Brussell, 23.11.2017

COM(2017) 693 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Rapport dwar il-funzjonament tas-suq Ewropew tal-karbonju


WERREJ

Lista ta’ akronimi u abbrevjazzjonijiet    

1.    INTRODUZZJONI    

2.    INFRASTRUTTURA TAL-EU ETS    

2.1.    Kopertura ta’ attivitajiet, ta’ stallazzjonijiet u ta’ operaturi ta’ inġenji tal-ajru    

2.2.    Ir-Reġistru tal-Unjoni u r-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EUTL)    

3.    FUNZJONAMENT TAS-SUQ TAL-KARBONJU FL-2016    

3.1.    Provvista: kwoti mqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni    

3.1.1.    Limitu massimu    

3.1.2.    Kwoti maħruġa    

3.1.3.    Krediti internazzjonali    

3.2.    Domanda: kwoti meħuda barra miċ-ċirkolazzjoni    

3.3.    Ibbilanċjar tal-provvista u tad-domanda    

4.    AVJAZZJONI    

5.    SORVELJANZA TAS-SUQ    

5.1.    In-natura legali u t-trattament fiskali tal-kwoti tal-emissjonijiet    

6.    MONITORAĠĠ, RAPPORTAR U VERIFIKA TAL-EMISSJONIJIET    

7.    ĦARSA ĠENERALI LEJN L-ARRANĠAMENTI AMMINISTRATTIVI    

8.    KONFORMITÀ U INFURZAR    

9.    KONKLUŻJONIJIET U ASPETTATTIVI    

ANNESS    

Lista ta’ akronimi u abbrevjazzjonijiet

AVR        Regolament dwar l-Akkreditazzjoni u l-Verifika

AK        Awtorità Kompetenti

CCS        Ġbir u Ħżin tad-Diossidu tal-Karbonju

CDM        Mekkaniżmu għal Żvilupp Nadif

CERs        Tnaqqis Iċċertifikat ta’ Emissjonijiet

CORSIA    Skema ta’ Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali

EA        Kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditazzjoni

ŻEE        Żona Ekonomika Ewropea

EEX        European Energy Exchange

BEI        Bank Ewropew tal-Investiment

ERUs        Unitajiet ta’ Tnaqqis tal-Emissjonijiet

EU ETS    Skema tal-Unjoni Ewropea għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet

EUTL        Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

GHG        Gass serra

ICAO        Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali

ICE        ICE Future Europe

JI        Implimentazzjoni Konġunta

MAR        Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq

MiFID2    Direttiva dwar is-Swieq tal-Istrumenti Finanzjarji

MRR        Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar

MRV        Monitoraġġ, Rapportar u Verifika

MRVA    Monitoraġġ, Rapportar, Verifika u Akkreditazzjoni

MSR        Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq

NAB        Korp Nazzjonali ta’ Akkreditament

NER        Riżerva għal Min Jidħol Ġdid

PFCs        Perfluworokarburi

RES        Sorsi ta' Enerġija Rinnovabbli

TNAC        In-Numru Totali ta’ Kwoti fiċ-Ċirkolazzjoni


1.INTRODUZZJONI

Mill-2005 ’l hawn, l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (EU ETS) kienet ċentrali għall-istrateġija tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) mill-industrija u mis-settur tal-enerġija. Din tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-ilħuq tal-mira tal-UE li sal-2020 l-emissjonijiet GHG jitnaqqsu b’20 % mil-livelli tal-1990. Filwaqt li l-UE tinsab fit-triq it-tajba biex taqbeż din il-mira 1 , it-tnaqqis tal-emissjonijiet GHG b’mill-inqas 40 % sal-2030 – kif previst fil-qafas ta' politika tal-UE għall-klima u l-enerġija għall-2030 – jirrikjedi progress kontinwu 2 . Il-mira domestika tal-2030 ser titwassal kollettivament mill-UE, bi tnaqqis kemm fis-setturi tal-ETS kif ukoll f’dawk mhux tal-ETS. Madankollu, EU ETS li tiffunzjona tajjeb u riformata ser tikkostitwixxi l-mekkaniżmu ewlieni biex tintlaħaq din il-mira, billi jiġi ffaċilitat tnaqqis ta’ 43 % tal-emissjonijiet GHG meta mqabbel mal-livelli tal-2005 fis-setturi koperti mis-sistema.

Sabiex tippermetti lill-EU ETS tissodisfa dan l-għan, f’Lulju 2015, il-Kummissjoni ppreżentat proposta leġiżlattiva 3 biex tirriforma l-EU ETS għar-raba’ perjodu ta’ negozjar tagħha (2021- 2030). Fil-bidu ta’ Novembru 2017 intlaħaq ftehim politiku dwar il-proposta, wara proċess intensiv ta’ trilogi 4 .

Dan ir-Rapport dwar il-funzjonament tas-suq Ewropew tal-karbonju huwa ppreżentat f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 10(5) u 21(2) tad-Direttiva 2003/87/KE 5 (id-Direttiva tal-EU ETS). Kif stipulat permezz tad-Direttiva, l-għan tar-rapport huwa li jipprovdi aġġornamenti regolari dwar l-iżviluppi fis-suq Ewropew tal-karbonju fuq bażi annwali.

Tabella 1: Rapporti dwar is-suq tal-karbonju ppubblikati fis-snin preċedenti 6

Referenza

Perjodu kopert

Il-kuntest politiku

COM(2012) 652

2008-2011

Valutazzjoni tal-ħtieġa għal azzjoni regolatorja fid-dawl ta’ eċċess dejjem jikber fil-kwoti tal-emissjonijiet

COM(2015) 576

2013-2014

Ir-rapport dwar l-ewwel Stat tal-Unjoni tal-Enerġija

COM(2017) 48

2015

Ir-rapport dwar it-tieni Stat tal-Unjoni tal-Enerġija

Ir-rapport preżenti jkopri s-sena 2016, iżda jippreżenta wkoll ċerti inizjattivi proposti jew miftiehma fl-2017. Meta mqabbel mar-rapport preċedenti, huwa jinkludi kapitolu ġdid dwar l-iskemi ta’ kumpens għall-kostijiet tal-karbonju indiretti, kif ukoll informazzjoni dwar l-indikatur ta’ eċċess tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq ippubblikat għall-ewwel darba f’Mejju 2017. Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, id-dejta użata għal dan ir-rapport kienet dik disponibbli pubblikament u għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2017.

Informazzjoni ġenerali u deskrittiva dwar aspetti differenti tal-EU ETS hija inkluża fil-kaxex fir-rapport kollu.

2.INFRASTRUTTURA TAL-EU ETS

2.1.Kopertura ta’ attivitajiet, ta’ stallazzjonijiet u ta’ operaturi ta’ inġenji tal-ajru

L-EU ETS topera fil-31 pajjiż taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). Din tillimita l-emissjonijiet minn kważi 11,000 impjant tal-enerġija u stallazzjonijiet tal-manifattura kif ukoll kemxejn aktar minn 500 operatur ta’ inġenji tal-ajru li jtiru bejn l-ajruporti taż-ŻEE. Din tkopri madwar 45 % tal-emissjonijiet GHG tal-UE.

Mill-Fażi 3 (2013-2020)*, is-setturi bi stallazzjonijiet stazzjonarji regolati mill-EU ETS huma industriji intensivi fl-enerġija, inklużi impjanti tal-enerġija u impjanti oħra ta’ kombustjoni, b’input nominali termiku ta’ >20MW (ħlief stallazzjonijiet ta’ skart perikoluż jew muniċipali), raffineriji taż-żejt, fran tal-kokk, ħadid u azzar, gagazza tas-siment, ħġieġ, ġir, brikks, ċeramika, polpa, karta u bord, aluminju, petrokimiċi, ammonijaka, produzzjoni ta’ aċidu nitriku, adipiku, gliossali u gliossiliku, ġbir ta’ CO2, trasport f’pipelines u ħżin ġeoloġiku ta’ CO2.

L-ambitu tal-avjazzjoni tal-EU ETS kien limitat għal titjiriet fiż-ŻEE sal-aħħar tal-2016, sal-adozzjoni ta’ approċċ globali mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO). F’Ottubru 2016, l-ICAO qablet dwar riżoluzzjoni dwar l-Iskema ta’ Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA), li għandha tibda fl-2021. Fid-dawl ta’ dan ir-riżultat, il-Kummissjoni pproponiet li l-approċċ intra-ŻEE jitkompla lil hinn mill-2016 (ara t-Taqsima 4).

L-EU ETS tkopri emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju (CO2), emissjonijiet ta’ ossidu nitruż (N2O) minn kull produzzjoni ta’ aċidu nitriku, adipiku, gliossali u gliossiliku u emissjonijiet ta’ perfluworokarburi (PFC) mill-produzzjoni tal-aluminju. Għalkemm parteċipazzjoni fl-EU ETS hija obbligatorja, f’xi setturi jiġu inklużi biss stallazzjonijiet akbar minn ċertu daqs. Barra minn hekk, il-pajjiżi parteċipanti jistgħu jeskludu stallazzjonijiet żgħar mis-sistema jekk ikun hemm miżuri fis-seħħ li jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom b’ammont ekwivalenti għall-ammont ta’ emissjonijiet li kienu jinqatgħu li kieku l-istallazzjonijiet kienu ġew inklużi fl-EU ETS. Il-pajjiżi parteċipanti jistgħu jżidu wkoll aktar setturi u GHGs fl-EU ETS.

* Informazzjoni dwar Fażijiet 1 u 2 tal-EU ETS tista’ tinstab hawnhekk: https://ec.europa.eu/clima/policies/ets/pre2013_mt

Skont ir-rapporti tal-Artikolu 21 ippreżentati mill-pajjiżi parteċipanti 7 fl-2017, fl-2016 kien hemm total ta’ 10 790 stallazzjoni permessa meta mqabbla ma’ madwar 10 950 fl-2015 u madwar 11 200 is-sena ta’ qabilha.

Kif kien il-każ fis-snin preċedenti, il-karburanti maħruqa fl-EU ETS fl-2016, kienu għadhom fil-maġġor parti assoluta fossili. Madankollu, 29 pajjiż irrapportaw ukoll użu tal-bijomassa (meta mqabbla mas-27 fl-2015) b’rabta mal-2 079 stallazzjoni (19 % tal-istallazzjonijiet kollha). Żewġ pajjiżi biss (LI u MT) ma rrapportaw l-ebda użu tal-bijomassa 8 . Fl-2016, l-emissjonijiet mill-bijomassa ammontaw għal madwar 141 miljun tunnellata ta’ CO2 (8 % tal-emissjonijiet irrapportati tal-EU ETS), meta mqabbla ma’ madwar 125 miljun tunnellata ta’ CO2 fl-2015 (madwar 7 % tal-emissjonijiet irrapportati tal-EU ETS). L-istess żewġ pajjiżi bħas-sena li għaddiet (DE u SE) irrapportaw użu baxx ta’ bijokarburant għal tliet operaturi ta’ inġenji tal-ajru (meta mqabbla ma’ erbgħa fl-2015) 9 . 

Fi ħdan il-kategoriji ta’ stallazzjoni bbażati fuq l-emissjonijiet annwali 10 , id-dejta għall-2016 turi li, bħal fis-snin preċedenti, madwar 72 % tal-istallazzjonijiet huma tal-kategorija A, kważi 21 % huma tal-kategorija B u kemxejn aktar minn 7 % huma tal-kategorija C. Aktar minn 6 202 stallazzjoni ġew irrapportati bħala “stallazzjonijiet b’livelli baxxi ta’ emissjonijiet” (57.5 % tat-total).

L-istallazzjonijiet tal-EU ETS li jinvolvu l-attivitajiet ta’ kombustjoni jistgħu jinstabu fil-pajjiżi parteċipanti kollha, filwaqt li r-raffinar taż-żejt, il-produzzjoni tal-azzar, is-siment, il-ġir, il-ħġieġ, iċ-ċeramika u l-polpa u l-produzzjoni tal-karta jistgħu jinstabu fil-maġġor parti tagħhom. Rigward l-attivitajiet tal-EU ETS elenkati b’mod addizzjonali għal emissjonijiet mhux tas-CO2, hemm rapporti ta’ permessi maħruġa għall-aluminju primarju u għall-perfluworokarburi (PFCs) fi 13-il pajjiż (DE, ES, FR, GR, IS, IT, NL, NO, RO, SE, SI, SK, UK), filwaqt li għall-produzzjoni ta’ aċidu nitriku u N2O hemm rapporti ta’ permessi maħruġa f’21 pajjiż (bl-eċċezzjonijiet li huma CY, DK, EE, IE, IS, LI, LU, LV, MT, u SI). Is-setturi l-oħrajn tal-N2O – il-produzzjoni ta’ aċidu adipiku u l-produzzjoni ta’ aċidu gliossali u gliossiliku huma rrapportati fi tliet pajjiżi (DE, FR, IT) u f’żewġ pajjiżi (DE, FR), rispettivament. L-istess żewġ pajjiżi (FR u NO) bħas-sena li għaddiet iddikjaraw attivitajiet ta’ ġbir u ħżin tas-CO2.

Tmien pajjiżi (DE, ES, FR, HR, IS, IT, SI, UK) użaw il-possibbiltà li jeskludu emittenti żgħar mill-EU ETS f’konformità mal-Artikolu 27 tad-Direttiva tal-EU ETS. Bħal fl-2015, l-emissjonijiet esklużi għall-2016 ammontaw għal madwar 4 miljun tunnellata ta’ CO2 (madwar 0.22 % tal-emissjonijiet totali vverifikati).

Skont is-sottomissjonijiet tal-Artikolu 21 fl-2017, s’issa seba’ pajjiżi (BE, DK, FR, HR, HU, LI, LT) ħadu vantaġġ mid-dispożizzjoni offruta mill-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (“ir-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar”) li tippermettilhom jawtorizzaw l-użu ta’ pjanijiet ta’ monitoraġġ issimplifikati f’każijiet ta’ riskju baxx għal stallazzjonijiet stazzjonarji. Sa mill-2015, issieħbet biss id-Danimarka. Fil-każ tal-operaturi ta’ inġenji tal-ajru b’emissjonijiet baxxi, erba’ pajjiżi rrapportaw użu ta’ din id-dispożizzjoni (BE, FI, IS u PL) bil-Belġju li ssieħeb fl-2015.

Rigward il-kopertura tal-operaturi ta’ inġenji tal-ajru, fl-2016 503 operaturi ta’ inġenji tal-ajru ġew irrapportati li għandhom pjan ta’ monitoraġġ (meta mqabbla mal-524 irrapportati għall-2015, u 611 għall-2014). Dan jissuġġerixxi li n-numru ta’ operaturi ta’ inġenji tal-ajru fi ħdan l-EU ETS qiegħed jistabbilizza. Kważi 60 % (300) tal-operaturi rrapportati kienu kummerċjali filwaqt li l-40 % l-oħra (203) ma kinux kummerċjali 11 . Total ta’ 249 (kważi 50 %) ikkwalifikaw bħala emittenti żgħar (meta mqabbla ma’ 274 (52 %) fl-2015 u ma’ 329 (54 %) fl-2014).

