta' kontrolli tal-prestazzjoni
|
6. |
Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li, waqt li fl-Istati Membri qed jiġu implimentati diversi programmi mmirati, il-biċċa l-kbira tal-programmi prinċipali, fosthom dawk koperti mill-Fondi Strutturali, jonqsu milli jilħqu lil dawk l-aktar żvantaġġati, b'mod partikolari r-Rom; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri, għalhekk, tivverifika l-prestazzjoni tal-programmi tal-UE, bħalma huma l-programmi tal-edukazzjoni u tal-impjiegi, pereżempju Erasmus+ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI), b'mod aktar dettaljat u fuq bażi regolari; |
|
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni:
|
|
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri:
|
|
9. |
Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-koordinazzjoni fost l-awtoritajiet lokali u nazzjonali biex jeliminaw l-ostakli amministrattivi u politiċi u jużaw il-fondi tal-UE b'mod effikaċi sabiex itejbu s-sitwazzjoni tal-persuni Rom, b'mod partikolari t-tfal; |
|
10. |
Ifakkar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2013 li ssostni li l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar u d-diskriminazzjoni, inkluża, fost l-oħrajn, l-integrazzjoni soċjoekonomika ta' komunitajiet emarġinati bħar-Rom, għandha tiġi ffaċilitata bl-allokazzjoni ta' mill-inqas 20 % tar-riżorsi totali tal-FSE f'kull Stat Membru għall-investiment fin-nies; |
L-iżgurat ta' drittijiet indaqs u l-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu permezz tat-taħriġ
|
11. |
Ifakkar li d-drittijiet tal-minoranzi u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni jiffurmaw parti integrali mid-drittijiet fundamentali, u li bħala tali jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-valuri tal-UE li għandhom jiġu rispettati f'konformità mal-Artikolu 2 tat-TUE; ifakkar li l-UE tista' tieħu azzjoni jekk ikun hemm riskju ċar ta' ksur serju ta' dawk il-valuri min-naħa ta' Stat Membru, f'konformità mal-Artikolu 7 tat-TUE; |
|
12. |
Jistieden lill-Istati Membri, abbażi tar-rapporti allarmanti tal-NGOs u tal-organizzazzjonijiet ta' sorveljanza:
|
|
13. |
Jistieden lill-Kummissjoni tgħin lill-Istati Membri fit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-direttivi dwar it-trattament indaqs u tkompli tiftaħ proċedimenti ta' ksur kontra l-Istati Membri kollha, mingħajr eċċezzjoni, li jiksru, jew li jonqsu milli jittrasponu jew jimplimentaw direttivi dwar it-trattament indaqs, bħad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali (2000/43/KE), id-Direttiva dwar il-Moviment Liberu u r-Residenza (2004/38/KE) (11), id-Direttiva għad-Drittijiet tal-Vittmi (2012/29/UE), id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill (2008/913/ĠAI) dwar ir-razziżmu u l-ksenofobija, id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva(2010/13/EU) (12), kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill dwar it-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa (2004/113/KE) (13) u dik dwar it-trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol (2000/78/KE); |
|
14. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill itemmu l-imblokk u jerġgħu jibdew in-negozjati dwar id-Direttiva kontra d-Diskriminazzjoni; |
|
15. |
Jikkundanna l-fatt li ċerti Stati Membri jiċħdu l-inugwaljanza taċ-ċittadini Rom tagħhom, in-nuqqas ta' rieda politika tagħhom li jirrimedjaw in-nuqqas li jiżguraw l-aċċess tal-poplu Rom għad-drittijiet fundamentali u għat-tgawdija tagħhom, u l-fatt li jitfgħu l-ħtija fuqhom għall-esklużjoni soċjali tagħhom ikkawżata mir-razziżmu strutturali; |
|
16. |
Jistieden lill-Istati Membri:
|
|
17. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw il-ħidma tagħhom mal-NGOs biex jipprovdu l-aħjar taħriġ dwar kif jiġi miġġieled il-preġudizzju, kif ukoll dwar kampanji effikaċi ta' ġlieda kontra d-diskors ta' mibegħda permezz tal-immappjar tal-ħtiġijiet speċifiċi u t-talbiet tal-NGOs sħab f'dan ir-riġward; jistieden lill-Kummissjoni tniedi appell għall-monitoraġġ u r-rappurtar min-naħa tas-soċjetà ċivili fir-rigward tad-diskors ta' mibegħda, ir-reati ta' mibegħda u ċ-ċaħda tal-Olokawst fl-Istati Membri; |
|
18. |
Jistieden lill-President tiegħu jikkundanna u jissanzjona lill-Membri tal-PE li jużaw lingwaġġ diffamatorju, razzist jew ksenofobiku jew imġiba bħal din fil-Parlament; |
|
19. |
Jiddeplora l-ksur tad-dritt tar-Rom għall-moviment liberu; jistieden lill-Istati Membri jirrikonoxxu li l-prinċipji fundamentali tal-UE jridu japplikaw għaċ-ċittadini kollha tagħha, u li d-Direttiva dwar il-Moviment Liberu ma tippermettix tkeċċijiet kollettivi u kwalunkwe tip ta' tfassil ta' profili razzjali; jistieden lill-Istati Membri tal-oriġini jieħdu r-responsabbiltà tagħhom biex jiġġieldu l-faqar u l-esklużjoni taċ-ċittadini kollha tagħhom u jistieden ukoll lill-Istati Membri tal-wasla jżidu l-kooperazzjoni transfruntiera biex jiġġieldu d-diskriminazzjoni u l-isfruttament u jimpedixxu li l-esklużjoni tkompli fil-pajjiż tal-wasla; |
|
20. |
Jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw il-preġudizzju kontra r-rifuġjati u l-applikanti għal asil li jkunu Rom fil-kuntest tal-migrazzjoni; ifakkar li l-Istati Membri jirċievu applikanti għal asil mill-pajjiżi Balkani tal-Punent li, f'termini numeriċi, jikkonsistu f'ħafna Rom mis-Serbja u mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u li dan jista' jkun korrelatat mal-fatturi partikolari li jaffettwaw il-komunità Rom hemmhekk; jitlob l-inklużjoni ta' kapitolu speċifiku dwar il-persekuzzjoni minħabba l-anti-Żingariżmu fl-informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini fir-rigward tal-pajjiżi kkonċernati; |
|
21. |
Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar l-għadd ta' persuni Rom apolidi fl-Ewropa, li jirriżulta fiċ-ċaħda totali tal-aċċess tagħhom għas-servizzi soċjali, edukattivi u ta' kura tas-saħħa u b'hekk jiġu mbuttati sal-marġni tas-soċjetà; jistieden lill-Istati Membri jtemmu l-apolidija u jiżguraw it-tgawdija tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem għal kulħadd; |
|
22. |
Jistieden lill-Istati Membri jwettqu r-reġistrazzjoni tat-twelid mingħajr diskriminazzjoni u jiżguraw l-identifikazzjoni taċ-ċittadini kollha tagħhom sabiex jiġi evitat li l-persuni Rom jiġu mċaħħda mill-aċċess għas-servizzi bażiċi essenzjali kollha; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri korrettivi immedjati biex tintemm ir-reġistrazzjoni diskriminatorja tat-twelid u, permezz tal-awtoritajiet lokali tagħhom, jieħdu passi attivi f'dan ir-rigward sabiex jiġi żgurat li kull tifel u tifla jiġu reġistrati; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta u twettaq monitoraġġ tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri, tikkondividi l-aħjar prattiki dwar l-identifikazzjoni u l-protezzjoni ta' persuni li ċ-ċittadinanza tagħhom ma tkunx ġiet rikonoxxuta u li m'għandhomx aċċess għal dokumenti ta' identità, u tniedi kampanji ta' sensibilizzazzjoni dwar l-importanza tar-reġistrazzjoni tat-twelid; |
|
23. |
Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar l-inugwaljanzi fl-aċċess tar-Rom għall-informazzjoni, is-servizzi u l-kura tas-saħħa, kif ukoll in-nuqqas serju ta' karti tal-assigurazzjoni tas-saħħa fost ir-Rom u l-abbuż razzjali li jġarrbu; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri effettivi biex ineħħu kwalunkwe ostaklu għall-aċċess għas-sistema tal-kura tas-saħħa; jitlob lill-Istati Membri jiżguraw, fejn meħtieġ, finanzjament għall-programmi ta' medjatur tal-kura tas-saħħa għar-Rom, iżidu s-sensibilizzazzjoni għall-kura tas-saħħa u jtejbu l-aċċess għat-tilqim u l-kura tas-saħħa preventiva fil-komunitajiet Rom; |
