Brussell, 20.11.2017

COM(2017) 678 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

Pjan ta’ Azzjoni 2017-2019 tal-UE
L-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa


1.Id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa fl-UE

Il-mixja lejn l-eliminazzjoni ta' din id-differenza staġnat bħala riżultat ta'...

L-ugwaljanza bejn is-sessi hija wieħed mill-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, ma saritx realtà fuq il-post tax-xogħol. Madwar l-ekonomija kollha, bħala medja, in-nisa fl-UE jaqilgħu aktar minn 16 % inqas fis-siegħa mill-irġiel. Din id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa baqgħet f'livell kostanti matul dawn l-aħħar 5 snin. Bir-rata ta’ tibdil attwali, se tkun eliminata biss bil-wasla tal-millennju li jmiss. L-istaġnar reċenti jqajjem mistoqsijiet rigward il-ħtieġa li jissaħħu u li jiġu adattati inizjattivi eżistenti: id-disparitajiet bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol trażżnu, iżda ma ġewx eliminati 1 .

... segregazzjoni mifruxa fis-suq tax-xogħol,

Is-setturi u l-professjonijiet huma ssegregati: il-parti l-kbira tal-ħaddiema Ewropej għandhom primarjament kollegi tal-istess sess 2 u s-setturi fejn jinġabru n-nisa, ta' spiss ikollhom pagi aktar baxxi minn dawk fejn jinġabru l-irġiel 3 . Għalkemm għadd ta' inizjattivi rnexxielhom jinkoraġġixxu lin-nisa jidħlu f'setturi ddominati mill-irġiel bħax-xjenza u t-teknoloġija, il-livell ta' segregazzjoni professjonali u settorjali ma nbidel kważi xejn 4 . Barra minn hekk, fis-setturi kważi kollha, l-irġiel huma promossi aktar ta' spiss għal rwoli superviżorji jew maniġerjali, filwaqt li fil-quċċata nett qed tippreżenta ruħha wkoll l-ikbar differenza, b'inqas minn 5 % mis-CEOs ikunu nisa. Din is-segregazzjoni "vertikali" tikkorrispondi għal proporzjon sinifikanti mid-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa 5 .

... stereotipi persistenti li qed jissaħħu minn politiki inadegwati dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata,

Huma persistenti l-istereotipi dwar ir-rwoli tal-irġiel u n-nisa fis-soċjetà u, b'riżultat ta' dan, dwar jekk għandhomx ikunu fis-suq tax-xogħol jew inkella d-dar. Din hija waħda mill-kawżi prinċipali tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa. Bħala medja, l-irġiel iqattgħu inqas ħin min-nisa jieħdu ħsieb it-tfal jew qraba dipendenti filwaqt li n-nisa mhumiex f'pożizzjoni jqattgħu dak il-ħin b'xogħol imħallas jew bil-ksib ta' esperjenza li se tkun ta' għajnuna tul il-ħajja tax-xogħol tagħhom 6 . Jekk ikunu mfassla sew, il-politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jistgħu jgħinu biex titnaqqas id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa. L-investimenti f'faċilitajiet formali ta' kura u f'liv adegwat relatat mal-familja kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel jikkontribwixxu għal tnaqqis fid-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa billi jwasslu għal inqas interruzzjonijiet fil-karriera u impjiegi inqas diskontinwi għan-nisa. Jenħtieġ li arranġamenti aktar flessibbli tax-xogħol (inklużi ħinijiet tax-xogħol flessibbli, ħinijiet tax-xogħol imnaqqsa u telexogħol) jingħataw aktar valur, kemm meta jirrigwardaw lin-nisa kif ukoll meta jirrigwardaw l-irġiel, u ma jitqisux bħala spiża għal min iħaddem, li ta' spiss ikollu tendenza li jippenalizza lill-impjegati permezz ta' tnaqqis fil-paga 7 .

... u diskriminazzjoni, li ssir possibbli minħabba n-nuqqas ta' trasparenza

Bħala medja, kważi fil-professjonijiet kollha, l-irġiel jitħallsu aktar min-nisa. Id-diskriminazzjoni fil-paga għadha mifruxa: mara tista' titħallas inqas minn raġel għal preċiżament l-istess xogħol; u xogħol li s-soltu jsir min-nisa jitħallas inqas minn xogħol li s-soltu jsir mill-irġiel, anki meta jkun tal-istess valur. Barra minn hekk, is-segretezza li teżisti madwar il-livelli tal-pagi tagħmlu saħansitra aktar diffiċli li jinkixfu każijiet ta' diskriminazzjoni. Għalkemm il-parti l-kbira tal-Ewropej (69 %) huma konxji tal-eżistenza ta' differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa madwar l-ekonomija kollha, l-impjegati ma jaħsbux li tali differenza teżisti fil-kumpanija tagħhom stess, filwaqt li terz tal-impjegati ma jafx il-paga tal-kollegi tagħhom. L-Ewropej ikunu lesti jappoġġjaw aktar trasparenza fuq ix-xogħol: kważi żewġ terzi jkunu favur il-pubblikazzjoni tal-paga medja li tinqala' fl-organizzazzjoni jew il-kumpanija fejn jaħdmu, skont is-sess u t-tip ta' impjieg 8 .

Kważi nofs il-ħaddiema fil-fatt iħossuhom skomdi bl-idea li jinnegozjaw is-salarju tagħhom, u dan il-proporzjon huwa ogħla fost in-nisa milli fost l-irġiel. Madankollu, huwa ta' importanza anki l-kuntest: in-nisa jkollhom xejra jinnegozjaw daqs l-irġiel meta jkun intqal b'mod espliċitu li l-paga hija negozjabbli u li għalhekk, in-negozjar ikun imġiba adegwata. L-organizzazzjoni tax-xogħol, id-disinn tar-reklutaġġ u l-politiki dwar il-pagi eventwalment jista' jkollhom impatt kbir: jekk ikunu mfassla sew, jistgħu jpattu għall-preġudizzji bla ħsieb tagħna dwar l-irġiel u n-nisa u jevitaw l-"istandards doppji" tar-remunerazzjoni mhux indaqs tan-nisa u l-irġiel.

Il-kobor tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa madwar l-ekonomija jiddependi wkoll mill-istituzzjonijiet li jiffissaw il-pagi. Il-pagi minimi transsettorjali u l-mekkaniżmi ta' ffissar tal-pagi jistgħu jikkontribwixxu għal pagi jiżdiedu f'setturi b'pagi baxxi u b'hekk inaqqsu d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa 9 . 

Is-sitwazzjoni attwali tissuġġerixxi l-ħtieġa li wieħed iqis miżuri aktar estensivi fil-livell tal-UE. Tali miżuri kieku jikkontribwixxu biex tingħata spinta lill-impjiegi u lit-tkabbir fl-UE u li jinkiseb suq uniku aktar ġust rigward l-impjiegi. Din il-Komunikazzjoni tippreżenta Pjan ta' Azzjoni għall-indirizzar ulterjuri tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u l-iżgurar li jiġi applikat bis-sħiħ il-prinċipju ta' paga ugwali għan-nisa u l-irġiel.

2.Prijoritajiet ta' politika

L-eliminazzjoni tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa tibqa' għan ewlieni fil-qafas tal-mira globali tal-kisba ta' ugwaljanza bejn is-sessi 10 u l-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tal-Aġenda 2030 tan-NU. Dan ikkontribwixxa wkoll biex il-pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali jiġi żviluppat ulterjorment [ipproklamat mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fis-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir fis-17 ta' Novembru f’Gothenburg], b'mod partikolari l-prinċipju 2 tiegħu biex tiġi żgurata ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma kollha u l-prinċipju 3 dwar opportunitajiet indaqs.

Għaldaqstant, tibqa' prijorità politika tal-Kummissjoni 11 . Dan il-Pjan ta' Azzjoni għandu l-għan ukoll biex dan l-impenn jelimina d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa permezz ta' lista ta' azzjonijiet ewlenin u konkreti.

Il-Pjan ta' Azzjoni jinkludi sensiela wiesgħa u koerenti ta' attivitajiet għall-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa aktarx mill-angoli kollha possibbli milli ffukati fuq fattur wieħed jew kawża waħda biss. Dawn l-attivitajiet se jirrinfurzaw lil xulxin.