2.2.Ir-Reġistru tal-Unjoni u r-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EUTL)

Ir-Reġistru tal-Unjoni u r-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EUTL) jintraċċaw is-sjieda tal-kwoti ġenerali u dawk tal-avjazzjoni u t-tranżazzjonijiet li jinvolvuhom billi jirreġistraw l-ammonti miżmuma fil-kontijiet tagħhom u t-tranżazzjonijiet bejn il-kontijiet. Dawn jitħaddmu u jinżammu mill-Kummissjoni, filwaqt li l-amministraturi tar-reġistru nazzjonali fil-31 pajjiż parteċipant jibqgħu jkunu l-punt ta’ kuntatt għar-rappreżentanti ta’ madwar 15 000 kont (il-kumpaniji jew il-persuni fiżiċi).

Filwaqt li r-Reġistru tal-Unjoni jżomm kontijiet għal stallazzjonijiet stazzjonarji u għal operaturi ta’ inġenji tal-ajru, l-EUTL jivverifika, jirreġistra u jawtorizza awtomatikament it-tranżazzjonijiet kollha bejn il-kontijiet, u b’hekk jiżgura li t-trasferimenti kollha jikkonformaw mar-regoli tal-EU ETS. Għalhekk, huma joffru lill-emittenti, lin-negozjanti u lill-31 awtorità nazzjonali Ewropej il-mezzi sabiex iwettqu l-attivitajiet tagħhom relatati mal-EU ETS: jallokaw kwoti bla ħlas lill-operaturi stazzjonarji u tal-avjazzjoni, jirreġistraw l-emissjonijiet, jawtorizzaw lill-emittenti, lin-negozjanti professjonali kif ukoll lil persuni fiżiċi biex jeżegwixxu negozju lest billi jittrasferixxu kwoti bejn il-kontijiet u jippermettu lill-emittenti jkopru l-emissjonijiet tagħhom billi jċedu kwoti.

*Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020, ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136. 

Fl-2016, ir-Reġistru tal-Unjoni baqa’ jipprovdi servizzi affidabbli lill-emittenti Ewropej (stallazzjonijiet stazzjonarji u operaturi tal-avjazzjoni), negozjanti, u awtoritajiet nazzjonali.

Diversi titjib tekniku u fl-użu ġew introdotti fir-reġistru. It-titjib jikkonċerna karatteristiċi ta’ mmaniġġjar tal-utent, kontijiet, u tranżazzjonijiet, kif ukoll is-sistema ta’ awtentikazzjoni, li tjiebet b’mod sostanzjali u saret Login tal-UE.

Fis-sajf tal-2017, il-Kummissjoni nediet stħarriġ dwar l-interfaċċa tal-utent tar-Reġistru tal-Unjoni, fejn talbet lill-utenti biex jipprovdu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-funzjonament attwali tal-interfaċċa. L-għan kien li tkompli titjieb l-esperjenza tal-utent tar-reġistru.

3.FUNZJONAMENT TAS-SUQ TAL-KARBONJU FL-2016 

Dan il-kapitolu jipprovdi informazzjoni dwar in-naħa tal-provvista u tad-domanda tal-EU ETS. It-taqsima tan-naħa tal-provvista tinkludi informazzjoni dwar il-limitu massimu, l-allokazzjoni bla ħlas, il-programm NER300, l-irkantar, id-deroga mill-irkantar sħiħ għas-settur tal-enerġija, kif ukoll l-użu ta’ krediti internazzjonali. Bħala element ġdid, ir-rapport ta’ din is-sena fih ukoll kapitolu dwar skemi ta’ kumpens għall-kostijiet tal-karbonju indiretti.

Min-naħa tad-domanda, hija pprovduta informazzjoni dwar in-numru ta’ emissjonijiet ivverifikati u dwar il-metodi biex jiġu bbilanċjati l-provvista u d-domanda ta’ kwoti, bħar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq (MSR).

3.1.Provvista: kwoti mqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni 

3.1.1.Limitu massimu

Il-limitu massimu huwa l-kwantità assoluta ta’ GHGs li jistgħu jiġu emessi fis-sistema biex jiżguraw li tintlaħaq il-mira ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet u li dan jikkorrispondi għan-numru ta’ kwoti mqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni tul perjodu ta’ negozjar. Fil-Fażi 3, huwa applikat limitu massimu komuni madwar l-UE kollha, li jissostitwixxi s-sistema preċedenti ta’ limiti massimi nazzjonali.

Il-limitu massimu tal-2013 għall-emissjonijiet minn stallazzjonijiet stazzjonarji ġie stabbilit għal 2 084 301 856 kwota. Dan il-limitu massimu jonqos kull sena b’fattur lineari ta’ tnaqqis ta’ 1.74 % tal-kwantità totali medja ta’ kwoti maħruġa kull sena fl-2008-2012, u b’hekk jiżgura li n-numru ta’ kwoti li jistgħu jintużaw mill-istallazzjonijiet stazzjonarji ser ikun 21 % inqas fl-2020 minn dak fl-2005.

Il-limitu massimu tas-settur tal-avjazzjoni ġie stabbilit oriġinarjament għal 210 349 264 kwota tal-avjazzjoni fis-sena, li huwa 5 % inqas mil-livell medju annwali ta’ emissjonijiet tal-avjazzjoni fl-2004-2006. Fl-1 ta’ Jannar 2014, dan naqas b’116 524 kwota tal-avjazzjoni biex jakkomoda l-Kroazja li ser tissieħeb fl-EU ETS. Dan il-limitu massimu kien maħsub biex jirrifletti l-leġiżlazzjoni tal-2008* li kienet tinkludi avjazzjoni fl-EU ETS u li ddikjarat li t-titjiriet kollha minn, lejn u fi ħdan iż-ŻEE ser jiġu inklużi fl-EU ETS. Madankollu, l-ambitu tal-EU ETS kien temporanjament limitat għal titjiriet fi ħdan iż-ŻEE bejn l-2013 u l-2016 biex jappoġġja l-iżvilupp ta’ miżura globali mill-ICAO. Għalhekk, in-numru ta’ kwoti tal-avjazzjoni mqiegħda f’ċirkolazzjoni fl-2013-2016 kien ħafna aktar baxx mil-limitu massimu oriġinali. Fid-dawl tal-progress tal-miżura globali f’Ottubru 2016, il-Kummissjoni pproponiet biex l-approċċ attwali jitkompla lil hinn mill-2016 (ara t-taqsima 4).

* Id-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008, li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità

It-Tabella 2 turi ċ-ċifri għal-limitu massimu għall-istallazzjonijiet stazzjonarji u n-numru ta’ kwoti tal-avjazzjoni mqiegħda kull sena fiċ-ċirkolazzjoni 12 għal kull sena matul il-Fażi 3 tal-EU ETS.

Tabella 2: Limitu tal-EU ETS 2013-2020



Sena



Limitu massimu annwali (stallazzjonijiet)

Kwoti tal-avjazzjoni annwali mqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni 13


2013


2 084 301 856

32 455 312


2014


2 046 037 610

41 681 025


2015


2 007 773 364

48 543 026


2016


1 969 509 118

38 034 475


2017


1 931 244 873

37 833 819 14


2018


1 892 980 627


2019


1 854 716 381


2020


1 816 452 135

3.1.2.Kwoti maħruġa

3.1.2.1.Allokazzjoni bla ħlas 

Għalkemm fil-Fażi 3 l-irkantar huwa l-metodu prestabbilit għall-allokazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet lil kumpaniji li jieħdu sehem fl-EU ETS, ammont sinifikanti ta' kwoti ser jibqgħu jiġu allokati bla ħlas sal-2020 u aktar tard. Japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

L-allokazzjoni bla ħlas hija pprovduta lill-istallazzjonijiet industrijali biex jindirizzaw ir-riskju potenzjali ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju (sitwazzjoni fejn il-kumpaniji jittrasferixxu produzzjoni lil pajjiżi terzi b’restrizzjonijiet inqas stretti fuq l-emissjonijiet GHG għal raġunijiet ta’ kostijiet relatati mal-politiki dwar il-klima tal-UE, li tista’ twassal potenzjalment għal żieda fl-emissjonijiet totali tagħhom). Is-setturi u s-subsetturi meqjusa bħala esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju huma mqiegħda f’lista ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju*, li bħalissa tkopri l-perjodu 2015-2019.

* Il-lista ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju attwali tista’ tinstab hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:32014D0746

·Il-ġenerazzjoni tal-elettriku ma għadhiex tirċievi kwoti bla ħlas;

·Il-kwoti huma distribwiti bla ħlas skont ir-regoli armonizzati madwar l-UE kollha;

·L-allokazzjoni bla ħlas hija bbażata fuq parametri referenzjarji tal-prestazzjoni għat-tisħiħ tal-inċentivi għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet GHG u għall-ippremjar tal-istallazzjonijiet l-aktar effiċjenti;

·Ġiet stabbilita riżerva għal Min Jidħol Ġdid (NER) madwar l-UE kollha, ekwivalenti għal 5 % tal-ammont totali ta’ kwoti għall-Fażi 3.

Tul il-Fażi 3, 39 % tal-kwantità totali ta’ kwoti disponibbli ser tiġi allokata bla ħlas lil stallazzjonijiet industrijali u li jiġġeneraw l-elettriku għas-sħana li jipproduċu. Dan is-sehem ser ikompli jiżdied minħabba l-allokazzjonijiet lil min jidħol ġdid sal-2020. Mhuwiex possibbli li jiġi stabbilit kemm mill-NER ser jintuża fis-snin li ġejjin. Madankollu, il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-2015 tal-Kummissjoni 15 indikat li f’konformità max-xejriet, kien mistenni li xejn aktar minn 2 % tal-limitu massimu jista’ jiġi allokat b’mod addizzjonali bla ħlas mill-NER. Għaldaqstant, tul il-Fażi 3, l-allokazzjoni bla ħlas hija mistennija li tkun madwar 41 % tal-ammont totali. Barra minn hekk, madwar 2 % tal-limitu massimu totali jintuża biex jiffinanzja l-iskjerament ta’ teknoloġiji innovattivi b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju permezz tal-programm NER300 16 . Għaldaqstant, is-sehem tal-irkant fil-Fażi 3 jammonta għal 57 %.

Fil-Fażi 3 stallazzjonijiet ġodda u stallazzjonijiet li jżidu l-kapaċità b’mod sinifikanti huma eliġibbli għal allokazzjoni bla ħlas addizzjonali mill-NER. L-NER inizjali, wara li tnaqqsu 300 miljun kwota għall-programm NER300, żammet 480.2 miljun kwota. 139.9 miljun kwota ġew riżervati għal 654 stallazzjoni għall-Fażi 3 kollha 17 . L-NER li jifdal, li tammonta għal 340.3 miljun kwota, tista’ tiġi distribwita fil-futur. Madankollu, huwa mistenni li numru sinifikanti ta’ dawn il-kwoti ser jibqa’ mhux allokat.

Sa Ġunju 2017, l-allokazzjoni tnaqqset b’madwar 301.9 miljun kwota minħabba stallazzjonijiet li għalqu jew li naqqsu l-produzzjoni jew il-kapaċità ta’ produzzjoni tagħhom meta mqabbla ma’ dik inizjalment użata għall-kalkolu tal-allokazzjoni tal-Fażi 3.

Tabella 3: In-numru ta’ kwoti (f’miljuni) allokati għall-industrija bla ħlas mill-2013 sal-2017 18

2013

2014

2015

2016

2017

Allokazzjoni bla ħlas 19  
(UE28+Stati taż-ŻEE-EFTA)

903.0

874.8

847.6

821.3

796.2

Allokazzjoni mir-riżerva għal min jidħol ġdid (investimenti f’żona ġdida u żidiet fil-kapaċità)

11.2

14.6

17.3

18.3

17.6

Kwoti bla ħlas li jifdal mhux allokati minħabba għeluq jew bidliet fil-produzzjoni jew il-kapaċità tal-produzzjoni

40.2

58.6

69.9

65.5

67.5

Peress li d-domanda għal allokazzjoni bla ħlas qabżet l-ammont disponibbli, l-allokazzjoni għall-istallazzjonijiet kollha skont l-EU ETS tnaqqset bl-istess perċentwal bl-applikazzjoni ta’ “koeffiċjent ta’ korrezzjoni transettorjali” (skont id-Direttiva dwar l-ETS). Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni ġie kkalkolat bħala tnaqqis fl-allokazzjoni bla ħlas ta’ madwar 6 % fl-2013, li qiegħda tiżdied kull sena sakemm tilħaq madwar 18 % fl-2020.

Fit-28 ta’ April 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea 20 invalidat sa mill-1 ta’ Marzu 2017, il-valuri tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni transettorjali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE (ara l-Appendiċi 5 tal-Anness). Konsegwentement, fl-24 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni rrevediet il-valuri stabbiliti f’dik id-Deċiżjoni 21  sabiex iġġibhom f’konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

3.1.2.2.Il-programm NER 300

L-NER300 huwa programm ta’ finanzjament fuq skala kbira għal proġetti ta’ dimostrazzjoni innovattivi ta’ enerġija b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju. Huwa mmirat għall-wiri ta’ ġbir u ħżin tal-karbonju (CCS) sikuri għall-ambjent u teknoloġiji innovattivi ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli (RES) fuq skala kummerċjali fi ħdan l-UE.

L-NER 300 huwa ffinanzjat mill-monetizzazzjoni ta’ 300 miljun kwota tal-emissjoni mill-NER stabbiliti għall-Fażi 3 tal-EU ETS. Il-fondi mill-monetizzazzjoni ngħataw lill-proġetti magħżula permezz ta’ żewġ sensiliet ta’ sejħiet għal proposti f’Diċembru 2012 u f’Lulju 2014.

Bħala riżultat taż-żewġ sejħiet għal proposti, b’kollox ingħataw 38 proġett RES u 1 proġett CCS, li jkopru 20 Stat Membru tal-UE u li jammontaw għal EUR 2.1 biljun. Minnhom, diġà hemm erbgħa li bdew jaħdmu: il-proġett tal-bijoenerġija BEST fl-Italja, il-proġett tal-bijoenerġija Verbiostraw fil-Ġermanja, Windpark Blaiken fl-Iżvezja, u, mill-1 ta’ Lulju 2017, il-park eoliku fuq il-baħar ta’ Veja Mate fil-Baħar tat-Tramuntana Ġermaniż.

S’issa, b’kollox hemm tlettax-il proġett li laħqu d-deċiżjoni finali ta’ investiment, filwaqt li erba’ proġetti ġew ikkanċellati. Il-Kummissjoni pproponiet li l-fondi li ma ntefqux mill-proġetti kkanċellati jiġu investiti mill-ġdid, li jammontaw għal mill-inqas EUR 436 miljun, fi strumenti finanzjarji eżistenti, jiġifieri l-Proġetti ta’ Dimostrazzjoni fil-Qasam tal-Enerġija (EDP) InnovFin u l-istrument ta’ dejn tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, it-tnejn li huma mmaniġġjati mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI). Għal dan il-għan, f’Mejju 2017, l-Istati Membri approvaw emenda rilevanti 22 għad-Deċiżjoni NER 300 23 fil-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima.

