Strasburgu, 24.10.2017

COM(2017) 623 final

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI U LILL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT

Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE

{SWD(2017) 349 final}


1.Introduzzjoni

Id-disa’ reġjuni ultraperiferiċi - Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique, Mayotte, Réunion, Saint Martin (Franza), il-Gżejjer Kanarji (Spanja), l-Azores u l-Madeira (Portugall) – huma ass straordinarju għall-Unjoni Ewropea (UE). Jarrikkixxu lill-UE ekonomikament, kulturalment u ġeografikament. Jagħtuha aċċess strateġiku għall-ibħra u jipprovdulha assi naturali uniċi minħabba li 80 % tal-bijodiversità tinsab fihom.

Madankollu, id-distanza, iċ-ċokon, il-vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima tagħhom u, għall-parti l-kbira minnhom, l-insularità tagħhom 1 joħolqu sfidi għall-iżvilupp tagħhom u jfixklu l-integrazzjoni tagħhom fis-suq intern.

Is-sitwazzjoni speċjali tar-reġjuni ultraperiferiċi ilha rikonoxxuta mit-trattati tal-UE mill-1999 u mill-2009 taħt l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li tippermettilhom igawdu minn miżuri speċifiċi f’politiki ewlenin tal-UE bħall-agrikoltura, il-koeżjoni u l-kompetizzjoni.

Bejn l-2014 u l-2020 il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u skema ddedikata għal miżuri agrikoli (ir-Regolament POSEI) 2 qed jipprovdu kważi EUR 13,3-il biljun lir-reġjuni ultraperiferiċi - dan huwa sors importanti ta’ investimenti u ħolqien tax-xogħol. Dan jinkludi żewġ allokazzjonijiet speċifiċi fl-oqsma tal-iżvilupp reġjonali u s-sajd biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali li jħabbtu wiċċhom magħhom dawn ir-reġjuni minħabba s-sitwazzjoni partikulari tagħhom 3 .

Barra minn hekk, regoli speċifiċi japplikaw għar-reġjuni ultraperiferiċi f’oqsma bħall-għajnuna mill-Istat 4 , fir-rigward ta’ għajnuna għall-operat u għall-investiment, kif ukoll fit-tassazzjoni u fid-dwana, sabiex jgħinuhom jixprunaw il-kompetittività tagħhom. Dan l-appoġġ pubbliku sinifikanti mill-UE jiżviluppa l-infrastruttura, jipprovdi servizzi għall-popolazzjoni, joħloq l-impjiegi, jinvesti fl-edukazzjoni u fil-ħiliet u jżid il-kompetittività tan-negozji. Jgħin ukoll fit-titjib u fid-diversifikazzjoni tal-attivitajiet agrikoli, fil-preservazzjoni tal-ambjent u fl-indirizzar tat-tibdil fil-klima. Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanjaw din il-Komunikazzjoni jirrieżaminaw l-implimentazzjoni tal-miżuri proposti fl-Istrateġija tal-2012 u jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar is-sitwazzjoni soċjoekonomika tar-reġjuni ultraperiferiċi.

Minkejja l-progress li għamlu matul is-snin, ir-reġjuni ultraperiferiċi għadhom jiffaċċjaw sfidi serji, aggravati mill-globalizzazzjoni u mit-tibdil fil-klima. L-iżvilupp tagħhom huwa fraġli. Ħafna minnhom iridu jinvestu f’infrastruttura bażika — bħat-toroq, l-ilma u l-faċilitajiet tal-immaniġġjar tal-iskart — u l-ekonomija tagħhom tiddependi fuq għadd limitat ta’ setturi ekonomiċi 5 . L-ostakli tagħhom, inkluż id-distanza, joħolqu spejjeż addizzjonali għall-kumpaniji tagħhom, l-aktar għall-impriżi żgħar u medji (small and medium sized enterprises, SMEs), u b’hekk itellfu l-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fis-suq uniku.

L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni politika, ekonomika u soċjali fir-reġjuni ultraperiferiċi matul dawn l-aħħar snin — żieda fir-rata tal-qgħad, li hija allarmanti speċjalment fost iż-żgħażagħ u, għal uħud minnhom, żieda fil-migrazzjoni irregolari u kriżijiet soċjali — toħloq tħassib kbir. Bejn 40 % u 55 % taż-żgħażagħ huma diżokkupati f’dawn ir-reġjuni. Għal uħud mir-reġjuni ultraperiferiċi, id-diverġenza fil-livell tal-iżvilupp, tal-ġid, u tal-opportunità ekonomika u soċjali bejn dawn ir-reġjuni u l-Ewropa kontinentali għadha kritika. U l-qerda kkawżata mill-uragani f’Settembru 2017 — b’mod partikolari f’Saint Martin — titfa’ dawl ġdid fuq il-vulnerabbiltà ta’ dawn it-territorji, meta kundizzjonijiet ta’ temp estrem aktarx li se jokkorru b’mod aktar frekwenti fil-futur.

Hemm bżonn ċar li jittejbu l-isforzi biex ir-reġjuni ultraperiferiċi jiksbu l-benefiċċji kollha tas-sħubija fl-UE u jisfruttaw il-globalizzazzjoni. U jenħtieġ approċċ aktar sod u mfassal aħjar sabiex jinħoloq qafas ta’ abilitazzjoni għall-iżvilupp tagħhom u jingħataw opportunitajiet indaqs liċ-ċittadini tagħhom. Filwaqt li jikkondividu ċerti sfidi komuni, huma differenti minn xulxin u kull reġjun ultraperiferiku għandu l-ħtiġijiet speċifiċi tiegħu. Jeħtieġ li r-reazzjonijiet politiċi jqisuh dan.

Barra minn hekk, mhux is-soluzzjonijiet kollha għall-isfidi tar-reġjuni ultraperiferiċi jinsabu fl-UE. L-ewwel u qabel kollox l-Istati Membri huma responabbli għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjuni ultraperiferiċi tagħhom b’mod partikolari f’oqsma ewlenin bħas-saħħa u l-edukazzjoni. U r-reġjuni ultraperiferiċi nfushom għandhom jinvestu sforzi addizzjonali biex jilliberaw il-potenzjal tat-tkabbir endoġenu tagħhom. Fl-istess ħin, l-UE għandha tipprovdi qafas aħjar ta’ abilitazzjoni li jimmassimizza l-impatt ta’ dawn l-isforzi u jkompli jqis l-interessi tar-reġjuni ultraperiferiċi f’oqsma ta’ kompetenza tal-UE, bħall-kummerċ.

Din il-Komunikazzjoni tippreżenta l-approċċ il-ġdid tal-Kummissjoni dwar kif jiġi promoss l-iżvilupp tar-reġjuni ultraperiferiċi billi jsir l-aħjar użu mill-assi tagħhom u mill-opportunitajiet ipprovduti minn vetturi ġodda ta’ tkabbir u ta’ ħolqien tax-xogħol. Dan jinkludi, b’mod partikolari, rikonoxximent aktar b’saħħtu tal-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet tagħhom. Jirrikjedi wkoll azzjonijiet konkreti u koordinati li jridu jittieħdu fil-livell nazzjonali u tal-UE, kif ukoll mir-reġjuni ultraperiferiċi nfushom (il-lista dettaljata ta’ azzjonijiet tinsab fl-Anness). U jinvolvi sħubija msaħħa bejn dawn ir-reġjuni, l-Istati Membri tagħhom u l-istituzzjonijiet tal-UE.

Dan l-approċċ il-ġdid huwa bbażat fuq it-tagħlimiet meħuda mill-implimentazzjoni tal-istrateġija preċedenti 6 u fuq skambji wesgħin ma’ rappreżentanti tar-reġjuni ultraperiferiċi, inkluż waqt ir-Raba’ Forum tar-Reġjuni Ultraperiferiċi li sar fi Brussell fit-30 u l-31 ta’ Marzu 2017. Jibni fuq il-proposti li ressqu dawn ir-reġjuni lill-President tal-Kummissjoni, u fuq kontribuzzjonijiet tal-Parlament Ewropew 7 u tal-Istati Membri.

Kwalunkwe inizjattiva li għandha implikazzjonijiet baġitarji se ssegwi kif xieraq l-implikazzjonijiet għall-baġit annwali u ma tistax tippreġudika l-Qafas Finanzjarju Pluriennali ta’ wara l-2020.

Governanza ġdida bbażata fuq sħubija soda

Għalkemm huma parti mill-UE u mis-suq uniku tagħha, ir-reġjuni ultraperiferiċi huma differenti f’ħafna aspetti. Taħt l-approċċ ġdid u proattiv tagħha, il-Kummissjoni se tqis aħjar il-ħtiġijiet tagħhom u se trawwem politiki tal-UE aktar xierqa għas-sitwazzjoni tagħhom, billi tiżgura li l-ispeċifiċità titqies b’mod konsistenti kull fejn ikun rilevanti.

Dan jinvolvi l-adattament tal-politiki tal-UE għaċ-ċirkostanzi tagħhom, kif għandhom l-għan li jagħmlu ħafna mill-azzjonijiet proposti f’din il-Komunikazzjoni, mingħajr ma tiddgħajjef il-koerenza tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Dan ifisser li jinstab bilanċ bejn it-trattament tar-reġjuni ultraperiferiċi bħala reġjuni Ewropej bid-drittijiet u bl-obbligi kollha involuti u r-rikonoxximent proattiv tal-kuntest ġeopolitiku u ekonomiku speċifiku tagħhom.

Dan l-approċċ iqis is-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ta’ Diċembru 2015 8 li ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 349 TFUE.

F’konformità mal-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar 9 u b’mod partikolari l-proċeduri tagħha dwar impatti territorjali, il-Kummissjoni se tivvaluta kull impatt sinifikanti fuq ir-reġjuni ultraperiferiċi biex tinforma t-tfassil tal-politika u tfassal miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa meta jkun meħtieġ. L-identifikazzjoni u l-analiżi ta’ dawn l-impatti, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-impatti tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar ir-reġjuni ultraperiferiċi, jiddependu fuq l-eżistenza ta’ dejta affidabbli u l-involviment ta’ dawk il-partijiet ikkonċernati mal-aħjar għarfien tal-ispeċifiċitajiet prevalenti fir-reġjuni ultraperiferiċi.