Ġew identifikati tmien oqsma ta’ azzjoni ewlenin:

1- Titjib fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali

2- Ġlieda kontra s-segregazzjoni professjonali u settorjali

3- Tkissir tas-saqaf tal-ħġieġ: inizjattivi biex tiġi miġġielda s-segregazzjoni vertikali

4- Indirizzar tal-penalizzazzjoni tal-kura

5- Għoti ta' valur ikbar lill-ħiliet, l-isforzi u r-responsabbiltajiet tan-nisa

6- Ġlieda kontra ċ-ċpar: il-kxif ta' inugwaljanzi u stereotipi

7- Twissijiet u informazzjoni dwar id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa

8- Tisħiħ ta' sħubijiet għall-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa

Sabiex dawn ikunu effikaċi, ikunu meħtieġa sinerġiji bejn il-miżuri meħuda mill-partijiet ikkonċernati ewlenin fil-livell Ewropew, nazzjonali u korporattiv.

Azzjoni 1: titjib fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali

Il-Kummissjoni se tivvaluta l-ħtieġa ta' miżuri legali ulterjuri biex jitjieb l-infurzar tal-prinċipju u se tibqa' timmonitorja u tinforza d-drittijiet eżistenti fl-UE.

It-TFUE jistabbilixxi l-prinċipju ta' paga ugwali fl-Artikolu 157 tiegħu. L-Artikolu 4 tad-Direttiva mfassla mill-ġdid dwar trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa (2006/54/KE) jistabbilixxi l-prinċipju ta’ paga ugwali billi jistabbilixxi li, għall-istess xogħol jew għal xogħol ta’ valur ugwali, diskriminazzjoni diretta u indiretta minħabba s-sess hi pprojbita fl-aspetti u l-kundizzjonijiet kollha tar-rimunerazzjoni.

Fl-2013, il-Kummissjoni adottat rapport ta' implimentazzjoni dwar id-Direttiva mfassla mill-ġdid dwar trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa 12 . Ir-rapport jipprovdi s-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni prattika tad-Direttiva, inkluża l-kwistjoni tal-paga ugwali.

Fl-2014, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni dwar it-trasparenza fil-pagi 13 , li tippromwovi applikazzjoni aktar effikaċi tal-leġiżlazzjoni dwar pagi ugwali permezz ta' sett ta' għodod ta' miżuri konkreti għat-titjib tat-trasparenza fil-pagi 14 . Ir-Rakkomandazzjoni tistieden lill-Istati Membri jagħżlu u jimplimentaw mill-inqas waħda mill-miżuri ta' hawn fuq fid-dawl taċ-ċirkostanzi domestiċi tagħhom.

Flimkien ma' dan il-Pjan ta' Azzjoni, il-Kummissjoni adottat rapport ta' evalwazzjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni dwar it-Trasparenza. Ir-rapport jagħti rendikont tas-segwitu mill-Istati Membri u stampa ġenerali tal-miżuri nazzjonali eżistenti 15 . Il-valutazzjoni tal-miżuri nazzjonali nnotifikati mill-Istati Membri uriet li l-miżuri ta' trasparenza nazzjonali fis-seħħ huma insuffiċjenti u mhux effikaċi fihom innifishom.

Kemm ir-riformulazzjoni tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa u kemm dak dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni dwar it-Trasparenza jippreżentaw evidenza tal-ħtieġa li jitrawwem il-qafas legali eżistenti u li jissaħħaħ l-infurzar tiegħu.

B’mod partikolari, il-Kummissjoni se:

·tivvaluta l-possibbiltà ta' titjib immirat tad-Direttiva riformulata dwar trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa billi jiġu eżaminati dawn li ġejjin:

oil-ħtieġa u l-possibbiltà li jsiru vinkolanti xi wħud mill-miżuri jew kollha kemm huma dwar it-trasparenza rigward il-pagi previsti fir-Rakkomandazzjoni tal-2013, bħalma huma:

-Id-dritt tal-impjegati li jitolbu informazzjoni dwar il-livelli tal-pagi;

-Rappurtar regolari minn min iħaddem dwar il-pagi skont il-kategorija ta' impjegat(a) jew il-pożizzjoni;

-Kjarifika tal-kunċett tax-xogħol tal-istess valur;

otitjib tas-sanzjonijiet u l-kumpens lill-vittmi b'evalwazzjoni tal-ħtieġa li jiġu introdotti miżuri bħal 16 :

-l-eżistenza ta' sanzjonijiet minimi f'każ ta' ksur tal-prinċipju ta' paga ugwali, u

-l-eżistenza ta' standards minimi għall-kumpens li jqiegħdu l-vittma fil-pożizzjoni li fiha kienet tkun kieku kien jiġi rrispettat il-prinċipju ta' paga ugwali.

ol-iżgurar ta' ugwaljanza bejn is-sessi fl-iskemi ta' pensjoni okkupazzjonali bil-għan li tiġi aġġustata d-Direttiva riformulata dwar trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja: id-Direttiva tippermetti trattament differenti ta' nisa u rġiel rigward il-pensjonijiet okkupazzjonali minħabba l-istennija tal-għomor statistikament differenti tagħhom, li jwassal biex in-nisa jirċievu pensjoni ta' kull xahar aktar baxxa peress li bħala medja, huma jgħixu aktar (ħaġa li tikkontribwixxi għad-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi); din il-prattika tqieset diskriminatorja u ġiet ipprojbita mill-Qorti tal-Ġustizzja għall-pensjonijiet tal-Istat 17 fl-2014 u għall-pensjonijiet privati (kuntratti tal-assigurazzjoni) fl-2011 18 .

otisħiħ tar-rwol ta' infurzar tal-korpi tal-ugwaljanza, pereżempju billi:

-jiġi żgurat li l-korpi tal-ugwaljanza jistgħu fil-fatt jaqdu r-rwol tagħhom u jagħmlu dan bis-sħiħ, b'mod partikolari permezz ta' monitoraġġ u infurzar tar-regoli applikabbli;

-jiġu ċċarati r-rekwiżiti fil-qafas tad-Direttiva u/jew jiġu stabbiliti standards orizzontali għall-korpi tal-ugwaljanza b'konformità mal-istatus tagħhom relatat mal-monitoraġġ, b'mod partikolari rigward l-indipendenza, l-effikaċja u l-kompetenzi tagħhom 19 .

·tkompli tevalwa jekk l-acquis tal-UE huwiex qed jiġi implimentat korrettament fl-Istati Membri differenti tal-UE u timmonitorja kif il-prinċipju ta' paga ugwali qed jiġi applikat fil-prattika; f'każ ta' nuqqas ta’ konformità, il-Kummissjoni se tibqa' twettaq proċeduri ta' ksur kontra l-Istati Membri kkonċernati għan-nuqqas tagħhom li jikkonformaw mal-obbligi tagħhom fil-qafas tal-UE

·tadotta, fl-2019, rapport dwar il-miżuri nazzjonali adottati abbażi tal-Artikolu 157-4 tat-TFUE li jipprovdu għal vantaġġi speċifiċi, sabiex jagħmluha aktar faċli għas-sess li mhuwiex rappreżentat biżżejjed biex isegwi attività professjonali jew biex jipprevjenu jew jikkompensaw għal żvantaġġi fil-karrieri professjonali.

·tkompli taħdem flimkien man-netwerk għall-korpi tal-ugwaljanza (EQUINET), il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Opportunitajiet Ugwali għan-Nisa u għall-Irġiel u l-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi, bil-għan li jissaħħaħ l-infurzar tal-prinċipju ta' paga ugwali fl-Istati Membri.

Azzjoni 2: Ġlieda kontra s-segregazzjoni professjonali u settorjali

Il-Kummissjoni se tappoġġja prattiki biex jiġu indirizzati b'mod bikri fl-edukazzjoni u fil-ħajja professjonali l-istereotipi li jwasslu biex in-nisa u l-irġiel jiġu impjegati f'oqsma differenti. Il-Kummissjoni se tappoġġja kumpaniji u impjegaturi oħrajn fl-isforzi tagħhom li jiżguraw pagi ugwali u li jiġbdu lejhom u jżommu magħhom is-sess irrappreżentat inqas.

Is-segregazzjoni settorjali hija wieħed mill-fatturi ewlenin li jwasslu għal differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa.

Ir-rappreżentanza tal-irġiel u n-nisa tvarja minn settur ekonomiku għal ieħor. In-nisa huma inqas irrappreżentati f'ċerti oqsma tal-ekonomija, bħall-kostruzzjoni, il-manifattura, it-trasport, ix-xjenzi u l-ICT 20 . Min-naħa l-oħra, l-irġiel rari li jidħlu f'setturi ewlenin għall-futur tas-soċjetà u l-ekonomija tal-Ewropa, bħall-edukazzjoni, l-infermerija u professjonijiet li jindukraw fil-kura tas-saħħa.

