IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 22.11.2017
COM(2017) 800 final
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji għall-2018: Valutazzjoni Globali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 22.11.2017
COM(2017) 800 final
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji għall-2018: Valutazzjoni Globali
|
Sommarju Eżekuttiv Din il-Komunikazzjoni tiġbor fil-qosor il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-Abbozzi ta’ Pjanijiet Baġitarji (APB) għall-2018 ippreżentati minn tmintax-il Stat Membru taż-Żona tal-Euro (ŻE-18), li ma jinkludux il-Greċja, li hija taħt il-programm ta’ aġġustament makroekonomiku tal-MES). Il-Ġermanja u l-Awstrija ressqu pjanijiet ta’ l-ebda bidla fil-politika minħabba li l-gvernijiet tagħhom ma kellhomx setgħat baġitarji sħaħ fiż-żmien tas-sottomissjoni. Spanja ssottomettiet pjan ta’ l-ebda bidla fil-politika minħabba dewmien fil-proċess baġitarju. F'konformità mar-Regolament (UE) Nru 473/2013, il-Kummissjoni evalwat l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji u s-sitwazzjoni baġitarja kumplessiva u l-pożizzjoni fiskali fiż-Żona tal-Euro kumplessivament. Il-valutazzjoni globali tal-APB tal-2018 u l-pożizzjoni fiskali aggregata għaż-Żona tal-Euro jistgħu jiġu mqassra kif ġej: 1.L-Istati Membri u l-Kummissjoni rrevedew sostanzjalment il-projezzjonijiet tat-tkabbir ‘il fuq mir-rebbiegħa ‘l hawn. Bl-ekonomija li qed tikber aktar mill-potenzjal tagħha, l-aggregat tal-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni qiegħed ikompli jonqos fl-2017 u mistenni li jkun pożittiv fl-2018. Madankollu, l-irkupru fiż-żona tal-euro huwa kkaratterizzat minn ċerti karatteristiċi atipiċi: l-inflazzjoni sottostanti kkontrollata u tkabbir fil-pagi li ma jirriflettix titjib fis-suq tax-xogħol kif ġie indikat mill-indikaturi standard tas-suq tax-xogħol, surplus fil-kont kurrenti u diskrepanza fl-investiment persistenti, għalkemm li qed tonqos. 2.Il-pjanijiet tal-Istati Membri jimplikaw li d-defiċit nominali aggregat kompla bit-tendenza li jonqos bis-saħħa ta’ titjib ċikliku. Skont it-tbassir tal-ħarifa tal-Kummissjoni tal-2017, id-defiċit taż-żona tal-euro jonqos minn 1.6 % tal-PDG fl-2016 għal 1.1 % fl-2017. Fl-2018, l-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-Istati Membri tirriżulta f’defiċit nominali ta’ 0.9 % tal-PDG fiż-żona tal-euro, li huwa kkonfermat ukoll mill-previżjoni tal-Kummissjoni. 3.L-implimentazzjoni tal-APB tnaqqas il-proporzjon tad-dejn fiż-żona tal-euro minn 88 % tal-PDG fl-2017 għal ftit aktar minn 86 % fl-2018, bis-saħħa tax-xejra pożittiva ċiklika u tal-kontinwità tar-rati ta’ interessi baxxi. Prima facie, il-Belġju u l-Italja m’humiex mistennija li jkunu konformi mal-valur referenzjarju għat-tnaqqis tad-dejn kemm fl-2017 kif ukoll fl-2018, skont it-tbassir tal-Kummissjoni. Dan huwa wkoll il-każ ta’ Franza li, f’każ ta’ korrezzjoni f’waqtha u sostenibbli tad-defiċit eċċessiv tagħha, issir suġġetta għar-regola tranżitorja tad-dejn mill-2018. 4.Wara titjib strutturali żgħir fl-2017, l-APB jikkorrispondi għal żieda żgħira fid-defiċit strutturali taż-żona tal-euro fl-2018, b’0.1 % tal-PDG, filwaqt li l-Programmi ta’ Stabilità l-aktar riċenti xorta ppjanaw titjib ta’ 0.2 % tal-PDG b’kollox. Il-Kummissjoni tipprojetta wkoll żieda ta’ 0.1 pp. fl-2018 għaż-żona tal-euro. Din iċ-ċifra taħbi madankollu differenzi sostanzjali bejn it-tbassir tal-Kummissjoni u l-APB tal-Istati Membri individwali. 5.Rigward il-kompożizzjoni tal-aġġustament fiskali, l-Istati Membri jipprojettaw tnaqqis moderat fil-proporzjon tan-nefqa aġġustat ċiklikament. Dan l-iżvilupp huwa xprunat minn tnaqqis fin-nefqa tal-imgħax (-0.1 % tal-PDG) kif ukoll min-nefqa primarja li qed tikber b’pass ftit iżjed baxx mit-tkabbir potenzjali. Gwadann mhux mistenni minn inqas nefqa fuq l-imgħax jenħtieġ li jintuża biex jitħaffef il-pass tat-tnaqqis tad-dejn. Huwa ppjanat li l-investiment pubbliku se jiżdied bi ftit fl-2018, wara tnaqqis stabbli bejn l-2010 u l-2016. Il-proporzjon tad-dħul huwa mistenni li jonqos minħabba miżuri li jnaqqsu d-dħul (-0.1 % tal-PDG) kif ukoll telf fid-dħul li jammonta għal -0.2 % tal-PDG. 6.Il-pożizzjoni fiskali taż-żona tal-euro, kif imkejla mill-bidla fil-bilanċ strutturali aggregat hija ġeneralment newtrali fl-2018. Meta mqabbla mal-bilanċ strutturali, il-punti tal-bilanċ strutturali primarji jindikaw pożizzjoni kemxejn aktar espansiva fl-2018, peress li ma tinkludix t-tnaqqis fin-nefqa fuq l-imgħax. Barra minn hekk l-isforz Diskrezzjonali Fiskali, indikatur li huwa qrib il-valur referenzjarju tan-nefqa tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, jindika pożizzjoni kemxejn aktar espansiva fl-2017 u l-2018, kemm skont l-APB u abbażi tat-tbassir tal-Kummissjoni. 7.Pożizzjoni fiskali ġeneralment newtrali fil-livell aggregat taż-żona tal-euro tidher xierqa fid-dawl tal-irkupru ekonomiku attwali fiż-żona tal-euro, li huwa kkaratterizzat minn ċerti karatteristiċi atipiċi, il-legat tad-dejn mill-kriżi u l-kalibrazzjoni mill-ġdid mistennija ta’ xiri ta’ assi mill-BĊE. 8.Is-sitwazzjoni aggregata taħbi differenzi konsiderevoli bejn l-Istati Membri, bi wħud minnhom jiffaċċjaw il-ħtieġa li jikkonsolidaw, filwaqt li oħrajn għandhom xi spazju fiskali. Approċċ differenzjat għall-politiki fiskali nazzjonali huwa għalhekk meħtieġ sabiex jiġu bbilanċjati l-objettivi li jistabbilizzaw l-ekonomija u jiżguraw is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi. 9.B’mod ġenerali, għad hemm differenzi kbar fil-pożizzjonijiet tal-Istati Membri fil-konfront tal-objettivi baġitarji ta' terminu medju (OTM) tagħhom. Skont it-tbassir tal-Kummissjoni, sitt Stati Membri taż-żona tal-euro laħqu (il-Litwanja) jew qabżu l-OTM tagħhom (Ċipru, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, Malta u n-Netherlands) fl-2017. Huma kollha mistennija jibqgħu hekk fl-2018, filwaqt li xi wħud minnhom huma mistennija li jużaw parti mill-ispazju fiskali tagħhom. Skont APB ta’ l-ebda bidla fil-politika, il-Ġermanja hija mistennija wkoll li tuża parti mill-ispazju fiskali tagħha. L-Irlanda hija mistennija li tilħaq l-OTM tagħha fl-2018 filwaqt li s-Slovakkja hija mistennija li tagħmel progress sostanzjali lejhom. Fl-istess ħin, għal xi Stati Membri li għadhom’ il bogħod milli jilħqu l-OTM tagħhom, it-tbassir tal-Kummissjoni ma jipprojetta l-ebda titjib maġġuri (Spanja, l-Italja, il-Portugall u s-Slovenja) jew saħansitra jistenna deterjorament tal-bilanċ strutturali (il-Belġju u Franza). Minbarra s-Slovenja, dawn huma wkoll l-Istati Membri li għandhom l-ogħla proporzjonijiet tad-dejn. 10.Bil-għan li jibbilanċja l-ħtiġijiet ta’ stabbilizzazzjoni mal-isfidi tas-sostenibbiltà possibbli, il-Kummissjoni tista’ teżerċita grad ta’ diskrezzjoni meta tivvaluta devjazzjoni mill-aġġustament fiskali meħtieġ. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-aġġustament fiskali li jiddevja minn dan ir-rekwiżit jista’ jitqies adegwat fil-każ tal-Italja u s-Slovenja, sakemm dawn jiżguraw b’mod effettiv tali aġġustament fiskali fl-2018. Madankollu, aġġustament tali ma jidhirx li rriżulta skont it-tbassir tal-Kummissjoni. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-pjanijiet tal-Istati Membri individwali tista' tiġi mqassra kif ġej: L-ebda APB għall-2018 ma nstab f’nuqqas partikolarment serju ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST). F’diversi każijiet, madankollu, il-Kummissjoni jirriżultalha li l-aġġustament fiskali ppjanat ma jissodisfax, jew jirriskja li ma jissodisfax, dak li hu meħtieġ mill-PST.
- għal ħames pajjiżi (l-Estonja, l-Irlanda, Ċipru, Malta u s-Slovakkja), l-APB nstabu li huma fil-biċċa l-kbira konformi mar-rekwiżiti għall-2018 skont il-PST. Għal dawn il-pajjiżi, il-pjanijiet jistgħu jirriżultaw f’xi devjazzjoni mill-OTM ta’ kull pajjiż jew mill-perkors ta’ aġġustament li jwassal għalih. għal ħames pajjiżi (il-Belġju, l-Italja, l-Awstrija, , u is-Slovenja), l-APB jippreżentaw riskju ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti għall-2018 skont il-PST. L-APB ta' dawn l-Istati Membri jistgħu jirriżultaw f'devjazzjoni sinifikanti mill-perkorsi ta' aġġustament lejn l-OTM rispettivi. Għall-Belġju u għall-Italja, hija prevista wkoll nonkonformità mal-valur referenzjarju għat-tnaqqis tad-dejn. Rigward iż-żewġ pajjiżi li qegħdin fil-parti korrettiva tal-PST (jiġifieri fi Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv): - għal Franza, li tista’ ssir soġġetta għall-fergħa preventiva mill-2018 ‘il quddiem f’każ ta’ korrezzjoni f’waqtha u sostenibbli tad-defiċit eċċessiv, l-APB nstab li huwa f’riskju ta’ nonkonformità mar-rekwiżiti għall-2018 skont il-PST, minħabba li it-tbassir tal-ħarifa tal-Kummissjoni għall-2017 jipprojetta devjazzjoni sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament meħtieġ lejn l-OTM u nonkonformità mal-valur referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn fl-2018. - għal Spanja, l-APB nstab li huwa ġeneralment konformi mar-rekwiżiti għall-2018 skont il-PST, billi l-previżjoni tal-Kummissjoni tal-ħarifa 2017 tipprojetta li fl-2018 id-defiċit nominali se jkun inqas mill-valur referenzjarju tat-Trattat ta' 3 % tal-PDG, minkejja li l-mira tad-defiċit nominali mhix mistennija tintlaħaq u hemm nuqqas sinifikanti fl-isforz fiskali meta mqabbel mal-livell rakkomandat. |
1. Introduzzjoni
Il-leġiżlazzjoni tal-UE tipprevedi li l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro jippreżentaw Abbozzi ta' Pjanijiet Baġitarji (APB) għas-sena ta' wara lill-Kummissjoni sal-15 ta' Ottubru bl-għan li titjieb il-koordinazzjoni tal-politiki fiskali nazzjonali fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja. 1
Dawn il-pjanijiet jiġbru fil-qosor il-kontenut tal-abbozzi baġitarji li l-gvernijiet jippreżentaw lill-parlamenti nazzjonali. Il-Kummissjoni tipprovdi Opinjoni fuq kull pjan u tivvaluta jekk huwiex konsistenti mal-obbligi tal-Istat Membru skont il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST).
Il-Kummissjoni hija meħtieġa wkoll li tipprovdi valutazzjoni globali tas-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-euro kollha kemm hi.
Tmintax-il Stat Membru taż-żona tal-euro (minn issa ‘l quddiem ŻE-18 jew iż-żona tal-euro) 2 kienu meħtieġa jibagħtu l-APB tagħhom għall-2018 lill-Kummissjoni sas-16 ta’ Ottubru, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-hekk imsejjaħ “Two-Pack” 3 . Il-Greċja, li hija taħt il-programm ta' aġġustament makroekonomiku MES, mhijiex obbligata li tippreżenta pjan, billi l-programm diġà jipprevedi monitoraġġ fiskali mill-qrib.
F’konformità mal-linji gwida tal-Kodiċi ta’ Kondotta tat-“Two-Pack”, l-Awstrija u l-Ġermanja ppreżentaw APB bl-ebda bidla fil-politika minħabba li dawn l-Istati Membri għandhom biss gvernijiet interim mingħajr setgħat baġitarji sħaħ wara l-elezzjonijiet riċenti 4 . Il-gvernijiet li jmiss huma mistennija li jippreżentaw APB sħaħ meta jieħdu l-kariga. Spanja ppreżentat ukoll APB bl-ebda bidla fil-politika minħabba li l-proċedura għall-approvazzjoni tal-baġits tal-Gvern Ċentrali u tas-Sigurtà Soċjali waqgħu lura fl-iskeda użwali tagħhom. Hija mistennija li tissottometti APB komplut mill-aktar fis possibbli.
Filwaqt li jirrispettaw il-kompetenza baġitarja tal-Istati Membri, l-Opinjonijiet tal-Kummissjoni jipprovdu parir politiku bbażat fuq l-evidenza u infurmat b'mod partikolari għall-gvernijiet u l-parlamenti nazzjonali, biex jiffaċilitaw il-valutazzjoni tal-konformità tal-abbozzi baġitarji mar-regoli fiskali tal-UE. It-Two-Pack jipprevedi sett ta' għodod komprensiv biex tiġi indirizzata l-politika ekonomika u baġitarja bħala kwistjoni ta’ interess komuni fiż-Żona tal-Euro kif maħsub fit-Trattat.
Barra minn hekk, f'Lulju 2015, il-Kunsill stieden lill-Grupp tal-Euro biex jimmonitorja u jikkoordina l-politiki fiskali tal-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pożizzjoni fiskali aggregata taż-Żona tal-Euro biex tiġi żgurata politika fiskali differenzjata u li tiffavorixxi t-tkabbir. 5 Il-Kunsill irrakkomanda li l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro, mingħajr preġudizzju għat-twettiq tar-rekwiżiti tal-PST, "jikkoordinaw il-politiki fiskali biex jaraw li l-pożizzjoni fiskali aggregata taż-Żona tal-Euro tkun skont ir-riskji għas-sostenibbiltà u l-kundizzjonijiet ċikliċi".
F’Novembru 2016, il-Kummissjoni pproponiet Rakkomandazzjoni aġġornata dwar il-politika ekonomika taż-Żona tal-Euro, li ġiet approvata mill-endorsjata mill-mexxejja tal-UE fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fid-9 u l-10 ta’ Marzu 2017 u adottata mill-Kunsill fil-21 ta’ Marzu 2017 6 . Din ir-rakkomandazzjoni hija ankra għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni. Bħala parti miċ-ċiklu annwali tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll Rakkomandazzjoni ġdida dwar il-politika ekonomika taż-Żona tal-Euro għall-2018-2019 flimkien ma' dan il-pakkett 7 .