Għaldaqstant, l-Eurostat u l-istituti tal-istatistika nazzjonali huma mħeġġa jaħdmu flimkien biex itejbu l-affidabbiltà tad-dejta tagħhom u jirfinaw l-istatistika, li attwalment ma tirriflettix bis-sħiħ l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi u tirriskja li tippreġudika r-riżultati. Barra minn hekk, il-partijiet ikkonċernati huma mħeġġa jieħdu sehem fil-mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni u ta’ feedback tal-Kummissjoni sabiex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom u jressqu evidenza tal-impatti fuq ir-reġjuni ultraperiferiċi.

Il-valutazzjoni tal-impatt fuq dawn ir-reġjuni hija partikolarment importanti meta l-UE tikkonkludi u tirrieżamina l-ftehimiet internazzjonali. L-interessi tar-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jkunu sensittivi b’mod partikolari f’xi ftehimiet kummerċjali jew tas-sajd. Għaldaqstant, huwa essenzjali li jiġu żgurati djalogu kontinwu u infurmat u skambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u r-reġjuni fl-istadji kollha tan-negozjati. Ir-reġjuni ultraperiferiċi huma mħeġġa jesprimu l-interessi u t-tħassib tagħhom permezz tal-għodod disponibbli kollha bħall-konsultazzjonijiet li jsiru fil-kuntest tal-valutazzjonijiet tal-impatt għat-tnedija tal-ftehimiet kummerċjali u l-valutazzjonijiet tal-impatt għas-sostenibbiltà waqt in-negozjati.

Apparti l-għodod eżistenti biex jiġu espressi l-interessi tar-reġjuni, il-Kummissjoni se tipprovdi pjattaforma ad hoc li tiffaċilita l-iskambju ta’ opinjonijiet mar-reġjuni ultraperiferiċi u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti biex jiġu skambjati opinjonijiet fl-istadji kollha tat-tfassil u implimentazzjoni ta’ politika tal-UE. Dan għandu jippermetti li, meta jinqalgħu kwistjonijiet speċifiċi, il-Kummissjoni tippreżenta inizjattivi li jisfruttaw aħjar l-assi tagħhom u jwieġbu għat-tħassib tagħhom. U dan għandu jgħinhom jirrieżaminaw l-effiċjenza tal-politiki rilevanti tal-UE fuq il-post kif ukoll jidentifikaw l-opportunitajiet tat-tkabbir. Din il-pjattaforma se ġġib flimkien lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet nazzjonali u tar-reġjuni ultraperiferiċi, kif ukoll lil atturi rilevanti oħra.

Apparti pjattaforma wiesgħa li tiġbor flimkien lir-reġjuni ultraperiferiċi kollha, il-Kummissjoni se tieħu azzjoni wkoll biex tapoġġja lir-reġjuni individwali li għandhom tħassib speċifiku. Meta reġjun ultraperiferiku jidentifika tħassib bħal dan li jirrikjedi azzjoni konġunta minn partijiet ikkonċernati rilevanti, il-Kummissjoni, meta jkun xieraq, se tistabbilixxi task force ddedikat għall-indirizzar ta’ dik il-kwistjoni u għall-assistenza permezz ta’ miżuri xierqa.

Il-Kummissjoni se:

-Twaqqaf pjattaforma ad hoc biex jiġu skambjati opinjonijiet dwar l-interessi u t-tħassib tar-reġjuni ultraperiferiċi, li ġġib flimkien lir-rappreżentanti, lill-awtoritajiet nazzjonali, lill-Kummissjoni u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti;

-Tniedi task forces iddedikati li jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ reġjun ultraperiferiku individwali, skont kif meħtieġ;

-Tiżgura li t-tħassib u l-interessi tar-reġjuni ultraperiferiċi jitqiesu kif xieraq u rilevanti fil-valutazzjonijiet tal-impatt u fl-evalwazzjoni tal-politiki;

-Tkompli tagħti attenzjoni speċjali għal prodotti sensittivi mir-reġjuni ultraperiferiċi fil-qafas ta’ ftehimiet kummerċjali ma’ pajjiżi terzi; Tikkoopera mal-Istati Membri sabiex ir-reġjuni ultraperiferiċi jiġu involuti aħjar fin-negozjati rigward is-sajd.

2.Nibnu fuq l-assi tar-reġjuni ultraperiferiċi 

Ir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom assi uniċi li jistgħu jiġu sfruttati aħjar għal riċerka u innovazzjoni avvanzati f’oqsma bħall-bijoekonomija 10 jew it-tibdil fil-klima, inkluż fuq miżuri biex jonqsu l-gassijiet b’effett ta’ serra billi jittestjaw it-trasport b’karbonju baxx u soluzzjonijiet ta’ effiċjenza fl-enerġija. L-assi naturali tagħhom jinkludu, b’mod partikolari:

·Bijodiversità għanja – lqugħ kontra l-maltemp u l-għargħar, il-bażi għal setturi ekonomiċi ewlenin fosthom it-turiżmu, is-sajd, il-forestrija, l-agrikoltura u għal setturi li qegħdin jiżviluppaw bħall-prodotti bijoloġiċi naturali, il-bijomediċina u l-kożmetika;

·Żoni ekonomiċi esklussivi sinifikanti li joffru opportunitajiet għall-iżvilupp tal-ekonomija blu u li jagħmluhom atturi importanti fil-governanza internazzjonali tal-oċeani;

·Pożizzjoni u klima adatti għal attivitajiet fl-oqsma tal-ispazju u tal-astrofiżika;

·Prossimità għas-swieq ta’ pajjiżi terzi għall-iffaċilitar ta’ skambji, inklużi l-kummerċ u l-investimenti.

Barra minn hekk, ir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom assi soċjetali notevoli: wirt kulturali għani, li flimkien mal-bijodiversità tagħhom u l-pajsaġġ naturali tagħhom jagħmilhom destinazzjonijiet turistiċi attraenti; kompetenza Ewropea, li tipprovdi bażi solida għall-impriżi tagħhom, kif ukoll edukazzjoni ta’ kwalità.

Dawn l-assi għandhom ikunu sfruttati aħjar sabiex jiġġeneraw impjiegi u opportunitajiet ta’ negozju; ir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom jiffukaw l-isforzi tagħhom fuq oqsma fejn għandhom vantaġġi komparattivi, kif identifikat fl-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, u fuq attivitajiet tradizzjonali importanti għall-ħolqien tal-impjiegi. Il-Kummissjoni tħeġġeġ lir-reġjuni ultraperiferiċi jesploraw taħlita xierqa ta’ finanzjament għal għotjiet u strumenti finanzjarji li jgħaqqdu diversi sorsi ta’ finanzjament nazzjonali, reġjonali u Ewropej.

Sabiex jivvalutaw l-assi tagħhom u jottimizzaw l-iżvilupp tagħhom permezz ta’ opportunitajiet ġodda, ir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom jagħmlu l-aħjar li jistgħu mill-appoġġ finanzjarju disponibbli, inkluż il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi. Barra minn hekk, ir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom jagħmlu l-akbar użu mill-possibbiltajiet offruti mis-Servizz Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investiment u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment.

Il-Kummissjoni se:

-Twaqqaf inizjattiva ddedikata mal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, inkluż permezz ta’ appoġġ konsultattiv mis-Servizz Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investiment, għar-reġjuni ultraperiferiċi, biex ittejjeb l-aċċess tagħhom għall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi.

Ekonomija blu

Ekonomija blu sostenibbli għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp soċjoekonomiku tar-reġjuni ultraperiferiċi kollha. Bħalissa, il-progress lejha huwa żbilanċjat. Filwaqt li l-intensità tal-attivitajiet hija differenti f’kull reġjun, ix-xejriet tat-tkabbir u n-nuqqasijiet huma simili. Is-setturi tradizzjonali tal-baħar u dak marittimu, bħas-sajd 11 , it-tbaħħir, it-turiżmu kostali u tal-kruċieri, jipprovdu impjiegi għall-popolazzjoni lokali filwaqt li setturi ġodda bħall-enerġija rinnovabbli tal-baħar, l-akkwakultura u l-bijoteknoloġija blu għadhom mhumiex żviluppati biżżejjed.

L-iżvilupp tal-ekonomija blu se jeħtieġ ippjanar strateġiku u investimenti. Pereżempju, is-sajd jista’ jkun ġestit b’mod li jżid id-dħul ta’ sajjieda lokali filwaqt li jisfrutta r-riżorsi fuq livelli sostenibbli. Flussi akbar ta’ turiżmu jistgħu jkunu akkumpanjati minn miżuri ta’ ffrankar tal-ilma u l-iżvilupp ta’ impjanti ta’ desalinazzjoni mħaddma b’enerġija rinnovabbli li jissodisfaw id-domanda għall-ilma li dejjem qed tiżdied 12 . Ir-riżorsi tal-baħar għandhom jintużaw għall-iżvilupp tal-bijoteknoloġija blu lil hinn mis-swieq niċċa attwali; B’mod partikolari, proġetti fejn jintużaw alki għall-produzzjoni ta’ kożmetiċi, ikel jew bijofjuwils jistgħu jsiru fuq skala akbar.

Ir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom jistabbilixxu strateġiji tal-ekonomija blu biex itejbu s-sinerġiji bejn il-politiki u l-investimenti pubbliċi, u għandhom jiffaċilitaw l-aċċess għal finanzjament għall-operaturi fuq skala żgħira permezz ta’ mikrokrediti u strumenti finanzjarji (bħal self u fondi ta’ garanzija).