Is-settur tal-ICT ilu qed jikber tul dawn l-aħħar 10 snin u hu mistenni li jibqa' joħloq impjiegi. Madankollu, madwar 16 % biss mill-kważi tmien (8) miljun ruħ li qed jaħdmu fl-ICT huma nisa. Fis-settur tal-inġinerija u dak xjentifiku, għadha tinħass qasma bejn il-ġeneri fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa: filwaqt li fl-2014, 46 % mill-gradwati kollha b'PhD fl-UE kienu nisa, dawn kienu jikkorrispondu biss għal 28 % mill-gradwati b'PhD fl-inġinerija, il-manifattura u l-kostruzzjoni u għal 21 % biss minn dawk gradwati fl-informatika. Min-naħa l-oħra, l-irġiel jikkorrispondu għal 33 % biss minn dawk b'PhD f'suġġetti relatati mat-tagħlim.

Jekk aktar nisa jinġibdu lejn is-settur tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) 21 , dan kieku jikkontribwixxi għal żieda fil-PDG per capita tal-UE ta' bejn 2,2 u 3,0 % fl-2050. Dan kieku jista' jsir abbażi ta' xejriet ġodda bħall-interess tal-bniet fil-kodifikazzjoni jew il-ħolqien ta' kumpaniji ġodda mmexxija minn nisa.

Peress li l-għażliet ta' karriera u ta' studju jsiru relattivament kmieni fil-ħajja u ta' spiss ikunu irriversibbli, l-indirizzar tas-segregazzjoni fis-suq tax-xogħol jirrikjedi azzjonijiet fil-livell tal-iskejjel. Id-data tal-PISA 22 turi li l-istereotipi tas-sessi għadhom prevalenti u jwasslu għal differenzi fl-istima tagħhom nnifishom tal-persuni u l-impenn tagħhom f'oqsma differenti. Għadd ta' prattiki tajba huma disponibbli dwar kif tista' tiġi indirizzata s-segregazzjoni fl-edukazzjoni u fis-suq tax-xogħol. Hemm bżonn ta' tagħlim reċiproku u evidenza rigward dak li "jaħdem" f'dan il-qasam.

B’mod partikolari, il-Kummissjoni se:

·tappoġġja proġetti transnazzjonali għall-indirizzar tal-istereotipi u s-segregazzjoni fl-edukazzjoni, it-taħriġ u s-suq tax-xogħol, b'enfasi fuq it-twettiq ta' esperimenti li joħolqu evidenza solida. L-appoġġ se jiġi pprovdut permezz tal-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza (REC) 2014-2020. Dan jikkomplementa l-appoġġ ipprovdut lill-Istati Membri permezz tal-FSE u tal-programm Erasmus+ ;

·torganizza konferenza ta ' rendikont (fl-2018) u konferenza finali (fl-2019) dwar ir-riżultati tal-proġetti kontra l-istereotipi u s-segregazzjoni 23 ; f'kooperazzjoni ma' partijiet ikkonċernati ewlenin, b'mod partikolari rappreżentanti ta' skejjel, fornituri ta' taħriġ, universitajiet, servizzi pubbliċi tal-impjiegi u fornituri ta' gwida dwar il-karriera. Il-konferenzi huma maħsuba biex jenfasizzaw l-aktar esperjenzi promettenti u biex ixandruhom aktar lil firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati u gvernijiet nazzjonali;

·tniedi kondivizjoni regolari ta' prattiki tajba bejn il-kumpaniji, biex tinkiseb l-eliminazzjoni tas-segregazzjoni tal-ġeneri u biex jitkompla l-iffaċilitar tal-Pjattaforma tal-UE dwar il-Karti dwar id-Diversità 24 ;

·tkompli tiffinanzja proġetti fil-livell taċ-ċittadin li jpoġġu f'dubju l-istereotipi u li jkunu mmexxija minn komunitajiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ permezz ta' Erasmus+ ;

·timplimenta inizjattivi partikolari f'diversi setturi għall-eliminazzjoni tal-istereotipi dwar il-ħiliet, l-abbiltajiet u r-rwoli tan-nisa u l-irġiel, bħal:

-li jitkomplew jiġu mistiedna kumpaniji biex jissieħbu mal-Koalizzjoni Kbira għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali 25 , u b'mod partikolari biex jattrezzaw aktar nisa u bniet b'ħiliet diġitali u jinkoraġġixxuhom isegwu studji u karrieri fl-ICT; se jsiru disponibbli fondi tal-UE għal organizzazzjonijiet u kumpaniji biex ikomplu l-iskambju ta' prattiki tajba dwar l-innovazzjoni abbażi tal-ġeneri, id-diversità u l-inklużjoni, u t-tmexxija bbilanċjata;

-il-pubblikazzjoni u l-kunsiderazzjoni ta' segwitu adegwat għall-istudju tal-ħarifa tal-2017 dwar In-Nisa fl-Era Diġitali, li jipprovdi stampa ġenerali tax-xejriet fil-qasam;

-il-provvista ta' għodod għall-promozzjoni ta' tibdiliet istituzzjonali li jistgħu jmexxu 'l quddiem l-ugwaljanza fil-karrieri xjentifiċi (bħall-għodda dwar l-Ugwaljanza bejn is-sessi fil-qasam akkademiku u r-riċerka – GEAR, żviluppata mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, u t-tkomplija tal-monitoraġġ regolari tax-xejriet ewlenin fix-xjenza u r-riċerka f'She Figures, il-pubblikazzjoni ewlenija tal-Kummissjoni f'dan il-qasam);

-li jitkomplew jiġu enfasizzati l-kisbiet tan-nisa fix-xjenza bl-organizzar tal-Premju tal-UE għall-innovaturi nisa;

-it-tnedija ta' Pjattaforma tal-UE għat-tibdil bil-għan li jiżdiedu n-nisa impjegati u l-opportunitajiet indaqs fis-settur tat-trasport 26 u l-pubblikazzjoni ta' studju fl-2018 dwar il-kawża rilevanti għan-negozju favur aktar impjiegi għan-nisa fit-trasport; abbażi tar-riżultati tagħha disseminati b’mod wiesa’, se ssir kondiviżjoni tal-aħjar prattiki mis-settur, u se jiġu inkoraġġuti setturi oħra jidħlu għal eżerċizzju simili;

-    appoġġ għat-tagħlim bejn il-pari bejn l-Istati Membri dwar il-karrieri tal-għalliema u l-mexxejja ta' skola għall-indirizzar tan-nuqqas ta' bilanċ bejn is-sessi fit-tagħlim 27 ; dan se jsir fil-qafas tal-programm Edukazzjoni u Taħriġ 2020 permezz ta' sensiela ta' seminars minn esperti u b'rabta mad-djalogu soċjali settorjali Ewropew fl-edukazzjoni 28 ;

-appoġġ favur il-ġbir ta' data dwar il-pagi tal-għalliema minn Eurydice 29 f'kooperazzjoni mal-OECD u tħeġġiġ lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni favur l-eliminazzjoni tar-remunerazzjoni insodisfaċenti f'dan is-settur.

Azzjoni 3: Tkissir tas-saqaf tal-ħġieġ: biex tiġi miġġielda s-segregazzjoni vertikali

Il-Kummissjoni se tappoġġja prattiki għat-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fil-proċessi u pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet fis-setturi kollha.

F'kull settur u kull professjoni, huwa inqas probabbli għan-nisa li jingħataw promozzjoni u responsabbiltajiet maniġerjali. Għalhekk, hemm bżonn ta' azzjonijiet għat-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet u li żgurata l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livelli kollha 30 .

B’mod partikolari, il-Kummissjoni se:

·taħdem favur l-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi ta’ kumpaniji elenkati fil-Borża. Il-proposta tistabbilixxi objettivi kwantitattivi għall-Istati Membri u tenfasizza l-importanza ta' bordijiet li jistabbilixxu kriterji tal-għażla trasparenti għall-kandidati;

·timmonitorja l-implimentazzjoni tal-politiki dwar id-diversità tal-ġeneri fil-bordijiet tad-diretturi tal-ikbar kumpaniji elenkati tal-UE fil-kuntest tad-Direttiva 2014/95/UE li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar; tagħti segwitu lil-linji gwida tal-Kummissjoni dwar rappurtar mhux finanzjarju, billi teżamina, b'mod partikolari, sa liema grad l-ikbar kumpaniji jindirizzaw il-bilanċ bejn is-sessi fil-politiki tagħhom dwar id-diversità 31 ;

·tkompli tiffinanzja, permezz tal-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza, proġetti ta' gvernijiet, imsieħba soċjali, negozji, NGOs u universitajiet li għandhom l-għan li jtejbu l-bilanċ bejn is-sessi fil-pożizzjonijiet maniġerjali fil-livelli kollha 32  

·tidħol fi djalogu mal-imsieħba soċjali għall-promozzjoni ta' miżuri li jtejbu l-bilanċ bejn is-sessi fit-teħid ta' deċiżjonijiet, u tniedi u timplimenta proġetti li għandhom l-għan li jtejbu l-bilanċ bejn is-sessi fil-pożizzjonijiet inkarigati mit-teħid ta' deċiżjonijiet.