F’Lulju 2017, il-Kunsill adotta rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jissottolinjaw it-trattament maħsub tal-Kummissjoni fit-trattament tal-Istati Membri li għalihom il-matriċi timplika aġġustament fiskali ta’ 0.5 % tal-PDG jew aktar 8 . Il-premessi ddikjaraw li l-valutazzjoni tal-Abbozz tal-Pjan Baġitarju tal-2018 u l-valutazzjoni sussegwenti tar-riżultati baġitarji tal-2018 se jkollhom bżonn iqisu kif dovut l-għan li tintlaħaq pożizzjoni fiskali li tikkontribwixxi kemm għat-tisħiħ tal-irkupru li jinsab għaddej u wkoll biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri. F’dan il-kuntest, il-Kunsill innota li l-Kummissjoni biħsiebha twettaq valutazzjoni globali f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1466/97, b’mod partikolari fid-dawl tas-sitwazzjoni ċiklika tal-Istat Membru.
L-għan ta' din il-Komunikazzjoni jinqasam fi tnejn: L-ewwel nett, hija tipprovdi stampa kumplessiva tal-politika baġitarja fil-livell taż-Żona tal-Euro, filwaqt li tibni fuq valutazzjoni orizzontali tal-APB. Dan l-eżerċizzju jirrifletti l-valutazzjoni orizzontali tal-Programmi ta' Stabbiltà li sseħħ fir-rebbiegħa, iżda b'enfasi fuq is-sena li jmiss, pjuttost milli fuq il-pjanijiet fiskali fuq terminu medju. It-tieni nett, hija tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-APB fil-livell tal-pajjiż, u tispjega l-approċċ tal-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti tal-PST. Il-valutazzjoni hija differenzjata skont jekk Stat Membru jkunx fil-parti preventiva jew f'dik korrettiva tal-PST u tqis ukoll ir-rekwiżiti f'dak li jirrigwarda l-livell u d-dinamika tad-dejn tal-gvern.
2. Il-konklużjonijiet ewlenin dwar iż-Żona tal-Euro
Il-perspettiva ekonomika skont il-pjanijiet tal-Istati Membri u t-tbassir tal-Kummissjoni
L-Istati Membri u l-Kummissjoni rrevedew sostanzjalment il-projezzjonijiet tat-tkabbir ‘il fuq mir-rebbiegħa ‘l hawn. Skont is-suppożizzjonijiet makroekonomiċi pprovduti fl-APB, il-PDG reali aggregat fiż-żona tal-euro (għajr il-Greċja) issa huwa mistenni li jikber bi 2.2 % fl-2017 u 2.0 % fl-2018. Dan huwa sostanzjalment ogħla mill-prospetti ta’ tkabbir għal dawn is-snin sottostanti għall-Programmi ta’ Stabilità l-aktar riċenti (ara t-Tabella 1), meta kien ta’ 1.7 % għal dawn is-sentejn. It-tbassir tal-Kummissjoni tal-ħarifa 2017 jipprevedi l-istess rati ta’ tkabbir b’saħħithom għaż-żona tal-euro, b’rata ta’ 2.2 % fl-2017 u 2.1 % fl-2018. Kollox ma’ kollox, l-assunzjonijiet ekonomiċi tal-APB huma qrib ħafna l-previżjoni tal-Kummissjoni (ara l-Anness IV, Tabella 1). Dan ix-xebh jista’ wkoll ikun marbut mal-fatt li l-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni tal-Ġermanja u tal-Belġju, jikkonformaw mar-rekwiżit tar-Regolament UE Nru 473/2013 li jibbażaw l-abbozz tal-baġit, u b’mod impliċitu l-APB, fuq previżjonijiet makroekonomiċi endorsjati jew prodotti b’mod indipendenti.
Bl-ekonomija li qed tikber aktar mill-potenzjal tagħha, il-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni qiegħed ikompli jonqos fl-2017 u mistenni li jkun pożittiv fl-2018. Il-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni, kemm abbażi tal-previżjoni tal-Kummissjoni kif ukoll fuq il-bażi tal-pjanijiet, jerġà jsir pożittiv fl-2018. L-APB kollha jassumu marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni (ikkalkulat mill-ġdid) li huwa pożittiv fl-2018, jew, fil-każ ta’ Franza u l-Finlandja, marġinalment negattiv biss 9 .
Kemm l-Istati Membri kif ukoll il-Kummissjoni jistennew li l-inflazzjoni tibqa’ stabbli u taħt ir-rata tal-valur referenzjarju ta’ 2 %. Skont il-pjanijiet, l-inflazzjoni nominali fiż-żona tal-euro hija mistennija li tilħaq 1.5 % fl-2017 u 1.4 % fl-2018. Dan huwa b’mod ġenerali l-istess meta mqabbel mas-suppożizzjonijiet tal-Programmi ta’ Stabbiltà, filwaqt li anki l-previżjoni tal-Kummissjoni tipprojetta rata ta’ inflazzjoni identika għaż-żona tal-euro. Fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja biss, l-inflazzjoni hija mistennija li taqbeż it-2 %.
It-tkabbir ekonomiku fiż-żona tal-euro għadu għaddej, iżda huwa kkaratterizzat minn ċerti karatteristiċi atipiċi. L-irkupru taż-żona tal-euro ssaħħaħ u sar dejjem aktar mifrux sew mal-pajjiżi fost gwadanji stabbli ta’ impjieg u titjib fis-sentiment kummerċjali. Madankollu, huwa kkaratterizzat minn ċerti karatteristiċi atipiċi. Speċifikament, l-inflazzjoni u t-tkabbir fil-pagi għadhom ristretti u ma jirriflettux titjib fis-suq tax-xogħol kif ġie indikat minn indikaturi standard tas-suq tax-xogħol. B’mod partikolari, tkabbir imrażżan tal-pagi jidher li jirriżulta minħabba suq tal-impjiegi dgħajjef f’xi ekonomiji, aspettattivi ta’ inflazzjoni baxxa li jalimentaw in-negozjar tal-pagi u aspettattivi ta’ tkabbir baxx fil-produttività. Fl-aħħar nett, l-irkupru jidher li huwa appoġġat minn imbottaturi eċċezzjonali bħalma hi l-politika monetarja akkomodanti tal-BĊE. F’dan l-isfond, hemm każ biex l-appoġġ politiku għat-tkabbir ikun varat gradwalment biss. Fil-fatt, il-Kummissjoni ħabbret li għandha l-intenzjoni li tagħmel użu mill-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha fid-dawl tas-sitwazzjoni ċiklika tal-Istati Membri (ara l-Kaxxa 1).
Tabella 1: Ħarsa kumplessiva lejn l-aggregati ekonomiċi u baġitarji (ŻE-18) għall-2017-2018
Sors: Programmi ta’ Stabbilità tal-2017, Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji għall-2018, il-previżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-ħarifa 2017.
Il-perspettiva fiskali skont il-pjanijiet u t-tbassir tal-Kummissjoni
Id-defiċit nominali aggregat huwa mistenni li jkompli nieżel bis-saħħa ta’ titjib ċikliku. Skont it-tbassir tal-ħarifa tal-Kummissjoni, id-defiċit taż-żona tal-euro se jonqos minn 1.6 % tal-PDG fl-2016 għal 1.1 % fl-2017. L-APB jistennew eżitu tad-defiċit marġinalment ogħla fl-2017, għal 1.2 %, jiġifieri 0.15 pp. aħjar mill-mira tal-Programmi ta’ Stabbiltà ppreżentati mill-Istati Membri fir- rebbiegħa 2017 meta s-suppożizzjoni dwar it-tkabbir kienu madankollu ferm inqas dinamiċi. Reviżjoni kbira ‘l fuq tal-mira tad-defiċit għall-2017 meta mqabbla mal-Programm ta’ Stabbiltà sseħħ biss fil-każ tas-Slovakkja. Fl-2018, l-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-Istati Membri tirriżulta f’defiċit nominali ta’ 0.9 % tal-PDG fiż-żona tal-euro. Dan jikkonferma li d-defiċit nominali aggregat li jirriżulta mill-Programmi ta’ Stabbiltà tar-rebbiegħa tal-2017, minkejja eżitu aħjar minn dak previst preċedentament għall-2017 u reviżjoni sostanzjali ‘l fuq fil-prospettiva tat-tkabbir tal-2018. Dan ifisser b’mod impliċitu li l-aġġustament strutturali ġie kemxejn rivedut ‘l isfel, meta mqabbel mal-aħħar Programmi ta’ Stabbiltà (ara aktar ‘l isfel). Filwaqt li d-differenzi bejn il-pjanijiet u t-tbassir tal-Kummissjoni jeżistu għal Stati Membri individwali (ara l-Anness IV it-Tabella X), id-defiċit aggregat tal-2018 fit-tbassir tal-Kummissjoni huwa kompletament f’konformità mal-pjanijiet.
Sebgħa minn 18-il Stat Membru qed jippjanaw surplus fil-bilanċ nominali fl-2018. Mill-Istati Membri f’defiċit, il-Latvja u l-Finlandja qed jippjanaw żieda fid-defiċit nominali tagħhom. L-ebda Stat Membru mhu qed jippjana defiċit ogħla mit-3 % tal-valur referenzjarju tal-PDG fl-2018. Franza qed tippjana li tikkoreġi d-defiċit eċċessiv fl-2017, kif irrakkomandat mill-Kunsill, filwaqt li Spanja qed tippjana biex tikkoreġih sad-data tal-iskadenza tagħha tal-2018. Is-Slovakkja, l-Italja, il-Belġju u Franza qed jippjanaw defiċits sostanzjalment akbar minn dawk fil-Programmi ta’ Stabbiltà tagħhom.
Il-bilanċ primarju aggregat taż-żona tal-euro, miksub bit-tneħħija tan-nefqa fuq l-imgħax mill-bilanċ nominali, huwa surplus. Huwa ppjanat li dan ikompli jitjieb minn 0.8 % tal-PDG fl-2017 għal 0.9 % tal-PDG fl-2018. Franza, il-Latvja u l-Finlandja huma l-uniċi Stati Membri fiż-żona tal-euro li jippjanaw defiċit primarju fl-2018.
Bilkemm hemm xi aġġustament fiskali matul l-2017–2018 fil-pjanijiet baġitarji, jew fit-tbassir, kif imkejjel mill-bidla fil-bilanċ strutturali aggregat 10 . Kumplessivament, it-tbassir tal-Kummissjoni jistenna li l-bilanċ strutturali taż-żona tal-euro jibqa’ stabbli fl-2017. Il-pjanijiet baġitarji (ikkalkulati mill-ġdid) jistennew titjib strutturali marġinali fl-2017, f’konformità mal-Programmi ta’ Stabbiltà. Għall-2018, l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji jirriżultaw f’deterjorament żgħir ħafna tal-bilanċ strutturali għaż-żona tal-euro, b’0.1 % tal-PDG, filwaqt li l-Programmi ta’ Stabbiltà l-aktar reċenti xorta ppjanaw titjib aggregat ta’ 0.2 % tal-PDG (ara l-Anness IV, it-Tabella 3). Il-Kummissjoni tipprojetta wkoll detorjament ta’ 0.1 pp. fl-2018 għaż-żona tal-euro, simili għall-pjanijiet. Madankollu, dan jaħbi differenzi sostanzjali mal-APB għall-Istati Membri individwali. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tipprevedi aġġustament strutturali sostanzjalment aktar baxx fil-Belġju, fi Spanja, fi Franza, fil-Litwanja, fil-Portugall u fis-Slovenja (ara hawn taħt). Fiż-żona tal-euro aggregata, dan huwa paċut minn bilanċ strutturali stabbli fil-Ġermanja, meta mqabbel ma’ 0.5 % tal-espansjoni tal-PDG fl-APB tal-Ġermanja.
Kumplessivament, għad hemm differenzi kbar fil-pożizzjonijiet tal-Istati Membri vis-à-vis l-Objettivi ta’ Terminu Medju (OTM) (ara l-Anness IV, il-Graff 5). Skont it-tbassir tal-Kummissjoni, sitt Stati Membri taż-żona tal-euro laħqu (il-Litwanja) jew qabżu l-OTM tagħhom (Ċipru, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, Malta u n-Netherlands) fl-2017 11 . Huma kollha mistennija jibqgħu hekk fl-2018, filwaqt li xi wħud minnhom huma mistennija li jużaw parti mill-ispazju fiskali tagħhom 12 . Skont l-APB tagħha bl-ebda bidla fil-politika, anki l-Ġermanja hija mistennija tuża parti mill-ispazju fiskali tagħha 13 . Mill-Istati Membri li għadhom ma laħqux l-OTM tagħhom, l-Irlanda hija mistennija li tilħqu fl-2018 filwaqt li s-Slovakkja hija mistennija tagħmel progress sostanzjali lejh. Min-naħa l-oħra, għal xi Stati Membri li għadhom’ il bogħod milli jilħqu l-OTM tagħhom, il-Kummissjoni bħalissa bilkemm qed tipprojetta xi titjib (Spanja, l-Italja, il-Portugall u s-Slovenja) jew saħansitra tistenna deterjorament (il-Belġju u Franza). Minbarra s-Slovenja, dawn huma wkoll l-Istati Membri li għandhom l-ogħla proporzjonijiet tad-dejn. L-APB (ikkalkulati mill-ġdid) jippjanaw aġġustament akbar meta mqabbel mal-previżjoni għal dawn l-Istati Membri, li jvarjaw minn 0.0 % pp. tal-PDG fil-każ ta’ Franza għal 0.5 % tal-PDG fil-każ tas-Slovenja. Fl-aħħar nett, l-Estonja, l-Awstrija, il-Finlandja u l-Latvja huma mistennija li jitbiegħdu ulterjorment mill-OTM tagħhom, filwaqt li jibqgħu f’distanza ta’ 1pps. tal-PDG.
Meta mqabbel mal-bilanċ strutturali, l-Isforz Fiskali Diskrezzjonali (Discretionary Fiscal Effort — DFE), ikkalkulat abbażi tat-tbassir tal-Kummissjoni, huwa kemxejn aktar espansiv fl-2017 u l-2018 14 . Id-DFE bħala kunċett huwa qrib il-valur referenzjarju tan-nefqa tal-qafas fiskali tal-UE, u jagħti l-ammont tal-miżuri ta’ dħul ippjanati u tal-iżviluppi tan-nefqa primarja apparagun tar-rata tat-tkabbir (fuq terminu medju) potenzjali. Id-DFE, meta kkalkulat abbażi tal-previżjoni, jindika espansjoni ta’ kważi 0,4 % tal-PDG fl-2017. Dan huwa l-aktar ir-riżultat ta’ tkabbir fin-nefqa primarja li jaqbeż it-tkabbir potenzjali fuq terminu medju, filwaqt li fl-2017 l-miżuri diskrezzjonali tad-dħul huma newtrali. Id-differenza fil-bidla tal-bilanċ strutturali hija parzjalment spjegata mill-fatt li l-qligħ mill-imgħax ma jkunx meqjus fid-DFE 15 . Fl-2018, id-DFE kkalkulat abbażi tal-pjanijiet jikkonferma l-qari tal-bilanċ strutturali, li jindika li hemm pożizzjoni aggregata kważi newtrali fil-pjanijiet ta’ politika. It-tkabbir fin-nefqa primarja fiż-żona tal-euro huwa ppjanat li jaqbeż bi ftit it-tkabbir potenzjali fuq terminu medju, filwaqt li l-miżuri tad-dħul diskrezzjonali jiffavorixxu t-tkabbir marġinalment biss (ara hawn taħt). Id-DFE kkalkulat abbażi tal-previżjoni tal-Kummissjoni jammonta għal 0,25 % tal-PDG, li jindika sa ċertu punt pożizzjoni fiskali aktar espansorja fl-2018 (ara l-Anness IV, il-Graff 4) 16 .