L-Istati Membri għandhom jintensifikaw il-ġbir tad-dejta xjentifika u l-appoġġ għar-riċerka dwar is-sajd u dwar il-baħar, jadottaw miżuri għall-ġestjoni tas-sajd, jesploraw, fejn ikun fattibbli, il-possibbiltà li jirrestrinġu s-sajd f’żona ta’ 100 mil għall-bastimenti rreġistrati fir-reġjuni ultraperiferiċi 13 . Għandhom isaħħu wkoll l-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra s-sajd illegali; il-Kummissjoni se tpoġġi din il-kwistjoni fuq l-aġenda tal-ftehimiet ekonomiċi u ta’ kooperazzjoni rilevanti ma’ pajjiżi terzi.

Il-Kummissjoni se:

-Tqis miżuri speċifiċi (inkluża skema ta’ kumpens) għar-reġjuni ultraperiferiċi taħt programmi ġodda tal-UE biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp sostenibbli tas-sajd u setturi oħra tal-ekonomija blu 14 ;

-Rigward il-kapaċità tal-flotot, tevalwa l-iskema attwali ta’ “dħul/ħruġ” sa tmiem l-2018 15 u jiġu proposti emendi, kif xieraq;

-Tqis ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi meta tniedi sejħiet biex tiġi appoġġjata l-ekonomija blu taħt il-Fond għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd;

-Tqis li tingħata għajnuna mill-Istat biex jinbnew bastimenti ġodda fir-reġjuni ultraperiferiċi soġġetti għal kundizzjonijiet li jiżguraw sajd sostenibbli.

Agrikoltura u żvilupp rurali

L-agrikoltura u l-iżvilupp rurali huma parti importanti tal-ekonomija tar-reġjuni ultraperiferiċi. L-iskema agrikola għar-reġjuni ultraperiferiċi (POSEI) u l-programmi tal-iżvilupp rurali tal-UE, li flimkien jirrappreżentaw nofs l-allokazzjoni totali għar-reġjuni ultraperiferiċi taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 16 , jikkontribwixxu għall-immodernizzar tal-produzzjoni agrikola b’mod sostenibbli u għaż-żieda tal-kompetittività tas-settur agrikolu u tal-ikel.

Barra minn hekk, il-programmi ta’ żvilupp rurali jappoġġjaw azzjonijiet ta’ restawr, preservazzjoni u titjib tal-bijodiversità fl-agrikoltura u fil-forestrija, u jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali. Flimkien mas-Sħubiji Ewropej għall-Innovazzjoni għall-Produttività u s-Sostenibbiltà fil-Qasam Agrikolu, dawn jgħinu fl-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni. Barra minn hekk, ir-regoli riveduti tal-UE dwar l-Għajnuna mill-Istat, ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa 17 , li issa jkopri wkoll l-agrikoltura, se jagħmluha aktar faċli biex tingħata għajnuna mill-Istat f’dan is-settur, u jippermettu investimenti ġodda.

Ir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom jippromwovu investimenti f’teknoloġiji ġodda għall-agrikoltura u żvilupp rurali, kif ukoll jużaw u jiżviluppaw l-għodod tal-ġestjoni tar-riskju (assigurazzjoni kontra telf ekonomiku, fondi mutwi, stabbilizzazzjoni tad-dħul) ipprovduti mir-Regolament tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) 18 . Għandhom iżidu wkoll l-għadd ta’ skemi ta’ kwalità tal-Komunità jew nazzjonali rikonoxxuti għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, iħeġġu l-parteċipazzjoni tal-bdiewa f’dawn l-iskemi, u jappoġġjaw il-promozzjoni ta’ dawn il-prodotti inkluż permezz tal-logo tar-reġjuni ultraperiferiċi fis-suq tal-UE u fis-swieq internazzjonali 19 .

Il-Kummissjoni se:

-Tfittex li tkompli tapplika r-Regolament POSEI 20 , mingħajr preġudizzju għan-negozjati mbassra għall-qafas finanzjarju pluriennali futur;

-Tqis li żżomm dispożizzjonijiet speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi fil-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

Bijodiversità

Il-bijodiversità fir-reġjuni ultraperiferiċi tirrappreżenta wirt uniku għall-Ewropa u għad-dinja. Bosta setturi ekonomiċi fir-reġjuni ultraperiferiċi, inklużi t-turiżmu, is-sajd, il-forestrija u l-agrikoltura, jiddependu direttament fuqha. Barra minn hekk, ekosistemi b’saħħithom jipprovdu beni kruċjali għas-soċjetà, pereżempju arja u ilma nodfa, u jikkontribwixxu għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Il-Politika Agrikola Komuni tal-UE tappoġġja dan permezz ta’ strumenti differenti bħal miżuri agroambjentali klimatiċi jew appoġġ għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, kofinanzjati mill-FAEŻR. Barra minn hekk, mill-2010, l-inizjattiva BEST 21 tippromwovi l-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-użu sostenibbli ta’ servizzi tal-ekosistema fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej permezz ta’ proġetti żgħar li jippruvaw jisfruttaw il-potenzjal lokali. Bosta proġetti dwar il-bijodiversità fir-reġjuni ultraperiferiċi ilhom ikunu ffinanzjati wkoll taħt l-istrument finanzjarju għall-ambjent (LIFE) mill-2012.

Barra minn hekk, ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-Istati Membri rilevanti għandhom jaħdmu flimkien mas-sħab minn Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej u pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku sabiex jippromwovu objettivi komuni dwar il-bijodiversità fi ftehimiet internazzjonali;

Il-Kummissjoni se:

-Filwaqt li tkompli l-ħidma fuq l-esperjenza tal-inizjattiva BEST, tqis l-għoti ta’ appoġġ speċifiku għall-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-użu sostenibbli tas-servizzi tal-ekosistemi 22 , inkluż għall-adattament tal-klima fir-reġjuni ultraperiferiċi u Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej fil-programmi l-ġodda tal-UE;

Ekonomija ċirkolari

L-ekonomija ċirkolari hija qasam promettenti ta’ tkabbir li jappoġġja żvilupp endoġenu fir-reġjuni ultraperiferiċi. Huwa partikolarment importanti li titħaffef it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari f’dawn it-territorji żgħar u mbiegħda li jiddependu fuq riżorsi importati. Il-ġestjoni tal-iskart tista’ tkun partikolarment diffiċli minħabba infrastruttura limitata għat-trattament tal-iskart, nuqqas ta’ ekonomiji ta’ skala għall-ġbir, it-trattament u r-riċiklaġġ tal-iskart. Din is-sitwazzjoni hija aggravata f’ċerti każijiet minn popolazzjoni li qed tikber u flussi qawwija staġjonali ta’ turiżmu li jiġġeneraw ammonti kbar ta’ skart. Minħabba f’hekk, ħafna mir-reġjuni ultraperiferiċi jibagħtu l-iskart lejn il-kontinent tagħhom.

L-eżerċitar tal-ekonomija ċirkolari jipprovdi wkoll opportunitajiet ta’ negozju, u jrawwem l-innovazzjoni u l-ħolqien tax-xogħol. Is-soluzzjonijiet żviluppati mir-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jkunu replikati f’territorji oħrajn li jkunu qegħdin ifittxu użu effiċjenti ta’ riżorsi, inklużi gżejjer. Ċerti reġjuni ultraperiferiċi żviluppaw prattiki u metodi tajbin – bħall-użu tal-bijoskart bħala kompost fil-parks pubbliċi fil-Gżejjer Kanarji, l-użu tal-molekoli tal-banana fil-bijokożmetiċi f’Martinique, l-iżvilupp ta’ sistema riversibbli tal-enerġija rinnovabbli għall-produzzjoni idroelettrika fil-Madeira.

L-Istati Membri u r-reġjuni ultraperiferiċi għandhom janalizzaw il-potenzjal tal-ekonomija ċirkolari biex jiġġeneraw it-tkabbir u l-impjiegi f’dawn ir-reġjuni u jidentifikaw il-proġetti ta’ prijorità – inkluż it-turiżmu sostenibbli. Għandhom itejbu l-ġestjoni xierqa tal-iskart biex iżidu l-ġbir separat tal-iskart, jiżviluppaw il-kompost lokali tal-iskart organiku, jerġgħu jużaw il-prodotti, isewwu u jirriċiklaw u jħeġġu l-prevenzjoni tal-iskart. Għandhom itejbu aktar il-promozzjoni ta’ prattiki ekoloġiċi, inkluża l-biedja organika, u metodi ta’ ġestjoni sostenibbli ta’ riżorsi naturali fl-agrikoltura u fil-forestrija permezz ta’ strumenti tal-Politika Agrikola Komuni.

Il-Kummissjoni se:

-Tipproponi suġġett ta’ proġett taħt il-programm ta’ ħidma LIFE 2018-2020 dwar l-iskart biex jiġu indirizzati l-problemi ta’ ġestjoni tal-iskart li jiltaqgħu magħhom ir-reġjuni ultraperiferiċi; Tappoġġja dawn ir-reġjuni biex isiru postijiet ta’ ttestjar għal proġetti pilota ta’ ekonomija ċirkolari fil-programm LIFE;

-Tqis li tintroduċi dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw il-vjeġġi ta’ skart mir-reġjuni ultraperiferiċi għall-pajjiżi ġirien għal trattament permezz tar-rieżami tar-Regolament dwar Vjeġġi ta’ Skart previst sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Tibdil fil-klima

Ir-reġjuni ultraperiferiċi huma partikolarment vulnerabbli għal firxa ta’ impatti speċifiċi tat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari għaż-żieda fil-livell tal-baħar u avvenimenti estremi tat-temp bħall-uragan Irma li laqat lil Saint Martin 23 . F’sitwazzjonijiet bħal dawn, iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni għal Rispons ta’ Emerġenza tal-Kummissjoni Ewropea jista’ jagħti għajnuna, inkluż permezz tal-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili tal-UE.

Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE 24 , li jipprovdi appoġġ biex jerġgħu jinbnew reġjuni milquta minn diżastri, jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi, u jippermetti li jiġi żburżat finanzjament minn limitu ta’ dannu aktar baxx. Il-Kummissjoni se tivvaluta l-implimentazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE fir-reġjuni ultraperiferiċi fil-kuntest tal-evalwazzjoni usa’ tal-fond, u dan għandu jitlesta sal-2018.