·tħeġġeġ lill-gvernijiet jadottaw strateġiji li jinkludu miżuri konkreti li jwasslu għal rappreżentazzjoni aħjar tas-sess irrappreżentat inqas fit-teħid ta' deċiżjonijiet.

·tidħol fi djalogu ma' korpi regolatorji settorjali għall-adozzjoni ta' miżuri li jtejbu l-bilanċ bejn is-sessi fit-teħid ta' deċiżjonijiet.

·timplimenta l-Inizjattiva ta' appoġġ għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata (ara l-Azzjoni 4), li tappoġġja bilanċ aħjar u qsim tar-responsabbiltajiet ta' kura bejn in-nisa u l-irġiel u b'hekk tinkoraġġixxi lin-nisa japplikaw għal pożizzjonijiet ogħla.

Azzjoni 4: Indirizzar tal-penalizzazzjoni tal-kura

Il-Kummissjoni se tappoġġja l-għoti ta’ setgħa ekonomika lin-nisa permezz tal-promozzjoni tal-politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

Illum, in-nisa żgħażagħ itemmu l-iskola bi kwalifiki aħjar miż-żgħażagħ irġiel, iżda f'10 Stati Membri diġà jkunu qed jaqilgħu 10 % inqas mill-irġiel qabel l-età ta' 34 sena 33 . Din id-disparità tikber bl-età, b'mod partikolari bħala riżultat tal-hekk imsejħa penali tal-maternità 34 . In-nisa jitilqu mis-suq tax-xogħol u jindukraw lit-tfal u/jew membri tal-familja dipendenti u, jekk ma jirtirawx għalkollox mis-suq tax-xogħol, ta' spiss jaċċettaw pożizzjonijiet bi kwalifika aktar baxxa sabiex jakkomodaw id-dmirijiet tal-familja huma u ġejjin lura. Il-politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata huma prekundizzjoni għat-titjib tas-setgħa ekonomika tan-nisa billi bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jżid l-opportunitajiet għan-nisa fis-suq tax-xogħol u jneħħi l-ostakli rigward l-aċċess għall-impjiegi 35 .

Fil-kuntest tal-pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali, il-Kummissjoni adottat inizjattiva għat-titjib tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw li wkoll jaħdmu, bl-immodernizzar tal-qafas legali Ewropew attwali dwar il-liv relatat mal-familja u arranġamenti flessibbli tax-xogħol, u bl-iżvilupp ta' qafas ta' politika komprensiv dwar titjib fid-disinn tal-liv relatat mal-familja u arranġamenti flessibbli tax-xogħol, b'titjib fil-kwalità, l-affordabbiltà u l-aċċessibbiltà ta' servizzi formali ta' kura u l-indirizzar ta' diżinċentivi għat-tieni sors tad-dħul. L-inizjattiva għandha l-għan li tindirizza r-rappreżentazzjoni insuffiċjenti tan-nisa fis-suq tax-xogħol bis-saħħa ta' qsim aħjar tar-responsabbiltajiet ta' kura bejn l-irġiel u n-nisa, biex b'hekk jitnaqqas ir-riskju li n-nisa jkunu inqas kapaċi jagħmlu progress fil-karrieri tagħhom u jiġu indirizzati l-istereotipi li jiskoraġġixxu lil min iħaddem mir-reklutaġġ u/jew il-promozzjoni tan-nisa. Dan huwa mistenni li jħalli impatt pożittiv fuq l-indirizzar tas-segregazzjoni vertikali skont is-sess fis-suq tax-xogħol billi jitnaqqsu l-inċentivi biex in-nisa jagħżlu għalihom innifishom setturi b'paga aktar baxxa jew livelli ta' impjieg li bħalissa jitqiesu li jipprovdulhom bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u li ta' spiss ikunu mħallsa inqas (bħat-tobba tal-familja, l-għalliema fl-iskejjel jew il-ħaddiema mal-awtoritajiet lokali).

B’mod partikolari, il-Kummissjoni se:

·tistinka lejn adozzjoni rapida tad-Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw 36 mill-koleġiżlaturi,

·tiżgura l-implimentazzjoni rapida tal-azzjonijiet mhux leġiżlattivi deskritti f'din il-Komunikazzjoni 37 .

Azzjoni 5: Għoti ta' valur ikbar lill-ħiliet, l-isforzi u r-responsabbiltajiet tan-nisa

Is-segregazzjoni professjonali u settorjali hija mifruxa u s-sitwazzjoni qed tinbidel bil-mod biss 38 . F'terminu ta' żmien qasir u medju, huma meħtieġa anki miżuri li jtejbu l-pagi fil-professjonijiet iddominati min-nisa , bħala rikonoxximent tal-ħiliet, l-isforzi u r-responsabbiltajiet li qed jiġu mmobilizzati fis-setturi ddominati min-nisa.

B’mod partikolari, il-Kummissjoni se:

·taħdem favur rikonoxximent aħjar tal-ħiliet fis-setturi kollha, inklużi s-setturi ddominati min-nisa, fil-qafas tal-Aġenda Ġdida tagħha għall-Ħiliet għall-Ewropa 39 . L-għodod 40 żviluppati fil-kuntest ta' din l-Aġenda (rigward il-kwalifiki, il-ħiliet, u l-validazzjoni tat-tagħlim informali) huma newtrali fir-rigward tal-ġeneru u se jgħinu biex jiġu sfruttati kemm jista' jkun dawn il-ħiliet u t-titjib fit-trasparenza tal-kwalifiki. Waqt l-implimentazzjoni tal-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa, attenzjoni speċjali se tingħata lill-kwistjonijiet relatati mal-ġeneru. B'mod partikolari, se jiġu organizzati attivitajiet ta' tagħlim reċiproku ma' partijiet ikkonċernati ewlenin dwar kif ir-rikonoxximent u l-validazzjoni ta' ħiliet jistgħu jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi 41 .

·tkompli tqajjem il-kuxjenza dwar l-importanza ta' sistemi ta' klassifikazzjoni tal-impjiegi newtrali fir-rigward tal-ġeneru bil-għan li tiġi żgurata paga ugwali fil-prattika. Il-Kummissjoni se tippubblika u xxandar b'mod wiesa' Gwida aġġornata dwar sistemi ta' evalwazzjoni u ta' klassifikazzjoni tax-xogħol newtrali rigward il-ġeneru fl-2018 42 .

Azzjoni 6: Ġlieda kontra ċ-ċpar: il-kxif ta' inugwaljanzi u stereotipi

Il-Kummissjoni se tibqa' tiġbor u tipprovdi data rilevanti dwar id-differenza eżistenti bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u l-konsegwenzi tagħha għall-qligħ u l-pensjonijiet.

L-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa jirrikjedi għarfien xieraq tal-problemi inerenti f'dan il-qasam u l-kobor tagħhom, sabiex wieħed ikun f'pożizzjoni jipproponi miżuri korrettivi adegwati. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qed taħdem b'mod kontinwu biex tipprovdi data rilevanti dwar id-differenza persistenti bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u l-konsegwenzi tagħha għall-individwi, l-ekonomiji u s-soċjetajiet 43 u biex xxerred studji rilevanti 44 .