Tabella 4: Il-proġetti tal-NER 300 li ntgħażlu fl-ewwel u fit-tieni sejħa għal proposti 24

L-ewwel Sejħa għal proposti

It-tieni Sejħa għal proposti

Proġetti fil-fażi tal-ippjanar

1

17

Proġetti għal meta tintlaħaq deċiżjoni finali ta’ investiment

11

2

Proġetti operazzjonali

4

0

Proġetti rtirati

4

0

Total

20

19

Il-pubblikazzjoni ta’ aktar sejħiet għal proposti tal-NER 300 mhijiex prevista. Il-Kummissjoni issa qiegħda tiffoka fuq l-implimentazzjoni 25 tal-proġetti magħżula għal finanzjament, u l-investiment mill-ġdid rapidu ta’ fondi li ma ntefqux.

3.1.2.3.Kumpens għall-kostijiet tal-karbonju indiretti

Kif spjegat fit-taqsima 3.1.2.1, l-industriji intensivi fl-enerġija meqjusa bħala esposti għal riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju huma eliġibbli għal kwoti bla ħlas biex ikopru l-kostijiet tal-karbonju diretti tagħhom. Barra minn hekk, l-Istati Membri tal-UE jistgħu jagħtu għajnuna mill-Istat biex jikkumpensaw xi industriji elettrointensivi għal kostijiet tal-karbonju indiretti, jiġifieri żidiet fil-prezzijiet tal-elettriku, mgħoddija minn ġeneraturi tal-enerġija minħabba l-EU ETS.

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni armonizzata ta’ kumpens għal kost tal-karbonju indirett fl-Istati Membri kollha, u jitnaqqsu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern, il-Kummissjoni adottat il-Linji Gwida tal-Għajnuna mill-Istat tal-EU ETS* għall-perjodu 2013-2020. Il-Linji Gwida jiddeterminaw, fost l-oħrajn, is-setturi eliġibbli u l-ammonti massimi għal kumpens ta’ kostijiet tal-karbonju indiretti. L-għajnuna mill-Istat mogħtija għal dan il-għan hija parzjali u qiegħda tonqos maż-żmien**, għalhekk għandhom jinżammu l-inċentivi għall-effiċjenza tal-elettriku u ssir t-tranżizzjoni lejn elettriku “nadif”, f’konformità mal-għanijiet tal-EU ETS.

* Linji Gwida dwar ċerti miżuri ta' għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra wara l-2012, ĠU C 158, 05.06.2012, p. 4

** Is-sehem massimu ta’ kostijiet eliġibbli jonqos minn 85 % għall-perjodu 2013-2015, għal 75 % għall-perjodu 2019-2020.

S’issa, il-Kummissjoni approvat 10 skemi ta’ għajnuna mill-Istat għal kumpens ta’ kostijiet tal-karbonju indiretti. It-Tabella 5 tippreżenta sommarju tal-iskemi ta’ kumpens għall-kostijiet tal-karbonju indiretti approvati sa mill-2013.

Tabella 5: Skemi ta’ kumpens għall-kostijiet tal-karbonju indiretti approvati fi ħdan il-qafas tal-Linji gwida ETS 2012 26

Stat Membru

Livell massimu tal-iskemi ta’ kumpens għall-kostijiet tal-karbonju indiretti approvat/(livell massimu medju annwali approvat) f’miljuni

Tul tal-iskema

Dħul mill-irkant tal-Istati Membri tal-2016 (esklużi l-kwoti tal-avjazzjoni) f’miljuni

Ir-Renju Unit

£113 27 / (13 - 50)

2013 - 2020

EUR 419

DE

EUR 756 28 / ( 203 - 350)

2013 - 2020

EUR 846

BE

EUR 113 29 / ( 38)

2013 - 2020

EUR 107

NL

EUR 156 30 /(78)

2013 - 2020

EUR 142

EL

EUR 160 31 /(40)

2013 - 2020

EUR 147

LT

EUR 13.1 / (1-3)

2014 - 2020

EUR 21

SK

EUR 250/ (35)

2014 - 2020

EUR 65

FR

EUR 364/ (61)

2015 - 2020

EUR 231

FI

EUR 149/ (30)

2016 - 2020

EUR 71

ES

EUR 5/ (1-3)

2013 - 2015

EUR 365

EUR 106 /(6-25)

2016 -2020

 

3.1.2.4.Irkant ta’ kwoti

Mill-Fażi 3 tal-EU ETS, l-irkantar permezz tas-suq primarju jsir il-mod prestabbilit għall-allokazzjoni ta’ kwoti. Aktar minn nofs il-kwoti għandhom jiġu rkantati waqt din il-fażi, bis-sehem jibqa’ jiżdied matul il-perjodu ta’ negozjar kollu. L-irkanti huma rregolati mir-Regolament dwar l-Irkantar* li jispeċifika t-twaqqit, l-amministrazzjoni u aspetti oħrajn ta’ kif jenħtieġ li jsiru l-irkanti sabiex jiġi żgurat proċess miftuħ, trasparenti, armonizzat u nondiskriminatorju.

* Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, ĠU L 302, 18.11.2010, p.1.

L-irkanti matul il-perjodu ta' rapportar saru permezz tal-pjattaformi tal-irkant li ġejjin:

·European Energy Exchange AG (“EEX”), f’irkant bħala l-pjattaforma tal-irkant komuni għall-25 Stat Membru li ħadu sehem fi proċedura ta’ akkwist konġunt u għall-Polonja li ma ħaditx sehem fil-proċedura ta’ akkwist konġunt iżda li għadha ma għażlitx il-pjattaforma tal-irkant tagħha stess. Mill-5 ta’ Settembru 2016, EEX bdiet tmexxi l-irkanti bħala t-tieni pjattaforma tal-irkant komuni magħżula fit-13 ta’ Lulju 2016;

·EEX, f’irkant għall-Ġermanja bħala pjattaforma tal-irkant ta’ “nonparteċipazzjoni”;

·ICE Future Europe (“ICE”), f’irkant għar-Renju Unit bħala pjattaforma tal-irkant ta’ “nonparteċipazzjoni”.

L-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja għadhom ma bdewx l-irkantar tal-kwoti tagħhom.

Fl-2016, EEX, f’irkant f’isem 27 Stat Membru (25 Stat Membru li jikkooperaw fuq pjattaforma tal-irkant komuni, il-Ġermanja u l-Polonja) irkantat 89 % tal-ammont totali rkantat, filwaqt li ICE rkantat 11 % tal-ammont totali f’isem ir-Renju Unit.

Fl-4 ta’ Mejju 2017, seħħ l-irkant bin-numru 1000 li sar fuq pjattaformi skont ir-Regolament dwar l-Irkantar. Sat-30 ta’ Ġunju 2017, in-numru ta’ rkanti li ntlaħaq kien 1036.

It-Tabella 6 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-volumi ta’ kwoti rkantati minn EEX u ICE sat-30 ta’ Ġunju 2017, inklużi l-irkanti bikrija 32 ta’ kwoti ġenerali. Il-volumi ta’ kwoti ġenerali ġew stabbiliti fid-dawl tad-Deċiżjoni 1359/2013/UE li jiġu posposti 900 miljun kwota mill-2014, 2015 u 2016. Il-volumi ta’ kwoti tal-avjazzjoni ġew stabbiliti fid-dawl tad-derogi temporanji għas-settur tal-avjazzjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 377/2013/UE u r-Regolament (UE) Nru 421/2014.

Tabella 6: Volum totali tal-kwoti tal-Fażi 3 irkantati fl-2012-2017

Sena



Kwoti ġenerali

Kwoti tal-avjazzjoni

2012

89 701 500

2 500 000

2013

808 146 500

0

2014

528 399 500

9 278 000

2015

632 725 500

16 390 500

2016

715 289 500

5 997 500

2017 (sal-1 ta’ April) 33  

241 935 000

0

L-irkanti ġeneralment twettqu mingħajr tfixkil u l-prezzijiet tal-bejgħ fl-irkant kienu ġeneralment konformi mal-prezzijiet tas-suq sekondarju, mingħajr ma jkun hemm problemi jew inċidenti sinifikanti. Minħabba t-tranżizzjoni bejn il-pjattaforma ta’ rkant tranżizzjonali u l-pjattaforma ta’ rkant komuni suċċessur tagħha, ma twettaq l-ebda rkant għall-25 Stat Membru parteċipanti għal madwar ġimgħa f’Awwissu 2016.

L-irkant tal-25 ta’ Mejju 2016, li sar minn EEX għall-Polonja u dak tal-14 ta’ Diċembru 2016 li sar minn ICE għar-Renju Unit ġew ikkanċellati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar l-Irkantar. Fil-każ tal-irkant tal-Polonja, dan sar minħabba li l-prezz ta' riżerva ma ntlaħaqx, filwaqt li fil-każ tar-Renju Unit, il-volum tal-offerta totali ma laħħaqx mal-volum irkantat. B’dawn, ġew ikkanċellati total ta’ ħames irkanti fost aktar minn elf li saru skont ir-Regolament dwar l-Irkantar sa mill-aħħar tal-2012. Ħarsa ġenerali tal-prezzijiet tal-bejgħ fl-irkant, in-numru ta’ parteċipanti u l-proporzjon ta’ kopertura għall-kwoti ġenerali mill-2013 sat-30 ta’ Ġunju 2017 hija pprovduta fl-Appendiċi 2 tal-Anness.

Il pjattaformi tal-irkant jippubblikaw ir-riżultati ddettaljati ta’ kull irkant f’siti web apposta. Aktar informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-irkanti, inkluż dwar il-parteċipazzjoni, il-proporzjon ta’ kopertura u l-prezzijiet, tista’ tinstab fir-rapporti tal-Istati Membri ppubblikati mill-Kummissjoni 34 .

Id-dħul totali ġġenerat mill-irkanti bejn l-2012 u t-30 ta’ Ġunju 2017 qabeż il-EUR 18.4 biljun (fl-2016 biss, id-dħul totali ġġenerat kien ta’ EUR 3.79 biljun). Id-Direttiva tal-EU ETS tipprovdi li tal-anqas 50 % tad-dħul mill-irkant, inkluż id-dħul kollu ġġenerat minn kwoti mqassma għall-finijiet tas-solidarjetà u tat-tkabbir, jenħtieġ li jintuża mill-Istati Membri għal finijiet relatati mal-klima u mal-enerġija. Fl-2016, l-irkantar tal-kwoti tal-ETS iġġenera EUR 3.79 biljun fi dħul għall-Istati Membri. Skont l-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni, l-Istati Membri nefqu jew ippjanaw li jonfqu madwar 80 % ta’ dak id-dħul għal finijiet speċifiċi relatati mal-klima u mal-enerġija fl-2016 35 , madankollu hemm xi differenzi bejniethom 36 .

3.1.2.5.Deroga mill-irkantar sħiħ għas-settur tal-enerġija

Deroga mir-regola ġenerali tal-irkantar ingħatat fl-Artikolu 10c tad-Direttiva tal-EU ETS biex tappoġġja investimenti fil-modernizzazzjoni tas-settur tal-elettriku f’ċerti Stati Membri tal-UE. Tmienja minn għaxar Stati Membri eliġibbli* jużaw din id-deroga u jallokaw lill-ġeneraturi tal-elettriku numru ta’ kwoti bla ħlas bil-kundizzjoni li jsiru investimenti korrispondenti.

Il-kwoti bla ħlas skont l-Artikolu 10c jitnaqqsu mill-kwantità li l-Istat Membru rispettiv kieku kien jirkanta. Skont ir-regoli nazzjonali għall-implimentazzjoni tad-deroga, il-ġeneraturi tal-elettriku jistgħu jirċievu kwoti bla ħlas ta’ valur ekwivalenti għall-investimenti li jwettqu mill-Pjanijiet Nazzjonali ta’ Investiment tagħhom, jew għall-pagamenti magħmula f’fond nazzjonali li permezz tiegħu jistgħu jiġu ffinanzjati dawn l-investimenti.

*Il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u r-Rumanija huma eliġibbli għad-deroga. Malta u l-Latvja ddeċidew li ma jużawhiex.

In-numru ta’ kwoti allokati bla ħlas lill-ġeneraturi tal-elettriku fl-2016 huwa indikat fit-Tabella 1, Appendiċi 1 tal-Anness, filwaqt li n-numru massimu ta’ kwoti fis-sena huwa indikat fit-Tabella 2 tal-Appendiċi 1.

Il-valur totali tal-appoġġ tal-investiment irrapportat matul is-snin 2009 sal-2016 huwa ta’ madwar EUR 11-il biljun. Madwar 80 % ta’ dan kien iddedikat għal titjib u modifikazzjoni fl-infrastruttura, filwaqt li l-bqija tal-investimenti kienu fit-teknoloġiji nodfa jew fid-diversifikazzjoni tal-provvista. Xi eżempji ta’ investimenti jinkludu t-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija għall-ġenerazzjoni tal-elettriku fil-Litwanja, is-sostituzzjoni ta’ insulazzjoni fuq linji ta’ distribuzzjoni tal-fwar eżistenti fir-Repubblika Ċeka, u l-kostruzzjoni ta’ unità ta’ koġenerazzjoni li taħdem prinċipalment bil-gass naturali fil-Bulgarija.

Kwalunkwe kwota li ma tingħatax bla ħlas tiġi rkantata. Figura 1 turi n-numru ta’ kwoti li ntalbu mill-Istati Membri eliġibbli matul is-snin 2013-2016.

Figura 1: Kwoti allokati bla ħlas skont l-Artikolu 10c

Il-Figura 2 turi, għall-kwoti tal-Artikolu 10c, il-punt sa fejn dawn ġew allokati, irkantati jew jibqgħu ma jintużawx. Pereżempju, 82 miljun kwota mhux użati tnaqqsu mis-sehem ta’ kwoti rkantati tal-Polonja bejn l-2013 u l-2016, iżda għadhom ma ngħatawx b’xejn jew ġew miżjuda fl-irkantijiet.

Figura 2: Id-distribuzzjoni tal-kwoti (allokati, irkantati, li fadal mhux użati)

Kwoti allokati

Kwoti rkantati

Kwoti li fadal mhux użati

It-Tabella 7 turi n-numru ta’ kwoti mhux użati mnaqqsa għas-snin sal-2016 li ġew irkantati fil-perjodu 2013-2016, kif ukoll in-numru ta’ kwoti li fadal mhux użati.

Tabella 7: Trattament tal-kwoti mhux użati tal-Artikolu 10c 2013-2016

Stat Membru

Numru ta’ kwoti mhux użati tal-Artikolu 10c

irkantati (f’miljuni)

Numru ta’ kwoti mhux użati li jifdal 37 (f’miljuni)

BG

6,9

0,0

CY

0,0

0,0

CZ

0,1

0,2

EE

0,2

0,3

HU

0

0,9

LT

0,3

0,6

PL

0,0

82,8

RO

8,8

6,6

Total

16,3

90,5

3.1.3.Krediti internazzjonali

Il-parteċipanti fl-EU ETS jistgħu jużaw krediti internazzjonali mill-Mekkaniżmu għal Żvilupp Nadif (CDM) u l-Implimentazzjoni Konġunta (IJ) tal-Protokoll ta’ Kjoto sabiex jissodisfaw il-parti tal-obbligi tagħhom tal-EU ETS sal-2020*. Dawn il-krediti huma strumenti finanzjarji li jirrappreżentaw tunnellata ta’ CO2 imneħħija jew imnaqqsa mill-atmosfera bħala riżultat ta’ proġett għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Fil-fażi 3, il-krediti ma jibqgħux jiġu ċeduti direttament, iżda minflok jistgħu jiġu skambjati għal kwoti fi kwalunkwe ħin matul is-sena kalendarja. 