|
24. |
Jinsab allarmat mid-diskriminazzjoni tan-nisa Rom, li sikwit jitqiegħdu fi swali tal-maternità segregati u ta' standard baxx, u jiffaċċjaw abbuż fiżiku, traskuraġni, maltrattament jew trattament inadegwat min-naħa tal-persunal mediku meta jippruvaw jagħmlu użu minn servizzi tas-saħħa sesswali jew riproduttiva, u li sikwit ma jkollhomx aċċess għal skrinjar tas-saħħa mobbli; iħeġġeġ lill-Istati Membri joħolqu mekkaniżmu korrettiv u ta' monitoraġġ għal dan l-għan immedjatament, u jiżguraw li l-persunal mediku li jikser l-etika jinżamm responsabbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-isforzi biex irawmu bini ta' kapaċità sostenibbli u komprensiv fost in-nisa Rom, joħolqu strutturi speċjalizzati bħal punti tal-ikklerjar sabiex jipprovdu materjal ta' informazzjoni dwar is-saħħa mfassal apposta, u jipprovdu l-appoġġ meħtieġ għall-inizjattivi għas-saħħa tal-komunità; |
|
25. |
Jistieden lill-Istati Membri jagħtu prijorità lit-tfal waqt l-implimentazzjoni tal-qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali dwar ir-Rom, b'mod partikolari billi jipprovdu aċċess għas-servizzi tas-saħħa, kundizzjonijiet ta' għajxien dinjitużi u aċċess għall-edukazzjoni għat-tfal Rom; jenfasizza li l-ġlieda kontra l-illitteriżmu fost it-tfal Rom hija fundamentali għat-titjib fl-integrazzjoni u l-inklużjoni tal-persuni Rom, u dan jippermetti li l-ġenerazzjonijiet li jmiss itejbu l-aċċess tagħhom għall-impjieg; |
|
26. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkundannaw l-isterilizzazzjoni furzata u jipprovdu kumpens għan-nisa Rom li jkunu ġew soġġetti għal sterilizzazzjoni sistemika u appoġġjata mill-istat, u jagħmlu apoloġija pubblika lill-vittmi ta' dan id-delitt kontra l-umanità; |
|
27. |
Jinsab profondament allarmat mill-fenomenu tat-tneħħija illegali tat-tfal Rom minn mal-ġenituri tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jinvestigaw dawn il-każijiet mingħajr dewmien u jieħdu miżuri xierqa sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet bħal dawn; |
|
28. |
Jikkundanna l-fatt li l-Istati Membri naqsu milli jiżguraw li l-persuni Rom ikollhom aċċess indaqs għall-ġustizzja u l-ugwaljanza tagħhom quddiem il-liġi fl-għamla ta':
|
|
29. |
Jistieden lill-Istati Membri:
|
|
30. |
Jistieden lill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) ikompli jagħti taħriġ fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u s-sensitizzazzjoni intersezzjonali relatata tal-pulizija; |
|
31. |
Jinsab imħasseb ħafna dwar id-diskriminazzjoni mifruxa kontra r-Rom fil-qasam tal-akkomodazzjoni kkaratterizzat minn suq tal-kiri u tas-sjieda tal-proprjetà diskriminatorji, u sistema ta' akkomodazzjoni soċjali diskriminatorja, evizzjonijiet u demolizzjonijiet furzati tad-djar tar-Rom mingħajr il-forniment ta' akkomodazzjoni alternattiva adegwata, it-tqegħid tar-Rom f'kampijiet segregati u xelters ta' emerġenza maqtugħin mis-servizzi bażiċi, il-bini ta' ħitan madwar l-insedjamenti Rom, u n-nuqqas tal-awtoritajiet pubbliċi milli jiżguraw l-aċċess sħiħ ta' kuljum tal-persuni Rom għal ilma tal-vit tajjeb għax-xorb u għas-sistemi tad-drenaġġ; |
|
32. |
Jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri effettivi biex jiżguraw it-trattament indaqs tar-Rom fl-aċċess għall-akkomodazzjoni u jagħmlu użu sħiħ mill-fondi tal-UE biex itejbu s-sitwazzjoni tal-akkomodazzjoni tar-Rom, b'mod partikolari billi jippromwovu d-desegregazzjoni, jeliminaw kwalunkwe segregazzjoni spazjali u jippromwovu l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità u investiment territorjali integrat appoġġjat mill-FSIE; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw l-aċċess għall-utilitajiet pubbliċi, bħall-ilma, l-elettriku u l-gass, kif ukoll l-infrastruttura għall-akkomodazzjoni f'konformità mar-rekwiżiti legali nazzjonali; |
|
33. |
jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-kompetenza tagħha fil-kuntest tal-iżgumbramenti furzati motivati mir-razziżmu; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-evizzjonijiet furzati jkunu f'konformità sħiħa mal-liġi tal-Unjoni kif ukoll ma' obbligi internazzjonali oħra tad-drittijiet tal-bniedem, bħal dawk li joħorġ mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jitlob, barra minn hekk, żieda fl-għadd u d-disponibbiltà ta' esperti tad-desegregazzjoni fl-Istati Membri li huma l-aktar ikkonċernati sabiex jingħata appoġġ lill-awtoritajiet biex jiżguraw li l-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej jippromwovu d-desegregazzjoni b'mod effettiv, u jitlob li jiġu allokati fondi mill-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FSE-FEŻR) għal miżuri ta' desegregazzjoni spazjali; |
|
34. |
Jilqa' l-inizjattivi proattivi li jfittxu li jtejbu s-sitwazzjoni tal-akkomodazzjoni tar-Rom fl-ibliet; jirrikonoxxi l-inizjattiva tal-Eurocities li tiġbor l-evidenza permezz ta' eżerċizzju ta' mmappjar li jesplora l-karatteristiċi tal-komunitajiet Rom li jgħixu fl-ibliet, l-isfidi li jiffaċċjaw u r-reazzjonijiet tal-ibliet fil-konfront tagħhom, |
|
35. |
Jiddeplora s-segregazzjoni skolastika persistenti, inkluża r-rappreżentanza żejda ta' tfal Rom fi “skejjel speċjali”, skejjel għar-Rom biss, klassijiet separati, skejjel “kontejners”, eċċ.; jistieden lill-Istati Membri jfasslu u jieħdu miżuri ta' desegregazzjoni skolastika speċifiċi u miżuri effikaċi oħra biex jiżguraw trattament indaqs u aċċess sħiħ għat-tfal Rom għal edukazzjoni ġenerali u ta' kwalità għolja u jiżguraw li t-tfal Rom kollha jtemmu, tal-inqas, l-edukazzjoni obbligatorja; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza li jiġu esplorati r-raġunijiet tat-tluq bikri mill-iskola, b'mod partikolari r-rwol tal-anti-Żingariżmu f'dan il-fenomenu; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri, barra minn hekk, jesploraw modi ġodda biex jingħalaq id-distakk edukattiv eżistenti permezz tat-tagħlim għall-adulti, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u t-tagħlim informali u mhux formali; jinsisti li dan għandu jsir filwaqt li tingħata attenzjoni wkoll għad-diskriminazzjoni intersezzjonali, bl-involviment ta' esperti Rom u medjaturi tal-iskejjel, u jiġu żgurati riżorsi adegwati għal dawn il-miżuri; |
|
36. |
Iqis allarmanti u inaċċettabbli d-diskriminazzjoni tar-Rom fil-qasam tal-impjieg, l-aktar ta' sikwit ikkaratterizzata minn qgħad fit-tul, kuntratti ta' żero sigħat, kundizzjonijiet ta' impjieg prekarji li huma nieqsa minn assigurazzjoni medika jew soċjali jew pensjonijiet, ostakli għas-suq tax-xogħol (li jeżistu anki għar-Rom b'edukazzjoni terzjarja) u n-nuqqas ta' possibbiltajiet ta' taħriġ mill-ġdid; iħeġġeġ lill-Istati Membri, għaldaqstant, jieħdu miżuri effikaċi biex jiżguraw it-trattament indaqs tar-Rom fl-aċċess għas-suq tax-xogħol u l-opportunitajiet ta' impjieg u jeqirdu ostakli diretti u indiretti, inkluża d-diskriminazzjoni; |
|
37. |
Jitlob lill-Istati Membri jikkollaboraw mas-settur privat biex jappoġġjaw opportunitajiet ta' taħriġ, impjieg u negozju għar-Rom, speċjalment fis-setturi teknoloġiċi li qed jikbru; jistieden lill-Istati Membri jesploraw b'mod ambizzjuż kif it-teknoloġiji l-ġodda jistgħu jassistu u jikkontribwixxu għall-inklużjoni soċjali u ekonomika tar-Rom u għall-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu; jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp reġjonali għall-ħolqien ta' opportunitajiet sostenibbli ta' impjieg fir-reġjuni l-inqas żviluppati; |