B’mod partikolari, il-Kummissjoni se:

·tkompli tirrapporta b'mod regolari dwar l-evoluzzjoni tad-distakk li hemm bejn is-sessi rigward il-pagi, il-qligħ u l-pensjonijiet fl-Ewropa permezz ta':

-ir-Rapport annwali tagħha dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel ippubblikat fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tan-Nisa;

-data dwar id-differenza "aġġustata" bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa 45 żviluppata b'mod konġunt mill-Kummissjoni u l-Eurostat fl-2017 u l-2018, u data dwar id-differenza "mhux aġġustata" bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa żviluppata mill-Kummissjoni fit-Tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi soċjali 46 ;

-l-Ewrobarometru dwar id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u t-trasparenza rigward il-pagi se jiġi ppubblikat fil-ħarifa tal-2017;

-rapport dwar l-infurzar tal-pagi ugwali se jiġi ppublikat flimkien ma' dan il-Pjan ta' Azzjoni;

·tniedi ħidma għal valutazzjoni aħjar tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-ekonomija kollaborattiva billi data miġbura fl-Ewropa u fl-Istati Uniti 47 turi li aktar nisa huma deħlin fl-"ekonomija tal-pjattaforma". Jista' jkun li din ix-xejra tikkontribwixxi għat-tkabbir tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa. Unità speċifika fuq dan is-suġġett se tkun inkluża fl-Istħarriġ annwali tal-Eurostat dwar il-forza tax-xogħol;

·tinkludi perspettiva ddedikata għall-ġeneri mar-Rapport dwar l-Adegwatezza tal-Pensjonijiet tal-2018.

Azzjoni 7: twissijiet u informazzjoni dwar id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa

Il-Kummissjoni se timpenja ruħha b'mod attiv f'attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni dwar id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u se tipprovdi linji gwida dwar il-prinċipju ta' paga ugwali.

Id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa se tonqos biss b'involviment qawwi tal-atturi kollha kkonċernati, jiġifieri l-ħaddiema, il-kumpaniji u l-awtoritajiet pubbliċi. L-informazzjoni hija kruċjali biex tqiegħed lill-vittmi ta' diskriminazzjoni fil-pożizzjoni li jasserixxu d-drittijiet tagħhom, tagħti l-possibbiltà lill-kumpaniji jaġġustaw il-prattiki u l-politiki tagħhom u tippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi jieħdu l-miżuri ta' akkumpanjament meħtieġa u/jew jadottaw il-linji gwida tagħhom.

B’mod partikolari, il-Kummissjoni se:

·tiġbed l-attenzjoni għad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u l-kawżi sottostanti, b'mod partikolari bl-okkażjoni tal-Jum Ewropew għall-Paga Ugwali

·taġġorna u xxandar ta' kull sena materjal ta' komunikazzjoni u skedi informattivi speċifiċi għall-pajjiżi dwar id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa

·tkompli tħabbar ir-riżultati tal-proġetti ffinanzjati fil-qafas tal-programm PROGRESS tal-UE, jiġifieri tmien proġetti transnazzjonali , immexxija mis-soċjetà ċivili u msieħba soċjali, bil-għan li wieħed jifhem u jindirizza d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa b'enfasi fuq setturi speċifiċi. Il-proġetti jinkludu l-iżvilupp ta' kalkolatur li jippermetti lill-kumpaniji jifhmu u jindirizzaw aħjar id-differenza bejn il-pagi tagħhom tal-irġiel u n-nisa (ispirat mil-LOGIB)

·tippubblika u xxandar, fl-2018, gwida aġġornata dwar il-ġurisprudenza fuq il-prinċipju ta' paga ugwali abbażi tal-Anness 48 tar-rapport ta' implimentazzjoni dwar id-Direttiva 2006/54/KE 49 , li jipprovdi preżentazzjoni ġenerali tal-ġurisprudenza ta' importanza partikolari

·tħejji u xxandar b'mod wiesa', fl-2018, gwida aġġornata ta' prattiki tajba li se tirrifletti l-aħħar azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-paga ugwali fil-prattika 50 .

Azzjoni 8: tisħiħ ta' sħubijiet għall-indirizzar TAD-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa

Il-Kummissjoni se tkompli tinvolvi ruħha ma' atturi ewlenin għall-iskambju ta' prattika tajba, tipprovdi finanzjament u tindirizza l-konsegwenzi tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa permezz tal-proċess tas-Semestru Ewropew.

Il-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri, lill-kumpaniji, lis-soċjetà ċivili u lill-imsieħba soċjali permezz ta' fondi u azzjonijiet għall-iskambju ta' prattika tajba. Eżempji reċenti jinkludu:

·il-laqgħa speċifika għall-Pjattaforma tal-Karti dwar id-Diversità tal-UE dwar l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri (Ġunju 2016);

·seminar tal-UE ma' msieħba multisettorjali u msieħba soċjali settorjali (Novembru 2016); u

·seminar ta' tagħlim reċiproku organizzat għad-diskussjoni dwar il-prattika t-tajba tal-Belġju fil-promozzjoni tal-klassifikazzjoni tax-xogħol newtrali rigward il-ġeneru (Ottubru 2016).

Il-Kummissjoni tappoġġja wkoll l-isforzi tal-Istati Membri għall-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa permezz tal-proċess tas-Semestru Ewropew, li fih timmonitorja s-sitwazzjoni ekonomika tal-Istati Membri u b'mod partikolari tappoġġja l-isforzi tagħhom fl-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, eventwalment billi tirrakkomanda lill-Istat Membru li jkun jindirizza din il-kwistjoni speċifika jew xi wħud mill-kawżi ewlenin tagħha, bħan-nuqqas ta' investimenti fil-kura tat-tfal jew diżinċentivi fiskali li jżommu lura lit-tieni sors tad-dħul – primarjament nisa – mix-xogħol jew minn aktar xogħol.

Fl-2017, id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa ġiet indirizzata fir-rapporti tal-pajjiż ta' disa' Stati Membri tal-UE 51 . F'Mejju 2017, il-Kummissjoni ħarġet rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs) b'enfasi fuq l-investimenti fil-faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal u diżinċentivi fiskali u fuq miżuri oħra għall-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa 52 .

B’mod partikolari, il-Kummissjoni se:

·torganizza seminars ta' tagħlim reċiproku għar-rappreżentanti tal-gvernijiet dwar id-distakk li hemm bejn is-sessi rigward il-pagi, il-qligħ u l-pensjonijiet kif ukoll il-kawżi ewlenin tiegħu. L-enfasi se tkun fuq għodod u strumenti legali konkreti u l-isfidi li tinvolvi l-implimentazzjoni tagħhom;

·tappoġġa t-tagħlim reċiproku u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet fost l-imsieħba soċjali, il-kumpaniji u partijiet ikkonċernati oħrajn fl-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa;

·tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri li għandhom ir-rieda li jnaqqsu d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, permezz ta' sejħiet għal offerti ristretti fil-qafas tal-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza (REC) 2014-2020; u

·tkompli tagħti s-segwitu għad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u tinvolvi ruħha fi djalogu mal-Istati Membri rispettivi dwar miżuri meħtieġa għall-eliminazzjoni tagħha.