Numru ta’ standards kwalitattivi japplikaw għall-użu ta’ krediti mill-parteċipanti tal-EU ETS: il-krediti mhumiex aċċettati minn proġetti nukleari, ta’ tisġir u ta’ riforestazzjoni, u proġetti ġodda rreġistrati wara l-2012 jridu jsiru fil-pajjiżi l-inqas żviluppati. Hemm ukoll livelli massimi ta’ krediti li jistgħu jintużaw mill-istallazzjonijiet stazzjonarji u mill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru**.

* Proġetti CDM u JI jiġġeneraw krediti tal-karbonju ta’ Kjoto: Tnaqqis Iċċertifikat ta' Emissjonijiet (CERs) u Unitajiet ta’ Tnaqqis tal-Emissjonijiet (ERUs) rispettivament. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 jistipula li l-ERUs maħruġa minn pajjiżi terzi li ma jkollhomx miri legalment vinkolanti ta' emissjonijiet ikkwantifikati mill-2013 sal-2020, kif stipulat fl-emenda ta’ Doha għall-Protokoll ta' Kjoto jew li ma jkunux iddepożitaw strument ta' ratifika marbut ma' tali emenda, jenħtieġ li jinżammu biss fir-Reġistru tal-Unjoni jekk ikunu ġew iċċertifikati li jirrelataw mat-tnaqqis fl-emissjonijiet ivverifikati li jkunu saru qabel l-2013.
**Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1123/2013 tat-8 ta’ Novembru 2013 dwar id-determinazzjoni tad-drittijiet ta’ kreditu internazzjonali skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 299, 9.11.2013, p. 32

Għalkemm il-kwantità eżatta ta’ intitolamenti ta’ kreditu internazzjonali matul il-Fażijiet 2 u 3 (2008-2020) ser tiddependi parzjalment fuq il-kwantità ta’ emissjonijiet ivverifikati futuri, l-analisti tas-suq jistmaw li din ser tammonta għal madwar 1.6 biljun kreditu. Mit-30 ta’ Ġunju 2017, in-numru totali ta’ krediti internazzjonali użati jew skambjati jammonta għal 1.48 biljuni, jiġifieri aktar minn 90 % tal-istima għall-massimu awtorizzat.

Il-Figura 3 turi l-iskambju ta’ krediti internazzjonali. Għal ħarsa ġenerali sħiħa, ara l-Appendiċi 3 tal-Anness.

Figura 3: Sommarju ta’ skambju ta’ krediti internazzjonali sat-30 ta’ Ġunju 2017

3.2.Domanda: kwoti meħuda barra miċ-ċirkolazzjoni

Fl-2016, ġie stmat li l-emissjonijiet ta’ GHGs mill-istallazzjonijiet li qed jieħdu sehem fl-EU ETS naqsu bi 2.9 % meta mqabbla mal-2015 abbażi tal-informazzjoni li hemm fir-Reġistru tal-Unjoni. Dan juri tendenza ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet sa mill-bidu tal-Fażi 3 tas-sistemi fl-2013.

Tabella 8: Emissjonijiet ivverifikati (f’miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2)



Sena



2011



2012



2013



2014



2015



2016

Emissjonijiet totali vverifikati

1904

1867

1908

1814

1803

1750

Bidla għas-sena x-1

-1.8%

-2 %

2.2 %

-4.9 %

-0.6 %

-2.9 %

Emissjonijiet ivverifikati mis-settur tal-enerġija

1.185

1.181

1.128

1.039

1.031

982

Bidla għas-sena x-1

-0,3 %

-4,4 %

-7,9 %

-0,8 %

-4,8 %

Emissjonijiet ivverifikati mill-istallazzjonijiet industrijali

720

686

780

775

772

768

Bidla għas-sena x-1

-4,6 %

13,7 %

-0,7 %

-0,4 %

-0,5 %



Rata ta' tkabbir reali tal-PDG UE28



1.7 %



-0.5 %



0.2 %



1.7 %



2.2 %



1.9 %

Dejta tal-PDG kif irrapportata fuq: http://epp.eurostat.ec.europa.eu/tgm/table.do?tab=table&init=1&plugin=1&language=en&pcode=tec00115  

(aċċessata f’Lulju 2017). L-emissjonijiet ivverifikati tal-avjazzjoni huma rrapportati b’mod separat fit-taqsima 4.

Kif turi t-tabella, l-attivitajiet ta’ kombustjoni kienu l-ixprun ewlieni fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ivverifikati.

In-numru ta’ kwoti kkanċellati fuq bażi volontarja jammonta għal 63 573 kwota fl-2016. B’kollox, s’issa ġew irreġistrati l-kanċellazzjonijiet volontarji ta’ 267 933 kwota.

3.3.Ibbilanċjar tal-provvista u tad-domanda 

Fil-bidu tal-Fażi 3, l-EU ETS kienet ikkaratterizzata minn żbilanċ kbir bejn il-provvista u d-domanda tal-kwoti, li jirriżulta f’eċċess ta’ madwar 2.1 biljun fl-2013. L-eċċess tnaqqas kemxejn fl-2014, u mbagħad naqas b’mod sinifikanti għal 1.78 biljun kwota fl-2015 u għal 1.69 biljun kwota fl-2016. Dan jirrifletti l-impatt ta’ tnaqqis ulterjuri tal-provvista tal-kwoti fl-2016, is-sena finali tal-miżura dwar il-posponiment lejn tmiem il-perjodu, b’200 miljun. Minħabba li l-emissjonijiet naqsu b’madwar 2.9 % fl-2016, provvista aktar baxxa bbilanċjat parzjalment l-impatt tat-tnaqqis fil-provvista fuq l-eċċess.

Sabiex jiġi indirizzat l-iżbilanċ strutturali bejn il-provvista u d-domanda tal-kwoti, fl-2015 sar qbil dwar il-ħolqien ta’ Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq (MSR) sabiex tagħmel il-provvista ta’ rkant tal-kwoti tal-emissjonijiet aktar flessibbli. Finalment, il-kwoti posposti lejn tmiem il-perjodu ser jiġu ttrasferiti lejn ir-riżerva, li ser tkun operazzjonali sa minn Jannar 2019.

Kunċett ewlieni għat-tħaddim tal-MSR huwa n-numru totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni (TNAC). Il-kwoti ser jiżdiedu mar-riżerva, jekk it-TNAC ikun akbar minn limitu ogħla definit minn qabel (833 miljun kwota) u ser jiġu rilaxxati mir-riżerva, jekk in-numru jkun inqas minn limitu aktar baxx definit minn qabel (taħt l-400 miljun kwota)*. Għalhekk, l-MSR tassorbi jew tirrilaxxa kwoti jekk dawk li jiċċirkolaw ikunu barra minn firxa definita minn qabel. Kwoti posposti u dawk imsejħa mhux allokati** ser jiġu assorbiti mir-riżerva wkoll.

* Jew fejn jiġu adottati miżuri skont l-Artikolu 29a tad-Direttiva tal-EU ETS

**Kwoti mhux allokati huma kwoti mhux allokati skont l-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva tal-EU ETS, jiġifieri kwoti li jifdal fir-riżerva għal min jidħol ġdid, u li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 10a(19) u (20), jiġifieri kwoti previsti għal allokazzjoni bla ħlas lill-istallazzjonijiet iżda li jibqgħu mhux allokati minħabba waqfien (parzjali) ta’ operazzjonijiet jew tnaqqis sinifikanti tal-kapaċità. Il-kwoti effettivament “mhux allokati” li ġejjin mill-applikazzjoni tal-fattur rilevanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għal setturi mhux inklużi fil-lista ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju matul il-perjodu attwali, kif ukoll kwalunkwe kwota li mhijiex allokata skont l-Artikolu 10c tad-Direttiva tal-ETS, mhuwiex previst li jiġu integrati fir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq skont l-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814. Għaldaqstant, dawn il-kwoti mhumiex koperti (jekk jogħġbok irreferi għall-p. 225 tal-Valutazzjoni tal-Impatt (SWD(2015) 135 final) li takkumpanja l-proposta għal reviżjoni tal-ETS.

In-numru totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni rilevanti għad-determinazzjoni tal-għalf u tar-rilaxxi fl-MSR huwa kkalkolat bil-formula li ġejja:

TNAC = Provvista – (Domanda 38 + kwoti fl-MSR)

Il-provvista ta’ kwoti tal-emissjonijiet tikkonsisti fil-kwoti akkumulati mill-Fażi 2 tal-EU ETS (2008-2012), kwoti rkantati, kwoti allokati bla ħlas u l-kwoti fir-Riżerva għal Min Jidħol Ġdid (NER); filwaqt li d-domanda hija ddeterminata mill-emissjonijiet tal-istallazzjonijiet u l-kwoti kkanċellati. Għal aktar dettalji, ara t-Tabella 1 fl-Appendiċi 4 tal-Anness.

Il-punt tat-tluq għad-determinazzjoni tat-TNAC huwa n-numru totali ta’ kwoti li jifdal wara l-Fażi 2 li ma kinux ċeduti jew ikkanċellati 39 . Dan it-“total bankarju” ta’ 1 749 540 826 kwota 40 għalhekk jirrappreżenta n-numru eżatt ta’ kwoti tal-ETS fiċ-ċirkolazzjoni fil-bidu tat-tielet perjodu ta’ negozjar tal-EU ETS.

Ir-rapport dwar is-suq tal-karbonju jippermetti l-konsolidazzjoni taċ-ċifri għall-provvista u d-domanda li huma ppubblikati skont l-iskeda ta’ żmien tal-obbligi ta’ rapportar li jirriżultaw mid-Direttiva tal-EU ETS u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tagħha. Din l-iskeda ta’ żmien, id-dejta rilevanti u l-ambitu huma deskritti fit-Tabella 2, fl-Appendiċi 4 tal-Anness. Il-Figura 4 turi l-kompożizzjoni tal-provvista u tad-domanda fl-2016. Id-dejta rilevanti ġiet ippubblikata wkoll bħala parti mill-komunikazzjoni dwar in-numru totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni (TNAC) għall-finijiet tal-MSR 41 .

Figura 4: Kompożizzjoni tal-provvista u d-domanda kumulattivi sa tmiem l-2016

Provvista (kumulattiva, miljuni)     Domanda (kumulattiva, miljuni)

 

Allokazzjoni bla ħlas

 

 

Kanċellazzjonijiet

 

Krediti internazzjonali skambjati

 

 

Emissjonijiet ivverifikati

 

Allokazzjoni bla ħlas (NER)

 

 

 

 

Allokazzjoni bla ħlas (10c)

 

 

 

 

Monetizzazzjoni NER 300 mill-BEI

 

 

 

 

Irkantar

 

 

 

 

Irkantar bikri

 

 

 

 

Is-settur bankarju

 

 

 

Billi l-MSR tibda topera fl-2019, minn nofs Mejju l-Kummissjoni ser tippubblika regolarment kull sena t-TNAC għas-sena preċedenti. F’Mejju 2017, it-TNAC li jikkorrispondi għal 1 693 904 897 kwota, ġie ppubblikat għall-ewwel darba 42 .

Il-Figura 5 43 tippreżenta l-iżvilupp taċ-ċifri kumulattivi ta’ provvista u ta’ domanda għall-EU ETS sa tmiem l-2016. Fl-2013, il-provvista kienet aktar minn 2 biljun kwota, filwaqt li d-domanda kienet inqas b’madwar 1.9 biljun kwota. Fl-2014, kemm il-provvista totali kif ukoll id-domanda totali naqsu għal madwar 1.8 biljun kwota. Fl-2015, il-provvista naqset aktar għal 1.5 biljun kwota, filwaqt li d-domanda naqset b’mod marġinali. Fis-snin sussegwenti, filwaqt li l-emissjonijiet baqgħu stabbli jew tnaqqsu, il-provvista tal-kwoti tnaqqset fil-biċċa l-kbira bħala riżultat tal-miżura dwar il-posponiment.

Minħabba dan, l-eċċess kiber fl-2013 għal aktar minn 2 biljun kwota, baqa’ stabbli fl-2014 u mbagħad naqas fl-2015 għal madwar 1.8 biljun kwota. Fl-2016, l-emissjonijiet tnaqqsu meta mqabbla mal-2015 iżda d-domanda xorta waħda kienet ogħla mill-provvista. Għalhekk, it-TNAC ippubblikat f’Mejju 2017 jinsab fl-inqas livell mill-bidu tal-perjodu ta’ negozjar attwali.

Figura 5: L-iżvilupp tal-provvista u tad-domanda fl-2013-2016

id-domanda

il-provvista

it-total bankarju mill-fażi 2

eċċess

4.AVJAZZJONI

Is-settur tal-avjazzjoni ilu jagħmel parti mill-EU ETS sa mill-2012. Il-leġiżlazzjoni oriġinali kopriet it-titjiriet kollha lejn u barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). Madankollu, l-UE ddeċidiet li tillimita l-obbligi għall-2012-2016 għal titjiriet fi ħdan iż-ŻEE, sabiex tappoġġja l-iżvilupp ta’ miżura globali mill-ICAO għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni.

F’Ottubru 2016, l-Assemblea tal-ICAO qablet dwar riżoluzzjoni dwar Skema ta’ Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA), li għandha tibda fl-2021. CORSIA titqies bħala skema ta’ tnaqqis tal-karbonju bil-għan li tistabbilizza l-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali fil-livelli 2020.

L-Istati Membri tal-UE indikaw 44 l-intenzjoni tagħhom li jingħaqdu mill-bidu mal-iskema globali tal-ICAO 45 , diment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Sal-applikazzjoni tal-miżura globali, il-Kummissjoni pproponiet 46 li jitkompla l-istess approċċ tal-EU ETS għall-avjazzjoni lil hinn mill-2016, jiġifieri l-ambitu ġeografiku jinżamm bħala intra-ŻEE. Il-proposta ssostni wkoll l-istess eżenzjonijiet u l-istess approċċ lejn l-allokazzjoni għal-linji tal-ajru, li għaliha se japplika l-fattur lineari ta’ tnaqqis mill-2021 ’il quddiem, u tipprevedi rieżami ġdid biex jitqiesu modi għall-implimentazzjoni tal-CORSIA fid-dritt tal-Unjoni permezz ta’ reviżjoni tad-Direttiva tal-EU ETS. F'Ottubru 2017 intlaħaq ftehim politiku dwar il-proposta.

Fir-rigward tal-iżviluppi fl-emissjonijiet tal-avjazzjoni fi ħdan l-EU ETS, fl-2016, l-emissjonijiet ivverifikati baqgħu jiżdiedu u ammontaw għal 61 miljun tunnellata ta’ CO2, żieda ta’ 7.9 % meta mqabbla mal-2015.