|
38. |
Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu politiki li taw prova ta' impatt pożittiv sinifikanti, bħat-taħriġ vokazzjonali u fuq il-post tax-xogħol, servizzi ta' konsulenza individwali, impjieg indipendenti, intraprenditorija soċjali u programmi tal-ewwel esperjenza ta' xogħol, sabiex titrawwem il-parteċipazzjoni tar-Rom fis-suq tax-xogħol u tiġi evitata t-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-faqar fil-komunitajiet Rom; |
|
39. |
Jikkundanna l-forom numerużi u inkroċjati ta' diskriminazzjoni kontra r-Rom, li sikwit ikunu mgħottija jew moħbija; jisħaq li l-politiki mmirati lejn bażi waħda ta' diskriminazzjoni għandhom jagħtu attenzjoni lis-sitwazzjoni ta' gruppi speċifiċi li x'aktarx jisfaw vittmi ta' diskriminazzjoni fuq diversi livelli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni speċjali lit-titjib tal-livell edukattiv, il-parteċipazzjoni, l-aċċess għall-impjiegi, l-akkomodazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni fil-każ tar-Rom li jiffaċċjaw diskriminazzjoni intersezzjonali u fuq diversi livelli, u jħeġġiġhom jinkludu programmi speċifiċi għalihom fil-Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom wara l-2020; |
|
40. |
Jinnota bi tħassib li n-nisa Rom huma esposti għal diskriminazzjoni intersezzjonali u fuq diversi livelli, għax huma nisa u għax jappartjenu għall-grupp ta' minoranza etnika tar-Rom u għaldaqstant isibu ruħhom f'pożizzjoni żvantaġġata meta jiġu biex jipparteċipaw fis-soċjetà fil-livelli kollha u biex jiksbu aċċess għal servizzi u riżorsi bażiċi; jenfasizza li d-diskriminazzjoni hija saħansitra aktar akuta għan-nisa u l-bniet Rom li m'għandhomx dokumenti tal-identità; jenfasizza li t-tijib tas-sitwazzjoni tan-nisa u l-bniet Rom tirrikjedi politiki nondiskriminatorji speċifiċi u mmirati li jippermettu aċċess indaqs għall-impjieg u l-edukazzjoni, inkluż it-tagħlim tul il-ħajja, u li jiżguraw akkomodazzjoni ta' kwalità, li hija kruċjali għat-titjib tal-kundizzjonijiet ta' għajxien tagħhom u għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni; |
|
41. |
Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li fl-Istrateġiji Nazzjonali tagħhom għall-Integrazzjoni tar-Rom ikun hemm kapitolu speċifiku dwar id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi, u li jiġu applikati miżuri ta' integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri f'kull taqsima tagħhom, b'mod partikolari fl-allokazzjoni tal-fondi, f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom li jitolbu l-applikazzjoni ta' perspettiva tal-ġeneri fil-politiki u l-azzjonijiet kollha għall-avvanz tal-inklużjoni tar-Rom; jistieden lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali jinvolvu lin-nisa Rom fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom; jenfasizza l-ħtieġa ta' data diżaggregata skont il-ġeneru li għandha tiġi miġbura sistematikament u analizzata regolarment, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jevalwaw jekk il-politiki jkunux qed iġibu t-titjib mixtieq għan-nisa u l-bniet Rom, u jieħdu azzjoni jekk ikun hemm nuqqas ta' progress; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-implimentazzjoni tal-aspetti kollha tal-Istrateġija Ewropa 2020 f'konformità mal-Istrateġija għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel 2010-2015; |
|
42. |