(1) B'mod partikolari, id-data turi li d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa tista' tikber bid-dħul ta' aktar nisa fis-suq tax-xogħol. Ara Boll, C.; Leppin, J.; Rossen, A.; Wolf, A. (2016), " Magnitude and Impact Factors of the Gender Pay Gap in EU Countries" , Rapport imħejji għall-Kummissjoni Ewropea u ffinanzjat minnha – Id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi. Barra minn hekk, l-iżviluppi tas-suq tax-xogħol kienu ġeneralment sfavorevoli għall-ħaddiema b'paga baxxa. B'hekk, in-nisa kienu qed "jaqdfu kontra l-kurrent" ta' xejriet sfavorevoli. Ara Blau F u Kahn L (1997), "Swimming Upstream: Trends in the Gender Wage Differential in the 1980s", Journal of Labor Economics, Vol. 15, Nru 1, Parti 1 (Jannar, 1997), pp. 1-42
(2) Ara Burchell B., Hardy V., Rubery J. u Smith M. (2015), "A new method to understand labour market segregation", rapport imħejji għall-Kummissjoni Ewropea u ffinanzjat minnha – Id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi: biss 18 % min-nisa u 15 % mill-irġiel jaħdmu fi professjonijiet imħallta (60-40 % irġiel u nisa).
(3) Boll et al. (2016): is-segregazzjoni settorjali tikkontribwixxi għat-tkabbir tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa fil-pajjiżi kollha. L-effett tas-segregazzjoni professjonali huwa aktar eteroġenu bejn il-pajjiżi: f'għadd ta' pajjiżi; jista' jkun fil-fatt li s-segregazzjoni professjonali tipproteġi lin-nisa.
(4) Ara l-Indiċi tas-segregazzjoni professjonali u settorjali ppubblikat ta' kull sena fir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.
(5) Ara Boll et al. (2016):
(6) KE (2015), An ever closer union among the peoples of Europe? Rising inequalities in the EU and their social, economic and political impacts. Outcomes of EU-funded research. DG RTD (Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni), Brussell, pp. 54-55.
(7) Goldin C. (2014), "A Grand Gender Convergence: Its Last Chapter.", American Economic Review, 104 (4) :1091-1119.
(8) Ewrobarometru 465.
(9) Pereżempju, huwa stmat li l-introduzzjoni ta' paga minima fil-Ġermanja qed tnaqqas id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa bi 2,5 punti perċentwali. In-nisa jenħtieġ li jibbenefikaw ukoll miż-żieda reċenti fil-paga minima f'xi wħud minn dawk il-pajjiżi bl-ikbar differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa (ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja u r-Renju Unit).
(10) Huwa jikkorrispondi għal terz tad-disparitajiet fil-qligħ bejn in-nisa u l-irġiel tul il-ħajja tax-xogħol. Ara r-Rapport tal-Kummissjoni tal-2017 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-Eurostat: http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Gender_statistics
(11)    L-eliminazzjoni tad-disparità bejn is-sessi hija wieħed mill-oġġettivi tal-Impenn Strateġiku tal-Kummissjoni għall-ugwaljanza bejn is-sessi (2016-2019) http://ec.europa.eu/justice/gender-equality/files/documents/151203_strategic_engagement_en.pdf  
(12)      Rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (riformulazzjoni), (COM(2013) 861 final -- http://ec.europa.eu/justice/gender-equality/files/gender_pay_gap/com-2013-861-final_en.pdf
(13)      Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2014 dwar it-tisħiħ tal-prinċipju ta’ pagi ugwali għall-irġiel u n-nisa permezz tat-trasparenza, COM(2014) 1405 finali – http://ec.europa.eu/justice/gender-equality/files/gender_pay_gap/c_2014_1405_mt.pdf
(14)      Dawn jinkludu: (i) id-dritt tal-impjegati li jitolbu aktar informazzjoni dwar il-livell tal-pagi, maqsuma skont is-sess, għal kategoriji ta' impjegati li jagħmlu l-istess xogħol jew għal xogħol ta' valur ugwali; (ii) rappurtar regolari minn impjegatur dwar l-istrutturi tal-pagi skont il-kategorija tal-impjegat(a) jew kariga, maqsum skont is-sess (limitat għal kumpaniji kbar u ta' daqs medju); (iii) awditi tal-paga f'kumpaniji kbar; u (iv) diskussjoni dwar kwistjonijiet ta' pagi ugwali fil-livell xieraq ta' negozjar kollettiv
(15)      COM/2017/671
(16)      Id-Direttiva riformulata dwar trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa tobbliga lill-Istati Membri jintroduċu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi. Madankollu, is-sanzjonijiet ipprovduti mil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri jvarjaw bil-kbir, u dan iwassal għal infurzar inugwali tad-drittijiet iggarantiti fil-qafas tad-Direttiva
(17)      Fil-kawża C-318/13, proċedura mibdija minn X, it-3 ta' Settembru 2014, il-QtĠ-UE qieset li l-benefiċċji ddifferenzjati abbażi ta' data attwarjali speċifika għall-ġeneru mhumiex permessi f'pensjonijiet statutorji tas-sigurtà soċjali skont id-Direttiva 79/7/KEE.
(18)    Fil-kawża C-318/13, Test Achats, l-1 ta' Marzu 2011, il-QtĠ-UE annullat l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2004/113/KE, li kien jippermetti l-użu ta' fatturi attwarjali bbażati fuq is-sess f'kuntratti tal-assigurazzjoni. Is-sentenza obbligat lill-Istati Membri biex jagħmlu l-primjums u l-benefiċċji unisex obbligatorji mill-21 ta' Diċembru 2012.
(19)      Kif imħabbar fir-rapport tagħha dwar l-evalwazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-2014.
(20)    In-nisa jirrappreżentaw biss 10 % tal-forza tax-xogħol fis-settur tal-kostruzzjoni, 22 % fis-settur tat-trasport u 30 % fil-manifattura (meta mqabbla ma' 46 % fl-ekonomija kollha)
(21)      Ara l-istudju tal-EIGE dwar tnaqqis fid-disparità bejn is-sessi fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM)-- http://eige.europa.eu/gender-mainstreaming/policy-areas/economic-and-financial-affairs/economic-benefits-gender-equality/stem
(22)      L-OECD hija responsabbli għall-Programm għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Istudenti (PISA), li huwa stħarriġ triennali ta' studenti ta' 15-il sena madwar id-dinja. Stħarriġ mill-2015.
(23)    Għotjiet ta' azzjoni għall-appoġġ lil proġetti transnazzjonali għall-promozzjoni ta' prattiki tajba dwar ir-rwoli tal-ġeneri u biex jingħelbu l-istereotipi tas-sessi fl-edukazzjoni, it-taħriġ u l-post tax-xogħol – JUST/2015/RGEN/AG/ROLE. Ara http://ec.europa.eu/justice/grants1/calls/2015_action_grants/just_2015_rgen_ag_role_en.htm
(24)      Il-Pjattaforma tal-Karti dwar id-Diversità fil-livell tal-UE ġiet stabbilita fl-2010 u qed tiġi ffinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Pjattaforma,fil-preżent, hija magħmula minn 18-il Karta dwar id-Diversità mill-pajjiżi li ġejjin: l-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, Spanja u l-Iżvezja. Ara http://ec.europa.eu/justice/discrimination/diversity/charters/index_en.htm
(25)

   Il-Koalizzjoni għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali tiġbor flimkien Stati Membri, kumpaniji, imsieħba soċjali, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ u fornituri tal-edukazzjoni li jieħdu azzjoni għall-indirizzar tan-nuqqas ta' ħiliet diġitali fl-Ewropa .

(26)      Sa minn Diċembru 2017, partijiet ikkonċernati mis-setturi kollha tat-trasport se jkunu f'pożizzjoni jagħmlu viżibbli l-azzjonijiet konkreti tagħhom favur impjiegi għan-nisa u jiskambjaw prattiki tajba.
(27)      Strengthening teaching in Europe, New evidence from teachers compiled by Eurydice and CRELL, Ġunju 2015 http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/repository/education/library/policy/teaching-profession-practices_en.pdf
(28)    "L-appoġġ lill-għalliema u lill-mexxejja tal-iskejjel għal tagħlim eċċellenti", parti mill-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni L-iżvilupp tal-iskejjel u t-tagħlim eċċellenti għal bidu tajjeb fil-ħajja (COM(2017) 248).
(29)       http://eacea.ec.europa.eu/education/eurydice/index_en.php
(30)      Pereżempju, data minn Ottubru 2016 turi li n-nisa għadhom jikkorrispondu għal inqas minn wieħed minn kull erba' (23.9 %) tal-membri ta' bord tad-diretturi fl-ikbar kumpaniji elenkati pubblikament li hawn irreġistrati fl-Istati Membri tal-UE. Fil-politika lokali, fl-2015, in-nisa kienu jikkorrispondu għal bilkemm ftit aktar minn wieħed minn kull seba' (15.1 %) sindki jew mexxejja oħra ta' kunsill (Rapport tal-2017 dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa).
(31)      http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52017XC0705(01)  
(32)

     Bejn l-2014 u l-2016, ġew allokati EUR 5 miljun għal 23 proġett fuq dan is-suġġett.