L-allokazzjoni bla ħlas ammontat għal kemxejn aktar minn 32.0 miljun kwota fl-2016 47 . L-ammont ta’ kwoti rkantati bejn Jannar u Diċembru 2016 kien madwar 6.0 miljun.

Fl-2017, sakemm tiġi adottata l-proposta leġiżlattiva dwar l-EU ETS għall-avjazzjoni, il-kwoti nħarġu f’konformità mal-ambitu intra-ŻEE. L-allokazzjoni bla ħlas aġġustata ammontat għal kemxejn aktar minn 32.0 miljun kwota fl-2017 48 . Barra minn hekk, kważi 1.1 miljun kwota ġew allokati bla ħlas mir-riżerva speċjali għal min jidħol ġdid u għall-operaturi li qegħdin jikbru malajr. Din hija l-ewwel fost l-erba’ konċessjonijiet annwali, li jikkorrispondu għall-perjodu 2013-2020. L-ammont ta’ kwoti li jridu jiġu rkantati matul l-2017 ser ikun proporzjonali għan-numru totali ta’ kwoti maħruġa. It-Tabella 9 turi sommarju ta’ emissjonijiet ivverifikati, allokazzjoni bla ħlas, u volumi tal-irkant għas-settur tal-avjazzjoni sa mill-bidu tal-Fażi 3 tal-EU ETS.

Tabella 9: Emissjonijiet ivverifikati u allokazzjoni għas-settur tal-avjazzjoni



Sena



2013



2014



2015



2016

2017



Emissjonijiet ivverifikati (f’miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2)

53 495 902

54 822 754

57 085 143

61 124 583



Bidla fl-emissjonijiet ivverifikati għas-sena x-1

1 326 852

2 262 389

4 039 440



Allokazzjoni bla ħlas  (UE28+Stati taż-ŻEE-EFTA)

32 455 312

32 403 025

32 152 526

32 036 975

32 018 239

Allokazzjoni bla ħlas minn riżerva speċjali għal min jidħol ġdid u għall-operaturi li qegħdin jikbru malajr

0

0

0

0

1 085 080

Volumi ta’ kwoti rkantati

0

9 278 000

16 390 500

5 997 500

4 730 500 49

Il-volumi ta’ kwoti tal-avjazzjoni rkantati matul il-perjodu 2013-2015 jirriflettu d-deċiżjoni tal-koleġiżlatur tal-2013 biex “jitwaqqaf l-arloġġ” 50 u biex l-obbligi tal-klima jiġu limitati biss għal titjiriet fi ħdan iż-ŻEE, sabiex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta’ miżura globali mill-ICAO. Il-konformità għas-settur tal-avjazzjoni ġiet posposta u l-ebda kwota tal-avjazzjoni ma ġiet irkantata fl-2012 u fl-2013. Għalhekk, il-volumi tal-2012 ġew irkantati fl-2014, filwaqt li l-konformità saret fl-2015 għall-emissjonijiet tal-avjazzjoni mill-2013 u l-2014.

5.SORVELJANZA TAS-SUQ

Sehem sinifikanti mit-tranżazzjonijiet ta’ kuljum fil-kwoti tal-emissjonijiet huwa fil-forma ta’ derivattivi (futuri, forwards, opzjonijiet, swaps), li diġà huma soġġetti għar-Regolament tal-UE dwar is-swieq finanzjarji. Dan qiegħed jiġi sostitwit bid-Direttiva l-ġdida dwar is-Suq Finanzjarju (pakkett MiFID2*), li ser tkun applikabbli minn Jannar 2018.

Skont din id-Direttiva l-ġdida, il-kwoti tal-emissjonijiet ser jiġu kklassifikati bħala strumenti finanzjarji. Dan ifisser li regoli applikabbli għal swieq finanzjarji tradizzjonali (dawk li jinkludu n-negozju ta’ derivattivi tal-karbonju fuq pjattaformi ewlenin jew barra l-borża (OTC)) ser japplikaw ukoll għas-segment spot tas-suq tal-karbonju sekondarju, li jqiegħdu l-kwoti tal-emissjonijiet fuq l-istess livell mas-suq tad-derivattivi f’termini ta’ trasparenza, ta’ protezzjoni u ta’ integrità tal-investitur. 

Barra minn hekk, bis-saħħa ta’ kontroreferenzi għal definizzjonijiet tal-MiFID2 ta’ strumenti finanzjarji, ser japplikaw biċċiet oħra ta’ leġiżlazzjoni tas-suq finanzjarju. Dan huwa partikolarment il-każ għar-Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq (MAR)**, li ser ikopri t-tranżazzjonijiet u l-kondotta li jinvolvu kwoti tal-emissjonijiet, kemm fis-swieq primarji kif ukoll fis-swieq sekondarji. B’mod simili, kontroreferenza għall-MiFID2 fid-Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus*** ser tagħti lok għal applikazzjoni obbligatorja ta’ kontrolli ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti minn negozjanti tal-karbonju liċenzjati mill-MiFID lill-klijenti tagħhom fis-suq spot sekondarju tal-kwoti tal-emissjonijiet. ****

* Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE

** Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE

*** Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE

**** Il-kontrolli tad-diliġenza dovuta huma diġà obbligatorji fis-suq primarju u fis-suq sekondarju fid-derivattivi tal-kwoti tal-emissjonijiet.

L-MiFID2 u l-MAR, it-tnejn adottati fl-2014, jipprevedu ċerti adattamenti tar-reġim ġenerali għall-ispeċifiċitajiet tas-suq tal-karbonju (ara r-Rapport tal-2015 dwar is-Suq tal-Karbonju).

Diversi miżuri li jirregolaw aspetti ddettaljati tad-dispożizzjonijiet skont l-MiFID2 51 u l-MAR 52 ġew adottati fl-2016 u fl-2017.

5.1.In-natura legali u t-trattament fiskali tal-kwoti tal-emissjonijiet

It-trattament legali u fiskali tal-kwoti tal-emissjonijiet ivarja minn pajjiż għall-ieħor, peress li dawn iż-żewġ aspetti mhumiex definiti fid-Direttiva ETS. Il-pajjiżi huma minflok obbligati li jirrapportaw kull sena dwar ir-reġimi nazzjonali tagħhom relatati man-natura legali u t-trattament fiskali tal-kwoti bħala parti mir-rapporti tagħhom tal-Artikolu 21. Madankollu, minkejja n-nuqqas ta' armonizzazzjoni, żviluppa suq matur u likwidu ħafna matul l-aħħar għaxar snin. Il-qafas regolatorju attwali jipprovdi l-irfid legali meħtieġ għal suq tal-karbonju trasparenti u likwidu, filwaqt li jiżgura l-istabbiltà u l-integrità tas-suq.

It-trattament nazzjonali tal-kwoti jvarja minn strumenti finanzjarji u assi intanġibbli għal drittijiet tal-proprjetà u komoditajiet. Skont is-sottomissjonijiet tal-Artikolu 21 fl-2017, mill-inqas erba’ pajjiżi parteċipanti implimentaw jew ipprevedew bidliet fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, fil-biċċa l-kbira emendi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-MiDIF2.

Fir-rigward tat-trattament fiskali tal-kwoti, tliet pajjiżi biss irrapportaw li t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tapplika għall-ħruġ ta’ kwoti tal-emissjonijiet. Għall-kuntrarju, il-VAT hija dovuta fuq it-tranżazzjoni ta’ kwoti tal-emissjonijiet fis-suq sekondarju f’ħafna mill-pajjiżi parteċipanti (kollha ħlief CY, EE, IS, LI). Il-maġġoranza tal-pajjiżi rrapportaw li huma japplikaw il-mekkaniżmu tar-reverse charge 53 fuq tranżazzjonijiet domestiċi li jinvolvu kwoti tal-emissjonijiet. Il-kwoti tal-emissjonijiet għall-korporazzjonijiet jistgħu jiġu ntaxxati wkoll (pereżempju permezz tal-applikazzjoni ta’ taxxa korporattiva jew taxxa fuq id-dħul korporattiva). Ħmistax-il pajjiż irrapportaw li ma kienx hemm taxxa bħal din.

Kif imsemmi fir-rapport dwar is-suq tal-karbonju preċedenti, il-Kummissjoni bħalissa qiegħda twettaq studju dwar in-natura legali tal-kwoti tal-EU ETS.

F’deċiżjoni preliminari riċenti 54 tat-8 ta’ Marzu 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja qagħdet lura milli tiddefinixxi n-natura tal-kwoti (ara l-Appendiċi 5 tal-Anness).

6.MONITORAĠĠ, RAPPORTAR U VERIFIKA TAL-EMISSJONIJIET

Il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika (MRV) tal-emissjonijiet GHG iridu jkunu robusti, trasparenti, konsistenti u preċiżi sabiex l-EU ETS topera b’mod effettiv. Dawn huma ssupplimentati minn sistema ta’ akkreditazzjoni soda għall-iżgurar ta’ kwalità adegwata ta’ verifikaturi terzi. Ir-rekwiżiti tal-MRV huma armonizzati fir-Regolament dwar il-Monitoraġġ u r-Rapportar (MRR) u fir-Regolament dwar l-Akkreditazzjoni u l-Verifika (AVR).

Is-sistema ta’ monitoraġġ fl-EU ETS hija mfassla bħala approċċ ta’ elementi importanti li jippermetti grad għoli ta’ flessibbiltà għall-operaturi biex jiżguraw kosteffiċjenza, filwaqt li fl-istess ħin tintlaħaq affidabbiltà kbira tad-dejta dwar l-emissjonijiet immonitorjata. Għal dan il-għan, diversi metodi ta’ monitoraġġ (“ibbażati fuq il-kalkolu" jew “ibbażati fuq il-kejl”, kif ukoll bħala eċċezzjoni “approċċi ta’ riżerva”) huma permessi. Il-metodi jistgħu jingħaqdu għal partijiet individwali ta’ stallazzjoni. Għall-operaturi ta’ inġenji tal-ajru, approċċi bbażati fuq il-kalkolu biss huma fattibbli, fejn il-konsum tal-karburant huwa l-parametru ċentrali li jrid jiġi ddeterminat għat-titjiriet koperti mill-EU ETS. Ir-rekwiżit li l-istallazzjonijiet u l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru jkollhom pjan ta’ monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi tal-MRR jipprevjeni għażla arbitrarja tal-metodi ta’ monitoraġġ u varjazzjonijiet temporali.

Permezz tal-AVR għall-Fażi 3 u lil hinn, ġie introdott approċċ armonizzat madwar l-UE lejn l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi. Il-verifikaturi li huma persuna ġuridika jew entità ġuridika jridu jiġu akkreditati minn Korp Nazzjonali ta’ Akkreditament (NAB) sabiex iwettqu verifiki f’konformità mal-AVR. Is-sistema l-ġdida ta’ akkreditazzjoni uniformi tipprovdi l-vantaġġ li tippermetti lill-verifikaturi joperaw b’rikonoxximent reċiproku fil-pajjiżi parteċipanti kollha, u għalhekk jieħdu vantaġġ sħiħ mis-suq intern u jgħinu biex tiġi żgurata disponibbiltà suffiċjenti ġenerali.

6.1 Żviluppi Ġenerali

Il-Kummissjoni tkompli tfittex titjib fil-gwida u fil-mudelli li tqiegħed għad-dispożizzjoni sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti tal-MRR 55 u tal-AVR 56 . F’dan ir-rigward, ġiet abbozzata gwida ġdida dwar l-ispezzjoni tal-EU ETS abiex tgħin fil-koordinazzjoni tar-rispons tal-pajjiżi għal rakkomandazzjoni mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex dawn jimplimentaw oqfsa ta’ kontroll tal-implimentazzjoni tal-EU ETS aktar koerenti u effettivi li jinkludu spezzjonijiet.

Il-Kummissjoni tkompli tħeġġeġ ukoll titjib fl-implimentazzjoni tal-MRVA tal-EU ETS min-naħa tal-pajjiżi. Fejn rilevanti, ġiet iċċarata l-gwida u ġew organizzati avvenimenti ta’ taħriġ sabiex jiġu indirizzati wħud mill-kwistjonijiet ewlenin identifikati fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni prodotti biex jassistu lil kull pajjiż 57 .

Huwa rikonoxxut li l-effiċjenza tas-sistema ta’ konformità ttejbet peress li l-MRR jippermetti lill-pajjiżi jagħmlu r-rapportar elettroniku obbligatorju. Ħafna mill-pajjiżi parteċipanti jirrapportaw l-użu ta’ mudelli jew ta’ sistemi bbażati fuq ir-rekwiżiti minimi stabbiliti mill-Kummissjoni. Fl-2017 erbatax-il Stat Membru rrapportaw li jużaw xi forma ta’ sistema informatika awtomatizzata għar-rapportar tal-EU ETS (meta mqabbla ma’ 13 fl-2016 u ma’ 10 fl-2015).

Kif imsemmi fir-rapport dwar is-suq tal-karbonju preċedenti, f’Mejju 2016 il-Kummissjoni nediet DECLARE ETS MRVA – sistema bbażata fuq il-web żviluppata biex tappoġġja l-obbligi relatati mal-pjanijiet ta’ monitoraġġ, mar-rapporti annwali dwar l-emissjonijiet, mar-rapporti ta’ verifika u mar-rapporti ta’ titjib tal-EU ETS minn pajjiżi parteċipanti.

6.2 Monitoraġġ applikat

Skont ir-rapporti tal-Artikolu 21 sottomessi fl-2017, ħafna mill-istallazzjonijiet jużaw il-metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu 58 . 150 stallazzjoni biss (inqas minn 1.5 %) fi 23 pajjiż ġew irrapportati li jużaw sistemi għall-kejl tal-emissjonijiet kontinwi, l-aktar frekwenti fil-Ġermanja u fir-Repubblika Ċeka. B’mod globali, hemm pajjiż aktar mis-sena li għaddiet, iżda stallazzjoni inqas.

Ħdax-il pajjiż biss irrapportaw l-użu tal-approċċ ta’ riżerva minn 36 stallazzjoni, li jkopru madwar 5.1 miljun tunnellata ta’ CO2e (meta mqabbla ma’ 6.6 miljun tunnellata ta’ CO2e fis-sena ta’ qabel). In-Netherlands irrapportaw tnaqqis fin-numru ta’ stallazzjonijiet li japplikaw metodoloġija ta’ riżerva (9 meta mqabbla mat-12 tas-sena li għaddiet) u nofs l-emissjonijiet affettwati. Żewġ stallazzjonijiet (waħda fir-Renju Unit u waħda fin-NL) huma responsabbli għal aktar minn nofs l-emissjonijiet globali rrapportati b’rabta mal-metodoloġija ta’ riżerva.