Jistieden lill-Istati Membri jqisu l-isfidi partikolari li jħabbtu wiċċhom magħhom in-nisa u l-bniet Rom b'rabta maż-żwieġ bikri u furzat u ma' attakki fuq l-integrità fiżika tagħhom, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu u jappoġġjaw il-ġbir u t-tixrid tad-dejta dwar miżuri legali u oħrajn meħuda fil-livell nazzjonali biex jimpedixxu u jiġġieldu l-vjolenza fil-konfront tan-nisa u l-bniet Rom; |
|
43. |
Jinkoraġġixxi lin-negozji u lill-awtoritajiet lokali joħolqu skemi ta' taħriġ u opportunitajiet ta' xogħol għan-nisa Rom; |
|
44. |
Jistieden lill-gvernijiet jinkoraġġixxu u jappoġġjaw il-parteċipazzjoni effettiva tan-nisa Rom fil-ħajja pubblika u politika; |
|
45. |
Iqis li l-korpi ta' ugwaljanza huma essenzjali biex jinfurmaw lir-Rom dwar id-drittijiet tagħhom, jgħinuhom fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom u jirrappurtaw id-diskriminazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu standards li jiżguraw setgħat u riżorsi adegwati għall-korpi ta' ugwaljanza biex iwettqu monitoraġġ u jaġixxu f'każijiet ta' anti-Żingariżmu; jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw il-ħidma u l-kapaċità istituzzjonali tal-korpi ta' ugwaljanza għall-promozzjoni tat-trattament indaqs billi jagħtuhom riżorsi adegwati biex ikunu jistgħu jipprovdu assistenza legali u ġudizzjarja effikaċi u jsaħħu l-ħidma tagħhom bl-għajnuna ta' konsulenti legali biex jiffaċilitaw ir-rappurtar ta' abbużi; |
|
46. |
Jinsab imħasseb dwar il-livell baxx ta' parteċipazzjoni tal-persuni Rom bħala interlokuturi mal-gvernijiet lokali, reġjonali u nazzjonali jew bħala rappreżentanti eletti f'tali gvernijiet u dwar il-fatt li l-gvernijiet naqsu milli jiggarantixxu li r-Rom jeżerċitaw ċittadinanza sħiħa; jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tas-soċjetà ċivili f'dan ir-rigward; jitlob kooperazzjoni usa' fost l-awtoritajiet nazzjonali u lokali kkonċernati, l-UE, il-Kunsill tal-Ewropa u l-NGOs; jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet u l-partiti politiċi tal-UE u tal-Istati Membri jippromwovu l-parteċipazzjoni politika u l-awtonomizzazzjoni tar-Rom u r-reklutaġġ tagħhom fl-amministrazzjonijiet pubbliċi; jitlob programmi ta' awtonomizzazzjoni għar-Rom, inklużi programmi mmirati biex iżidu u jiżguraw il-parteċipazzjoni fit-tul tar-Rom minn perspettiva intersezzjonali bħala rappreżentanti tal-gvernijiet lokali, reġjonali u nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni biex jiżguraw li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tan-nisa Rom fit-tfassil tal-politika u t-teħid tad-deċiżjonijiet; |
|
47. |
Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu korsijiet ta' taħriġ obbligatorji, prattiċi u intersezzjonali relatati mad-drittijiet fundamentali u n-nondiskriminazzjoni lill-uffiċjali pubbliċi kollha, li għandhom responsabbiltajiet x'jassumu u li għandhom rwol prinċipali fl-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-UE u tal-Istati Membri, sabiex ikunu mgħammra bl-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex ikunu jistgħu jaqdu liċ-ċittadini kollha minn perspettiva bbażata fuq id-drittijiet tal-bniedem; |
|
48. |
Jistieden lill-Istati Membri, fid-dawl tas-setgħa li għandha l-midja li tinfluwenza l-perċezzjoni tal-minoranzi etniċi min-naħa tal-pubbliku:
|
|
49. |
Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri – sabiex l-anti-Zingariżmu jieqaf darba għal dejjem – jinkludu korsijiet ta' taħriġ obbligatorji fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, iċ-ċittadinanza demokratika u l-litteriżmu politiku fil-kurrikuli tal-iskejjel fil-livelli kollha sabiex tintemm l-insikurezza tal-identità tal-persuni Rom u tissaħħaħ il-fiduċja tagħhom fihom infushom u l-kapaċità li jeżerċitaw u jitolbu l-ugwaljanza fir-rigward ta' drittijiethom; |
|
50. |
Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar it-tnaqqis li qed isir fis-settur pubbliku, li affettwa drammatikament l-attivitajiet tal-Istat kif ukoll tal-NGOs iffinanzjati mill-Istat fil-promozzjoni tal-ugwaljanza għall-persuni Rom u llimita l-firxa ta' dawn il-proġetti; jenfasizza li l-Istat u l-istituzzjonijiet tiegħu għandhom rwol fundamentali fil-promozzjoni tal-ugwaljanza, li ma jistax jiġi sostitwit; |
Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom
|
51. |
Jinnota bi tħassib li l-isforzi u l-mezzi finanzjarji li ġew investiti, kif ukoll id-diversi programmi u fondi Ewropej u nazzjonali li indirizzaw il-komunità Rom, ma kkontribwewx b'mod sinifikanti għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom u ma mexxewx 'il quddiem l-integrazzjoni tar-Rom, b'mod partikolari fil-livell lokali; jistieden lill-Istati Membri, għalhekk, għall-fini tal-ġlieda kontra l-emarġinazzjoni, id-diskriminazzjoni u l-esklużjoni tar-Rom, u bil-ħsieb li jitmexxa 'l quddiem il-proċess ta' integrazzjoni tar-Rom u l-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu:
|
Il-prijoritizzazzjoni tal-anti-Żingariżmu għat-titjib tal-istrateġija ta' wara l-2020
|
52. |
Jilqa' l-isforzi li saru, u l-firxa wiesgħa ta' mekkaniżmi u fondi utli żviluppati mill-Kummissjoni biex titrawwem l-inklużjoni soċjali u ekonomika tar-Rom u l-fatt li din varat Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom sal-2020, li jistieden lill-Istati Membri jadottaw strateġiji nazzjonali; |
|
53. |
Jistieden lill-Kummissjoni:
|
|
54. |
Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jinkorporaw id-drittijiet tar-Rom fil-kuntest tar-relazzjonijiet esterni; jinsisti bil-qawwa fuq il-bżonn tal-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu u l-promozzjoni tad-drittijiet tar-Rom fil-pajjiżi kandidati u potenzjalment kandidati; |
|
55. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw u jxerrdu attivament id-definizzjoni operattiva ta' anti-Żingariżmu mogħtija mill-ECRI sabiex l-awtoritajiet statali jingħataw gwida ċara; |
|
56. |
Jistieden lill-gruppi politiċi kollha fil-Parlament u lill-partiti politiċi kollha fl-Istati Membri jirrispettaw il-karta riveduta tal-partiti politiċi Ewropej għal soċjetà nonrazzista u jitlobhom iġeddu l-impenn tagħhom regolarment u jikkundannaw u jissanzjonaw id-diskors ta' mibegħda; |
|
57. |
Jistieden lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali tħejji studju dwar l-anti-Żingariżmu fl-UE u fil-pajjiżi kandidati, tiffoka fuq l-anti-Żingariżmu fil-ħidma tagħha dwar il-kwistjonijiet tar-Rom u tissorveljah fl-oqsma rilevanti kollha; |
o
o o
|
58. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati, lill-Kunsill tal-Ewropa u lin-Nazzjonijiet Uniti. |
(1) ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.
(2) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(3) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.
(4) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.
(5) ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55.
(6) ĠU C 4 E, 7.1.2011, p. 7; ĠU C 308 E, 20.10.2011, p. 73; ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 112; ĠU C 468, 15.12.2016, p. 36; ĠU C 468, 15.12.2016, p. 157.
(8) Testi adottati, P8_TA(2016)0485.
(9) Ir-Rakkomandazzjoni ta' Politika Ġenerali Nru 13 tal-ECRI dwar “Combating Anti-Gypsyism and Discrimination against Roma” (“Il-Ġlieda kontra l-Anti-Żingariżmu u d-Diskriminazzjoni kontra r-Rom”).
(10) Xi drabi l-anti-Żingariżmu jiġi definit b'mod differenti u fid-diversi Stati Membri tista' ssir referenza għalih b'terminu xi ftit differenti, bħal “Antiziganismus” (bil-Ġermaniż).
(11) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
(12) ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1.