(33) Eurostat, Stħarriġ dwar l-Istruttura tal-Qligħ
(34)  Inqas qligħ, konċentrazzjoni akbar fix-xogħol part-time u differenzi fil-karrieri marbuta ma’ responsabbiltajiet ta’ indokrar jagħmlu lil ħafna nisa ekonomikament iktar dipendenti fuq l-imsieħba tagħhom jew fuq l-istat u jikkontribwixxu sostanzjalment għad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u għad-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi. Dan jirriżulta f'riskju ikbar ta' esponiment għall-faqar u l-esklużjoni soċjali għan-nisa, b'impatt negattiv li jestendi anki għat-tfal u l-familji tagħhom (ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni COM(2017)252 final "Inizjattiva ta' appoġġ għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw li jaħdmu").
(35)      Oláh S., Hobson B, u L. Carlson (2017) "Changing families and sustainable societies: Policy contexts and diversity over the life course and across generations" FP7 Project FamiliesAndSocieties (GA 320116).
(36)      Proposta għal Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE, COM(2017) 253 final
(37)    COM(2017) 252
(38) Riċerka reċenti tikkonferma li s-segregazzjoni settorjali tal-ġeneri fis-suq tax-xogħol tikkorrispondi għal proporzjon sinifikanti mid-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa fil-pajjiżi kollha tal-UE: in-nisa deħlin f'setturi b'pagi relattivament baxxi. Is-segregazzjoni settorjali evolviet bil-mod ħafna (Rapport tal-2017 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-UE).
(39) Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa – Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività, COM(2016) 381 final.
(40)      Matul dawn l-aħħar 10 snin, ġew żviluppati kooperazzjoni Ewropea u għodod biex tiġi promossa t-trasparenza rigward il-ħiliet: i) fil-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki; ii) klassifikazzjoni Ewropea multilingwi ta’ ħiliet, kompetenzi, kwalifiki u impjiegi (ESCO); iii) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali.
(41)      Partijiet ikkonċernati ewlenin ikunu awtoritajiet nazzjonali dwar il-kwalifiki, servizzi ta' għoti ta' informazzjoni, parir u gwida, u awtoritajiet responsabbli għall-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali.
(42)    Fir-rapport ta' implimentazzjoni tagħha dwar id-Direttiva 2006/54/KE (COM(2013) 861 final, 6.12.2013), il-Kummissjoni qed tipprovdi fl-anness gwida dwar sistemi ta' evalwazzjoni u ta' klassifikazzjoni tax-xogħol newtrali rigward il-ġeneru (SWD(2013) 512 final, 6.12.2013).
(43)      Ara Bettio F. u Ticci E. (2017), Violence against women and economic independence.
(44)      Bħar-Rapport dwar is-sitwazzjoni ta' trasparenza fil-paga fl-Ewropa ppubblikat f'Mejju 2017 min-netwerk Ewropew ta' esperti legali fil-qasam ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-istudju fuq il-kobor tad-differenza u l-fatturi ta' impatt tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa fil-pajjiżi tal-UE mħejji mid-Direttorat Ġenerali tal-Ġustizzja.
(45)    Id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa tista' tiġi spjegata b'għadd ta' fatturi: is-segregazzjoni, id-differenzi fil-kisba mill-iskola, fl-esperjenza eċċ. Il-parti "mingħajr spjegazzjoni" li tibqa' mid-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa tissejjaħ id-differenza "aġġustata". Din id-dekompożizzjoni tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa f'differenza aġġustata u mhux aġġustata tista' tipprovdi għarfien ulterjuri lil min ifassal il-politika.
(46)      Tabella ta' valutazzjoni ta' indikaturi soċjali hija disponibbli fuq:    https://composite-indicators.jrc.ec.europa.eu/social-scoreboard/#
(47)      Ara Krueger u Katz (2016), "The Rise and Nature of Alternative Work Arrangements in the United States, 1995-2015". Data Amerikana turi "żieda konsiderevoli fil-probabbiltà ta' xogħol f'arranġament alternattiv għan-nisa. Mill-2005 sal-2015, il-perċentwal tan-nisa li kienu impjegati f'arranġament alternattiv tax-xogħol żdied għal aktar mid-doppju, jiġifieri minn 8.3 fil-mija għal 17.0 fil-mija. Fejn jidħlu l-irġiel, il-perċentwal kiber b'ammont aktar modest, jiġifieri minn 11.6 fil-mija għal 14.7 fil-mija". Għad-data mill-UE, ara wkoll "The situation of workers in the collaborative economy", Analiżi fil-Fond, il-Parlament Ewropew
(48) SWD(2013) 512 final, 6.12.2013.
(49) COM(2013) 861 final, 6.12.2013.
(50)  Abbażi ta' SWD (2013) 512 final, 6.12.2013.
(51)      DE, EE, IE, ES, IT, AT, PL, RO, SK.
(52)      B'mod partikolari fl-EE.

Brussell, 20.11.2017

COM(2017) 678 final

ANNESS

għall-

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

Pjan ta’ Azzjoni 2017-2019 tal-UE
L-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa


ANNESS

Pjan ta’ Azzjoni tal-UE 2017–2019

L-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa

LISTA TA’ AZZJONIJIET MAL-ISKEDA TAŻ-ŻMIEN U L-ATTURI INVOLUTI:

Azzjonijiet

Għanijiet / Modalitajiet

Skedar

Atturi involuti:

AZZJONI 1: TITJIB TAL-APPLIKAZZJONI TAL-PRINĊIPJU TA’ PAGA UGWALI

Valutazzjoni tal-possibbiltà ta’ emendi tad-Direttiva 2006/54/KE ta’ Tfassil mill-Ġdid tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi

Prova tal-ħtieġa li jitrawwem il-qafas legali eżistenti u jittejjeb l-infurzar tiegħu:

   Tisħiħ tar-rwol ta’ infurzar tal-korpi tal-ugwaljanza

   Titjib tas-sanzjonijiet u tal-kumpens lill-vittmi

   Żgurar tal-ugwaljanza bejn is-sessi fi skemi ta’ pensjoni okkupazzjonali

   Żgurar tat-trasparenza fil-pagi

Ħarifa 2018

Il-Kummissjoni Ewropea

2- L-adozzjoni ta’ rapport dwar miżuri nazzjonali adottati abbażi tal-Artikolu 157–4 TFUE, li jipprevedi vantaġġji speċifiċi sabiex jagħmluha aktar faċli għas-sess l-anqas rappreżentat biex ifittex attività professjonali jew biex jipprevjeni jew jikkumpensa għal żvantaġġi f’karrieri professjonali

Obbligu skont l-Artikolu 31–2 tal-Att dwar it-Tfassil mill-Ġdid tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi

2019

Il-Kummissjoni Ewropea

3- il-ħidma flimkien ma’ EQUINET, il-Kumitat Konsultattiv dwar l-opportunitajiet ugwali għan-nisa u l-irġiel u l-Grupp ta’ Livell Għoli dwar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi

sabiex jissaħħaħ l-infurzar tal-prinċipju ta’ paga ndaqs fl-Istati Membri.

għadu għaddej

Il-Kummissjoni Ewropea

EQUINET

L-awtoritajiet nazzjonali

AZZJONI 2: IL-ĠLIEDA KONTRA S-SEGREGAZZJONI PROFESSJONALI U FIS-SETTURI

4- l-appoġġ ta’ proġetti transnazzjonali biex jiġu ttrattati l-istereotipi u s-segregazzjoni

- Il-Programm għad-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza (“Programm DUC”) 2014–2020,

- FSE

- Erasmus +

2014-2020

Il-Kummissjoni Ewropea

L-Istati Membri

5- l-organizzazzjoni ta’ konferenzi fuq il-bażi tar-riżultati ta’ proġetti li jiġġieldu l-istereotipi u s-segregazzjoni

- konferenza ta’ rendikont

- konferenza finali

2018

2019

Il-Kummissjoni Ewropea

L-awtoritajiet nazzjonali

Partijiet interessati ewlenin

6- biex tiġi ffaċilitata l-Pjattaforma tal-UE ta’ Karti dwar id-Diversità u tinbeda kondiviżjoni regolari tal-aqwa prattiki fost il-kumpaniji

- it-twassil tal-eliminazzjoni ta’ segregazzjoni bejn is-sessi

għadu għaddej

Il-Kummissjoni Ewropea

L-awtoritajiet nazzjonali

Partijiet interessati ewlenin

7- il-finanzjament ta’ proġetti fil-livell lokali li jistudjaw l-istereotipi immexxija minn komunitajiet edukattivi u ta’ taħriġ

- Erasmus +

għadu għaddej

Il-Kummissjoni Ewropea

L-awtoritajiet nazzjonali

Partijiet interessati ewlenin

8- li jiġu pprovduti għodda biex jippromwovu tibdil istituzzjonali li jista’ irawwem l-ugwaljanza fil-karrieri xjentifiċi u jenfasizza l-kisbiet tan-nisa fix-xjenza bi premju tal-UE għal nisa innovaturi

- l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fl-Akkademja u r-Riċerka

għadu għaddej

Il-Kummissjoni Ewropea

EIGE (European Institute for Gender Equality)

9- li titnieda Pjattaforma tal-UE għall-bidla sabiex jiżdiedu l-impjiegi tan-nisa u l-opportunitajiet indaqs fis-settur tat-trasport

- li jiġu skambjati prattiki tajbin u jsiru viżibbli azzjonijiet konkreti favur l-impjieg tan-nisa fit-trasport

- li jiġi ppubblikat studju dwar il-każ tan-negozju biex tiżdied ir-rata ta’ impjiegi fost in-nisa fit-trasport