Il-maġġoranza assoluta tal-istallazzjonijiet tissodisfa l-valuri minimi prestabbiliti 59 tas-saffi tal-MRR. 105 stallazzjoni tal-kategorija C biss (meta mqabbla ma’ 113 fis-sena preċedenti u 118 is-sena ta’ qabel), jiġifieri 13 % (meta mqabbla ma’ 14 % tas-sena li għaddiet) ġew irrapportati li jiddevjaw għal mill-inqas parametru wieħed mir-rekwiżit li japplikaw l-ogħla saffi għall-flussi minn sorsi maġġuri. Dawn id-devjazzjonijiet huma permessi biss meta l-operatur juri li l-ogħla saff mhuwiex teknikament vijabbli jew jimplika kostijiet mhux raġonevoli. Ladarba dawn il-kundizzjonijiet ma jibqgħux japplikaw, l-operaturi għandhom itejbu s-sistema ta’ monitoraġġ tagħhom kif xieraq. Fl-2013 il-perjodu ta' rapportar, 137 stallazzjoni tal-kategorija C (16 % mit-total) ġew irrapportati bħala li ma jissodisfawx l-ogħla saffi b’xi mod jew ieħor. Għalhekk, titjib kostanti fil-konformità tal-ogħla saff tal-istallazzjoni tal-kategorija C jista’ jidher f’kull sena tal-Fażi 3 tal-EU ETS.

B’mod simili, rapporti mit-22 pajjiż parteċipanti (l-istess bħal fis-sentejn preċedenti) jindikaw li b’mod globali 22 % tal-istallazzjonijiet tal-kategorija B huma permessi b’xi forma ta’ devjazzjoni mir-rekwiżiti prestabbiliti tal-MRR, meta mqabbla ma’ 26 % fis-sena ta’ qabel u ma’ 28 % fis-sena ta’ qabel dik, u għal darb’oħra dan juri titjib kostanti fil-konformità tal-ogħla saff.

6.3 Verifika akkreditata

In-numru totali ta’ verifikaturi mhuwiex irrapportat fir-rapporti tal-Artikolu 21, iżda stima raġonevoli bbażata fuq in-numru akkreditat għall-kombustjoni (l-ambitu primarju tal-akkreditazzjoni) hija li kien hemm tal-anqas 130 verifikatur akkreditati differenti b’mod ġenerali rigward il-verifiki tal-2016. Is-sottomissjonijiet tal-Artikolu 21 fl-2017 jindikaw li kien hemm 47 verifikatur individwali akkreditati għall-2016 rigward l-avjazzjoni. Il-kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditazzjoni (EA) tipprovdi link ċentrali għall-Korpi Nazzjonali ta' Akkreditament (NABs) rilevanti u għal-listi tagħhom ta’ verifikaturi akkreditati tal-EU ETS 60 .

Ir-rikonoxximent reċiproku tal-verifikaturi fost il-pajjiżi parteċipanti qiegħed jaħdem b’suċċess: ħafna mill-pajjiżi (29, kollha ħlief FR u LV) irrapportaw li mill-inqas verifikatur barrani wieħed huwa attiv fit-territorju tagħhom.

Il-konformità tal-verifikaturi mal-AVR hija għolja. Il-Polonja biss irrapportat sospensjoni u l-Iżvezja rtirar tal-akkreditazzjoni fl-2016 (ta’ verifikatur wieħed f’kull każ). Dan ma jitqabbel mal-ebda sospensjoni jew irtirar irrapportati fir-rigward tal-2015 u sospensjoni waħda jew irtirar wieħed għall-2014. Il-Polonja biss irrapportat tnaqqis fl-ambitu tal-akkreditazzjoni ta’ verifikatur wieħed fl-2016, meta mqabbla mal-erba’ pajjiżi li rrapportaw tali tnaqqis għal ħames verifikaturi fl-2015 u tliet pajjiżi għal sitt verifikaturi fl-2014.

Din is-sena, inqas pajjiżi rrapportaw ilmenti riċevuti dwar verifikaturi (tmienja meta mqabbla mad-disgħa tas-sena li għaddiet). In-numru globali tal-ilmenti huwa wkoll 17 % inqas. 96 % tal-ilmenti riċevuti huma rrapportati bħala solvuti (l-istess bħas-sena li għaddiet). Disa’ pajjiżi rrapportaw li identifikaw nuqqasijiet ta’ konformità tal-verifikaturi bħala parti mill-proċess ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-NABs u l-awtoritajiet kompetenti (meta mqabbla ma’ ħdax is-sena li għaddiet).

7.ĦARSA ĠENERALI LEJN L-ARRANĠAMENTI AMMINISTRATTIVI 

Il-pajjiżi li jipparteċipaw fl-EU ETS jużaw approċċi differenti rigward l-awtoritajiet kompetenti inkarigati mill-implimentazzjoni tagħha. F’ċerti pajjiżi diversi awtoritajiet lokali huma involuti, filwaqt li f’oħrajn l-approċċ huwa ferm aktar iċċentralizzat. Ir-rapporti tal-Artikolu 21 jagħtu ħarsa ġenerali ta’ livell għoli lejn l-istruttura organizzazzjonali ta’ kull pajjiż parteċipanti.

Mill-aħħar perjodu ta' rapportar, ma ġiet osservata l-ebda bidla sinifikanti fl-arranġamenti amministrattivi tal-pajjiżi parteċipanti. Skont is-sottomissjonijiet tal-Artikolu 21 fl-2017, kien hemm, bħala medja, 5 awtoritajiet kompetenti involuti fl-implimentazzjoni tal-EU ETS għal kull pajjiż. 61 Fir-rigward tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet, ġew irrapportati għodod u metodi differenti, bħal strumenti leġiżlattivi għall-ġestjoni ċentrali ta’ pjanijiet ta’ monitoraġġ jew ta’ rapporti ta’ emissjonijiet (fi 12-il pajjiż), għoti ta’ struzzjonijiet vinkolanti u gwida minn awtorità ċentrali kompetenti lill-awtoritajiet lokali (f’10 pajjiżi), gruppi ta’ ħidma jew laqgħat regolari bejn l-awtoritajiet (fi 15-il pajjiż), u l-użu ta’ pjattaforma tal-IT konġunta (fi 13-il pajjiż), fost l-oħrajn. Seba’ pajjiżi (CY, EE, HU, IT, IS, LI, LU) indikaw li l-ebda wieħed minn dawn ta’ hawn fuq ma huwa fis-seħħ.

Fir-rigward tat-tariffi amministrattivi imposti b’rabta mal-permessi u mal-pjanijiet ta’ monitoraġġ approvati, fl-2017 14-il pajjiż irrapportaw li ma jimponu l-ebda tariffa fuq l-operaturi tal-istallazzjonijiet (CY, DE, EE, FR, GR, IE, LI, LT, LU, LV, MT, NL, SE, SK), meta mqabbla ma’ 16 tas-sena li għaddiet. L-operaturi ta’ inġenji tal-ajru ma jħallsux tariffi fi 15-il pajjiż (BE, CY, CZ, DE, EE, ES, GR, LI, LT, LU, LV, MT, NL, SE, SK), meta mqabbla ma’ 16 tas-sena li għaddiet. L-imposti jvarjaw b’mod sinifikanti skont il-pajjiż u s-servizz partikolari involut. Pereżempju, it-tariffi għall-permessi u għall-pjan ta’ monitoraġġ approvat għall-istallazzjonijiet ivarjaw minn EUR 5 sa EUR 7621, u għall-avjazzjoni t-tariffi għall-pjan ta’ monitoraġġ approvat ivarjaw minn EUR 5 sa EUR 2400.

B’mod ġenerali, is-sistemi tal-pajjiżi parteċipanti huma effettivi ħafna meta jiġu allinjati mal-organizzazzjoni amministrattiva tagħhom. Il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u l-qsim tal-aħjar prattiki bejn l-Awtoritajiet Kompetenti, inkluż permezz tal-attivitajiet tal-Forum ta’ Konformità tal-EU ETS, jenħtieġ li tkompli tissaħħaħ u titħeġġeġ. F’dan ir-rigward, is-seba’ Konferenza ta’ Konformità 62 saret fl-2016, kif ukoll żewġ avvenimenti ta’ taħriġ separati relatati mal-Forum ta’ Konformità. Din il-konferenza annwali tgħin sabiex tiġi żgurata l-aktar sensibilizzazzjoni wiesgħa dwar l-attivitajiet tal-Forum ta’ Konformità, b’mod partikolari dwar il-ħames Task Forces tiegħu rigward il-Monitoraġġ u r-Rapportar, l-Akkreditazzjoni u l-Verifika, l-Avjazzjoni, ir-Rapportar Elettroniku u l-Ġbir u l-Ħżin tal-Karbonju.

8.KONFORMITÀ U INFURZAR 

Id-Direttiva tal-EU ETS tipprevedi penali għal emissjonijiet żejda fil-forma ta’ EUR 100 (indiċjati) għal kull tunnellata ta’ CO2 mormija li għalihom ma ġiet ċeduta l-ebda kwota fiż-żmien dovut. Penali oħrajn applikabbli għal ksur fl-implimentazzjoni tal-EU ETS huma konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali stabbiliti mill-pajjiż ikkonċernat.

L-EU ETS għandha rata għolja ħafna ta’ konformità: kull sena madwar 99 % tal-emissjonijiet huma koperti bin-numru meħtieġ ta’ kwoti fil-ħin. Is-sena 2016 ma kinitx eċċezzjoni. Sad-data tal-iskadenza, jiġifieri sat-30 ta’ April 2017, anqas minn 1 % tal-istallazzjonijiet li jirrapportaw li kellhom emissjonijiet fl-2016 ma ċedewx kwoti li jkopru l-emissjonijiet kollha tagħhom. Dawn l-istallazzjonijiet kienu tipikament żgħar u ammontaw għal madwar 0.4 % tal-emissjonijiet tal-EU ETS. Fis-settur tal-avjazzjoni, il-livell ta’ konformità kien għoli ħafna wkoll: l-opertauri ta’ inġenji tal-ajru responsabbli għal aktar minn 99 % tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni tal-EU ETS ikkonformaw.

L-awtoritajiet kompetenti jibqgħu jwettqu verifiki ta’ konformità differenti fuq ir-rapporti tal-emissjonijiet annwali. Skont is-sottomissjonijiet tal-Artikolu 21 fl-2017, il-pajjiżi parteċipanti kollha jivverifikaw ir-rapporti tal-emissjonijiet annwali għall-kompletezza (100 % tar-rapporti ħlief FR 77 % SE 3 % u UK 62 %). Ir-rapporti jkomplu jindikaw li bħala medja l-pajjiżi jivverifikaw aktar minn 75 % tar-rapporti għal konsistenza fir-rigward tal-pjanijiet ta’ monitoraġġ (il-pajjiżi kollha) u madwar 75 % fid-dejta dwar l-allokazzjoni (il-pajjiżi kollha ħlief FI, MT u NO). Ħamsa u għoxrin pajjiż irrapportaw li huma jwettqu wkoll kontroverifiki ma’ dejta oħra. Tlieta biss (LV, SI, SK) jissuġġerixxu nuqqas ta’ verifika ddettaljata tar-rapporti tal-emissjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti.

Abbażi tas-sottomissjonijiet tal-Artikolu 21 fl-2017, l-awtoritajiet kompetenti f’16-il pajjiż (BE, BG, DK, ES, FI, FR, EL, HR, IT, LU, NL, NO, PL, SE, SK, UK) wettqu stimi konservattivi dwar dejta mitlufa fil-każ ta’ 125 stallazzjoni fl-2016. Madankollu, 68 minn dawn ġew irrapportati mir-Renju Unit għal emissjonijiet fis-snin ta’ qabel l-2016, abbażi ta’ notifiki mill-operatur ta’ żbalji storiċi li jkunu għadhom kemm ġew skoperti. It-tnaqqis tad-dejta tar-Renju Unit mit-totali għall-2016, l-istimi konservattivi ġew irrapportati minn 15-il pajjiż għal 57 stallazzjoni (madwar 0.5 % tal-istallazzjonijiet ġenerali), meta mqabbla ma’ 45 stallazzjoni (0.4 %) għall-2015 u 37 (0.3%) għall-2014. Il-kwantità rrapportata tal-emissjonijiet affettwati tal-2016 kienet ta’ 1.9 miljun tunnellata ta’ CO2 (meta mqabbla ma’ 8.3 miljun tunnellata tas-sena li għaddiet u 9.1 miljun is-sena ta’ qabel dik), madwar 0.1 % tal-emissjonijiet globali (meta mqabbla ma’ kważi 0.5 % fis-sentejn preċedenti). L-aktar raġunijiet komuni mogħtija għat-twettiq ta’ stimi konservattivi kienu n-nuqqas ta’ rapport dwar l-emissjonijiet sal-31 ta’ Marzu jew rapporti dwar l-emissjonijiet li ma kinux kompletament konformi mar-rekwiżiti tal-MRR/AVR.

L-istimi konservattivi dwar id-dejta mitlufa għall-avjazzjoni ġew irrapportati minn erba’ pajjiżi biss fir-rigward ta’ 18-il operatur ta’ inġenju tal-ajru (madwar 3.5 % tat-total), li kollha kemm huma kienu emittenti żgħar ħafna (b’kollox inqas minn 0.2 % tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni). Dan jitqabbel mal-103 operaturi ta’ inġenji tal-ajru (kważi 20 %) irrapportati minn tmien pajjiżi s-sena li għaddiet.

Il-verifiki tal-awtorità kompetenti jibqgħu importanti wkoll biex jissupplimentaw ix-xogħol tal-verifikatur. Għall-2016, il-pajjiżi parteċipanti kollha kkonfermaw li fil-każ ta’ stallazzjonijiet huma jwettqu verifiki ulterjuri. Ħafna mill-pajjiżi rrapportaw approċċ simili dwar l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru (ħlief HU, LV u SI). Madankollu, 17-il pajjiż biss irrapportaw li wettqu xi spezzjonijiet fuq il-post fl-istallazzjonijiet fl-2016 (AT 63 , CY, CZ, DE, ES, FI, FR, GR, HR, HU, IE, IS, LT, LV, NL, NO, UK).

Għall-2016, l-applikazzjoni ta’ penali għal emissjonijiet żejda ġiet irrapportata għal 14-il stallazzjoni biss minn erba’ pajjiżi (BG 1, PL 1, RO 6 u UK 6). Għall-avjazzjoni, il-penali għal emissjonijiet żejda ġew irrapportati għal 48 operatur ta’ inġenju tal-ajru (BE 1, DE 4, ES 4 u UK 39).

Għaxar pajjiżi kkonfermaw il-ħruġ ta’ penali (b’żieda mal-penali għal emissjonijiet żejda) fil-perjodu ta’ rapportar tal-2016. Ma ġiet irrapportata l-ebda priġunerija, iżda ġew innotati multi jew avviżi formali li jikkonċernaw 56 stallazzjoni u 8 operaturi ta’ inġenji tal-ajru, li jammontaw għal valur finanzjarju totali ta’ EUR 1 573 389. Madwar wieħed minn kull sitta ta’ dan il-valur ġie attribwit għall-iskopertura mill-awtorità kompetenti u mill-korpi kummerċjali ta’ 19-il stallazzjoni li nstabu li kienu qegħdin joperaw mingħajr permess fir-Renju Unit. Dawn l-operaturi issa huma permessi u jirrappreżentaw il-maġġor parti tan-numru akbar ta’ stallazzjonijiet irrapportati mir-Renju Unit.