L-Istati Membri u r-reġjuni ultraperiferiċi għandhom jaġġornaw regolarment il-ħtiġijiet, ir-riskji u l-vulnerabbiltajiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi, fosthom miżuri possibbli ta’ adattament, li jridu jiġu indirizzati f’approċċi reġjonali jew nazzjonali għall-adattament għat-tibdil fil-klima u għall-ġestjoni tar-riskju mid-diżastri. Għandhom jappoġġjaw l-eżerċizzji, it-taħriġ u l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-kuntest tal-Mekkaniżmu ta’ Protezzjoni Ċivili tal-UE, inkluż f’oqsma rilevanti għall-prevenzjoni u t-tħejjija u, fejn rilevanti, jassoċjaw lill-ġirien tal-pajjiżi ultraperiferiċi.

Il-Kummissjoni se:

-Issaħħaħ id-dimensjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-istrument tal-UE għall-azzjoni ambjentali u klimatika (LIFE), billi tiġi inkluża t-tħejjija tar-reġjuni ultraperiferiċi għal avvenimenti ta’ temp estrem bħala qasam ta’ politika ġdid għal Adattament għat-Tibdil fil-Klima taħt il-programm ta’ ħidma 2018-2020;

-Tniedi proġett ta’ tħejjija dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima fir-reġjuni ultraperiferiċi fl-2019 f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mar-reġjuni ultraperiferiċi;

-Tintegra l-isfidi speċifiċi ta’ adattament tar-reġjuni ultraperiferiċi fir-rieżami tal-istrateġija ta’ adattament tal-UE tal-2013 25 . 

Enerġija

Ir-reġjuni ultraperiferiċi ta’ spiss jibbenefikaw minn riżorsi ta’ enerġija rinnovabbli aqwa mill-Ewropa kontinentali. Iżda dawn mhux qegħdin jintużaw fil-potenzjal sħiħ tagħhom minħabba ostakli tekniċi, ekonomiċi u leġiżlattivi 26 . Peress li mhumiex konnessi ma’ grilji tal-enerġija fuq il-kontinent, il-parti l-kbira tar-reġjuni ultraperiferiċi għadhom jiddependu fuq żejt għali importat għall-produzzjoni tal-elettriku tagħhom: dan jeħtieġ ukoll sussidju għal xiri ta’ żejt; inkella l-prezzijiet tal-elettriku jkunu għoljin wisq. Meta wieħed iqis li s-sistemi ta’ enerġija tagħhom ta’ spiss ikunu iżolati, hemm potenzjal li r-reġjuni ultraperiferiċi jenfasizzaw ir-rwol tagħhom bħala mexxejja fit-tranżizzjoni għall-enerġija nadifa billi jiġu implimentati soluzzjonijiet ta’ enerġija sostenibbli. Iż-żieda fl-awtosuffiċjenza enerġetika tar-reġjuni ultraperiferiċi se tkun tirrappreżenta benefiċċji ekonomiċi, f’termini ta’ tkabbir, kompetittività u ħolqien tax-xogħol filwaqt li fl-istess ħin tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ politika dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima tal-UE.

Fl-2014 ir-reġjuni ultraperiferiċi waqqfu “netwerk tal-enerġija” sabiex jikkooperaw fuq soluzzjonijiet ta’ enerġija sostenibbli u ħafna minnhom qegħdin jittestjaw u jiżviluppaw opzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli. Iżda jenħtieġu aktar sforzi u investimenti, b’mod partikolari fl-enerġija rinnovabbli tal-baħar (enerġija termali mill-oċean, enerġija mill-mewġ, enerġija mir-riħ barra l-kosta), flimkien ma’ teknoloġiji ta’ ħżin innovattivi, kif ukoll żieda fit-teknoloġiji tal-effiċjenza fl-enerġija u soluzzjonijiet ta’ trasport nadif, li kollha għandhom potenzjal qawwi għar-reġjuni ultraperiferiċi.

Ir-reġjuni ultraperiferiċi huma tabilħaqq l-aħjar kandidati sabiex jittestjaw sistemi ta’ enerġija sostenibbli u jippromwovu komunitajiet lokali li jużaw enerġija rinnovabbli. Iżda jistgħu biss jisfruttaw kompletament dawn l-opportunitajiet jekk l-Istati Membri rispettivi tagħhom jadattaw il-leġiżlazzjoni tagħhom għall-ħtiġijiet tagħhom. B’mod partikolari, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jippermettu lill-Istati Membri jipprovdu skemi ta’ appoġġ għall-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli fir-reġjuni ultraperiferiċi li jikkunsidraw l-ispejjeż reali tal-produzzjoni tal-elettriku minflok il-prezzijiet nazzjonali referenzjarji tal-elettriku.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni u l-iskemi tagħhom jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-enerġija f’dawn ir-reġjuni (pereżempju l-organizzazzjoni ta’ rkantijiet speċifikament għar-reġjuni ultraperiferiċi, skemi ta’ tassazzjoni lokali, l-iżvilupp ta’ grilji elettriċi u ta’ kapaċità ta’ ħażna). Id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tal-bini, li jittrasponu d-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija 27 , jistgħu jkunu adattati sabiex iqisu l-kundizzjonijiet lokali 28 .

Barra minn hekk, ir-reġjuni ultraperiferiċi għandu jkollhom rwol prinċipali dwar tranżizzjoni għall-enerġija nadifa, f’konformità mal-inizjattiva Clean Energy for EU Islands 29 , li tnediet mal-pakkett Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha.

Bl-appoġġ tal-UE, ir-reġjuni ultraperiferiċi qegħdin jinvestu wkoll fit-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija tagħhom. U peress li t-trasport jammonta għal aktar min-nofs tal-konsum tal-enerġija primarja tagħhom, ir-reġjuni ultraperiferiċi qegħdin jibdew jippromwovu l-mobilità bl-elettriku. Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-enerġija, inklużi wħud mill-proposti reċenti 30 , toffrilhom opportunitajiet u inċentivi biex isiru awtosuffiċjenti fl-enerġija. Ir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom jorganizzaw kampanji li jinformaw lill-popolazzjoni u lill-komunitajiet lokali dwar il-vantaġġi tal-investiment fl-enerġija rinnovabbli u effiċjenti.

Il-Kummissjoni se:

-Tintegra l-prattiki tajba żviluppati mir-reġjuni ultraperiferiċi fl-UE u internazzjonalment permezz tal-inizjattiva Clean Energy for EU Islands.

3.Tagħti lok għat-tkabbir u l-ħolqien tax-xogħol

Ir-reġjuni ultraperiferiċi adottaw strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti 31 sabiex jappoġġjaw l-investimenti fir-riċerka u fl-innovazzjoni skont il-programmi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-2014-2020. Dawn l-istrateġiji jidentifikaw assi u setturi promettenti li jistgħu jiġu esplorati, filwaqt li jqisu s-saħħiet u l-limiti ta’ kull reġjun, b’mod partikolari ċ-ċokon tal-kumpaniji tagħhom, in-numru żgħir ta’ riċerkaturi u offerta limitata ta’ servizzi ta’ appoġġ.

Dawn l-istrateġiji jippermettu lir-reġjuni ultraperiferiċi jiffukaw l-investimenti tagħhom fuq prijoritajiet reġjonali ewlenin u setturi b’potenzjal għoli, u jsaħħu l-kollaborazzjoni fost l-universitajiet u ċ-ċentri ta’ riċerka, in-negozji u l-gvernijiet reġjonali. Għandhom jiġu vvalutati b’mod regolari, bl-involviment ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti, sabiex jorjentaw mill-ġdid il-prijoritajiet skont il-progress teknoloġiku u l-emerġenza ta' swieq ġodda.

Riċerka u innovazzjoni

Ir-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll it-trasferimenti tat-teknoloġija huma kruċjali biex jippermettu lir-reġjuni ultraperiferiċi jsiru l-mexxejja f’ħafna setturi promettenti. Ir-reġjuni ultraperiferiċi jospitaw ċentri operazzjonali u ta’ riċerka ta’ livell dinji, bħall-Istitut tal-Astrofiżika fil-Gżejjer Kanarji, iċ-Ċentru Spazjali tal-Guyana, jew jorganizzaw avvenimenti internazzjonali tal-ogħla livell dwar suġġetti bħall-bijodiversità 32 . Huma jesperimentaw b’attivitajiet emerġenti relatati mal-ħajja fl-oċean, l-istudju tal-vulkani, l-enerġija u t-telemediċina.

Ir-reġjuni ultraperiferiċi jinsabu lokalizzati tajjeb biex jibbenefikaw minn opportunitajiet ġodda għal swieq kummerċjali għal attivitajiet spazjali, u għandhom jisfruttaw dawn l-opportunitajiet. Dan jinkludi t-tkabbir fis suq tal-mikrosatelliti li għandu l-għan li jissodisfa ż-żieda fil-ħtiġijiet, partikolarment fl-oqsma tal-vidjow tal-ispazju qrib, tas-sistemi ta’ orbita baxxa jew it-telekomunikazzjonijiet.

F’konformità mal-istrateġija dwar l-ispazju għall-Ewropa li ġiet adottata fl-2016, il-Kummissjoni se tappoġġja d-dħul tagħhom fis-suq li jinkludi attivitajiet ta’ akkumpanjament bħall-aċċess għall-investiment u l-finanzjament ta’ riskju. Tappoġġja wkoll l-aggregazzjoni tad-domanda tal-lanċjaturi Ewropej għall-programmi ta’ Galileo u Copernicus.