Id-dejn pubbliku huwa mistenni jkompli jonqos bis-saħħa taż-żieda ċiklika u tar-rati ta’ imgħax li għadhom baxxi. Id-dejn tal-amministrazzjoni pubblika taż-żona tal-euro, li laħaq il-qofol tiegħu fl-2014 bi kważi 93 % tal-PDG, huwa mistenni li jonqos minn 89,6 % tal-PDG fl-2016 għal ftit taħt it-88 % tal-PDG fl-2017, it-tnejn abbażi tal-previżjoni tal-Kummissjoni kif ukoll abbażi tal-pjanijiet tal-Istati Membri. Il-pjanijiet aggregati jirriżultaw fi tnaqqis ulterjuri tad-dejn, ta’ ftit aktar minn 86 % tal-PDG fl-2018. It-tnaqqis fl-2018 huwa xprunat mill-effett valanga li jnaqqas d-dejn u minn bilanċ pożittiv primarju, filwaqt li l-aġġustament ippjanat bejn il-fondi u l-flussi jikkontribwixxi fid-direzzjoni opposta. Skont il-previżjoni tal-Kummissjoni, it-tnaqqis fil-proporzjon tad-dejn se jkun xi ftit ikbar.
L-Istati Membri kollha, ħlief għal Franza jipprevedu tnaqqis fil-proporzjon tad-dejn għall-PDG matul l-2017-2018 Ara l-Anness IV, it-Tabella 6). Fil-każ ta’ Franza, id-dejn huwa mistenni li jistabbilizza għal ftit inqas minn 97 % tal-PDG. L-Istati Membri kollha jibbenefikaw mill-effett valanga li jnaqqas id-dejn, u l-bilanċi pożittivi primarji ppjanati f’ħafna mill-Istati Membri wkoll għandhom impatt ’l isfel (ara l-Anness IV, il-Graff 6). B’mod ġenerali, id-diverġenzi fl-iżviluppi tad-dejn għall-2018, bejn il-previżjoni tal-Kummissjoni u l-APB huma relattivament limitati, ħlief fil-każ ta’ Ċipru u tas-Slovenja fejn il-pjanijiet huma aktar ottimisti, u l-Ġermanja fejn il-previżjoni tal-Kummissjoni hija aktar ottimista. L-Italja u l-Portugall għadhom l-Istati Membri bl-ogħla livell ta’ dejn pubbliku, aktar minn 120 % tal-PDG, filwaqt li l-Belġju, Ċipru, Franza u Spanja qegħdin viċin il-100 % tal-PDG. Għaxar Stati Membri tal-euro li ppreżentaw l-APB attwalment huma suġġetti għall-parametru referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn 17 . Mal-ewwel daqqa t’għajn, skont il-previżjoni tal-Kumissjoni, il-Belġju u l-Italja ma humiex mistennija li jkunu konformi ma’ dan il-parametru fl-2018. Dan huwa wkoll il-każ ta’ Franza li, f’każ ta’ korrezzjoni f’waqtha u sostenibbli tad-defiċit eċċessiv tagħha, issir suġġetta għar-regola tranżitorja tad-dejn mill-2018.
Il-kompożizzjoni tal-aġġustament fiskali
L-Istati Membri qed jipprevedu tnaqqis moderat fil-proporzjon tan-nefqa aġġustat ċiklikament, li huwa kollu kkumpensat minn tnaqqis simili fil-proporzjon tad-dħul. Skont il-pjanijiet, il-proporzjon tan-nefqa aġġustat ċiklikament huwa mistenni li jonqos b’0,25 pp, xprunat minn tnaqqis fin-nefqa tal-imgħax kif ukoll min-nefqa primarja li qed tikber b’pass aktar kajman milli mit-tkabbir potenzjali. Apparagun ta’ dan, il-previżjoni tal-Kummissjoni tistenna żviluppi kemxejn aktar dinamiċi fin-nefqa primarja, li jirriżultaw fi proporzjon tan-nefqa aġġustat ċiklikament stabbli. L-Istati Membri jippjanaw li n-nefqiet għall-ħlasijiet soċjali u l-kumpens lill-impjegati jikbru inqas mill-PDG nominali, u dawn jikkontribwixxu biex il-proporzjon tan-nefqa jonqos (ara l-Anness IV, il-Graff 8). L-investiment pubbliku min-naħa l-oħra huwa ppjanat li jiżdied bi ftit fl-2018, wara tnaqqis stabbli bejn l-2010 u l-2016. Il-previżjoni tal-Kummissjoni tikkonferma dan ir-riekwilibriju fin-nefqa pubblika. In-nefqa fuq l-imgħax, kemm fil-pjanijiet kif ukoll fil-previżjoni tal-Kummissjoni, tonqos b’0,1 pp. biex fl-2018 tilħaq il-1,9 % tal-PDG. Fl-2012, fl-eqqel tal-kriżi tad-dejn sovran, in-nefqa fuq l-imgħax kienet tammonta għal 3,0 % tal-PDG. L-Istati Membri kollha, ħlief għal Ċipru, qed jassumu tnaqqis ulterjuri fir-rata tal-imgħax impliċita fuq id-dejn pendenti. Bħala medja, ir-rata impliċita tal-imgħax li fuqha huma bbażati l-APB, taqa’ minn 2,25 % fl-2017 għal 2,15 % fl-2018, kif ipotizzat il-Kummissjoni.
Il-proporzjon tad-dħul huwa mistenni li jonqos minħabba l-miżuri li jnaqqsu d-dħul kif ukoll minħabba tnaqqis fid-dħul. L-impatt taż-żieda fid-defiċit totali tal-miżuri tad-dħul irrappurtati jammonta għal 0,1 % tal-PDG skont il-pjanijiet, filwaqt li l-Istati Membri jistennew ukoll tnaqqis fid-dħul ta’ kważi 0,2 % tal-PDG meta mqabbel ma’ dak li seta’ jkun mistenni abbażi tal-prospettiva għat-tkabbir nominali (Ara l-Anness IV, it-Tabella 8) 18 . It-tnaqqis fil-proporzjon tad-dħul huwa prinċipalment ikkawżat minn tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet soċjali u minn tnaqqis fid-dħul mhux taxxabbli. Skont il-pjanijiet, kemm it-taxxi diretti kif ukoll it-taxxi indiretti ma jinbidlux bħala perċentwal tal-PDG. Il-Kummissjoni tipprevedi impatt simili mill-miżuri ta’ dħul u ta’ tnaqqis fid-dħul.
Valutazzjoni tal-orjentazzjoni tal-politika fiskali fiż-Żona tal-Euro
B’mod ġenerali, il-pożizzjoni fiskali taż-Żona tal-Ewro hija mistennija li b’mod ġenerali tibqa’ newtrali fl-2017–2018. Wara konsolidazzjoni fiskali sinifikanti bejn l-2011 u l-2013, il-pożizzjoni fiskali aggregata nbidlet f’waħda ġeneralment newtrali fis-snin sussegwenti. Huwa stmat li fl-2017 tibqa’ hekk. Imkejlin skont il-bidla fil-bilanċ strutturali, kemm l-aggregazzjoni tal-APB tal-Istati Membri kif ukoll il-previżjoni tal-Kummissjoni jxaqilbu lejn il-kontinwazzjoni ta’ pożizzjoni ġeneralment newtrali fl-2018, bil-bilanċ strutturali li jiddeterjora biss marġinalment. L-evoluzzjoni ta’ bilanċ strutturali primarju xxaqleb lejn pożizzjoni kemxejn aktar espansorja fl-2018 (ara l-Anness IV, it-Tabella 4), peress li ma tinkludix it-tnaqqis fin-nefqa fuq l-imgħax li għadu għaddej. Dan huwa kkonfermat ukoll mill-Isforz Fiskali Diskrezzjonarju (ara hawn fuq) ikkalkulat abbażi tal-previżjoni tal-Kummissjoni (ara l-Anness IV, il-Graff 4).
Pożizzjoni fiskali ġeneralment newtrali fil-livell aggregat għaż-żona tal-euro tidher li għadha adegwata fid-dawl tal-irkupru ekonomiku attwali, li qed jissaħħaħ iżda għadu mhux komplut. Dan huwa saħansitra iktar rilevanti fil-kuntest tad-dejn mirut b’mod persistenti mill-kriżi. Huwa essenzjali li jintlaħaq l-aħjar bilanċ bejn l-iżgurar tas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi, skont il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, u l-appoġġ tal-irkupru ekonomiku. Effettivament, l-orjentazzjoni tal-pożizzjoni fiskali fl-2018–2017 għandha tiġi vvalutata apparagun tal-objettivi doppji tas-sostenibbiltà fit-tul u tal-istabbilizzazzjoni makroekonomika fuq terminu qasir. Is-sostenibbiltà fit-tul tirrikjedi li d-dejn pubbliku jitqiegħed u jinżamm fuq perkors sostenibbli, filwaqt li jitqies il-livell attwali ta' dejn u l-infiq futur imbassar relatat mat-tixjiħ. Filwaqt li l-istabbilizzazzjoni makroekonomika tista’ tiġi espressa f’termini ta’ tnaqqis tal-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni li fuq terminu minn qasir sa medju jsir b’pass xieraq, hija għandha tinkludi wkoll elementi ekonomiċi oħra, bħal-livell ta’ inflazzjoni, in-nuqqas ta’ dinamiċità fis-suq tax-xogħol u l-ħtieġa li s-sorsi ta’ tkabbir jinbidlu fuq bażi ta’ rotazzjoni minn sorsi esterni għal sorsi domestiċi.
Graff 1: Rata tal-imgħax reali fit-tul (%) u l-isforz fiskali diskrezzjonali (% tal-PDG potenzjali), iż-żona tal-euro
Sors: Il-previżjoni tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni Ewropea;
Nota: Ir-rata tal-imgħax reali fuq terminu twil ta’ +1,0 hija ġeneralment meqjusa konformi mat-tkabbir potenzjali matul il-perjodu ta’ previżjoni
Il-pożizzjoni fiskali jenħtieġ li tqis sewwa l-politika monetarja wisq akkomodanti fil-kuntest ta’ inflazzjoni baxxa. Il-politika monetarja kienet akkomodanti ħafna f’dawn l-aħħar snin fiż-żona tal-euro. Il-BĊE ħa firxa ta’ miżuri li jillaxkaw il-politika monetarja, inkluż it-tnaqqis tar-rati tal-politiki għal livelli negattivi, operazzjonijiet immirati ta’ rifinanzjament fuq terminu twil, programmi ta’ xiri ta’ assi u gwida għall-futur. Kollox ma’ kollox, dawn il-miżuri pprovdew stimolu monetarju sostanzjali. Il-BĊE reċentement iddeċieda li jerġa’ jikkalibra l-programm ta’ xiri ta’ assi minn Jannar 2018 ’il quddiem fid-dawl tal-espansjoni ekonomika dejjem aktar b’saħħitha u wiesgħa fiż-żona tal-euro. Fl-istess ħin, ġie meqjus li livell suffiċjenti ta’ stimolu monetarju kien għadu meħtieġ peress li l-pressjoni domestika tal-prezzijiet kienet għadha staġnata b’mod ġenerali u l-prospettiva ekonomika u l-perkors tal-inflazzjoni baqgħu jiddependu fuq it-tkomplija tal-appoġġ tal-politika monetarja. Minkejja li l-kundizzjonijiet ta’ finanzjament favorevoli huwa preżunt li jkomplu, l-aħħar previżjonijiet makroekonomiċi tal-persunal tal-BĊE għaż-żona tal-euro juru li l-inflazzjoni bażika se tissaħħaħ biss gradwalment, u li matul matul il-perjodu 2017–2019 tibqa’ sew taħt it-2 %. Dan huwa wkoll, b’mod ġenerali, konformi mal-aħħar previżjoni għall-inflazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.
L-orjentazzjoni konġunta tal-politiki monetarji u fiskali (it-“taħlita ta’ politiki”) tista’ tkun rispettivament irrappreżentata mill-evoluzzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ finanzjament (pereż. ir-rata tal-imgħax reali fuq terminu twil) u l-isforzi fiskali (pereż. l-isforz fiskali diskrezzjonali). Kif muri fil-Graff 1, il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament ħfiefu sostanzjalment bejn l-2011 u l-2012 bis-saħħa tal-intervent tal-BĊE b’reazzjoni għall-kriżi. Il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament imbagħad komplew jiħfiefu wara l-2013, iżda sa ċertu punt. Fil-fatt, filwaqt li l-BĊE rnexxielu jagħmel pressjoni ’l isfel fuq ir-rati tal-imgħax nominali fuq terminu twil bil-miżuri addizzjonali tiegħu, l-aspettattivi dwar l-inflazzjoni fit-tul naqsu wkoll u bdew jiżdiedu lejn tmiem l-2016. Il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament għall-2018 huma mistennija jkunu inqas favorevoli fl-2018, meta l-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni taż-żona tal-euro huwa previst li fl-aħħar mill-aħħar jagħlaq. Fl-2018, ir-rati medji fit-tul reali huma mistennija li jiżdiedu, peress li fil-ġejjieni ż-żieda gradwali fir-rati nominali mistennija li tkun akkumpanjata minn żieda relattivament iktar limitata fl-aspettattivi dwar l-inflazzjoni 19 . Madankollu, il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament huma mistennija li jibqgħu kollox ma’ kollox favorevoli ħafna.
Is-sitwazzjoni aggregata taż-żona tal-euro madankollu taħbi differenzi konsiderevoli fil-livell nazzjonali, b’xi pajjiżi li qed jiffaċċjaw il-ħtieġa li jikkonsolidaw, filwaqt li oħrajn għandhom xi ftit spazju fiskali (ara l-Graff 2 u 3). Filwaqt li fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri l-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni huma mistennija li jkunu pożittivi fl-2018, għad hemm potenzjal mhux użat konsiderevoli fl-ekonomija ta’ diversi Stati Membri 20 . Min-naħa l-oħra, xi Stati Membri qed jiffaċċjaw riskji għolja ta’ sostenibilità. Abbażi tal-previżjoni tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni Ewropea, twettqet valutazzjoni tar-riskju ta’ sostenibilità fejn ittieħdu inkonsiderazjoni fost l-oħrajn il-livelli ta’ dejn attwali u l-bilanċ primarju, kif ukoll l-ispiża prevista tat-tixjiħ 21 . L-ebda Stat Membru ma jidher li qed jiffaċċja riskji ta’ sostenibbiltà fuq medda qasira ta’ żmien. Abbażi ta’ analiżi tas-sostenibbiltà tad-dejn, kif ukoll tal-kalkolu tal-indikatur S1, il-Belġju, Spanja, Franza, l-Italja, il-Portugall u l-Finlandja jidhru li qed jaffaċċjaw riskji għoljin fuq medda medja ta’ żmien, filwaqt li għal Ċipru, il-Litwanja, l-Awstrija u s-Slovenja, ir-riskji ta’ terminu medju huma vvalutati bħala medji 22 .
Għaldaqstant huwa meħtieġ approċċ differenzjat mill-politiki fiskali nazzjonali sabiex jiġu bbilanċjati l-objettivi li tiġi stabbilizzata l-ekonomija u li tiġi żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi. Madankollu, abbażi tal-previżjoni tal-Kummissjoni, l-aġġustament fiskali mistenni huwa relattivament limitat, jew saħansitra negattiv għal xi Stati Membri b’ħafna dejn, bħalma huma l-Italja, il-Portugall, il-Belġju, Spanja u Franza. Il-pjanijiet ta’ dawn l-Istati Membri huma pjuttost aktar ottimisti, iżda jeħtieġu miżuri addizzjonali sabiex jintlaħaq l-isforz fil-mira kif stabbilit mill-Istati Membri fl-APB tagħhom. Fil-ġejjieni, jista’ jkun hemm bżonn ta’ aktar sforz fiskali fi Stati Membri kkaratterizzati minn proporzjonijiet tad-dejn għall-PDG għoljin, speċjalment fil-każ ta’ prospettivi moderati ta’ tkabbir persistenti u żieda fir-rati tal-imgħax meta jitqiesu l-livelli storikament baxxi attwali.