Diċembru 2017

2018

Il-Kummissjoni Ewropea

L-awtoritajiet nazzjonali

Partijiet interessati ewlenin

10- li jiġi appoġġat it-tagħlim bejn il-pari bejn l-Istati Membri dwar il-karrieri tal-għalliema u l-mexxejja tal-iskejjel; li jiġi appoġġat il-ġbir tad-dejta dwar il-pagi tal-għalliema u l-inkoraġġiment tal-Istati Membri biex jieħdu azzjoni biex jeliminaw remunerazzjoni baxxa f’dan is-settur

- Edukazzjoni u Taħriġ 2020

- Djalogu soċjali settorjali Ewropew fl-edukazzjoni

- Eurydice, f’kooperazzjoni mal-OECD

għadu għaddej

għadu għaddej

Il-Kummissjoni Ewropea

L-awtoritajiet nazzjonali

Partijiet interessati ewlenin

AZZJONI 3: INKISSRU S-SAQAF TAL-ĦĠIEĠ: IL-ĠLIEDA KONTRA S-SEGREGAZZJONI VERTIKALI

11- biex inkomplu naħdmu favur l-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi ta’ kumpaniji elenkati f’borża u nissorveljaw l-implimentazzjoni ta’ politiki dwar id-diversità tas-sessi tal-bordijiet ta’ tmexxija tal-ikbar kumpaniji elenkati tal-UE

- Li naħdmu għall-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni

għadu għaddej

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kunsill

Il-Parlament Ewropew

L-awtoritajiet nazzjonali

12- biex niffinanzjaw proġetti li għandhom l-għan li jtejbu l-bilanċ bejn is-sessi f’pożizzjonijiet ekonomiċi fil-livelli kollha tal-maniġment

- il-programm REC

għadu għaddej

Il-Kummissjoni Ewropea

L-awtoritajiet nazzjonali

Partijiet interessati ewlenin

13- biex ninkoraġġixxu lill-gvernijiet biex jadottaw strateġiji b’miżuri konkreti biex jiżguraw bilanċ aħjar bejn is-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet, biex jidħlu fi djalogu mal-imsieħba soċjali u korpi regolatorji settorjali biex jippromwovu / jadottaw miżuri rilevanti

- biex inkomplu nimpenjaw ruħna fi djalogu mal-imsieħba soċjali

-Sabiex jiġu implimentati proġetti bl-għan li jitjieb il-bilanċ bejn is-sessi f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet.

-li nappoġġaw miżuri nazzjonali konkreti li jwasslu għal rappreżentanza aħjar mis-sess l-inqas rappreżentat fit-teħid tad-deċiżjonijiet

-li ninvolvu ruħna u nagħtu l-appoġġ tagħna fid-djalogu ma’ korpi regolatorji settorjali

għadu għaddej

Il-Kummissjoni Ewropea

Sħab soċjali

L-awtoritajiet nazzjonali

Korpi regolatorji

AZZJONI 4: LI TIĠI INDIRIZZATA L-PENALI TAL-KURA

14- biex tiġi implimentata l-inizjattiva tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

- Li jkun hemm ħidma għall-adozzjoni rapida tad-Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u persuni li jindukraw mill-koleġiżlaturi kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet mhux leġiżlattivi previsti fil-Komunikazzjoni

għadu għaddej

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kunsill

Il-Parlament Ewropew

AZZJONI 5: BIEX JIĠU VVALORIZZATI AĦJAR IL-ĦILIET, L-ISFORZI U R-RESPONSABBILITAJIET TAN-NISA

15- biex ikun hemm ħidma favur ir-rikonoxximent aħjar tal-ħiliet fis-setturi kollha

- Aġenda għall-Ħiliet Ġodda

għadu għaddej

Il-Kummissjoni Ewropea

L-awtoritajiet nazzjonali

Partijiet interessati ewlenin

16- biex titqajjem kuxjenza dwar sistemi ta’ klassifikazzjoni newtrali fir-rigward tas-sessi

- Li titkompla titqajjem kuxjenza dwar l-importanza ta’ sistemi ta’ klassifikazzjoni newtrali ta’ xogħol fir-rigward tas-sessi biex tiġi żgurata paga ugwali

- li tiġi ppubblikata u mxerrda b’mod wiesa’ Gwida aġġornata dwar sistema ta’ evalwazzjoni u klassifikazzjoni ta’ xogħol newtrali fir-rigward tas-sessi

għadu għaddej

2018

Il-Kummissjoni Ewropea

L-awtoritajiet nazzjonali

Partijiet interessati ewlenin

AZZJONI 6: ĠLIEDA KONTRA Ċ-ĊPAR: TIKXIF TA’ INUGWALJANZI U STEREOTIPI

17- biex jiġi rrapportat regolarment dwar l-evoluzzjoni tad-differenza fil-pagi bejn is-sessi, il-qligħ u d-differenza tal-pensjonijiet bejn l-irġiel u n-nisa fl-Ewropa; li tiġi nkluża l-perspettiva ta’ bejn is-sessi fir-Rapport tal-2018 dwar l-Adegwatezza tal-Pensjonijiet

- Rapport annwali dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel

- dejta dwar id-diskrepanza “aġġustata” fil-pagi bejn is-sessi

- Eurobarometer dwar id-differenza fil-pagi bejn is-sessi u trasparenza fil-pagi

Il-Jum Internazzjonali tal-Mara

2017/2018

Il-Jum Ewropew għall-Paga Ugwali 2017

Il-Kummissjoni Ewropea

- Pubblikazzjoni ta’ rapport dwar l-infurzar ta’ paga ugwali

- Pubblikazzjoni tar-Rapport tal-Adegwatezza tal-Pensjonijiet 2018

Il-Jum Ewropew għall-Paga Ugwali 2017

2018

18- li tiġi varata l-ħidma biex tiġi vvalutata aħjar l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-ekonomija kollaborattiva

- Li tiġi vvalutata l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-ekonomija kollaborattiva

2018

Il-Kummissjoni Ewropea

AZZJONI 7: TWISSIJA U INFORMAZZJONI DWAR ID-DIFFERENZA BEJN IL-PAGI TAL-IRĠIEL U N-NISA

19- li jkun hemm sensibilizzazzjoni dwar id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa

- Il-Jum Ewropew għall-Paga Ugwali

Kull sena

Il-Kummissjoni Ewropea

20- li jiġu ppubblikati u mxerrda fl-2018 Linji Gwida aġġornati fuq il-ġurisprudenza dwar il-prinċipju ta’ paga ugwali

- li jiġu aġġornati u ppubblikati linji gwida fuq il-ġurisprudenza tal-QtĠ-UE dwar il-prinċipju ta’ paga ugwali

2018

Il-Kummissjoni Ewropea

21- li jiġu mħejjija u mxerrda Linji Gwida dwar l-aħjar prattiki

- It-tħejjija u t-tixrid b’mod wiesa’ ta’ Linji Gwida aġġornati dwar l-aħjar prattiki li jirriflettu l-aħħar azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri biex jiżguraw l-applikazzjoni ta’ paga ugwali

2018

Il-Kummissjoni Ewropea

AZZJONI 8: SELF TAL-IDEJN: TITJIB TA’ SĦUBIJI BIEX TIĠI INDIRIZZATA D-DIFFERENZA BEJN IL-PAGI TAL-IRĠIEL U N-NISA

22- li jsiru seminars ta’ tagħlim reċiproku dwar il-kwistjoni tad-differenza fil-pagi bejn is-sessi inkluż appoġġ immirat għall-imsieħba soċjali

- ikomplu jsiru seminars ta’ tagħlim reċiproku għal rappreżentant governattiv dwar id-differenza abbażi tas-sess bejn il-pagi, il-qligħ, u l-pensjonijiet, u l-kawżi ewlenin tagħha

- li jiġi appoġġjat it-tagħlim reċiproku u l-bini tal-kapaċità tal-imsieħba soċjali, kumpaniji u partijiet interessati oħra, sabiex tiġi indirizzata d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa

għadu għaddej

Il-Kummissjoni Ewropea

L-awtoritajiet nazzjonali

Sħab soċjali

Partijiet interessati ewlenin

23- li jingħata appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri lesti li jnaqqsu d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa

- il-Programm REC 2014-2020

għadu għaddej

Il-Kummissjoni Ewropea

L-awtoritajiet nazzjonali

Partijiet interessati ewlenin

24- biex ikun hemm segwitu fuq id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew

- Is-Semestru Ewropew

għadu għaddej

Il-Kummissjoni Ewropea

L-awtoritajiet nazzjonali