Madankollu, il-parteċipazzjoni tal-parti l-kbira tar-reġjuni ultraperiferiċi fil-programmi ta’ riċerka tal-UE għadha mhix biżżejjed u tista’ tiżdied ferm aktar. Sabiex jintlaħaq dan, jenħtieġ li tittieħed azzjoni f’diversi livelli, fosthom permezz ta’ parteċipazzjoni f’kooperazzjoni internazzjonali taħt dawn il-programmi. Bħala l-ewwel pass, se titwaqqaf Azzjoni ddedikata ta’ Koordinazzjoni u Appoġġ, b’baġit ta’ EUR 4 miljun, fil-programm ta’ ħidma 2018-2020 ta’ Orizzont 2020, biex tittejjeb il-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fil-programm ta’ riċerka tal-UE u l-viżibbiltà tal-kapaċitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni tagħhom u l-prijoritajiet tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti billi jiġu valorizzati l-assi tagħhom. Dan għandu jgħin ukoll biex jiġu esplorati l-isfidi speċifiċi tagħhom li r-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jsibu soluzzjonijiet għalihom.

Din l-azzjoni se tippermetti l-immappjar tal-kapaċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-oqsma ta’ riċerka esperta tagħhom u fuq din il-bażi, it-tqabbil ta’ sħab Ewropej u internazzjonali potenzjali li jistgħu jkomplu jsaħħu l-kapaċità tagħhom. Tappoġġjahom ukoll biex jistabbilixxu konsorzji biex iħejju proposti ta’ proġetti. U għandha tispira t-tfassil tal-Programm Qafas tar-Riċerka tal-UE fil-futur li jkompli jtejjeb il-parteċipazzjoni effettiva tagħhom.

Barra minn hekk, biex jimxu ’l quddiem, fir-riċerka u l-innovazzjoni, ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-Istati Membri tagħhom għandhom jivvalutaw il-ħtiġijiet għal investimenti fit-tul ta’ dawn ir-reġjuni. U għandhom jistabbilixxu wkoll punti ta’ kuntatt konnessi mal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali f’kull reġjun ultraperiferiku, sabiex ixerrdu informazzjoni fuq opportunitajiet ta’ riċerka u jorganizzaw kampanji ta’ sensibilizzazzjoni.

Il-Kummissjoni se:

-Tniedi Azzjoni ddedikata ta’ Koordinazzjoni u Appoġġ (EUR 4 miljun) fil-programm ta’ ħidma tal-2018-2020 ta’ Orizzont 2020 sabiex jittejbu l-kapaċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi biex jipparteċipaw fil-Programm Qafas ta’ Riċerka tal-UE;

-Tagħti attenzjoni partikolari lill-assi u lill-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi meta jitfasslu l-Programmi Qafas ta’ Riċerka tal-UE fil-futur.

Impjiegi, edukazzjoni u taħriġ

Ir-reġjuni ultraperiferiċi huma fost ir-reġjuni tal-UE bl-ogħla rati ta’ qgħad, u b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ 33 . Il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tappoġġja lil nies mir-reġjuni ultraperiferiċi biex tadatta l-ħiliet tagħhom għal sistemi u teknoloġiji ġodda ta’ produzzjoni, b’mod partikolari għad-diġitizzazzjoni tal-ekonomija, permezz tal-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, kif ukoll permezz tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ.

F'Réunion pereżempju, l-E2C (“l-Iskola tat-Tieni Opportunità”) tiżviluppa l-ħiliet personali, l-awtonomija u l-kunfidenza ta’ persuni żvantaġġati abbażi ta’ sħubija ma’ kumpaniji. Programm fil-Guyana Franċiża li kellu l-istess objettivi kien jinvolvi żgħażagħ f’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni għal sena għall-proġett Ariane fiċ-Ċentru Spazjali Ewropew.

Iżda għandhom jiżdiedu l-isforzi b’mod ċar sabiex jipprovdu lill-istudenti u lill-ħaddiema tagħhom bil-kwalifiki adegwati f’setturi importanti bħall-ekonomija blu, ekoloġika jew diġitali sabiex ikunu jistgħu jsibu impjiegi fir-reġjun tagħhom jew barra minnu. Mobilità akbar għall-istudenti, l-għalliema u dawk li jħarrġu l-aktar taħt il-programm Erasmus+ tkun ta’ benefiċċju akbar għar-reġjuni ultraperiferiċi. Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jipprovdi aktar opportunitajiet biex iż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom f’komunitajiet u jappoġġjawhom, filwaqt li jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom u jiksbu esperjenza umana u professjonali prezzjuża.

Fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, il-Kummissjoni se tkompli tippromwovi l-opportunitajiet eżistenti għall-mobilità u l-bini ta’ kapaċità permezz ta’ kampanji mmirati ta’ sensibilizzazzjoni organizzati f’kooperazzjoni mill-qrib mal-aġenziji nazzjonali. Diġà żiedet b’mod sinifikanti l-appoġġ finanzjarju għall-parteċipanti li jsiefru mir-reġjuni ultraperiferiċi u lejhom sa mit-tnedija ta’ Erasmus+ u se tkompli taġġusta dan l-appoġġ mis-sejħiet għall-2018. Barra minn hekk, ir-regoli speċifiċi ta’ finanzjament għar-reġjuni ultraperiferiċi taħt il-programm Erasmus+ se japplikaw għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Dan se jipprovdi żieda fl-appoġġ għall-ispejjeż għall-ivvjaġġar għall-parteċipanti li jkunu ġejjin jew sejrin mir-reġjuni ultraperiferiċi. Il-Kummissjoni se tesplora wkoll il-possibbiltajiet li testendi l-kooperazzjoni reġjonali ta’ Erasmus+ fl-oqsma rilevanti biex tkompli tistimula l-mobilità bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi terzi ġirien.

L-Istati Membri u r-reġjuni ultraperiferiċi għandhom iqisu li jsaħħu jew iwaqqfu skemi, possibbilment simili għall-“Programm Internazzjonali ta’ Internship” Franċiż, li jippermettu lin-negozji jagħtu kompiti barra l-pajjiż lil kandidati żgħażagħ.

Il-Kummissjoni se:

-Tintensifika l-isforzi biex tippromwovi Erasmus+, inkluż Erasmus Pro mfassal biex jippromwovi l-mobilità għall-apprendisti fir-reġjuni ultraperiferiċi; iżżid l-użu tal-possibbiltajiet eżistenti u tħeġġeġ lir-reġjuni ultraperiferiċi biex jisfruttaw aħjar dawn l-iskemi ta’ mobilità, biex isaħħu l-iskambji ta’ tagħlim bejn dawn ir-reġjuni u l-pajjiżi terzi – u b’hekk tkopri l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali;

-Tippromwovi l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għaż-żgħażagħ fir-reġjuni ultraperiferiċi u tiffaċilita l-mobilità tagħhom biex tagħtihom opportunitajiet biex jappoġġjaw lil dawk li jeħtieġu l-appoġġ kif ukoll tiffaċilita l-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol;

-Tintensifika l-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi biex jittejjeb l-użu tar-riżorsi disponibbli mill-Fond Soċjali Ewropew u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ biex jitrawmu l-impjegabbiltà u l-ħiliet, partikolarment taż-żgħażagħ, fosthom billi jissaħħaħ l-appoġġ għal miżuri ta’ suċċess bħas-Service Militaire Adapté fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi.

Kompetittività, intraprenditorija u Suq uniku

Ir-reġjuni ultraperiferiċi, li għandhom swieq żgħar, jiddependu ħafna fuq l-iskambji mal-Ewropa u jħabbtu wiċċhom ma’ kompetizzjoni kbira mill-ġirien tagħhom. Madankollu, f’ħafna setturi bħall-enerġija, il-bijoteknoloġija, it-teknoloġija tal-informatika u s-servizzi, l-għarfien u l-kapaċità tagħhom għandhom jippermettulhom jikkompetu fis-swieq reġjonali tagħhom.

Jeħtieġ li r-reġjuni ultraperiferiċi jtejbu aktar il-kapaċità tan-negozji tagħhom li joperaw fis-suq uniku u f’livell internazzjonali, sabiex jiksbu l-benefiċċji tal-globalizzazzjoni u jisfruttaw l-opportunitajiet kummerċjali fiż-żoni ġeografiċi tagħhom.

Il-Kummissjoni se:

-Tqis il-ħtiġijiet speċjali tal-impriżi tar-reġjuni ultraperiferiċi fi skemi ġodda li jappoġġjaw lill-SMEs (il-programm attwali “COSME”) biex tittejjeb il-kompetittività tagħhom fis-swieq internazzjonali;

-Tippromwovi l-parteċipazzjoni tal-imprendituri mir-reġjuni ultraperiferiċi u tivvaluta l-impatt ta’ estensjoni possibbli tal-programm “Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ” għall-pajjiżi ġirien fuq il-bażi tal-proġett pilota li jippermetti skambji bejn imprendituri mill-UE u pajjiżi terzi.

Aċċessibbiltà diġitali

Il-konnessjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi mal-Ewropa kontinentali, mal-ġirien tagħhom u mal-bqija tad-dinja permezz ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi xierqa u affidabbli u l-iżgurar li ċ-ċittadini u n-negozji tagħhom jistgħu jibbenefikaw minn servizzi diġitali huma essenzjali għall-iżvilupp ulterjuri tagħhom.

Fis-snin li għaddew, dawn ir-reġjuni naqqsu b’mod konsiderevoli d-distakk diġitali mill-konnettività u l-użu ta’ servizzi tal-internet għad-diġitizzazzjoni tan-negozji u s-servizzi pubbliċi – għalkemm id-distakk għadu kbir fiż-żoni rurali. Ġew stabbiliti programmi nazzjonali u reġjonali ambizzjużi b’appoġġ għat-tnedija tal-infrastruttura kif ukoll għall-iżvilupp ta’ servizzi diġitali. Il-popolazzjoni laqgħet bi ħġarha s-servizzi diġitali ġodda bħat-telefonija mobbli.

Madankollu, għad fadal ostakli bħad-dipendenza fuq kejbils taħt il-baħar, l-ispejjeż żejda tat-tnedija ta’ infrastruttura diġitali, id-daqs limitat ta’ swieq lokali u proġetti li jista’ jagħmel l-investiment privat u l-aċċess għal finanzjament aktar diffiċli, iċ-ċokon tal-impriżi li jfixkel l-aġġornament diġitali tagħhom jew id-diffikultà li jżommu u jiġbdu ħiliet diġitali.