Graff 2: Mappa fiskali għaż-żona tal-euro fl-2018
Nota: Skont il-previżjoni tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni Ewropea. Iż-żminijiet ekonomiċi tajbin (ħżiena) huma mkejla permezz tal-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni fl-2018, f’% tal-PDG potenzjali, ikkalkulati skont il-metodoloġija komunement maqbula. Il-ħtiġijiet ta’ konsolidazzjoni jew il-marġni fiskali huma mkejla permezz tal-indikatur S1 tal-Kummissjoni li jirrigwarda r-riskji għas-sostenibbiltà, f’% tal-PDG, skont il-kalkoli tal-previżjoni tal-ħarifa tal-2017 u bl-użu tas-sena 2017 bħala s-sena bażi.
Graff 3: Il-bidla fil-bilanċ primarju strutturali fl-2018 fl-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji, apparagun tal-ħtiġijiet ta’ sostenibbiltà u ta’ stabbilizzazzjoni (% tal-PDG)
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, abbażi tal-previżjoni tal-ħarifa tal-2017 tal-Kummissjoni u l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji.
Kif għandha tinqara din it-tabella:
Il-kriterju ta’ sostenibbiltà huwa bbażat fuq l-indikatur S1 u jassumi li minn 25 % sa 50 % tal-bidla indikata fl-bilanċ strutturali primarju (BSP) tkun implimentata fl-2017, li jikkorrispondi għal aktar jew anqas konċentrazzjoni fuq l-isforz ta’ konsolidazzjoni jekk l-S1 ikun pożittiv. Għal pajjiżi b’indikatur S1 negattiv, dan jindika li jeżisti ċertu marġni għall-politiki espansorji bħala tweġiba għall-ħtiġijiet ta’ stabbilizzazzjoni possibbli.
Il-kriterju ta’ stabbilizzazzjoni jiġi mkejjel bħala l-bidla fil-bilanċ strutturali primarju li għalih il-politika fiskali tnaqqas b’25 % (il-faxxa blu qasira) jew b’50 % (il-faxxa blu twila) il-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni li jirriżulta minn xenarju ta’ politika fiskali newtrali fl-2018, fi kliem ieħor l-għeluq b’25 % jew b’50 % ta’ dan il-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni jintlaħaq flimkien mal-għeluq spontanju ta’ dan il-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni, kif huwa mbassar fil-previzjoni tal-ħarifa tal-2017 tal-Kummissjoni (aġġustata billi tittieħed pożizzjoni fiskali newtrali). Dan jippresupponi li l-politika fiskali dejjem taqdi rwol kontraċikliku, jew billi tappoġġa l-għeluq tal-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni jew inkella billi timmitiga t-twessigħ tiegħu. Jekk is-suppożizzjoni ta’ politika fisklali newtrali timplika li l-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni jkun qed ibiddel is-sinjal, allura l-objettiv ta’ stabbilizzazzjoni jpoġġi l-limitu massimu ta’ 100 % fuq l-għeluq tal-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni, biex b’hekk tiġi evitata l-proċikliċità.
Is-slaleb ħomor juru l-bidliet ippjanati fil-BSP ppreżentati mill-Istati Membri fl-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tagħhom għas-sena 2017, kif ikkalkulati mill-ġdid mill-Kummissjoni skont il-metodoloġija komunement maqbula għall-produzzjoni potenzjali. It-tikek ħodor juru bidla fil-BSP skont il-previżjoni tar-rebbiegħa tal-2017 tal-Kummissjoni, li hija bbażata fuq is-suppożizzjoni li mhux se ssir bidla fil-politika.
3. Ħarsa ġenerali lejn l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji
L-Opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-APB jiffokaw fuq il-konformità mal-PST u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa fuq din il-bażi. Għall-Istati Membri fi Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv (Excessive Deficit Procedure, EDP), l-Opinjoni tal-Kummissjoni tqis il-progress li jsir fil-korrezzjoni tad-defiċits eċċessivi, rigward il-miri kemm tad-defiċit nominali kif ukoll tal-isforz strutturali. Għall-Istati Membri fil-parti preventiva tal-PST, l-Opinjonijiet tal-Kummissjoni jivvalutaw l-aderenza mal-objettivi baġitarji fuq terminu medju (OTM) jew il-progress lejhom, kif ukoll il-konformità mar-regola tad-dejn, sabiex jiġi stabbilit jekk il-pjanijiet humiex konformi mal-PST u mar-rakkomandazzjonijiet fiskali speċifiċi għall-pajjiżi li jinsabu fir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2017. 23
L-Istati Membri kollha taż-Żona tal-Euro li ma jinstabux fil-programm ippreżentaw l-APB tagħhom fiż-żmien dovut, f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 473/2013. F’konformità mad-dipożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Kondotta tat-“Two-Pack”, iż-żewġ pajjiżi, l-Awstrija u l-Ġermanja, ippreżentaw APB dovuti b’ebda bidla fil-politika lil gvernijiet interim li jinsabu fis-seħħ. Il-gvernijiet li jmiss huma mistennija li jippreżentaw APB sħaħ meta jieħdu l-kariga. Spanja ppreżentat ukoll APB ta’ ebda bidla fil-politika, għalkemm il-gvern mhuwiex ikkunsidrat interim. Fl-ittra tagħha tas-27 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni stiednet lil Spanja tippreżenta APB aġġornat mill-aktar fis possibbli. Il-gvern li wasal fi tmiemu tan-Netherlands ippreżenta APB sal-iskadenza, u l-gvern li jmiss ippreżenta anness mal-APB b’informazzjoni kumplimentari dwar miżuri ġodda. Peress li l-anness ma jinkludix tabelli li jissodisfaw ir-rekwiżiti taħt il-Kodiċi tal-Imġiba, jenħtieġ li l-awtoritajiet jippreżentaw tabelli aġġornati bħal dawn mingħajr dewmien mhux dovut.
L-ebda APB ma nstab li kien f'"nonkonformità partikolarment serja” mal-SGP, kif imsemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 473/2013. Minkejja dan, uħud mill-pjanijiet ippreżentati jagħtu lok għal tħassib. Għalhekk, il-Kummissjoni bagħtet ittri lill-Belġju, Franza, l-Italja u l-Portugall fis-27 ta’ Ottubru 2017 fejn talbet għal aktar informazzjoni u enfasizzat għadd ta’ osservazzjonijiet preliminari relatati mal-Abbozz tal-Pjan Baġitarju. L-Istati Membri kkonċernati wieġbu fi tmiem Ottubru. L-informazzjoni li tinsab fl-ittri ġiet ikkunsidrata fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-iżviluppi u r-riskji baġitarji. Fil-każ tal-Italja, proporzjon tad-dejn li jaqbeż 130% tal-PDG jagħti raġuni għal tħassib. Il-kundizzjonijiet makroekonomiċi u finanzjarji li qed jitjiebu joħolqu topportunità biex jiġi aċċellerat it-tnaqqis fid-dejn pubbliku. Madankollu, jeħtieġ aktar informazzjoni dwar l-istrateġija globali tal-gvern u huma ppjanati passi konkreti biex ipoġġu l-proporzjon tad-dejn f’perkors ta’ tnaqqis li jiżgura l-konformità mal-kriterju tad-dejn. Peress li għad hemm inċertezza konsiderevoli madwar il-perspettiva fiskali fl-2017, il-Kummissjoni bi ħsiebha tivvaluta mill-ġdid il-konformità tal-Italja mal-kriterju tad-dejn fir-rebbiegħa tal-2018, fuq il-bażi ta’ dejta dwar l-eżitu tal-baġit għall-2017 u l-baġit finali li se jiġi adottat mill-Parlament f’Diċembru 2017.
It-Tabelli 2a u 2b jiġbru fil-qosor il-valutazzjonijiet tal-APB tal-Istati Membri individwali skont l-Opinjonijiet tal-Kummissjoni adottati fit-22 ta’ Novembru flimkien mal-valutazzjoni tal-progress fir-riformi fiskali-strutturali. Dawn il-valutazzjonijiet huma bbażati fuq il-previżjoni tal-Kummissjoni tal-ħarifa 2017. Sabiex ikun iffaċilitat il-paragun, il-valutazzjoni tal-pjanijiet hija miġbura fil-qosor fi tliet kategoriji wiesgħa, li għandhom sinifikat differenti skont jekk Stat Membru huwiex f'EDP jew le:
·Konformi: skont il-previżjoni tal-Kummissjoni, ma hemmx bżonn li l-pjanijiet baġitarji jiġu adattati fil-proċedura baġitarja nazzjonali biex jiġi żgurat li l-baġit tal-2018 ikun konformi mar-regoli tal-PST.
·Ġeneralment konformi: Skont il-previżjoni tal-Kummissjoni għall-2018, huwa mistenni li l-APB jiżgura konformità ġenerali mar-regoli tal-PST.
Għall-Istati Membri fl-EDP: filwaqt li l-previżjoni tal-Kummissjoni għall-2018 tipprojetta li jew se tintlaħaq il-mira tad-defiċit nominali jew id-defiċit eċċessiv se jiġi kkoreġut f'waqtu, hemm nuqqas kbir fl-isforz fiskali meta mqabbel mal-livell rakkomandat u dan ipoġġi f'riskju l-konformità mar-rakkomandazzjoni tal-EDP.
Għall-Istati Membri fil-parti preventiva tal-PST: il-previżjoni tal-Kummissjoni għall-proġetti tal-2018 tista' tirriżulta f'xi devjazzjoni mill-OTM jew mill-perkors ta' aġġustament lejh, iżda dan in-nuqqas relattiv fil-konfront tar-rekwiżit ma għandux jippreżenta devjazzjoni sinifikanti mill-aġġustament rakkomandat. Dawn l-Istati Membri huma vvalutati sabiex jikkonformaw mal-parametru referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn, fejn applikabbli.
·Riskju ta' nuqqas ta' konformità: Skont il-previżjoni tal-Kummissjoni għall-2017, l-APB mhuwiex mistenni li jiżgura l-konformità mar-regoli tal-PST.
Għall-Istati Membri fl-EDP: il-previżjoni tal-Kummissjoni għall-2018 tipprojetta li la se jiġi ssodisfat l-isforz fiskali rrakkomandat, la se tinkiseb il-mira tad-defiċit nominali intermedju u lanqas ma se jiġi kkoreġut id-defiċit eċċessiv fi żmien xieraq.
Għall-Istati Membri fil-parti preventiva tal-PST: il-previżjoni tal-Kummissjoni għall-2018 tipprojetta devjazzjoni sinifikanti mill-OTM jew mill-perkors tal-aġġustament meħtieġ lejh, u / jew min-nuqqas ta' konformità mal-parametru referenzjarju għat-tnaqqis tad-dejn, fejn applikabbli.
L-ebda Stat Membru ma talab flessibilità addizzjonali għall-2018 f’konformità mal-“Pożizzjoni miftiehma b’mod komuni dwar il-flessibbiltà fil-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir”, approvata mill-Kunsill fit-12 ta’ Frar 2016. Biex infakkru, fl-2017 il-Kunsill ta flessibbiltà lill-Finlandja, lill-Latvja u lil-Litwanja fuq il-bażi tal-klawsola tar-riforma strutturali u lill-Finlandja fuq il-bażi tal-klawsola tal-investiment. Il-Finlandja ngħatat flessibbiltà fid-dawl tal-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali ewlenin b’impatt pożittiv fuq is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi, u tan-nefqa nazzjonali fuq proġetti kofinanzjati mill-UE taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej. Għal-Latvja, il-flessibbiltà ngħatat fir-rigward ta’ riforma fil-kura tas-saħħa. Il-Litwanja tibbenefika minn flessibbiltà fid-dawl ta’ riformi ewlenin fis-suq tax-xogħol strutturali u tal-pensjoni b’impatt pożittiv fuq is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi.
Għadd ta’ Stati Membri semmew l-impatt baġitarju taż-żieda fl-influss tar-rifuġjati u tal-miżuri tas-sigurtà addizzjonali. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5(1) u 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97 jippermettu devjazzjoni temporanja mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju ta' terminu medju sabiex tagħmel tajjeb għal tali nefqa addizzjonali, sakemm il-fluss ta’ refuġjati kif ukoll il-gravità tat-theddid għas-sigurtà jkunu avvenimenti eċċezzjonali, l-impatt tagħhom fuq il-finanzi pubbliċi jkun sinifikanti u s-sostenibbiltà ma tiġix kompromessa. Il-Kummissjoni kkunsidrat il-possibbiltà ta’ devjazzjoni temporanja għal spejjeż relatati mar-rifuġjati fl-2015 u l-2016 (il-Belġju, l-Italja, l-Awstrija, is-Slovenja u l-Finlandja). Għall-2017, l-Awstrija, l-Italja u s-Slovenja ngħataw indennizz addizzjonali ex ante għan-nefqa relatata mar-rifuġjati. Filwaqt li l-ispejjeż relatati mar-rifuġjati huma msemmija wkoll fl-APB tal-2018 tal-Italja u fit-tweġiba 24 għat-talba tal-Kummissjoni għal kjarifika dwar l-isforz fiskali ppjanat tal-Italja, ma ntalbet l-ebda flessibbiltà addizzjonali. Fir-rigward tan-nefqa relatata mas-sigurtà, il-flessibbiltà kienet ingħatat fl-2016 u l-2017 lill-Belġju, l-Italja u l-Awstrija; ma ġiet mitluba ebda flessibbiltà ulterjuri fl-APB tal-2018. Il-Kummissjoni se tagħmel valutazzjoni finali, inkluż dwar l-ammonti eliġibbli, fuq il-bażi tad-dejta osservata li trid tiġi pprovduta fir-rebbiegħa tal-2018 mill-awtoritajiet. Fir-rebbiegħa tal-2017, il-Kummissjoni vvalutat proviżorjament lill-Italja bħala li hi eliġibbli għal indennizz fir-rigward tal-impatt baġitarju ta' pjan ta' investiment preventiv għall-protezzjoni tat-territorju nazzjonali kontra l-attakki sismiċi skont il-klawsola tal-avvenimenti mhux tas-soltu. Dan l-impatt baġitarju huwa konfermat fl-APB tal-2018. Minkejja dan, l-indennizz se jiġi vvalutat mill-ġdid ex-post fir-rebbiegħa tal-2018 fuq il-bażi tad-dejta osservata kif previst mill-awtoritajiet Taljani, b’mod partikolari minħabba inċertezzi ta’ implimentazzjoni rigward il-pjan ta’ investiment.
Għal xi Stati Membri (Ċipru, il-Finlandja, l-Italja, u s-Slovenja), id-distakki fl-output għall-2017 stmati skont il-metodoloġija maqbula b’mod komuni jidhru li ġew soġġetti għal inċertezza partikolari, kif indikat mill-istrument ta’ skrinjar tal-plawżibbiltà tal-Kummissjoni. F’każijiet bħal dawn, fil-valutazzjoni tagħha tal-APB il-Kummissjoni analizzat l-istimi tad-distakk tal-output f’aktar dettall taħt l-approċċ ristrett tas-sentenza, filwaqt li segwiet fuq it-titjib mitlub fill-metodoloġija mill-Kunsill ECOFIN Informali ta’Amsterdam ta’ April 2016. L-approċċ meħud mill-Kummissjoni mhuwiex mibdul minn dak li ġie implimentat fil-valutazzjoni tal-Abbozzi ta’ Pjanijiet Baġitarji tal-2017 u l-Programmi ta’ Stabbiltà u Konverġenza tal-2017. Għal Ċipru u l-Finlandja, għalkemm l-istrument ta’ plawżibbiltà pprovda indikazzjonijiet ta’ inċertezza partikolari, il-Kummissjoni ma ratx raġunijiet suffiċjenti biex tiddevja mill-istimi bbażati fuq il-metodoloġija komuni wara li kkunsidrat il-fatturi rilevanti kollha. Għall-Italja, l-approċċ ristrett tas-sentenza jista’ jwassal għall-konklużjoni ta’ distakk ta’ output negattiv, meta mqabbel mad-distakk ta’ output pożittiv stmat fuq il-bażi tal-metodoloġija komuni. Għas-Slovenja, instab li stima aktar plawżibbli ġġib lis-Slovenja eqreb lejn il-linja bejn perjodi ekonomiċi tajbin u normali fl-2018. Dan ma jaffettwa r-rekwiżiti taħt il-parti preventiva fl-ebda wieħed minn dawn iż-żewġ Stati Membri. Għalhekk, ma jkollha ebda implikazzjoni għall-valutazzjoni tal-APB.