L-aktar reati komuni rrapportati għall-2016 kienu tħaddim mingħajr permess (21 każ), nuqqas ta’ rapportar tal-bidliet fil-kapaċità (14-il każ), nuqqas ta’ sottomissjoni tar-rapporti annwali dwar l-emissjonijiet ivverifikati sal-iskadenza dovuta (9 każijiet), nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet ta’ permess (6 każijiet) u nuqqas ta’ tfassil ta’ pjan ta’ monitoraġġ approvat kif xieraq (5 każijiet). Każijiet oħrajn kienu jinkludu n-nuqqas ta’ konformità tar-rapport tal-emissjonijiet annwali mar-rekwiżiti tal-MRR, nuqqas ta’ ċediment ta’ numru suffiċjenti ta’ kwoti sat-30 ta’ April u nuqqas ta’ sottomissjoni ta’ rapporti ta’ titjib.

9.KONKLUŻJONIJIET U ASPETTATTIVI 

Fl-2016, l-EU ETS baqgħet l-għodda ewlenija għall-indirizzar tat-tibdil fil-klima b’mod kosteffiċjenti. Is-sistema wettqet tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ 2.9 % minn stallazzjonijiet parteċipanti, li mmarka tendenza ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet mill-bidu tal-Fażi 3 fl-2013, filwaqt li l-eċċess ta’ kwoti fis-suq tal-karbonju niżel għall-inqas livell tiegħu sa mill-bidu tal-perjodu ta’ negozjar attwali. F’dan ir-rigward, l-ewwel pubblikazzjoni tal-indikatur ta’ eċċess tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq f’Mejju 2017 twitti t-triq għall-bidu tat-tħaddim tar-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq fl-2019, is-soluzzjoni strutturali tal-EU ETS għall-istabbilizzazzjoni tas-suq Ewropew tal-karbonju f’nofs it-terminu.

Fil-qasam tal-avjazzjoni, sar ukoll progress importanti. Wara r-riżoluzzjoni tal-ICAO 2016 dwar it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-avjazzjoni globali, il-Kummissjoni ħadet passi lejn il-kontinwazzjoni ta’ miżuri attwali għall-avjazzjoni fl-EU ETS fid-dawl tal-iskema globali li ser tidħol fis-seħħ u l-ippjanar għall-implimentazzjoni f’waqtha tagħha. 

Barra minn hekk, fir-raba’ sena tal-fażi 3 l-arkitettura tal-EU ETS tat prova li ser tibqa’ robusta. Ir-rata ta’ konformità baqgħet b’mod konsistenti għolja ħafna kemm għall-istallazzjonijiet stazzjonarji kif ukoll għall-operaturi tal-avjazzjoni u l-organizzazzjoni amministrattiva fil-pajjiżi parteċipanti tat prova li hija effettiva.

F’Mejju 2017, l-irkant numru 1000 immarka stadju simboliku fil-funzjonament bla xkiel tal-infrastruttura li ġġib kwoti lejn is-suq.

Wara aktar minn sentejn ta’ negozjati dwar il-proposta biex tiġi rriformata l-EU ETS għar-raba’ perjodu ta’ negozjar tagħha, f'Novembru 2017 intlaħaq ftehim storiku li juri r-rieda tal-Unjoni Ewropea li ssarraf l-impenn tagħha fil-ftehim ta’ Pariġi f’azzjoni konkreta. L-EU ETS riveduta u sostanzjalment imsaħħa ser tifforma parti ewlenija mill-kontribut tal-UE għall-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ Pariġi lejn tranżizzjoni globali lejn livell baxx ta’ karbonju.

Il-Kummissjoni ser tkompli tissorvelja s-suq Ewropew tal-karbonju u ser tipprovdi r-rapport li jmiss fl-aħħar tal-2018.

ANNESS 

Appendiċi 1

Tabella 1: Numru ta’ kwoti bla ħlas mitluba għall-immodernizzar tas-settur tal-elettriku

Numbru ta’ kwoti bla ħlas mitluba minn Stat Membru skont l-Artikolu 10c

SM

2013

2014

2015

2016

BG

11 009 416

9 779 243

8 259 680

6 593 238

CY

2 519 077

2 195 195

1 907 302

1 583 420

CZ

25 285 353

22 383 398

20 623 005

15 831 329

EE

5 135 166

4 401 568

3 667 975

2 934 380

HU

7 047 255 64

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

LT

322 449

297 113

269 475

237 230

PL

65 992 703

52 920 889

43 594 320

31 621 148

RO

15 748 011

8 591 461

9 210 797

7 189 961

Total

133 059 430

100 568 867

87 532 554

65 990 706

Tabella 2: Numru massimu ta’ kwoti bla ħlas fis-sena skont id-deroga mill-irkantar sħiħ għas-settur tal-enerġija

Numru massimu ta’ kwoti fis-sena

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

Total

13 542 000

11 607 428

9 672 857

7 738 286

5 803 714

3 869 143

1 934 571

54 167 999

2 519 077

2 195 195

1 907 302

1 583 420

1 259 538

935 657

575 789

10 975 978

26 916 667

23 071 429

19 226 191

15 380 953

11 535 714

7 690 476

3 845 238

107 666 668

5 288 827

4 533 280

3 777 733

3 022 187

2 266 640

1 511 093

755 547

21 155 307

7 047 255

0

0

0

0

0

0

7 047 255

582 373

536 615

486 698

428 460

361 903

287 027

170 552

2 853 628

77 816 756

72 258 416

66 700 076

60 030 069

52 248 393

43 355 049

32 238 370

404 647 129

17 852 479

15 302 125

12 751 771

10 201 417

7 651 063

5 100 708

2 550 354

71 409 917

151 565 434

129 504 488

114 522 628

98 384 792

81 126 965

62 749 153

42 070 421

679 923 881

Appendiċi 2

Figura 1: Ħarsa ġenerali lejn l-irkanti tal-kwoti ġenerali mill-2013 sat-30 ta’ Ġunju 2017

___ Prezz tal-bejgħ fl-irkant

. Rata ta’ Kopertura

   

Appendiċi 3

Tabella 1: Sommarju ta’ skambju ta’ krediti internazzjonali sat-30 ta’ Ġunju 2017

Krediti internazzjonali skambjati sat-30 ta’ Ġunju 2016

miljun

perċentwali

CERs

231.08

54.61 %

Iċ-Ċina

164.30

71.10 %

l-Indja

13.13

5.68 %

L-Użbekistan

8.04

3.47 %

Il-Brażil

4.59

1.98 %

Iċ-Ċilì

3.11

1.34 %

Il-Korea

2.92

1.26 %

Il-Messiku

2.75

1.19 %

Oħrajn

19.25

8.33 %

Trajettorja 1

Trajettorja 2

ERUs

192.07

45.39 %

miljun

perċentwali tal-ERUs

miljun

perċentwali tal-ERUs

L-Ukrajna

147.69

76.89 %

145.95

78.32 %

1.74

0.91 %

Ir-Russja

32.06

16.69 %

32.06

17.20 %

0.00

0.00 %

Il-Polonja

2.82

1.46 %

3.02

1.62 %

0.00

0.00 %

Il-Ġermanja

1.65

0.85 %

1.66

0.89 %

0.00

0.00 %

Franza

1.24

0.64 %

1.24

0.67 %

0.00

0.00 %

Il-Bulgarija

0.49

0.25 %

0.49

0.26 %

0.00

0.00 %

Oħrajn

6.21

3.23 %

1.76

0.94 %

4.35

2.26 %

Total

423.16

100 %

186.18

96.83 %

6.09

3.17 %

Appendiċi 4

Tabella 1: Elementi ta’ provvista u domanda tal-ETS

Element

Provvista jew domanda?

Pubblikazzjoni

Aġġornament u inċertezzi

Total bankarju tal-fażi 2

Il-provvista

Rapport dwar is-suq tal-karbonju

Mhuwa previst l-ebda aġġornament peress li l-fażi 2 spiċċat. Ċifra finali.

Irkanti tal-fażi 3 bikrija

Il-provvista

Sit web tad-DĠ Klima, siti web tal-EEX u ICE

Mhix parti mit-total bankarju tal-fażi 2. Ċifri finali.

Kwoti għal NER 300

Il-provvista

Sit web tal-BEI

300 miljun kwota ġew monetizzati fl-2012-2014. Ċifri finali.

Irkanti tal-avjazzjoni

Il-provvista

Sit web tad-DĠ Klima, siti web tal-EEX u ICE

Le – l-aġġustamenti huma riflessi fil-volumi għas-sena ta’ wara.

L-irkanti tal-2013 u l-2014 saru fl-2015.

Irkanti tal-Fażi 3

Il-provvista

Sit web tad-DĠ Klima, siti web tal-EEX u ICE

Le - iċ-ċifra mhijiex soġġetta għal reviżjoni. Madankollu, il-kwoti (eż. minħabba dewmien biex jibda l-irkantar għal ċerti Stati Membri, pereżempju dawk għaż-ŻEE-EFTA) miżmuma mill-irkantijiet jistgħu jiġu rkantati fis-snin sussegwenti.

Allokazzjoni bla ħlas (NIMs)

Il-provvista

EUTL, tabelli

Dawn iċ-ċifri huma aġġornati matul is-sena kollha.

- Stat Membru jista’ jipprovdi sottomissjonijiet tard għas-snin preċedenti jew allokazzjoni attwali tista’ tkun inqas mill-ammont inizjalment previst.

L-EUTL jipprovdi stat tal-ħidma preċiż tal-allokazzjoni attwali.

Allokazzjoni bla ħlas (NER)

Il-provvista

EUTL, tabelli

Allokazzjoni bla ħlas

(avjazzjoni)

Il-provvista

EUTL, Pubblikazzjoni minn SM ta’ tabelli ta’ allokazzjoni

Allokazzjoni bla ħlas

(Artikolu 10c)

Il-provvista

EUTL, tabella tal-istatus

Emissjonijiet (stallazzjonijiet stazzjonarji)

Id-domanda

EUTL, dejta ta’ konformità

Dejta ta’ konformità disponibbli għall-pubbliku fl-1 ta’ Mejju turi emissjonijiet u kwoti ċeduti għall-istallazzjonijiet li huma konformi (jiġifieri dawk l-istallazzjonijiet li jirrapportaw għas-snin kollha kkonċernati).

Emissjonijiet (avjazzjoni)

Id-domanda

Konformità għall-operaturi tal-avjazzjoni kemm għall-2013 u l-2014 saru fl-2015.

Kwoti kkanċellati

Id-domanda

Rapport dwar is-suq tal-karbonju

Tabella 2: Skeda ta’ żmien għall-pubblikazzjoni tad-dejta

L-iskedar

Id-dejta

L-ambitu

Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April tas-sena x

Aġġornamenti għall-allokazzjoni bla ħlas għall-enerġija (Artikolu 10c)

Is-sena x-1

L-1 ta’ April tas-sena x

Emissjonijiet ivverifikati

Allokazzjoni bla ħlas (Artikolu 10a(5) – NIMs)

Is-sena x-1

L-1 ta’ Mejju tas-sena x

Skadenza ta’ konformità: emissjonijiet ivverifikati u kwoti ċeduti

Is-sena x-1

Mejju/Ottubru tas-sena x

Krediti internazzjonali skambjati

L-aħħar trimestru tas-sena x

Rapport dwar is-Suq tal-Karbonju

Is-sena x-1

Jannar/Lulju tas-sena x

Status tar-riżerva għal min jidħol ġdid - tabella NER

Mhux ippubblikata fil-livell tal-UE

Allokazzjoni bla ħlas għall-avjazzjoni ppubblikata fil-livell tal-Istati Membri

Appendiċi 5

Tabella 1: Deċiżjonijiet preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE rilevanti għall-funzjonament tal-EU ETS fil-perjodu ta’ Lulju 2016 sa Ġunju 2017

Ir-referenza tal-każ

Il-leġiżlazzjoni kkonċernata

Partiti

Każ sommarju

Data

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-461/15

Id-Deċiżjoni 2011/278/UE

E. ON Kraftwerke/DE

Limitu tal-obbligu li tingħata informazzjoni għall-allokazzjoni bla ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet, fir-rigward tal-bidliet li jsiru fit-tħaddim ta’ impjant tal-enerġija wieħed

08.09.2016

L-awtorità kompetenti tista’ tiddefinixxi “informazzjoni rilevanti” li għandha tiġi rrapportata dwar il-kapaċità, il-livell ta’ attività u t-tħaddim ta’ stallazzjoni. Informazzjoni tista’ titqies bħala rilevanti, irrispettivament minn jekk ikunx hemm bidla fl-allokazzjoni tal-operatur.

Kawża C-460/15

Ir-Regolament UE 601/2012

Schaefer Kalk GmbH & Co. KG/DE

Il-legalità tal-esklużjoni ta’ CO2 użat fil-produzzjoni ta’ karbonat tal-kalċju preċipitat fl-Artikolu 49(1) u l-punt 10 tal-Anness IV.

19.01.2017

Fil-kuntest ta’ CO2 ittrasferit barra stallazzjoni li tipproduċi l-ġir u marbut b’mod stabbli fil-produzzjoni tal-karbonat tal-kalċju preċipitat, l-Artikolu 49 u l-punt 10. B tal-Anness IV huma kuntrarji għall-Artikolu 3(d) tad-Direttiva tal-ETS, peress li jassumu b’mod mhux konfutabbli li hemm rilaxx ta’ CO2 fl-atrmosfera.

Kawża C-457/15

Id-Direttiva 2003/87/KE

Vattenfall Europe Generation AG/ DE

L-obbligu ta’ negozjar tal-emissjonijiet meta jirriżulta għall-inklużjoni tal-kombustjoni ta’ karburanti fi stallazzjonijiet b’input termiku nominali totali > 20 MW fl-Anness I?

28.07.2016

L-inklużjoni ta’ “Attivitajiet għall-kombustjoni ta’ karburanti fi stallazzjonijiet b’input termiku monimali totali > 20 MW” fl-Anness I jibda fid-data tal-ewwel emissjonijiet ta’ GHGs prodotti mill-istallazzjoni (anke qabel ma jiġi ġġenerat l-elettriku).

Kawża C-456/15;

Kawżi Magħquda C-191/14, C-192/14, C-295/14, C-389/14 u C-391/14 sa C-393/14

Id-Deċiżjoni 2013/448/UE

Borealis Polyolefine GmbH/ AT Ministru Federali għall-Agrikoltura, il-Forestrija, l-Ambjent u l-Immaniġġjar tal-Ilma

Validità tal-metodu għall-kalkolu tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni transettorjali (CSCF) uniformi

14.07/2016; 28.04.2016

L-Artikolu 4 u l-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/448/UE huma invalidi. Id-dejta dwar l-emissjonijiet li ġejjin minn attivitajiet ġodda fi stallazzjonijiet eżistenti ma kellhomx jitqiesu, iżda biss l-istallazzjonijiet li għadhom kemm ġew koperti mill-EU ETS sa mill-2013. CSCF ser ikun invalidu mill-01.03.2017.

Kawża C-321/15

Id-Direttiva 2003/87/KE

ArcelorMittal Rodange et Schifflange SA/ LU

Kwistjoni dwar iċ-ċediment ta’ kwoti allokati b’mod żbaljat u jekk il-kwoti jistgħux jitqiesu bħala proprjetà

08.03.2017

L-Istati Membri huma intitolati li jitolbu lura l-kwoti allokati b’mod żbaljat mingħajr kumpens. Il-kwistjoni tal-istatus legali tal-kwoti mhijiex essenzjali biex tingħata sentenza fil-każ inkwistjoni.