L-inizjattivi tal-Kummissjoni li għaddejjin fil-qasam tal-informazzjoni, tal-komunikazzjoni u tat-teknoloġija għandhom jgħinu lir-reġjuni ultraperiferiċi jindirizzaw dawn l-ostakli. It-tnedija tal-broadband se tkompli tiġi appoġġjata b’miżuri ġodda proposti fil-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi 34 biex jitrawmu l-investimenti kompetittivi f’netwerks ta’ kapaċità għolja. Fuq it-talba tal-Istati Membri rilevanti, il-Kummissjoni se tkompli tivvaluta t-tfassil ta’ miżuri ta’ għajnuna mill-Istat lokali jew nazzjonali għat-tnedija tal-broadband li tikkollega żoni ta’ falliment tas-suq, billi tapplika l-Linji gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Broadband. Il-Fond tal-Broadband Nikkollegaw l-Ewropa, appoġġjat mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, jista’ jgħin ukoll biex jiffinanzja proġetti iżgħar u aktar riskjużi biex jiġi attirat l-investiment fis-suq.

Barra minn hekk, in-netwerk ta’ uffiċċji ta’ kompetenza fil-Broadband tal-UE li l-Kummissjoni nediet fil-bidu tal-2017 għandu jtejjeb il-qsim tal-esperjenzi mill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, inkluż dwar is-sorsi ta’ finanzjament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn l-uffiċċji jitwaqqfu, biex jassistu lir-reġjuni ultraperiferiċi fit-tnedija tal-broadband. L-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali rilevanti għandhom ikomplu jimmonitorjaw is-sitwazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-analiżijiet tas-swieq tagħhom, sabiex isibu restrizzjonijiet ta’ kompetizzjoni li jiġġustifikaw miżuri regolatorji speċifiċi.

Peress li 90 % tal-impjiegi attwalment jeħtieġu tal-anqas livell bażiku ta’ ħiliet diġitali, ta’ taħriġ u ta’ tiġdid tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol, b’mod partikolari taż-żgħażagħ, huwa kruċjali li wieħed jieħu vantaġġ mit-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u tas-soċjetà. Ir-reġjuni ultraperiferiċi huma mħeġġa jibnu fuq il-prattiki tajba identifikati mill-Koalizzjoni għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali 35 u jingħaqdu f’“koalizzjoni nazzjonali”.

Il-Kummissjoni se:

-Tħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki u ta’ informazzjoni dwar it-tnedija tal-broadband permezz tan-netwerk ta’ uffiċċji ta’ kompetenza fil-Broadband tal-UE.

Trasport

Mobilità tat-trasport imtejba hija essenzjali għat-tnaqqis tad-“distakk ta’ aċċessibbiltà” tar-reġjuni ultraperiferiċi kkawżat mid-distanza tagħhom mill-Ewropa kontinentali, l-insularità (f’ħafna mill-każijiet) u t-topografija diffiċli. Konnessjonijiet regolari u affidabbli mal-Ewropa u fil-baċin jistgħu jistimulaw it-tkabbir u l-ħolqien tax-xogħol billi jattiraw in-negozju, it-turisti u l-operaturi tas-servizzi u jiffaċilitaw il-kummerċ. Itejbu wkoll il-kwalità tal-prospetti ekonomiċi u tal-ħajja għar-residenti billi jingħata aċċess għal edukazzjoni għolja u taħriġ professjonali, u għal servizzi tas-saħħa u għal suq tax-xogħol usa’ 36 .

Il-politiki tal-UE, b’mod partikolari l-politika ta’ koeżjoni, għenu jnaqqsu d-distakk tal-aċċessibbiltà u l-ispejjeż tiegħu għar-reġjuni ultraperiferiċi u għall-abitanti tagħhom. L-investimenti tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Fond ta’ Koeżjoni 37 kienu essenzjali biex jiġu aġġornati l-infrastruttura u l-faċilitajiet tat-trasport. Barra minn hekk, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa qed tappoġġja proġetti relatati, fost l-oħrajn, mal-programm Awtostradi tal-Baħar u mat-tbaħħir ekoloġiku.

Il-politika tal-kompetizzjoni - inklużi d-dispożizzjonijiet tal-għajnuna mill-Istat u r-regoli dwar l-obbligi ta’ servizz pubbliku - ukoll għandha rwol importanti. Bħala riżultat tar-reviżjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, ir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom il-possibbiltà li jiffinanzjaw u jimplimentaw direttament il-proġetti tal-portijiet u tal-ajruporti li jissodisfaw ċerti kriterji (proġetti li ma jissodisfawx dawn il-kriterji biss ikomplu jirrikjedu approvazzjoni preċedenti mill-Kummissjoni).

Għal dawn ir-reġjuni huwa essenzjali li jiġi xprunat it-trasport marittimu u bl-ajru kif ukoll trasport ieħor bil-baħar, billi huwa l-katina primarja tar-reġjuni ultraperiferiċi mal-Ewropa u mal-pajjiżi ġirien fil-baċin tagħhom. Il-prossimità għal linji marittimi importanti, bħall-Kanal ta’ Panama jew ir-rotot transatlantiċi, toffri ħafna opportunitajiet ta’ attivitajiet ta’ tbaħħir u ta’ trasbord lir-reġjuni ultraperiferiċi. Ir-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jsiru ċentri marittimi fil-baċin tagħhom u jservu, pereżempju, bħala stazzjonijiet ta’ riforniment ta’ enerġija tul il-linji marittimi (inkluż il-gass naturali likwifikat).

Il-Kummissjoni se tara kif il-politika tan-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T), inkluż il-Programm Awtostradi tal-Baħar, tista’ tissodisfa aħjar il-ħtiġijiet tar-reġjuni ultraperiferiċi u tqis il-pożizzjoni ġeografika tagħhom. Ir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom jintegraw il-perspettiva tal-UE u dik reġjonali meta jiżviluppaw proġetti ta’ konnettività.

Rigward it-trasport bl-ajru, it-titjiriet bejn iż-Żona Ekonomika Ewropea u r-reġjuni ultraperiferiċi attwalment huma esklużi mill-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-UE, bħalma huma t-titjiriet kollha ma’ pajjiżi terzi. Din id-deroga skadiet fl-1 ta’ Jannar 2017 iżda l-Kummissjoni ppreżentat proposta leġiżlattiva 38 biex iżżommha sakemm jintemmu n-negozjati internazzjonali 39 dwar ir-regoli ta’ implimentazzjoni għall-miżura bbażata fuq is-Suq Globali.

Rigward it-trasport lokali, ir-reġjuni ultraperiferiċi jbatu minn konġestjoni tat-traffiku fiċ-ċentri urbani jew fil-faxex kostali u aċċess diffiċli għal żona rurali interni. Qed jiġu żviluppati proġetti biex jagħmlu t-trasport aktar sostenibbli u nadif u dawn jistgħu jservu ta’ prattika tajba għal reġjuni oħrajn tal-UE u għall-pajjiżi ġirien. Ir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom ikomplu jittestjaw u jiżviluppaw soluzzjonijiet ta’ mobilità sostenibbli fil-livell lokali.

Il-Kummissjoni se:

-Tniedi studju dwar il-ħtiġijiet ta’ konnettività tar-reġjuni ultraperiferiċi, inklużi l-ħtiġijiet għall-appoġġ mill-finanzjament mill-UE (mis-CEF, FEŻR u strumenti oħra), għal assistenza teknika (tħejjija tal-proġetti u strutturar finanzjarju) u għal riformi u titjib regolatorji;

-Tqis aħjar il-ħtiġijiet tar-reġjuni ultraperiferiċi u tiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom għall-Programm tan-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u programmi futuri tal-UE għat-trasport; tippermetti investimenti tal-UE fil-portijiet u fl-ajruporti fir-reġjuni ultraperiferiċi, f’każijiet debitament ġustifikati.

4.Żieda tal-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi mal-viċinat u lil hinn minnu

Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali u l-approfondiment tar-rabtiet tar-reġjuni ultraperiferiċi mal-pajjiżi ġirien u mal-organizzazzjonijiet reġjonali kienu pilastru ewlieni tal-istrateġija tal-UE għar-reġjuni ultraperiferiċi sa mill-2004. Il-Kummissjoni ppromwoviet din il-kooperazzjoni permezz ta’ djalogu politiku, programmi ta’ kooperazzjoni territorjali u l-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika.

Ir-Regolamenti dwar il-FEŻR u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), il-Ftehim ta’ Cotonou — li jirregola r-relazzjoni bejn l-UE u l-Istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) — u d-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija dwar ir-relazzjoni tal-UE mal-Pajjiżi u t-Territorji barra mill-UE diġà jiffaċilitaw kooperazzjoni bħal din. Madankollu, din għandha tiżdied f’oqsma fejn hemm benefiċċju għall-partijiet kollha. Għandhom jissoktaw l-ipprogrammar u l-ippjanar konġunti ta’ proġetti, billi jintuża kull strument ta’ kooperazzjoni rilevanti.

Taħt ir-regolamenti attwali, f’dawn l-aħħar snin ġew implimentati proġetti ta’ kooperazzjoni li jinvolvu lir-reġjuni ultraperiferiċi u sħab reġjonali oħrajn fil-baċin tal-Karibew, fl-Oċean Indjan u fl-Afrika tal-Punent. B’mod partikolari, il-proġett pilota li twettaq fil-Karibew bil-finanzjament tal-FEŻ u tal-FEŻR 40 huwa pass ’il quddiem lejn aktar sinerġija fl-użu taż-żewġ strumenti.

Barra minn hekk, id-diżastru reċenti kkawżat mill-uragan IRMA f’Saint Martin – Sint Maarten jirrikjedi li l-UE tagħmel sforzi ta’ rikostruzzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha u tikkoordina l-appoġġ tagħha biex tiffaċilita l-kooperazzjoni u proġetti konġunti għall-benefiċċji tal-abitanti kollha tal-gżira.