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni preliminari ta' kemm sar progress fl-implimentazzjoni tar-riformi fiskali-strutturali deskritti fir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2017. Il-valutazzjoni tal-APG hija miġbura fil-qosor fil-ħames kategoriji wiesgħa li ġejjin: l-ebda progress, progress limitat, xi progress, progress sostanzjali u kompletament indirizzati. Fir-Rapporti tal-Pajjiżi tal-2018 se ssir valutazzjoni komprensiva tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u fil-kuntest tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tal-2018 li għandhom jiġu adottati mill-Kunsill fl-2018.
Kaxxa 1 - L-applikazzjoni tad-diskrezzjoni fl-eżerċizzju tas-sorveljanza fiskali tal-2017
Fil-premessi tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2017, ġie enfasizzat it-trattament tal-Kummissjoni intiż għal Stati Membri li għalihom il-matriċi timplika aġġustament fiskali ta’ 0,5 % tal-PDG jew aktar. Il-premessi jiddikjaraw dan li ġej: “[...], il-valutazzjoni tal-Abbozz tal-Pjan Baġitarju tal-2018 u l-valutazzjoni sussegwenti tar-riżultati baġitarji tal-2018 se jkollhom bżonn iqisu kif dovut l-għan li tintlaħaq pożizzjoni fiskali li tikkontribwixxi kemm għat-tisħiħ tal-irkupru li jinsab għaddej u wkoll biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi [tal-Istati Membri]. F’dak il-kuntest, il-Kunsill jinnota li l-Kummissjoni biħsiebha twettaq valutazzjoni kumplessiva f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1466/97, b’mod partikolari fid-dawl tas-sitwazzjoni ċiklika ta’ [Stat Membru].”
Il-Kummissjoni tista’ teżerċita grad ta’ diskrezzjoni meta tikkunsidra tluq mill-aġġustamenti fiskali implikati mill-matriċi. Filwaqt li l-konformità tibqa’ tiġi vvalutata fir-rigward tar-rekwiżiti bbażat fuq il-matriċi kif indikat fir-Rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ teżerċita xi diskrezzjoni meta tivvaluta l-konformità mal-PST ta’ Stat Membru li hu mmarkat minn indikaturi kwantitattivi bħala (f’riskju li) jiddevja b’mod sinifikanti mill-aġġustament mitlub tiegħu. Fil-fatt, l-hekk magħrufa valutazzjoni globali eventwalment tista’ tikkonkludi li Proċedura ta’ Devjazzjoni Sinifikanti mhijiex garantita anki fil-każ li l-livell limitu ta’ devjazzjoni sinifikanti ta’ 0,5% tal-PDG jinqabeż fir-rigward tar-rekwiżit ibbażat fuq il-matriċi. Il-bażi ġuridika tista’ tinstab mit-termini speċifiċi tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97, fejn il-valutazzjoni globali hija marbuta ma’ kriterji kwantitattivi preċiżi mingħajr ma tkun limitata għal dawn il-kriterji, li jippermetti li elementi oħra jiġu meħuda f’kunsiderazzjoni.
Id-diskrezzjoni hija konċeputa bħala mezz kif tiġi indirizzat sitwazzjoni speċifika fi żmien ta’ rkupru ekonomiku atipiku u mhux komplut. Kif enfasizzat ukoll il-previżjoni tal-ħarifa tal-2017 tal-Kummissjoni u fit-taqsima 2 ta’ din il-Komunikazzjoni, l-irkupru attwali qed jissaħħaħ iżda għadu atipiku u mhux komplut. Speċifikament, hemm staġnar persistenti fis-suq tax-xogħol, l-inflazzjoni sottostanti għadha baxxa iktar mis-soltu, u s-surplus kbir fil-kont kurrenti, li jaqbeż il-livell fundamentali tiegħu, jindika l-persistenza ta’ nuqqas fid-domanda domestika. Fl-aħħar nett, l-irkupru huwa appoġġat mill-politika monetarja akkomodattiva tal-BĊE. Dan isir dejjem aktar rilevanti fil-kuntest tal-politika monetarja fi triq gradwali lejn in-normalizzazzjoni.
Valutazzjoni strutturata u olistika ta’ sett komprensiv ta’ indikaturi ekonomiċi tippermetti l-identifikazzjoni ta’ każijiet fejn sforz inqas minn dak mitlub mill-matriċi jista’ jitqies bħala adegwat. Għal Stati Membri fi jinsabu (f’riskju ta’) devjazzjoni sinifikanti mir-rekwiżiti tal-matriċi għall-2018, il-valutazzjoni globali tista’ tinkludi skrutinju metodiku tal-ħtiġijiet ta’ stabbilizzazzjoni u sostenibbiltà tagħha bil-għan finali li tinkiseb pożizzjoni fiskali xierqa fil-livell tal-Istati Membri. Dan huwa bbażat fuq analiżi strutturata u sistematika ta’ sett komprensiv ta’ indikaturi ekonomiċi li hija maħsuba tiżgura prevedibbiltà u trattament ugwali fost l-Istati Membri.
L-analiżi tinkludi kemm valutazzjoni sostenibbiltà, kif ukoll l-isfidi tal-istabbilizzazzjoni. Analiżi dettaljata tal-livelli ta’ dejn, kif ukoll sfidi tas-sostenibbiltà fuq terminu medju u qasir jippermettu li jiġi ddeterminat jekk l-Istat Membru jippreżentaw sfidi ta’ sostenibbiltà jew le. B’mod parallel, il-ħtiġijiet ta’ stabbilizzazzjoni huma vvalutati b’kunsiderazzjoni tal-pożizzjoni tal-ekonomija fiċ-ċiklu ekonomiku u l-eżistenza possibbli ta’ pressjonijiet inflazzjonarji. B’mod partikolari, l-indikazzjoni pprovduta mid-distakk fl-output mill-metodoloġija komuni hija kkumplimentata minn miżuri alternattivi tal-kapaċità ta’ riżerva tal-ekonomija. Barra minn hekk, l-indikaturi ta’ pressjonijiet inflazzjonarji jistgħu jitqiesu wkoll.
Il-Kummissjoni kkonkludiet li aġġustament fiskali li jiddevja minn dan ir-rekwiżit jista’ jitqies adegwat fil-każ tal-Italja u s-Slovenja, sakemm dawn jiżguraw b’mod effettiv tali aġġustament fiskali fl-2018. L-analiżi tikkunsidra l-argumenti sekwenzjali li jmiss.
·F’każijiet fejn jiġu identifikati l-isfidi tas-sostenibbiltà fiskali, ma hija neċessarja l-ebda diskrezzjoni. L-ebda Stat Membru ma hu f’din is-sitwazzjoni issa.
·F’każijiet fejn l-irkupru ekonomiku tal-Istat Membru huwa kkunsidrat suffiċjentement robust, ma hija neċessarja l-ebda diskrezzjoni lanqas, bħal fil-każ tal-Belġju, Franza u l-Portugall.
·Għal Stati Membri fejn l-irkupru jidher li għadu fraġli jew issikkar fiskali li jkun kbir wisq jista’ jipperikolaha, bħal fil-każijiet tal-Italja u tas-Slovenja, aġġustament fiskali li jiddevja minn rekwiżit jista’ jitqies adegwat. Madankollu, jekk dawn l-Istati Membri qegħdin jaffaċċaw ukoll ħtiġijiet ta’ sostenibbiltà fuq terminu medju u/jew għandhom proporzjon tad-dejn mal-PDG li jaqbeż 60 %, dispożizzjoni importanti hija li għandhom jiżguraw it-twettiq effettiv ta’ aġġustament fiskali raġonevoli. Dan tal-aħħar għandu jinkiseb bejn wieħed u ieħor minn tal-anqas nofs ir-rekwiżit tal-matriċi. Il-provvista ta’ limitu massimu bħal dan twieġeb għall-ħtieġa li jintlaqat l-aħjar bilanċ bejn il-ħtiġijiet ta’ stabbilizzazzjoni u ta’ sostenibbiltà tal-Istat Membru. Minkejja dan, jeħtieġ konformità sħiħa ma’ dan l-aġġustament fiskali. B’mod effettiv, l-iżgurar ta’ aġġustamenti fiskali minimu huwa essenzjali, b’mod partikolari għal Stati Membri li ma jirrispettawx il-valur referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn prima facie u għalhekk jaffaċċaw il-possibbiltà ta’ Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv bbażata fuq id-dejn.
Tabella 2a: Ħarsa ġenerali lejn l-opinjonijiet individwali tal-Kummissjoni dwar l-Abbozzi ta' Pjanijiet Baġitarji - l-Istati Membri fil-parti preventiva tal-PST
|
L-Istati Membri |
Konformità kumplessiva tal-APB mal-PST |
Progress bl-implimentazzjoni tal-parti fiskali-strutturali tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tal-pajjiż tal-2017 |
|
|
Konklużjoni kumplessiva bbażata fuq il-previżjoni tal-Kummissjoni tal-ħarifa 2017 |
Konformità mar-rekwiżiti tal-parti preventiva fl-2017 u l-2018 |
||
|
BE* |
Riskju ta’ nonkonformità |
2017: Riskju ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-perkors tal-aġġustament lejn l-OTM ibbażat fuq 2016-2017 flimkien, nonkonformità prima facie mal-valur referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn; 2018: riskju ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-perkors tal-aġġustament lejn l-OTM, nonkonformità prima facie mal-parametru referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn. |
Xi progress |
|
DE*** |
Konformi |
2017: l-OTM superat; konformità mal-valur referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn; 2018: l-OTM superat; konformità mal-valur referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn. |
Progress limitat |
|
EE |
Ġeneralment konformi |
2017: ebda devjazzjoni mill-perkors tal-aġġustament lejn l-OTM; 2018: xi devjazzjoni mill-perkors ta' aġġustament lejn l-OTM; |
Mhux applikabbli |
|
IE |
Ġeneralment konformi |
2017: riskju ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-OTM ibbażat fuq 2016-2017, konformità mar-regola tad-dejn tranżitorju; 2018: riskju ta’ xi devjazzjoni mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-OTM ibbażat fuq 2017 u 2018 flimkien, konformità mar-regola tad-dejn tranżitorju. |
Xi progress |
|
IT** |
Riskju ta' nuqqas ta' konformità |
2017: riskju ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-OTM, nuqqas ta' konformità prima facie mal-valur referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn; 2018: Riskju ta’ devjazzjoni sinifkanti mill-perkors tal-aġġustament lejn l-OTM, nuqqas ta' konformità prima facie mal-valur referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn. |
Xi progress |
|
CY |
Ġeneralment konformi |
2017: riskju ta’ xi devjazzjoni mill-OTM; konformità mar-regola tad-dejn tranżitorju; 2018: riskju ta’ xi devjazzjoni mill-OTM, konformità mar-regola tad-dejn tranżitorju. |
Xi progress |
|
LT |
Konformi |
2017: l-OTM superat; 2018: l-OTM superat. |
Xi progress |
|
LV |
Konformi |
2017: L-ebda devjazzjoni mill-perkors tal-aġġustament lejn l-OTM; 2018: L-ebda devjazzjoni mill-perkors tal-aġġustament lejn l-OTM; |
Xi progress |
|
LU |
Konformi |
2017: l-OTM superat; 2018: l-OTM superat. |
Progress limitat |
|
MT |
Ġeneralment konformi |
2017: l-OTM superat; 2018: riskju ta’ xi devjazzjoni mill-OTM |
Xi progress |
|
NL**** |
Konformi |
2017: l-OTM superat; 2018: l-OTM superat. |
Xi progress |
|
AT*** |
Riskju ta’ nuqqas ta’ konformità |
2017: riskju ta’ devjazzjoni sinfikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-OTM ibbażat fuq 2016-2017 flimkien, konformità mal-valur referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn; 2018: riskju ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-OTM ibbażat fuq 2017-2918 flimkien, konformità mal-valur referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn. |
Xi progress |
|
PT |
Riskju ta’ nuqqas ta' nkonformità |
2017: riskju ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-OTM, konformità mar-regola tad-dejn tranżitorju fid-devjazzjoni annwali permessa; 2018: riskju ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-perkors tal-aġġustament lejn l-OTM, konformità mar-regola tad-dejn tranżitorju fid-devjazzjoni annwali permessa. |
Progress limitat |
|
SK |
Ġeneralment konformi |
2017: riskju ta' ftit devjazzjoni mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-OTM; 2018: riskju ta' ftit devjazzjoni mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-OTM; |
Xi progress |
|
SI |
Riskju ta' nuqqas ta' konformità |
2017: riskju ta’ ftit devjazzjoni mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-OTM, konformità mar-regola tad-dejn tranżitorju; 2018: riskju ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-OTM, konformità mar-regola tad-dejn tranżitorju |
Xi progress |
|
FI* |
Konformi |
2017: L-ebda devjazzjoni mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-OTM, konformità mal-valur referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn; 2018: L-ebda devjazzjoni mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-OTM, konformità mal-valur referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn. |
Xi progress |
* Fit-22 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni ħarġet rapport f’konformità mal-Artikolu 126(3) tat-Trattat għall-Istat Membru. Ir-rapport ikkonkluda li, wara l-valutazzjoni tal-fatturi rilevanti kollha, il-kriterju tad-dejn jeħtieġ jiġi kkunsidrat bħala ssodisfat.
** Il-Kummissjoni ħarġet rapport fit-22 ta’ Frar 2017 f’konformità mal-Artikolu 126(3) tat-Trattat li fih ikkonkludiet li dment li l-miżuri strutturali addizzjonali, b’valur ta’ mill-anqas 0,2 % tal-PDG li l-gvern impenja li jadotta mhux aktar tard minn April 2017, ikunu ġew adottati b’mod kredibbli sa dak iż-żmien sabiex jitnaqqas id-distakk għal konformità wiesgħa mal-parti preventiva fl-2017 (u b’hekk fl-2016), il-kriterju tad-dejn għandu jiġu kkunsidrat bħala mhux issodisfat f’dak l-istadju. Fit-22 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri ta’ konsolidazzjoni addizzjonali għall-2017 huma ssodisfati.
*** L-APB ippreżentat minn gvern temporanju abbażi ta’ ebda bidla fil-politika.
**** L-APB ippreżentat mill-gvern li ntemm ġie aġġornat b’anness mill-gvern il-ġdid.
Tabella 2b: Ħarsa ġenerali lejn l-opinijonijiet individwali tal-Kummissjoni dwar l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji – Stat Membri fil-parti korrettiva tal-PST
|
L-Istati Membri |
Konformità kumplessiva tal-APB mal-PST |
Progress bl-implimentazzjoni tal-parti fiskali strutturali tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tal-2017 |
|
|
Konklużjoni kumplessiva tal-konformità fl-2018 bbażata fuq il-previżjoni tal-ħarifa tal-2017 tal-Kummissjoni |
Konformità mar-rekwiżiti tal-parti korrettiva fl-2017 u l-2018 (jew parti preventiva jekk applikabbli) |
||
|
ES |
Ġeneralment konformi |
2017: mira nominali intermedja milħuqa, l-isforz fiskali mhux issodisfat; 2018 defiċit nominali projettat anqas minn 3%, mira nominali u sforz fiskali mhux issodisfati. |
Xi progress |
|
FR* |
Riskju ta' nuqqas ta' konformità |
2017: defiċit nominali projettat eżattament taħt 3 % tal-PDG, mira nominali u sforz fiskali mhux issodisfati. 2018: riskju ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-OTM, nonkonformità prima facie mar-regola tad-dejn tranżitorju. |
Progress limitat |
* Franza attwalment tinsab fil-fergħa korrettiva tal-PST, iżda tista’ tiċċaqlaq għall-fergħa preventiva mill-2018 jekk id-defiċit eċċessiv jiġi korrett f’waqtu u b’mod sostenibbli.
Kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 473/2013 dwar id-dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-Abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-Żona tal-Euro. Dan huwa wieħed miż-żewġ Regolamenti fl-hekk imsejjaħ Two-Pack li daħal fis-seħħ f'Mejju 2013.
Għalhekk, fil-bqija ta’ din il-Komunikazzjoni, iż-żona tal-euro tirreferi għall-aggregat tal-Istati Membri taż-żona tal-euro minbarra l-Greċja.
Minħabba li fl-2017 l-iskadenza tal-15 ta' Ottubru kienet taqa' fil-jum tal-Ħadd, b'konsistenza man-normi ġuridiċi applikabbli, l-iskadenza ġiet estiża għat-Tnejn 16 ta' Ottubru 2017.
“Speċifikazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tat-Two-Pack u linji gwida dwar il-format u l-kontenut tal-abbozzi ta’ pjanijiet baġitarji, programmi ta’ sħubija ekonomika u r-rapporti dwar il-ħruġ ta’ dejn”, endorsjati mill-ECOFIN fid-9 ta’ Lulju, 2013, u emendati fis-7 ta’ Novembru, 2014, disponibbli fuq http://ec.europa.eu/economy_finance/economic_governance/sgp/pdf/coc/2014-11-07_two_pack_coc_amended_en.pdf
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Lulju 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri li għandhom l-euro bħala l-munita tagħhom (ĠU C 272, 18.8.2015, p. 100).
Ara r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Marzu 2017 dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro (ĠU 2017/C92/01):
http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32017H0324(01)&from=MT
Ara COM(2017) 770 final.
Matriċi li tispeċifika l-aġġustament fiskali annwali lejn l-Objettiv ta’ Terminu Medju taħt il-parti preventiva tal-PST, kif stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Jannar 2015 dwar l-aħjar użu mill-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, ara: http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52015DC0012&from=MT
Il-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni abbażi tal-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji huwa kkalkulat mill-ġdid mill-Kummissjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta fil-pjanijiet bl-użu tal-metodoloġija maqbula b’mod komuni. Il-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni meħud b’valur nominali mill-pjanijiet li għadu negattiv fil-każ tal-Belġju, Franza u l-Italja.
Il-bilanċ strutturali huwa l-bilanċ aġġustat ċiklikament nett mill-miżuri ta’ darba u miżuri temporanji oħrajn. Il-bilanċi strutturali tal-APB huwa kkalkulat mill-ġdid mill-Kummissjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta fil-programm bl-użu tal-metodoloġija maqbula b’mod komuni.
Fuq il-bażi tal-pjanijiet, anki l-Estonja laħqet l-OTM tagħha fl-2017. Hija tippjana li tibqa’ hekk iżda dan mhuwiex ikkonfermat miċ-ċifri rikalkulati.
B’mod partikolari, Ċipru, il-Lussemburgu, Malta u n-Netherlands.
Madankollu, din l-espansjoni fiskali mhix riflessa fit-tbassir tal-Kummissjoni, li tipprojetta bilanċ strutturali stabbli. Għall-aggregat taż-żona tal-euro, il-pożizzjoni inqas espansiva tal-Ġermanja fit-tbassir tal-Kummissjoni hija paċuta minn pożizzjoni sostanzjalment aktar espansiva, jew anqas ta’ kontrazzjoni fit-tbassir meta mqabbel mal-pjanijiet ta’ xi Stati Membri oħra (b’mod partikolari l-Belġju, Spanja, Franza, il-Litwanja, in-Netherlands, il-Portugall, is-Slovenja).
The discretionary fiscal effort (DFE) is an indicator for the fiscal effort. It combines a top-down approach on the expenditure side with a bottom-up or narrative approach on the revenue side. In a nutshell, the DFE consists of the increase in primary expenditure net of cyclical components relative to economic potential on the one hand, and of discretionary revenue measures (excluding one-off measures) on the other hand. See European Commission (2013): Measuring the fiscal effort, Report on Public Finances in EMU, part 3 http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/european_economy/2013/pdf/ee-2013-4.pdf
Barra minn hekk, ir-rata differenti ta’ tkabbir bħala referenza li fuqu jkun imsejjes il-kalkolu tad-DFE għandha rwol importanti.
Id-differenza fil-pjanijiet hija spjegata permezz ta’ tendenza aktar dinamika fin-nefqa primarja, filwaqt li l-miżuri diskrezzjonali tad-dħul (esklużi l-operazzjonijiet ta’ darba) huma b’mod ġenerali newtrali bħalma huwa l-każ fil-pjanijiet. Il-pożizzjoni aktar espansorja tad-DFE apparagun tal-qari tal-bilanċ strutturali hija spjegata mill-fatt li din ma tinkludix dħul imprevist mill-imgħax u għandha rata ta’ tkabbir ta’ referenza sottostanti aktar baxxa, li tikkumpensa biss parzjalment l-impatt tat-tnaqqis fid-dħul li jħalli effett fuq il-bidla fil-bilanċ strutturali.
Jew mar-regola tranżitorja tad-dejn matul it-tliet snin ta’ wara l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv.
L-elastiċità aggregata tal-proporzjon tad-dħul mal-PDG kemm tal-pjanijiet kif ukoll tal-previżjoni tal-Kummissjoni hija ta’ madwar 0,9 meta mqabbla mal-elastiċità ta’ 1 tal-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni apparaġun tad-dħul.
Ir-rati tal-imgħax fit-tul ġejjin minn rata tal-iswaps fuq 10 snin deflatata bl-aspettattivi dwar l-inflazzjoni.
Kif enfasizzat fit-taqsima 3, l-istimi tal-marġni tal-potenzjal tal-produzzjoni ta’ xi Stati Membri jidhru li huma suġġetti għal inċertezza partikolari.
Il-metodoloġija użata biex jiġu vvalutati r-riskji ta’ sostenibbiltà fiskali hija ppreżentata fir-Rapport ta’ Sostenibbiltà Fiskali tal-Kummissjoni Ewropea tal-2015 (European Economy Institutional Paper, nru 018, Jannar 2016) u fil-Monitoraġġ tas-Sostenibbiltà tad-Dejn tal-Kummissjoni Ewropea tal-2016 (European Economy Institutional Paper, nru 047, Jannar 2017). Dawn ir-riżultati aġġornati, abbażi tal-previżjoni tal-ħarifa tal-2017 tal-Kummissjoni, se jiġu ppreżentati dalwaqt fil-Monitoraġġ tas-Sostenibbiltà tad-Dejn tal-Kummissjoni Ewropea tal-2017.
L-indikatur tas-sostenibbiltà S1 tal-Kummissjoni juri l-isforz totali meħtieġ matul l-2020-2024 (il-ħames snin wara l-perjodu tal-previżjoni) sabiex id-dejn jitnaqqas għal 60 % tal-PDG sal-2032, billi jitqiesu l-obbligazzjonijiet kontinġenti relatati mat-tixjiħ. Dan jindika aġġustament addizzjonali ta' 1,8 % tal-PDG għaż-żona tal-euro (minbarra għall-Greċja) matul il-ħames snin li ġejjin. Dan jissarraf f'aġġustament annwali addizzjonali ta' madwar 0,4 % tal-PDG bejn l-2020 u fl-2024.
Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2017 (JO 2017/C261)
http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=OJ:C:2017:261:TOC
Ittra mill-Ministru tal-Ekonomija u l-Finanzi Taljan tat-30 ta’ Ottubru 2017, mibgħuta bi tweġiba għall-ittra tal-Kummissjoni mis-27 ta’ Ottubru 2017.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 22.11.2017
COM(2017) 800 final
ANNESSI
tal-
Komunikazzjoni mil-Kummissjoni
Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji għall-2018: Valutazzjoni Ġenerali
ANNESS I: Valutazzjoni tal-APB speċifiċi għall-pajjiżi
Għall-Istati Membri taħt il-parti preventiva tal-PST
Pjani konformi mal-obbligi tal-pajjiż
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Abbozz ta’ Pjan Baġitarju tal-Ġermanja, li bħalissa taqa' taħt il-parti preventiva u soġġetta għall-valur referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn, huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Is-sitwazzjoni baġitarja favorevoli tal-Ġermanja tagħti lok biex tiġi koperta n-nefqa għall-istimular ta’ tkabbir potenzjali, inkluż permezz ta’ investiment pubbliku fl-infrastruttura, l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni kif rakkomandat mill-Kunsill fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, u biex jitnaqqas ix-xogħol b’lura fl-investiment l-aktar fil-livell muniċipali. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-Ġermanja għamlet progress limitat għar-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li hemm fi-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2017 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-2017 u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex jaċċelleraw l-implimentazzjoni.
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Abbozz ta’ Pjan Baġitarju tal-Litwanja, li bħalissa taqa' taħt il-parti preventiva, huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Il-Kummissjoni tistieden lill-awtoritajiet biex jimplimentaw il-baġit tal-2018. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-Litwanja għamlet progress għar-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li hemm fi-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2017 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-2017 u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex ikomplu jagħmlu progress.
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Abbozz ta’ Pjan Baġitarju tal-Latvja, li bħalissa taqa' taħt il-parti preventiva, huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Il-Kummissjoni tistieden lill-awtoritajiet biex jimplimentaw il-baġit tal-2018. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-Latvja għamlet progress għar-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li hemm fi-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2017 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-2017 u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex ikomplu jagħmlu progress.
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Abbozz ta’ Pjan Baġitarju tal-Lussemburgu, li bħalissa jaqa' taħt il-parti preventiva, huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Il-Kummissjoni tistieden lill-awtoritajiet biex jimplimentaw il-baġit tal-2018. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-Lussemburgu għamel progress limitat għar-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li hemm fi-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2017 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-2017 u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex jaċċelleraw l-implimentazzjoni.
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Abbozz ta’ Pjan Baġitarju tan-Netherlands, li bħalissa jaqa' taħt il-parti preventiva, huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Il-Kummissjoni tistieden lill-awtoritajiet biex jimplimentaw il-baġit tal-2018. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li n-Netherlands għamlu progress għar-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li hemm fi-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2017 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-2017 u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex ikomplu jagħmlu progress.
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Abbozz ta’ Pjan Baġitarju tal-Finlandja, li bħalissa taqa' taħt il-parti preventiva u soġġetta għall-valur referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn, huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Il-Kummissjoni tistieden lill-awtoritajiet biex jimplimentaw il-baġit tal-2018. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-Finlandja għamlet xi progress għar-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li hemm fi-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2017 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-2017 u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex ikomplu jagħmlu progress.
Pjanijiet ġeneralment konformi mal-obbligi tal-pajjiż
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Abbozz ta’ Pjan Baġitarju tal-Estonja, li bħalissa taqa' taħt il-parti preventiva, huwa ġeneralment konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. It-tbassir tal-ħarifa tal-Kummissjoni jipprojetta riskju ta’ xi devjazzjoni mill-perkors ta’ aġġustament lejn l-OTM fl-2018. Il-Kummissjoni tistieden lill-awtoritajiet biex ikunu għal-lest biex jieħdu l-miżuri neċessarji fi ħdan il-proċess baġitarju nazzjonali biex jiżguraw li l-baġit tal-2018 ikun konformi mal-PST.
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju tal-Irlanda, li bħalissa taqa' taħt il-parti preventiva u soġġetta għall-perjodu tranżitorju biex tagħmel progress biżżejjed lejn il-konformità mal-valur referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn, huwa konformi b'mod ġenerali mad-dispożizzjonijiet tal-PST. Il-Kummissjoni tistieden lill-awtoritajiet biex ikunu għal-lest biex jieħdu l-miżuri neċessarji fi ħdan il-proċess baġitarju nazzjonali biex jiżguraw li l-baġit tal-2018 ikun konformi mal-PST. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-Irlanda għamlet progress għar-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li hemm fi-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2017 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-2017 u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex ikomplu jagħmlu progress.
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju ta’ Ċipru, li bħalissa jaqa' taħt il-parti preventiva u soġġett għall-perjodu tranżitorju biex jagħmel progress biżżejjed lejn il-konformità mal-valur referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn, huwa konformi b'mod ġenerali mad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. B'mod partikolari, skont tbassir tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni, hemm ir-riskju ta’ xi ftit devjazzjoni mill-MTO fl-2017 u l-2018. Ċipru huwa projettat li jkun konformi mal-kriterju tad-dejn fl-2017 u l-2018. Il-Kummissjoni tistieden lill-awtoritajiet biex ikunu lesti jieħdu l-miżuri neċessarji fi ħdan il-proċess baġitarju nazzjonali biex jaraw li l-baġit tal-2018 ikun konformi mal-PST, u biex jissorveljaw bir-reqqa l-iżviluppi fin-nefqa fuq terminu qasir u medju, minħabba riskji assoċjati maż-żidiet fin-nefqa ffinanzjat minn dħul imprevist. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li Ċipru għamel progress għar-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li hemm fi-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2017 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-2017 u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex ikomplu jagħmlu progress.
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Abbozz ta’ Pjan Baġitarju ta’Malta, li bħalissa taqa' taħt il-parti preventiva, huwa ġeneralment konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Filwaqt li mad-daqqa t’għajn li l-bilanċ strutturali fl-2018 mistenni jibqa’ f’surplus, skont it-tbassir tal-Kummissjoni jidher li hemm riskji li jikkonċernaw id-dinamika tan-nefqa pubblika. Il-Kummissjoni tistieden lill-awtoritajiet biex ikunu għal-lest biex jieħdu l-miżuri neċessarji fi ħdan il-proċess baġitarju nazzjonali biex jiżguraw li l-baġit tal-2018 ikun konformi mal-PST. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li Malta għamlet progress għar-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li hemm fi-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2017 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-2017 u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex ikomplu jagħmlu progress.
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Abbozz ta’ Pjan Baġitarju tas-Slovakkja, li bħalissa taqa' taħt il-parti preventiva, huwa ġeneralment konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Il-Kummissjoni tistieden lill-awtoritajiet biex ikunu għal-lest biex jieħdu l-miżuri neċessarji fi ħdan il-proċess baġitarju nazzjonali biex jiżguraw li l-baġit tal-2018 ikun konformi mal-PST. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li s-Slovakkja għamlet progress għar-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li hemm fi-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2017 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-2017 u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex ikomplu jagħmlu progress.
Pjanijiet f’riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tal-pajjiż
Wara li kkunsidrat il-ħtieġa li jinstab bilanċ bejn iż-żewġ objettivi li jsaħħu l-irkupru li għaddej u wara li żgurat sostenibbiltà fiskali, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju tal-Belġju, li bħalissa jaqa' taħt il-parti preventiva, u huwa soġġett għall-valur referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn, huwa f’riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tal-PST. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tipprojetta riskju ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-aġġustament meħtieġ lejn l-MTO kemm fl-2017 kif ukoll fl-2018. Għalhekk il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet biex jieħdu l-miżuri meħtieġa fil-proċess baġitarju nazzjonali biex jiżguraw li l-baġit tal-2018 ikun konformi mal-PST u biex jużaw il-qligħ mhux previst biex jiġi aċċellerat it-tnaqqis tal-proporzjon tad-dejn għall-PDG tal-gvern. Konformità mar-rekwiżiti tal-parti preventiva hija fattur rilevanti ewlieni fil-valutazzjoni tal-konformità mal-kriterju tad-dejn. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-Belġju għamel xi progress għar-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li hemm fi-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2017 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-2017 u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex ikomplu jagħmlu progress.
