20.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/176


P8_TA(2017)0331

L-ebda oġġeżżjoni għal att delegat: fondi taħt ġestjoni diretta fil-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mad-distribuzzjoni tal-fondi taħt ġestjoni diretta fost l-objettivi tal-Politika Marittima Integrata u l-Politika Komuni tas-Sajd (C(2017)03881 – 2017/2743(DEA))

(2018/C 337/29)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2017)03881),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-1 ta' Settembru 2017, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għas-Sajd lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 5 ta' Settembru 2017,

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(4) u 126(5) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għas-Sajd,

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, li skada fit-12 ta' Settembru 2017,

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1.

(2)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.