Kawża C-272/15

Deċiżjoni 377/2013/UE, Direttiva 2008/101/KE

Swiss International Air Lines AG/ Segretarju tal-Istat għall-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima tar-Renju Unit, Aġenzija għall-Ambjent

Id-Deċiżjoni 377/2013/UE tikser il-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-UE billi tistabbilixxi moratorju fuq iċ-ċediment ta’ kwoti tal-emissjonijiet għal titjiriet bejn l-Istati taż-ŻEE u l-Istati mhux taż-ŻEE, iżda mhux għal titjiriet bejn l-Istati taż-ŻEE u l-Iżvizzera?

12.12.2016

Il-fatt li l-moratorju fuq titjiriet ulterjuri taż-ŻEE ma japplikax għal titjiriet minn u lejn l-ajruporti tal-Iżvizzera ma jiksirx il-prinċipju ta’ trattament ugwali, li ma japplikax vis-à-vis pajjiżi terzi.

Kawża C-180/15;

Kawża C-506/14

Id-Deċiżjoni 2011/278/UE,

Id-Deċiżjoni 2013/448/UE

Borealis AB u oħrajn/ SE Environmental Protection Agency;

Yara Suomi Oy u oħrajn/ FI Ministru għall-Impjiegi u l-Ekonomija

Validità tal-metodu għall-kalkolu tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni transettorjali (CSCF) uniformi u tal-metodu sabiex jiġi determinat il-parametru referenzjarju ta’ prodott għall-metall sħun

08.09/2016;

26.10.2016

Invalidità tas-CSCF minn Marzu 2017 (ara l-kawżi C-191/14 u oħrajn).

Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-parametru referenzjarju tal-metall sħun hija meqjusa bħala valida. Il-Qorti enfasizzat il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ għadd doppju tal-emissjonijiet.

Kawża C-203/12

Id-Direttiva 2003/87/KE

Billerud Karlsborg Aktiebolag/ SE Environmental Protection Agency

Operatur li sat-30 ta’ April ma jkunx ċeda biżżejjed kwoti tal-emissjonijiet għandu jħallas penali irrispettivament mill-motiv għan-nuqqas ta’ ċediment, anke jekk fit-30 ta’ April l-operatur kellu numru suffiċjenti ta’ kwoti?

17.10.2016

Skont id-Direttiva tal-ETS, il-penali japplikaw anke jekk l-operatur li ma jkunx ċeda l-kwoti tiegħu fil-ħin, fit-30 ta’ April kellu biżżejjed kwoti disponibbli biex ikopri l-emissjonijiet tiegħu għall-aħħar sena.

(1)

Fl-2015, l-emissjonijiet GHG tal-UE kienu diġà 22 % taħt il-livelli tal-1990.

(2)

Skont il-projezzjonijiet nazzjonali, l-emissjonijiet ser ikomplu jonqsu sal-2020, iżda sabiex tintlaħaq il-mira tal-2030 ser ikun meħtieġ li jiġu implimentati politiki addizzjonali.

(3)

COM (2015) 337, http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52015PC0337

(4)

Trilogi huma laqgħat tripartitiċi informali li għalihom jattendu rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni.

(5)

Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(6)

Rapporti ppubblikati fis-snin preċedenti jistgħu jinstabu hawnhekk: https://ec.europa.eu/clima/policies/ets_mt#tab-0-1

(7)

Għal referenza għar-rapporti tal-Artikolu 21, “pajjiżi parteċipanti” jew sempliċiment “pajjiżi” jinkludu t-28 Stat Membru tal-UE flimkien ma’ pajjiżi taż-ŻEE (l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Liechtenstein).

(8)

L-emissjonijiet tal-bijomassa għandhom rata żero fl-EU-ETS, jiġifieri l-emissjonijiet għandhom jiġu rrapportati iżda l-ebda kwota ma għandha tiġi ċeduta għalihom.

(9)

L-emissjonijiet irrapportati skont l-Artikolu 21 rigward l-użu tal-bijokarburant ammontaw għal inqas minn 0.04 % tal-emissjonijiet globali tal-operatur ta’ inġenju tal-ajru involut.

(10)

Ara r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 181, 12.7.2012, p. 30, fejn l-istallazzjonijiet tal-kategorija C jemettu aktar minn 500 000 tunnellata ta’ CO2e fis-sena, l-istallazzjonijiet tal-kategorija B jemettu bejn 500000 u 50000 tunnellata ta’ CO2e fis-sena, u l-istallazzjonijiet tal-kategorija A jemettu inqas minn 50000 tunnellata ta’ CO2e fis-sena. Barra minn hekk, “stallazzjonijiet b’livelli baxxi ta’ emissjonijiet” huma subsett tal-stallazzjonijiet tal-kategorija A li jemettu anqas minn 25000 tunnellata ta’ CO2e fis-sena.

(11)

Eżempju ta’ operatur ta’ inġenju tal-ajru kummerċjali huwa linja tal-ajru tal-passiġġieri li tipprovdi servizzi lill-pubbliku ġenerali. Eżempju ta’ operatur ta’ inġenju tal-ajru mhux kummerċjali huwa inġenju tal-ajru privat.

(12)

In-numru ta’ kwoti tal-avjazzjoni mqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni sa mill-2013 huwa r-riżultat ta’ approċċ minn isfel għal fuq li jibda minn allokazzjoni bla ħlas (iddeterminat fuq il-bażi ta’ parametri referenzjarji bbażati fuq l-attivitajiet għall-attività tal-operaturi fi ħdan iż-ŻEE). In-numru ta’ kwoti rkantati mbagħad jinkiseb abbażi tal-fatt li l-allokazzjoni bla ħlas (inkluża riżerva speċjali għal distribuzzjoni aktar tard għal operaturi ta’ inġenji tal-ajru li qed jikbru malajr u għal min jidħol ġdid) jenħtieġ li tkun 85 % tat-total u l-irkantar jenħtieġ li jkun 15 %.

(13)

In-numru ta’ kwoti tal-avjazzjoni mqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni għall-2017, l-2018, l-2019 u l-2020 ser jiddependi fuq l-eżitu tal-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni (ara t-taqsima 4).

(14)

In-numri tal-irkantar inklużi huma minn Awwissu 2017 (ara t-taqsima 4).

(15)

SWD(2015) 135 final, https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/ets/revision/docs/impact_assessment_en.pdf

(16)

NER300 huwa programm ta’ finanzjament għal proġetti ta’ dimostrazzjoni innovattivi ta’ enerġija b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju ffinanzjat mill-monetizzazzjoni ta’ 300 miljun kwota tal-emissjoni mill-NER (ara t-taqsima 3.1.2.2.).

(17)

In-numri ppreżentati huma minn Lulju 2017: https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/ets/allowances/docs/170711_status_table_ner.pdf

(18)

Iċ-ċifri jinkludu notifiki rċevuti sa Lulju 2017 u jistgħu jkunu soġġetti għal bidliet kbar minħabba notifiki aktar tard mill-Istati Membri.

(19)

Ammont inizjali, qabel l-applikazzjoni tat-tnaqqis imsemmi hawn taħt fit-tabella.

(20)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ April 2016 fil-Kawżi Magħquda C-191/14, C-192/14, C-295/14, C-389/14 u C-391/14 sa C-393/14 Borealis Polyolefine GmbH et vs Bundesminister für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft et, EU:C:2016:311.

(21)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2017/126/UE, ĠU L 19, 25.1.2017, p. 93.

(22)

https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/lowcarbon/ner300/docs/2017_draft_amendment_post_ccc_en.pdf

(23)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/670/UE, ĠU L 290, 6.11.2010, p. 39

(24)

B’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/670/UE, il-proġetti magħżula fl-ewwel sejħa jridu jieħdu deċiżjoni finali ta’ investiment sa tmiem l-2016, filwaqt li l-proġetti magħżula fit-tieni sejħa jridu jagħmlu dan sa tmiem Ġunju 2018.

(25)

Mappa interattiva wara l-implimentazzjoni tal-proġett tista’ tinstab hawnhekk: https://setis.ec.europa.eu/NER300

(26)

 Il-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tad-deċiżjonijiet kollha jistgħu jinstabu fuq is-sit web tad-DĠ Kompetizzjoni:  http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm?clear=1&policy_area_id=3

(27)

Il-baġit stmat huwa għall-2013-2015

(28)

Il-baġit stmat huwa għall-2013-2015

(29)

Baġit totali stmat massimu dipendenti fuq l-istimi tal-prezz tal-karbonju

(30)

Baġit stmat għall-2014-2015

(31)

Baġit stmat għall-2015-2018

(32)

 Fl-2012 saru rkanti bikrija ta’ kwoti tal-Fażi 3 fid-dawl tal-prattika kummerċjali mifruxa fis-settur tal-elettriku ta’ bejgħ ta’ enerġija fuq bażi bil-quddiem u xiri tal-inputs meħtieġa (inklużi kwoti) meta jbigħu l-produzzjoni tagħhom.

(33)

Barra minn hekk, bejn l-1 ta’ April u t-30 ta’ Ġunju 2017, ġew irkantati 244 388 000 kwota ġenerali. Skont il-kalendarji tal-irkantijiet ippubblikati fl-2017, 452 064 000 kwota ġenerali oħra huma previsti li ser jiġu rkantati bejn Lulju u Diċembru tal-2017.

(34)

Tali rapporti huma disponibbli fuq is-sit web apposta tal-Kummissjoni fuq https://ec.europa.eu/clima/policies/ets/auctioning_mt.htm

(35)

Jekk jogħġbok ara l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva tal-EU ETS.

(36)

Analiżi tal-użu tad-dħul mill-irkant mill-Istati Membri hija disponibbli hawnhekk: https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/ets/auctioning/docs/auction_revenues_report_2017_en.pdf

(37)

Jinkludi volumi mill-kalendarju tal-irkant tal-2017.

(38)

Dan jinkludi wkoll kwoti kkanċellati.

(39)

Dawn il-kwoti ġew sostitwiti minn kwoti tal-Fażi 3 fi tmiem it-tieni perjodu ta’ negozjar. Ebda kwota oħra ta’ qabel it-tielet fażi ta’ negozjar ma tikkontribwixxi għan-numru totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni. Għall-ispjegazzjoni bankarja tal-kwoti tal-emissjonijiet ara: https://ec.europa.eu/clima/policies/ets/registry_mt#tab-0-2

(40)

Dan in-numru ma jinkludix irkanti bikrija ta’ kwoti tal-Fażi 3 li seħħew fl-2012 iżda jirrifletti l-użu ta’ krediti internazzjonali qabel il-bidu tal-Fażi 3. L-ammont totali ta’ krediti internazzjonali użati sa mill-2008 huma elenkati fit-taqsima 3.1.3.

(41)

C(2017) 3228 final, https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/ets/reform/docs/c_2017_3228_en.pdf

(42)

C(2017) 3228 final, https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/ets/reform/docs/c_2017_3228_en.pdf

(43)

Dawn iċ-ċifri relatati mal-2013-2016 huma bbażati fuq l-aktar dejta riċenti relatata ma’ dawn is-snin, kif jista’ jiġi derivat mill-EUTL. Dan ifisser li dawn jistgħu jinkludu dejta riċenti relatata mal-2013, l-2014, l-2015 u l-2016.

(44)

https://ec.europa.eu/transport/modes/air/news/2016-09-09-bratislava-declaration_en

(45)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea tal-ICAO dwar il-CORSIA tista’ tinstab hawnhekk: https://www.icao.int/Meetings/a39/Documents/Resolutions/a39_res_prov_en.pdf

(46)

COM(2017)054 final, http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM:2017:0054:FIN

(47)

Dejta minn Ġunju 2017

(48)

Dejta minn Ġunju 2017

(49)

Informazzjoni minn Awwissu 2017, https://ec.europa.eu/clima/news/2017-auction-calendars-aviation-allowances-published_mt

(50)

Id-Deċiżjoni Nru 377/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2013 għal deroga temporanja mid-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità Test b’relevanza għaż-ŻEE, ĠU L 113, 25.4.2013, p. 1.

(51)

https://ec.europa.eu/info/law/markets-financial-instruments-mifid-ii-directive-2014-65-eu/amending-and-supplementary-acts/implementing-and-delegated-acts_mt

(52)

https://ec.europa.eu/info/law/market-abuse-regulation-eu-no-596-2014/amending-and-supplementary-acts/implementing-and-delegated-acts_mt

(53)

Il-mekkaniżmu tar-reverse charge jittrasferixxi r-responsabbiltà għall-ħlas tat-tranżazzjoni tal-VAT mill-bejjiegħ għax-xerrej ta’ oġġett jew servizz u jikkostitwixxi salvagwardja effettiva kontra l-frodi tal-VAT.

(54)

Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Marzu 2017 fil-Kawża C-321/15 ArcelorMittal Rodange et Schifflange SA vs État du Grand-duché de Luxembourg, EU:C:2017:179.

(55)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 181, 12.7.2012, p. 30.

(56)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-rapporti dwar it-tunnellati kilometri u l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 181, 12.7.2012, p. 1.

(57)

Dawn il-pjanijiet ta’ azzjoni huma speċifiċi għal kull Stat Membru. Madankollu, eżempju ta’ kwistjoni identifikata komunement hija l-klassifikazzjoni korretta ta’ dikjarazzjonijiet skorretti u nuqqasijiet ta’ konformità rrapportati fir-rapporti ta’ verifika. Mudelli u dokumenti ta’ gwida tal-MRR u tal-AVR jistgħu jinstabu hawnhekk: https://ec.europa.eu/clima/policies/ets/monitoring_mt#tab-0-1

(58)

Ir-raġuni ewlenija għal dan hija li l-metodoloġija bbażata fuq il-kejl tinvolvi l-iskjerament ta’ riżorsi sinifikanti u għarfien għall-kejl kontinwu tal-konċentrazzjoni ta’ GHGs rilevanti, li ħafna mill-operaturi ż-żgħar ma għandhomx.

(59)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 jeħtieġ li l-operaturi kollha jilħqu ċerti saffi minimi, fejn sorsi akbar ta’ emissjonijiet huma meħtieġa biex jintlaħqu saffi ogħla (li jinvolvu kwalità tad-dejta aktar affidabbli), filwaqt li għal raġunijiet ta’ kosteffiċjenza japplikaw rekwiżiti anqas stretti għal sorsi iżgħar.

(60)

Lista tal-EA ta’ punti ta’ aċċess għall-NABs li jakkreditaw verifikaturi għall-EU ETS: http://www.european-accreditation.org/information/national-accreditation-bodies-having-been-successfully-peer-evaluated-by-ea  

(61)

F’xi każijiet, il-pajjiżi jistgħu jkunu qegħdin jirrapportaw diversi awtoritajiet reġjonali/lokali bħala awtorità kompetenti waħda.

(62)

Il-proċedimenti tal-konferenzi jistgħu jinstabu hawnhekk: https://ec.europa.eu/clima/events/articles/0114_mt

(63)

Bħala parti mill-ispezzjonijiet tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (IED)

(64)

L-Ungerija użat id-deroga tal-Artikolu 10c fl-2013 biss.