Wara li kkunsidrat il-ħtieġa li jinstab bilanċ bejn iż-żewġ objettivi tat-tisħiħ tal-irkupru li għaddej u li tiġi żgurata sostenibbiltà fiskali, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju tal-Italja, li bħalissa jaqa' taħt il-parti preventiva, u huwa soġġett għall-valur referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn, huwa f’riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. L-aġġustament fiskali projettat fit-tbassir tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni għall-2018 mhuwiex adegwat minħabba l-isfidi ta’ sostenibbiltà li qed tiffaċċja l-Italja. Għalhekk il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet biex jieħdu l-miżuri meħtieġa fil-proċess baġitarju nazzjonali biex jiżguraw li l-baġit tal-2018 ikun konformi mal-PST u biex jużaw il-qligħ mhux previst biex jiġi aċċellerat it-tnaqqis tal-proporzjon tad-dejn għall-PDG tal-gvern. Konformità mar-rekwiżiti tal-parti preventiva hija fattur rilevanti ewlieni fil-valutazzjoni tal-konformità mal-kriterju tad-dejn. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-Italja għamlet progress għar-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li hemm fi-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2017 u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex ikomplu jagħmlu progress.
Filwaqt li tagħraf in-natura ta’ ebda bidla fil-politika fil-projezzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju tal-Awstrija, li bħalissa taqa' taħt il-parti preventiva u hija soġġetta għall-valur referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn , tinsab f'riskju ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Il-Kummissjoni tistieden lill-awtoritajiet biex jieħdu l-miżuri neċessarji fil-proċess baġitarju nazzjonali biex jiżguraw li l-baġit tal-2018 ikun konformi mal-PST. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-Awstrija għamlet progress għar-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li hemm fi-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2017 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-2017 u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex ikomplu jagħmlu progress.
Wara li kkunsidrat il-ħtieġa li jinstab bilanċ bejn iż-żewġ objettivi li jsaħħu l-irkupru li għaddej u wara li żgurat sostenibbiltà fiskali, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju tal-Portugall, li bħalissa jaqa' taħt il-parti preventiva, u huwa soġġett għall-valur referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn, huwa f’riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tipprojetta riskju ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-aġġustament meħtieġ lejn l-MTO kemm fl-2017 kif ukoll fl-2018. Il-Kummissjoni għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex jieħdu l-miżuri neċessarji fil-proċess baġitarju nazzjonali biex jiżguraw li l-baġit tal-2018 ikun konformi mal-PST. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-Portugall għamel progress limitat għar-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li hemm fi-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2017 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-2017 u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex jaċċelleraw il-progress.
Wara li kkunsidrat il-ħtieġa li jinstab bilanċ bejn iż-żewġ objettivi li jsaħħu l-irkupru li għaddej u wara li żgurat sostenibbiltà fiskali, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju tas-Slovenja, li bħalissa jaqa' taħt il-parti preventiva, u huwa soġġett għall-perjodu tranżizzjonali biex jagħmel progress biżżejjed lejn il-konformità mal-valur referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn, huwa f’riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. L-aġġustament fiskali projettat fit-tbassir tal-ħarifa tal-Kummissjoni għall-2018 mhuwiex adegwat minħabba l-isfidi ta’ sostenibbiltà fuq terminu medju li qed tiffaċċja l-Islovenja. It-titjib fid-defiċit nominali u l-proporzjon tad-dejn għall-PDG huwa parzjalment spjegat mill-ambjent ekonomiku favorevoli. L-irkupru dejjem aktar sod jipprovdi l-kundizzjonijiet għas-Slovenja biex treġġa’ lura buffers fiskali suffiċjenti meħtieġa biex jegħlbu kriżijiet futuri. Il-Kummissjoni għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex jieħdu l-miżuri neċessarji fil-proċess baġitarju nazzjonali biex jiżguraw li l-baġit tal-2018 ikun konformi mal-PST. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li s-Slovenja għamlet progress għar-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li hemm fi-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2017 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-2017 u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex ikomplu jagħmlu progress.
Għall-Istati Membri taħt il-parti korrettiva tal-PST
Pjanijiet bejn wieħed u ieħor konformi mal-obbligi tal-pajjiż
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju ta’ Spanja, li bħalissa taqa’ taħt il-parti preventiva, huwa ġeneralment konformi mad-dispożizzjonijiet tal-PST minħabba li t-tbassir tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni jipprevedi li d-defiċit eċċessiv se jiġi korrett fil-ħin. Madankollu, – filwaqt li tagħraf in-natura ta’ ebda bidla fil-politika tal-projezzjonijiet tal-Abbozz ta' Pjan Baġitarju – la t-tbassir tal-Kummissjoni u lanqas l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju ma jipprojettaw il-mira tad-defiċit nominali stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill li għandha tintlaħaq sal-2018. Barra minn hekk l-isforz fiskali meħtieġ fl-2018 mhuwiex projettat li jintlaħaq b’marġini wiesa’. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li Spanja għamlet progress għar-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li hemm fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Awwissu 2016 u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2017 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-2017 u għalhekk tħeġġeġ it-tisħiħ tal-oqfsa tal-politika fiskali u tal-akkwist pubbliku ta’ Spanja.
Pjanijiet f’riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tal-pajjiż
Wara li kkunsidrat il-ħtieġa li jinstab bilanċ bejn iż-żewġ objettivi li jsaħħaħ l-irkupru li għaddej u li tiġi żgurata s-sostenibbiltà fiskali, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Abbozz ta' Pjan Baġitarju ta’Franza għall-2018 li bħalissa taqa' taħt il-parti preventiva, u mill-2018 huwa soġġett għall-valur referenzjarju tat-tnaqqis tad-dejn, huwa f’riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tipprojetta riskju ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-aġġustament meħtieġ lejn l-MTO fl-2018. Għalhekk il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet biex jieħdu l-miżuri meħtieġa fil-proċess baġitarju nazzjonali biex jiżguraw li l-baġit tal-2018 ikun konformi mal-PST u biex jużaw il-qligħ mhux previst biex jiġi aċċellerat it-tnaqqis tal-proporzjon tad-dejn għall-PDG tal-gvern. Konformità mar-rekwiżiti tal-parti preventiva hija fattur rilevanti ewlieni fil-valutazzjoni tal-konformità mal-kriterju tad-dejn. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li Franza għamlet progress għar-rigward tal-parti strutturali tar-rakkomandazzjonijiet fiskali li hemm fi-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2017 fil-kuntest tas-Semestru Ewropew tal-2017 u għalhekk tistieden lill-awtoritajiet biex ikomplu jagħmlu progress.
ANNESS II: Il-metodoloġija u s-suppożizzjonijiet li jirfdu l-t-tbassir tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni
Skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) Nru 473/2013, "Il-metodoloġija u s-suppożizzjonijiet tal-previżjonijiet ekonomiċi l-aktar reċenti tas-servizzi tal-Kummissjoni għal kull Stat Membru, inklużi l-istimi tal-impatt tal-miżuri baġitarji aggregati fuq it-tkabbir ekonomiku, għandhom jiġu annessi mal-valutazzjoni kumplessiva". Is-suppożizzjonijiet li jirfdu t-tbassir tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni, li huwa prodott indipendentement mill-persunal tal-Kummissjoni, huma spjegati fid-dokument tat-tbassir nnifsu 1 .
Id-data baġitarja sal-2016 hija bbażata fuq id-data nnotifikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Ottubru 2017 u vvalidata mill-Eurostat fit-23 ta' Ottubru 2017. Il-Eurostat ma għamel l-ebda emendi għad-data rrappurtata mill-Istati Membri matul iċ-ċiklu ta' notifika tal-ħarifa 2017. Il-Eurostat irrifjutat ir-riżerva dwar il-kwalità tad-data rrappurtata mil-Lussemburgu b’rabta mal-klassifikazzjoni tas-setturi ta’ sptarijiet, kif ukoll numru ta’ kwistjonijiet tekniċi bħar-reġistrazzjoni ta’ kontijiet riċevibbli u pagabbli, id-daqs ta’ diskrepanzi statistiċi f’tabelli tal-EDP u n-nuqqas ta’ disponibilità ta’ data għall-gvern lokali. Il-Eurostat esprima riżerva dwar il-kwalità tad-data rrapportata minn Franza f’rabta mar-reġistrazzjoni ta’ xi operazzjonijiet tal-Agence Française de Développement. L-Eurostat qed iżomm ir-riżerva dwar il-kwalità tad-data rapportata mill-Belġju dwar il-klassifikazzjoni tas-settur tal-isptarijiet. L-Eurostat qed iżomm ukoll riżerva dwar il-kwalità tad-data rapportata mill-Ungerija dwar il-klassifikazzjoni tas-settur ta’ Eximbank. Min-naħa l-oħra, l-Eurostat irrifjutat ir-riżerva dwar il-kwalità tad-data rrappurtata mill-Ungerija b’rabta mal-klassifikazzjoni tas-setturi tal-fondi ta’ protezzjoni statutorja u l-kumpanija Humgarina Restructuring and Debt Management.
Għat-tbassir, il-miżuri li jsostnu l-istabbiltà finanzjarja ġew irreġistrati skont id-Deċiżjoni tal-Eurostat tal-15 ta' Lulju 2009 2 . Sakemm l-Istati Membru kkonċernat jirrapporta mod ieħor, l-injezzjonijiet ta' kapital magħrufa f'dettall suffiċjenti ġew inklużi ffit-tbassir bħala tranżazzjonijiet finanzjarji, jiġifieri jżidu d-dejn, iżda mhux id-defiċit. Il-garanziji tal-Istat fuq ir-responsabilitajiet tal-banek u fuq id-depożiti mhumiex inklużi bħala nefqa tal-gvern, sakemm ma jkunx hemm evidenza li turi li dawn ikunu ntużaw fil-mument li tkun ġiet iffinalizzat it-tbassir. Ta' min jinnota, madankollu, li s-self lill-banek mill-gvern, jew minn entitajiet oħra kklassifikati fis-settur pubbliku, normalment iżidu mad-dejn tal-gvern.
Għall-2018, se jitqiesu l-baġits adottati jew preżentati lill-parlamenti nazzjonali kif ukoll kull miżura oħra magħrufa f'biżżejjed dettall. B'mod partikolari, l-informazzjoni kollha inkluża fl-APB ippreżentati sa nofs Ottubru qed tiġi riflessa fit-tbassir tal-ħarifa. Għall-2018, is-suppożizzjoni tal-"ebda bidla fil-politika" użata fit-tbassir timplika l-estrapolazzjoni ta' xejriet fid-dħul u n-nefqa u l-inklużjoni tal-miżuri magħrufa f'biżżejjed dettall.
L-aggregazzjonijiet Ewropej tad-dejn amministrazzjoni pubblika fis-snin ta' tbassir 2017-2019 huma ppubblikati fuq bażi mhux konsolidata (jiġifieri mhux ikkoreġuti għas-self intergovernattiv). Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tul iż-żmien, id-data storika tiġi ppubblikata wkoll fuq l-istess bażi. Il-projezzjonijiet tad-dejn tal-amministrazzjoni pubblika għall-Istati Membri individwali fl-2017-19 jinkludu l-impatt tal-garanziji lill-EFSF, self bilaterali lil Stati Membri oħra, u l-parteċipazzjoni fil-kapital tal-MES skont kif ippjanat fl-aħħar jum li jittieħed f'kunsiderazzjoni fit-tbassir 3 .
Skont tbassir tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni, il-miżuri baġitarji rappurtati fl-APBs għall-2018 inaqqsu d-defiċit aggregat bi ftit (impatt ta’ anqas minn 0.1% tal-PDG). Dan huwa kompletament minħabba l-impatt ta’ miżuri ta’ nefqa, filwaqt li l-miżuri ta’ dħul huma newtrali b’mod aggregat. B’mod ġenerali l-impatt mekkaniku fuq it-tkabbir tal-PDG fi żmien qasir huwa projettat li jkun negliġibbli.
Huwa importanti li wieħed ikun prudenti meta jinterpreta din l-istima:
·Jekk ma jkunx hemm azzjoni fuq l-iżbilanċi fiskali dan jista' jkabbar il-fraġilità finanzjarja u tal-assi u dan iwassal għal firxiet u għal rati ta' self ogħla, b'impatt negattiv dwar it-tkabbir.
·Ir-Regolament jimmira lejn l-evalwazzjoni tal-effett tal-miżuri meħuda fl-APB. Għalhekk miżuri meħuda u li daħlu fis-seħħ qabel l-APB mhumiex inklużi fil-valutazzjoni (anke jekk jistgħu jkollhom impatt addizzjonali fuq il-projezzjonijiet tal-finanzi pubbliċi għall-2018).
·Miżuri meħuda b'effett fl-2018 jistgħu wkoll jikkumpensaw għal miżuri eżistenti li jkollhom impatt ta' darba fl-2017 u għax-xejra ta' żieda f’xi entrati tal-infiq. Fil-fatt, il-linja bażi li fuqha huma rrappurtati l-miżuri ta’ nfiq msemmija hawn fuq, timplikafiha nnifisha pożizzjoni ta’ espansjoni. Dan huwa spjegat bil-fatt li minkejja l-impatt ta’ tnaqqis tad-defiċit aggregat bi ftit tal-miżuri tal-APB, il-pożizzjoni fiskali aggregata fl-2018 hija xi ftit espansjonarja.
ANNESS III: Analiżi ta' sensittività
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 473/2013, "il-valutazzjoni kumplessiva għandha tinkludi analiżi tas-sensittività li jipprovdu indikazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi f’każ ta’ żviluppi ekonomiċi, finanzjarji jew baġitarji negattivi". Dan l-Anness għalhekk jippreżenta analiżi tas-sensittività tal-iżviluppi tad-dejn pubbliku għal xokkijiet makroekonomiċi possibbli (għat-tkabbir, ir-rati tal-interess u l-bilanċ primarju tal-gvern), billi juża r-riżultati tal-projezzjonijiet stokastiċi tad-dejn. 4 L-analiżi tippermetti stima tal-impatt possibbli fuq id-dinamika tad-dejn pubbliku ta' riskji 'l fuq (upside risk) u 'l isfel (downside risk) għat-tkabbir tal-PDG nominali, l-effetti tal-iżviluppi pożittivi/negattivi fuq is-swieq finanzjarji, li jissarrfu fi spejjeż tas-self orħos / ogħla għall-gvernijiet, u xokkijiet fiskali li jaffettwaw il-pożizzjoni finanzjarja tal-gvern.
Fit-tbassir stokastika l-inċertezza fil-kundizzjonijiet makroekonomiċi futuri tidher fl-analiżi tad-dinamiki tad-dejn pubbliku fuq il-bażi ta' xenarju "ċentrali" tal-tat-tbassir tad-dejn, li tikkorrispondi rispettivament max-xenarju tat-tbassir tal-ħarifa tal-2017 tal-Kummissjoni u x-xenarju tat-tbassir tal-APB fiż-żewġ partijiet tal-graff ta' hawn isfel, li tirrapporta r-riżultati taż-ŻE-18 (fiż-żewġ każijiet issir is-suppożizzjoni tas-soltu tal-ebda bidla fil-politika wara l-orizzont tat-tbassir). 5 Jiġu applikati xokkijiet għall-kundizzjonijiet makroekonomiċi (rati tal-imgħax għall-perjodu qasir u fit-tul fuq bonds tal-gvern; rata ta’ tkabbir; bilanċ primarju tal-gvern) li fix-xenarju ċentrali jitqiesu bħala li jiksbu l-"konu" (id-distribuzzjoni) ta' perkorsi ta' dejn possibbli ppreżentati fil-grafika ta’ hawn taħt. Il-konu jikkorrispondi għal grupp wiesa' ta' kundizzjonijiet makroekonomiċi sottostanti possibbli, b'sa 2 000 xokk simulat fuq it-tkabbir, ir-rati tal-interessi u l-bilanċ primarju. Id-daqs u l-korrelazzjoni tax-xokkijiet jirriflettu l-imġiba storika tal-varjabbli. 6 Dan jimplika li l-metodoloġija ma tkoprix l-inċertezza f’ħin reali, li f’dan l-istadju tista’ tkun ogħla b’mod speċjali għall-marġni fil-produzzjoni. Il-fan charts li jirriżultaw fil-graff ta' hawn taħt għalhekk jipprovdu informazzjoni probabbilistika dwar id-dinamiki tad-dejn għaż-ŻE-18 fil-kunsiderazzjoni tal-okkorrenza possibbli ta' xokkijiet fuq it-tkabbir, ir-rati tal-imgħax u l-bilanċ primarju ta' daqs u korrelazzjoni li tirrifletti dawk osservati fil-passat.