Abbażi tal-tagħlimiet meħuda, il-Kummissjoni se tirrifletti fuq mezzi ġodda sabiex tiffaċilita u ssaħħaħ l-inizjattivi ta’ kooperazzjoni fuq il-bażi tal-ħtiġijiet u l-assi tar-reġjuni kkonċernati. U se taħdem ukoll mill-qrib ma’ delegazzjonijiet rilevanti tal-UE sabiex tiffaċilita skambji u proġetti konġunti bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi, il-pajjiżi u t-territorji ġirien tagħhom, u l-organizzazzjonijiet reġjonali.

Sfidi globali dejjem jikbru u interdipendenza akbar jeħtieġu li r-reġjuni ultraperiferiċi jsaħħu u jwessgħu l-kooperazzjoni lil hinn mill-viċinat tagħhom, billi jilħqu lil pajjiżi terzi oħrajn u msieħba internazzjonali. Minħabba l-pożizzjoni ġeostrateġika tagħhom, dawn ir-reġjuni jista’ jkollhom rwol importanti fil-fora internazzjonali dwar kwistjonijiet globali bħall-governanza internazzjonali tal-oċeani. Il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri tagħhom biex tesplora azzjonijiet konkreti biex tmexxi l-aġendi relatati fiż-żoni ġeografiċi rispettivi tar-reġjuni ultraperiferiċi.

Sħubija mal-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali li għandhom kompetenzi u speċjalizzazzjonijiet se trawwem ukoll opportunitajiet ta’ żvilupp fis-setturi promettenti u tħaffef l-iżvilupp tal-azzjonijiet konġunti f’oqsma ta’ interess komuni. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni f’inizjattivi, bħall-“Inizjattiva tal-Gżejjer Intelliġenti 41 , se tippermetti li r-reġjuni ultraperiferiċi jeżibixxu t-territorji tagħhom bħala bankijiet ta’ prova għal soluzzjonijiet ġodda.

Il-Kummissjoni se:

-Tikkunsidra li fil-mira tal-investiment l-ġodda tal-UE tqiegħed proġetti ta’ prijorità u fuq skala akbar fil-baċini ġeografiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi;

-Tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-ġirien tagħhom permezz ta’ allinjament aktar mill-qrib tar-regoli tal-istrumenti ta’ finanzjament rilevanti u stabbiliment possibbli ta’ programmi konġunti;

Migrazzjoni

Il-pressjoni migratorja li jiffaċċjaw uħud mir-reġjuni ultraperiferiċi mill-pajjiżi ġirien, flimkien ma’ rata ta’ tkabbir għolja tal-popolazzjoni, speċjalment fil-Guyana Franċiża u f’Mayotte, joħolqu problemi ekonomiċi u soċjali, kif intwera mit-tensjonijiet reċenti fil-Guyana Franċiża. Għandu jingħata appoġġ lil dawn ir-reġjuni sabiex jimmaniġġjaw il-migrazzjoni b'mod sostenibbli. Is-sitwazzjoni hija differenti f'reġjuni ultraperiferiċi oħrajn fejn ikun importanti li tiġi ffaċilitata l-mobilità ta' persuni, studenti u ħaddiema minn pajjiżi ġirien, sabiex jinħolqu opportunitajiet ġodda ta' xogħol u ta' tkabbir u titrawwem l-integrazzjoni reġjonali tar-reġjuni ultraperiferiċi.

Il-Kummissjoni se:

-Tqis it-tħassib tar-reġjuni ultraperiferiċi meta jiġu nnegozjati jew implimentati ftehimiet internazzjonali u sħubiji ta’ mobilità ma’ dawn ir-reġjuni u mal-pajjiżi ġirien.

5.Konklużjoni

L-abilitazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi biex isiru aktar reżiljenti, jilħqu l-potenzjal ta’ żvilupp tagħhom, jiksbu l-benefiċċji kollha tas-sħubija fl-UE u jġestixxu l-globalizzazzjoni teħtieġ prijoritizzazzjoni u rieda politika, kif ukoll sforzi kontinwi sabiex jużaw aħjar l-assi tagħhom u jsibu sorsi ġodda ta’ tkabbir.

Din il-Komunikazzjoni tistabbilixxi approċċ ġdid għal sħubija soda. Dan huwa bbażat fuq approċċ preventiv — li taħtu l-interessi u t-tħassib tar-reġjuni ultraperiferiċi se jkunu soġġetti għal skrutinju bir-reqqa — appoġġjat bi pjattaforma li tippermetti li dawn flimkien mal-partijiet ikkonċernati jiskambjaw opinjonijiet fl-istadji kollha ta’ tfassil ta’ politika u implimentazzjoni.

Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mar-reġjuni ultraperiferiċi u mal-Istati Membri rispettivi tagħhom biex tiżgura li l-azzjonijiet konkreti li pproponiet jiġu implimentati. Hija se taġixxi b’mod proattiv, billi tiżgura b’mod upstream li l-inizjattivi tagħha jikkunsidraw l-impatti fuq ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-opportunitajiet għalihom. Hija se tipproponi wkoll, fejn ikun xieraq, miżuri apposta li jieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi tagħhom.

It-trawwim tal-iżvilupp tar-reġjuni ultraperiferiċi jeħtieġ ukoll investimenti sodi u sjieda mill-Istati Membri rilevanti u mir-reġjuni ultraperiferiċi nfushom. Il-Kummissjoni hija impenjata li ssaħħaħ is-sħubija li ilha teżisti mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-Istati Membri tagħhom, sabiex l-artijiet tal-UE madwar id-dinja jkunu jistgħu jitkattru.

(1)

     Ir-reġjuni ultraperiferiċi huma kollha gżejjer minbarra l-Guyana Franċiża.

(2)

     Programme d'Options Spécifiques à l'Éloignement et Insularité (POSEI) - Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).

(3)

     Ir-Reġjuni Ultraperiferiċi jibbenefikaw minn allokazzjoni addizzjonali speċifika taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u skema ta’ kumpens taħt il-Fond għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS).

(4)

     B’konformità mal-Artikolu 107(3)(a) TFUE. Ir-riforma dwar l-għajnuna mill-Istat tal-2014 kif ukoll ir-riforma reċenti tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa jqisu s-sitwazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi. Regoli eċċezzjonali għal dawn ir-reġjuni issa se japplikaw fir-rigward ta’ għajnuniet għall-operat u għall-investiment fis-setturi kollha, apparti skemi ta’ għajnuna oħrajn speċifiċi.

(5)

     L-agrikoltura u s-sajd jikkontribwixxu aktar mid-doppju għall-ekonomija tar-reġjuni ultraperiferiċi meta mqabbla mal-medja tal-UE: 3,8 % tal-valur miżjud tat-tkabbir ta’ dawn ir-reġjuni meta mqabbel ma’ 1,6 % fil-livell tal-UE.

(6)

     COM(2012) 287 final, 20.6.2012.

(7)

     Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2017, (2013/2178(INI), Relatur: Younous Omarjee; ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ April 2017, (2016/2016(INI), Relatur: Ulrike Rodust.

(8)

     Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja C-132/14, 15 ta’ Diċembru 2015.

(9)

      https://ec.europa.eu/info/better-regulation-guidelines-and-toolbox_mt

(10)

     F’konformità mal-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijoekonomija - COM(2012) 60, 13.2.2012.

(11)

     Ir-reġjuni ultraperiferiċi għandhom primarjament bastimenti tas-sajd fuq skala żgħira. Flotot tas-sajd industrijali u ta’ distanza twila huma wkoll ibbażati f’dawn ir-reġjuni, u jipprovdu materja prima lill-industriji importanti tal-ipproċessar tal-ħut.

(12)

     COGEA et al., Realising the potential of the Outermost Regions for sustainable blue growth, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2017.

(13)

     F’konformità mal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(14)

      Abbażi, fost l-oħrajn, tal-konklużjonijiet tar-rapport tal-2017 GOCEA et al., ara n-nota 12 ta’ qiegħ il-paġna.

(15)

     Għal kull pajjiż tal-UE hemm stabbilit limitu massimu għall-kapaċità tal-flotot tas-sajd. Fil-każ tar-reġjuni ultraperiferiċi, sistema dettaljata dwar il-kapaċità tal-flotot hija stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Bastimenti ġodda tas-sajd jistgħu jidħlu fil-flotta biss wara li tkun tneħħiet l-istess kapaċità ta’ flotta.

(16)

     Il-Politika Agrikola Komuni talloka EUR 6,1 biljun lir-reġjuni ultraperiferiċi bejn l-2014 u l-2020.

(17)

     Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1084 tal-14 ta’ Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 f'dak li għandu x’jaqsam ma’ għajnuna għal infrastruttura tal-port u tal-ajruport, livelli limitu ta’ notifika għal għajnuna għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju u għajnuna għall-infrastrutturi għall-isport u għar-rikreazzjoni multifunzjonali, u l-iskemi ta’ għajnuna operatorja reġjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 702/2014 f’dak li jirrigwarda l-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli (ĠU L 156, 20.6.2017, p. 1).

(18)

     Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(19)

     Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 56).

(20)

     Ara n-nota 2 ta’ qiegħ il-paġna.

(21)

     Skema Volontarja għas-servizzi tal-Bijodiversità u tal-Ekosistema fit-Territorji extra-Ewropej tal-UE    
http://ec.europa.eu/best  

(22)

     Dawn huma attwalment iffinanzjati mill-inizjattiva BEST.

(23)

     L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent: "Climate change, impacts and vulnerability in Europe 2016":      https://www.eea.europa.eu/publications/climate-change-impacts-and-vulnerability-2016

(24)

     Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3).

(25)

     Strateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2013:0216:FIN:MT:PDF  

(26)

     Ara r-rapport tal-esperti tal-2017 dwar l-enerġija tar-reġjuni ultraperiferiċi:

http://ec.europa.eu/regional_policy/en/information/publications/reports/2017/expert-group-report-on-energy-for-the-eu-outermost-regions

(27)

     Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU 153, 18.6.2010, p. 13).

(28)

     F’konformità mal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva.

(29)

     Dikjarazzjoni Politika tat-18 ta’ Mejju 2017 iffirmata mill-Kummissjoni u minn 14-il Stat Membru tal-UE (il-Kroazja, Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, Malta, il-Portugall, Spanja u l-Iżvezja).