Il-fan charts jirrapportaw il-perkors previst tad-dejn skont ix-xenarju ċentrali (li fuqu jiġu applikati x-xokkijiet makroekonomiċi) bħala linja miksura, u t-trajjetorja tat-tbassir tad-dejn li taqsam f'żewġ nofsijiet is-sett kollu tat-trajjetorji miksub bl-applikazzjoni tax-xokkijiet (il-medjan) bħala linja sewda solida fiċ-ċentru tal-konu. Il-konu nnifsu jkopri 80 % tal-possibbiltajiet kollha tal-perkorsi possibbli tad-dejn miksuba bis-simulazzjoni ta' 2 000 xokk fuq it-tkabbir, ir-rati tal-imgħax u l-bilanċ primarju (billi l-aktar linja baxxa u l-aktar l-linja għolja li jiddelimitaw il-konu jirrappreżentaw l-għaxar u d-disgħin perċentili tad-distribuzzjoni rispettivament), u għalhekk jeskludu miż-żona skura l-perkorsi simulati tad-dejn (20 % ta' kollox) li jirriżultaw minn xokkijiet aktar estremi (inqas probabbli), jew telf "tail events". Iż-żoni skuri differenti fil-konu jirrappreżentaw porzjonijiet differenti tad-distribuzzjoni kumplessiva tal-perkorsi possibbli tad-dejn. Iż-żona bil-blu skur (delimitata mill-erbgħin u s-sittin perċentili) tinkludi l-20 % tal-perkorsi kollha possibbli tad-dejn li huma l-eqreb tax-xenarju ċentrali.
Graff III.1: Fan charts minn tbassir stokastiku tad-dejn pubbliku madwar ix-xenarju tat-tbassir tal-Kummissjoni u x-xenarju tat-tbassir tal-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji (APB)
|
|
|
|
Kemm għax-xenarju tat-tbassir tal-Kummissjoni kif ukoll għal dak tat-tbassir tal-APB, li jittieħed kont tar-riskji 'l fuq u 'l isfel għall-bilanċ primarju tal-gvern, it-tkabbir u l-kundizzjonijiet tas-suq finanzjarju fiż-żewġ xenarji jwassal għal dejn taż-ŻE-18 fl-2018 li jinsab bejn 83 % u 89 % tal-PDG bi probabbiltà ta’ 80 % (billi l-konu jirrappreżenta 80 % tal-perkorsi tad-dejn simulati kollha possibbli). Il-konfini ta' fuq u ta' isfel tal-intervall tal-proporzjon tad-dejn fl-2018 ikunu kemm kemm simili fix-xenarju tal-Kummissjoni meta mqabbel max-xenarju tal-APB, minħabba differenza żgħira ħafna bejn it-tbassir ċentrali rispettiva li tapplika għalihom ix-xokkijiet (proporzjon ta' dejn ta' madwar 86 % fix-xenarju tal-Kummissjoni u fix-xenarju tal-APB).
Lil hinn mill-2017, sa fejn jasal l-orizzont tal-APB attwali, ir-riżultati tas-simulazzjoni juru li d-differenza fil-proporzjonijiet tad-dejn previst taħt ix-xokkijiet bejn ix-xenarji tal-Kummissjoni u tal-APB tibqa' ristretta. Fi tmiem l-orizzont tal-projezzjonijiet meqjusa fil-fan charts (2022), ikun hemm 50 % probabbiltà ta' proporzjon tad-dejn ogħla minn 79 % u 80 % tal-PDG fix-xenarju tal-APB u tal-Kummissjoni rispettivament. Din id-differenza żgħira hija l-aktar minħabba l-bilanċ strutturali primarju miżmum kostanti f'bilanċ pożittiv previst kemm kemm ogħla fix-xenarju tal-APB meta mqabbel max-xenarju tal-Kummissjoni.
Ta' min jinnota li billi d-daqs u l-korrelazzjoni tax-xokkijiet jirriflettu l-imġiba storika tal-varjabbli, il-metodoloġija ma tkoprix l-inċertezza f’ħin reali, bħalma tista' teżisti b’mod partikolari fil-valutazzjoni tal-marġni fil-produzzjoni. Filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu l-esperjenza passata ta’ reviżjonijiet sinifikanti ta’ stimi tal-marġni fil-produzzjoni, ħafna drabi fid-direzzjoni ta’ produzzjoni potenzjali aktar baxxa milli maħsuba f’ħin reali, dan jissuġġerixxi sors addizzjonali ta’ riskji fuq perkorsi futuri tad-dejn li ma jkunx rifless fl-analiżi preċedenti.
ANNESS IV. Grafiki u Tabelli
Tabella IV.1: Tkabbir reali tal-PDG (%) għaż-ŻE-18 skont il-Programmi ta’ Stabbiltà (PS), l-Abbozzi ta’ Pjanijiet Baġitarji (APB) ut-tbassir tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni (COM)
Tabella IV.2: Miri ta’ defiċit nominali (% tal-PDG) għaż-ŻE-18 skont il-Programmi ta’ Stabbiltà (PS), l-Abbozzi ta’ Pjanijiet Baġitarji (APB) u t-tbassir tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni (COM)
Graff IV.1: Tqabbil ta’ bilanċ nominali tal-gvern (% tal-PDG) kif projettat għall-2018 mit-tbassir tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni (COM) u mill-Abbozzi ta' Pjanijiet Baġitarji (APB)
Nota: Il-graff turi l-bilanċi nominali tal-baġit tal-2018 mill-APB (assi orizzontali) mqabbla mal-projezzjonijiet tal-Kummissjoni għat-tbassir tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni (l-assi vertikali). L-Istati Membri 'l fuq (taħt) il-linja bi-settur huma dawk fejn il-Kummissjoni tbassar bilanċ nominali aktar baxx (ogħla) minn dak tal-APB.
Graff IV.2: Dekompożizzjoni tal-marġni fil-miri tad-dejn (% tal-PDG) għall-2018 bejn it-tbassir tal-ħarifa tal-2017 tal-Kummissjoni u l-Abbozz ta' Pjanijiet Baġitarji
Nota: Il-graff tqassam id-differenza fil-bilanċ nominali tal-2018 bejn it-tbassir tal-APB u tal-Kummissjoni fl-impatt ta’ punt tat-tluq differenti (effett bażi tal-2017), l-impatt ta’ suppożizzjonijiet ta’ tkabbir differenti (effett ta’ tkabbir nominali), u residwu li jinkludi nuqqas fil-politika relatat mal-impatt mistenni tal-mmiżuri. Sinjal pożittiv ifisser li t-tbassir tal-Kummissjoni huwa aktar ottimista.
Tabella IV.3: Bidliet fil-bilanċ strutturali (% tal-PDG) għaż-ŻE-18 skont il-Programmi ta’ Stabbiltà (PS), l-Abbozzi ta’ Pjanijiet Baġitarji (APB) u t-tbassir tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni (COM)
Tabella IV.4: Bidliet fil-bilanċ strutturali (% tal-PDG) għaż-ŻE-18 skont il-Programmi ta’ Stabbiltà (PS), l-Abbozzi ta’ Pjanijiet Baġitarji (APB) ut-tbassir tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni (COM)
Graff IV.3: Bidla fil-bilanċ strutturali fl-2018 (% tal-PGD potenzjali) Abbozz ta' Pjanijiet Baġitarji (APB) mqabbla mat-tbassir tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni (COM)
Graff IV.4: Sforz fiskali diskrezzjonali fl-2018 (% tal-PDG): Abbozz ta' Pjanijiet Baġitarji (APB) mqabbla mat-tbassir tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni (COM)
Nota: Għall-kalkolu tal-isforz Fiskali Diskrezzjonali fuq il-bażi tal-APB, il-medja tar-rata ta’ tkabbir potenzjali fuq 10 snin tat-tbassir tal-Kummissjoni jintuża bħala valur referenzjarju għat-tkabbir ekonomiku fuq terminu medju.
Tabella IV.5: Objettivi baġitarji għal terminu medju (OTM), kif stabbiliti fil-Programmi ta’ Stabbiltà 2017, u Valuri Referenzjarji Minimi mill-2018 taż-ŻE-18
Graff IV.5a: Il-pożizzjoni tal-Istati Membri fil-konfront tal-OTM tagħhom skont tbassir tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni (% tal-PDG)
Graff IV.5b: Il-pożizzjoni tal-Istati Membri fil-konfront tal-OTM tagħhom skont l-Abbozz ta' Pjanijiet Baġitarju (% tal-PDG)
Nota: Il-graff tistabbilixxi l-progress tal-Istati Membri lejn l-OTM’s rispettivi tagħhom bejn l-2017 u l-2018 skont it-tbassir tal-Kummissjoni (graff ta’ fuq) u l-Abbozzi ta' Pjanijiet Baġitarji (graff t’isfel). Il-bażi tal-vleġġa tirrappreżenta l-pożizzjoni inizzjali tal-bilanċ strutturali fl-2017, filwaqt li l-ponta tal-vleġġa tirrappreżenta l-bilanċ strutturali projettat jew ippjanat (ikkalkulat mill-ġdid) fl-2018. Għalhekk, id-daqs tal-vleġġa ħadra (ħamra) jikkorrispondi mat-titjib (deterjorament) fil-bilanċ strutturali bejn l-2017 u l-2018. Fl-aħħar, il-kaxxi l-iskuri jirrappreżentaw l-OTM ta’ kull Stat Membru għall-2018.
Tabella IV.6: Il-proporzjon tad-dejn għall-PDG (% tal-PDG) għaż-ŻE-18 skont il-Programmi ta’ Stabbiltà (PS), l-Abbozzi ta’ Pjanijiet Baġitarji (APB) ut-tbassir tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni (COM)
Graff IV.6: Fatturi ewlenin għall-bidla fil-proporzjon tad-dejn bejn l-2017 u l-2018 skont l-APB (% tal-PDG)
Nota: Il-graff tqassam il-bidla fil-proporzjonijiet ta' dejn mal-PDG fl-impatt tal-bilanċ primarju, aġġustamenti bejn il-fondi u l-flussi ippjanati u l-‘effett valanga’. L-effett valanga jirrappreżenta d-differenza bejn ir-rati ta’ tkabbir imbassra u r-rati tal-imgħax.
Tabella IV.7: Kompożizzjoni tal-konsolidazzjoni fiskali fl-2017 u fl-2018 għaż-ŻE-18 skont il-Programmi ta’ Stabbiltà (PS), l-Abbozzi ta' Pjanijiet Baġitarji (APB), ut-tbassir tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni (COM)
Graff IV.7: Bidliet projettati fi proporzjonijiet ta’ nefqa aġġustati ċiklikament fil-Abbozzi ta’ Pjanijiet Baġitarji (APB) u t-tbassir tal-ħarifa tal-2017 tal-Kummissjoni (COM)
Graff IV.8: Bidliet projettati f'tipi ewlenin ta’ nefqa (% tal-PDG) għall-2017 fiż-ŻE-18: Abbozz ta' Pjanijiet Baġitarji (APB) mqabbla mat-tbassir tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni (COM)
Nota: Il-graff turi l-kontribuzzjonijiet mill-elementi ewlenin ta’ nefqa għat-tibdiliet previsti fil-proporzjonijiet tan-nefqa mal-PDG.
Graff IV.9: L-investiment (% tal-PDG) fl-2018 skont l-Abbozi ta' Pjanijiet Baġitarji tal-Istati Membri taż-żona tal-euro
Graff IV.10: Miżuri diskrezzjonali tad-dħul u bidliet oħra fil-proporzjon tad-dħul fl-2018: Abbozz ta' Pjanijiet Baġitarji (APB) mqabbla mat-tbassir tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni (COM)
Graff IV.11: Bidliet projettati fit-tipi ewlenin ta’ dħul mit-taxxa (% tal-PDG) għall-2018 fiż-ŻE-18: Abbozz ta' Pjanijiet Baġitarji (APB) mqabbla mat-tbassir tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni (COM)
Nota: Il-graff turi l-kontribuzzjonijiet mill-komponenti ewlenin ta’ dħul għall-bidliet previsti fil-proporzjonijiet tad-dħul mal-PDG.
Tabella IV.8: Elastiċitajiet fuq medda qasira ta’ żmien sottostanti għall-projezzjonijiet ta’ dħul għall-2018 fiż-ŻE-18: Abbozzi ta' Pjanijiet Baġitarji (APB) mqabbla mat-tbassir tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni (COM) u elastiċitajiet standard stmati mill-OECD
Nota: il-paragun bejn l-elastiċitajiet derivati mill-APB u t-tbassir tal-Kummissjoni, minn naħa, u l-elastiċitajiet tal-OECD, min-naħa l-oħra, għandu jsir b’attenzjoni. Filwaqt li l-ewwel tnejn huma elastiċitajiet netti għat-tkabbir tal-PDG, dawn tal-aħħar huma, strettament, maħduma fir-rigward tal-marġni tal-produzzjoni. Id-differenzi huma ġeneralment minuri.
Tabella IV.9: Indikaturi ta’ sostenibilità bbażati fuq it-tbassir tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni
Nota: skont il-metodoloġija użata mir-Rapport dwar is-Sostenibbiltà Fiskali tal-Kummissjoni Ewropea għall-2015 u d-Debt Sustainability Monitor tal-2016. Dawn ir-riżultati aġġornati skont it-tbassir tal-ħarifa 2017 tal-Kummissjoni se jiġu ppreżentati fid-Debt Sustainability Monitor tal-2007 li jmiss.
Is-suppożizzjonijiet metodoloġiċi li jirfdu t-tbassir tal-ħarifa tal-Kummissjoni tal-2017, jinsabu fuq: http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/eeip/forecasts_en.htm ).
Jinsab fuq: http://ec.europa.eu/eurostat/documents/1015035/2041337/FT-Eurostat-Decision-9-July-2009-3--final-.pdf .
Konformi mad-deċiżjoni tal-Eurostat tas-27 ta' Jannar 2011 dwar ir-reġistrazzjoni statistika tal-operazzjonijiet li saru mill-EFSF, tinsab hawn: http://ec.europa.eu/eurostat/documents/2995521/5034386/2-27012011-AP-EN.PDF .
Il-metodoloġija għal tbassirjiet stokastiċi tad-dejn pubbliku użata hawnhekk hija ppreżentata fir-Rapport ta’ Sostenibbiltà Fiskali tal-Kummissjoni Ewropea 2015, Taqsima 1,3, u f’Berti K. (2013), "Stochastic public debt projections using the historical variance-covariance matrix approach for EU countries", European Economy, Economic Paper Nru 480.
Dan jinvolvi li l-bilanċ strutturali primarju taż-ŻE-18 jiġi ssupponut li se jibqa ' konstanti fl- aħħar livell previst ta' surplus – f'0,8% fl-2018 fix-xenaju DBP, kontra surplus ta' 0,6 % fl-2019 fix-xenarju tal-Kummissjoni – tul il-bqija tal-orizzont tat-tbassir.
Qed issirsuppożizzjoni li x-xokkijiet isegwu distribuzzjoni normali konġunta.