(30)

      https://ec.europa.eu/energy/en/news/commission-proposes-new-rules-consumer-centred-clean-energy-transition

(31)

     Ara l-Komunikazzjoni “Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli”, COM(2017) 376 final, 18.7.2017.

(32)

     Konferenzi internazzjonali dwar il-bijodiversità, il-Gżira ta’ Réunion (2008), Guadeloupe (2014) -    
http://www.guadeloupe.developpement-durable.gouv.fr/IMG/pdf/communique_conference_bio.pdf

(33)

     Bejn 17 u 27 % f’Martinique, il-Guyana Franċiża, Guadeloupe, Réunion, il-Gżejjer Kanarji u Mayotte. Aktar minn 40 % tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fir-reġjuni ultraperiferiċi kollha, aktar minn 50 % fil-Gżejjer Kanarji u Mayotte (Eurostat 2016) u fil-Madeira (Eurostat 2014).

(34)

      http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=comnat:COM_2016_0590_FIN

(35)

      https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/digital-skills-jobs-coalition

(36)

     Report of the expert group on transport accessibility for the outermost regions

http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/policy/themes/outermost-regions/pdf/transport_report_en.pdf

(37)

      http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=comnat:COM_2016_0590_FIN

(38)

     Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jitkomplew il-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta’ applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u ssir il-preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021– COM(2017) 54 final, 3.2.2017.

(39)

     Għaddejjin in-negozjati fl-Organizzazzjoni internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili dwar ir-regoli ta' implimentazzjoni għal miżura bbażata fuq is-Suq Globali u l-operazzjonalizzazzjoni konkreta tagħha.

(40)

   Taħt il-perjodu ta’ programmar tal-2014-2020, taħt Convention de délégation (Ftehim ta' delega) bejn il-Kunsill Reġjonali ta’ Guadeloupe u d-Delegazzjoni tal-UE għall-Guyana, il-Kunsill Reġjonali se jamministra parti mill-fondi tal-FEŻ mill-programm reġjonali tal-Karibew-AKP, sabiex jidentifika u jiffinanzja proġetti komuni bejn il-FEŻ u l-FEŻR.

(41)

      http://www.smartislandsinitiative.eu/en/index.php


Strasburgu, 24.10.2017

COM(2017) 623 final

ANNESS

Lista komprensiva ta’ azzjonijiet

tal-

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI U LILL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT

Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE

{SWD(2017) 349 final}


Lista komprensiva ta’ azzjonijiet

Dan l-Anness jistabbilixxi lista komprensiva ta’ azzjonijiet, inklużi dawk ewlenin li jissemmew fit-test tal-Komunikazzjoni, li għandhom jittieħdu fuq livelli differenti: il-Kummissjoni, l-Istati Membri u r-reġjuni ultraperiferiċi.

Governanza

Il-Kummissjoni:

-Tiżgura li t-tħassib u l-interessi tar-reġjuni ultraperiferiċi jkunu soġġetti għal skrutinju bir-reqqa u jitqiesu kif dovut fil-valutazzjonijiet tal-impatt u fl-evalwazzjoni tal-politiki;

-Twaqqaf inizjattiva apposta flimkien mal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, inkluż permezz ta’ appoġġ ta’ konsulenza miċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti għar-reġjuni ultraperiferiċi, sabiex jittejjeb l-aċċess tagħhom għall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi;

-Twaqqaf pjattaforma ad hoc biex jiġu skambjati opinjonijiet dwar l-interessi u t-tħassib tar-reġjuni ultraperiferiċi, li ġġib flimkien lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet nazzjonali u dawk tar-reġjuni ultraperiferiċi, kif ukoll lil atturi oħra rilevanti;

-Tniedi task forces iddedikati, fuq talba mir-reġjuni ultraperiferiċi, biex jirrieżaminaw l-effiċjenza tal-politiki rilevanti tal-UE fuq il-post u jidentifikaw l-opportunitajiet tat-tkabbir. It-task forces iġibu flimkien lir-rappreżentanti ta’ dawn ir-reġjuni, lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-Kummissjoni;

-Twettaq studju li janalizza sa liema punt l-allokazzjoni addizzjonali speċifika tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi hija biżżejjed fir-rigward tal-ħtiġijiet u l-kopertura; tivvaluta jekk allokazzjoni speċifika bħal din tafx tkun ġustifikata wkoll għall-Fond Soċjali Ewropew;

-Taħdem mill-qrib mal-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika biex titjieb l-istatistika li tirreferi għar-reġjuni ultraperiferiċi, sabiex jingħata lok għal valutazzjoni aktar irfinata tal-ħtiġijiet tagħhom.

L-Istati Membri, ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-partijiet ikkonċernati tagħhom:

-Jisfruttaw kompletament il-proċeduri ta’ governanza miftuħa tal-Kummissjoni, inklużi mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni pubblika u ta’ feedback fi stadji varji taċ-ċiklu tal-politika.

Ekonomija blu

Il-Kummissjoni:

-Tqis miżuri speċifiċi u arranġamenti ta’ ġestjoni (inkluża skema ta’ kumpens) għar-reġjuni ultraperiferiċi taħt il-programmi l-ġodda tal-UE biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp sostenibbli tas-sajd u ta’ setturi oħra tal-ekonomija blu 1 ;

-Tipproponi li jkun stabbilit forum għad-djalogu u skambju ta’ esperjenza dwar is-sajd u l-affarijiet marittimi mar-reġjuni ultraperiferiċi, mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati varji mis-setturi rilevanti;

-Rigward il-kapaċità tal-flotot, tevalwa l-iskema attwali ta’ “dħul/ħruġ” 2 sa tmiem l-2018, fid-dawl tar-relazzjoni li qed tevolvi bejn il-kapaċitajiet tal-flotot u l-opportunitajiet tas-sajd f’dawn ir-reġjuni; tipproponi emendi għall-iskema, kif xieraq;

-Tqis li tippermetti għajnuna mill-Istat biex jinbnew bastimenti ġodda fir-reġjuni ultraperiferiċi billi temenda l-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-sajd abbażi ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet iġġustifikati u soġġetta għal kundizzjonijiet li jiżguraw sajd sostenibbli. Fl-2018 hemm ippjanata evalwazzjoni tar-regolament de minimis speċifiku fis-settur tas-sajd, li japplika wkoll għar-reġjuni ultraperiferiċi;

-Tqis il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi meta jitnedew sejħiet għal proġetti taħt il-Fond għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd. L-ewwel passi jkunu li jiġu vvalutati l-istat tal-għarfien xjentifiku dwar is-sajd u l-miżuri ta’ ġestjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi, u li jingħata appoġġ tekniku mmirat lill-awtoritajiet pubbliċi li jaħdmu fuq l-iżvilupp tal-ippjanar spazjali marittimu 3 ;

-Tikkoopera mal-Istati Membri sabiex ir-reġjuni ultraperiferiċi jiġu involuti aħjar fin-negozjati mal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd u rigward ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli ma’ pajjiżi terzi; tivvaluta l-impatti tagħhom fuq ir-reġjuni u, fuq din il-bażi, tieħu l-miżuri xierqa.

L-Istati Membri:

-Jintensifikaw il-ġbir tad-dejta xjentifika dwar is-sajd u l-appoġġ għar-riċerka dwar is-sajd u dwar il-baħar;

-Jadottaw miżuri għall-ġestjoni tas-sajd f’konformità mal-Politika Komuni tas-Sajd, abbażi ta’ approċċ minn isfel għal fuq, sabiex jitħeġġu l-organizzazzjoni u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati;

-Jesploraw, fejn ikun fattibbli, il-possibbiltà li jirrestrinġu s-sajd f’żona ta’ 100 mil għall-bastimenti rreġistrati fir-reġjuni ultraperiferiċi 4 ;

-Iżidu l-benefiċċji tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd u tal-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli għall-flotot fuq skala żgħira tar-reġjuni ultraperiferiċi billi jtejbulhom l-aċċess għall-stokkijiet tal-ħut li jpassu ħafna;

-Isaħħu l-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, japplikaw sanzjonijiet effettivi u li jnaffru lit-trasgressuri u jtejbu l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien tar-reġjuni ultraperiferiċi. B’mod parallel, il-Kummissjoni se tpoġġi din il-kwistjoni fuq l-aġenda tal-ftehimiet bilaterali u reġjonali rilevanti ekonomiċi u ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.

Ir-reġjuni ultraperiferiċi:

-Jistabbilixxu strateġiji tal-ekonomija blu biex itejbu l-katini ta’ valur tat-tkabbir blu sostenibbli u jtejbu s-sinerġiji bejn l-investimenti u l-politiki pubbliċi. Bħala l-ewwel pass, ir-reġjuni ultraperiferiċi se jkollhom itejbu l-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta dwar is-setturi tal-ekonomija blu, dwar ir-riżorsi tal-baħar u dwar is-servizzi tal-ekosistema tal-baħar, f’kooperazzjoni ma’ istituti nazzjonali kompetenti;

-Jiffaċilitaw l-aċċess għal finanzjament għall-operaturi fuq skala żgħira billi jippromwovu aktar użu ta’ mikrokrediti u strumenti finanzjarji (bħal self u fondi ta’ garanzija).

Żvilupp agrikolu u rurali

Il-Kummissjoni:

-Tara li jkun hemm kontinwazzjoni tar-Regolament POSEI 5 , mingħajr preġudizzju għan-negozjati previsti għall-qafas finanzjarju pluriennali tal-futur;

-Tara li jinżammu dispożizzjonijiet speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi fil-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 6 ;

-Sal-1 ta’ Jannar 2019, se tivvaluta s-sitwazzjoni tal-produtturi tal-banana tal-Unjoni, fil-kuntest tal-ivvalutar tat-tħaddim tal-mekkaniżmu tal-istabbilizzazzjoni tal-banana.

Ir-reġjuni ultraperiferiċi:

-Jistabbilixxu gruppi operazzjonali u proġetti pilota dwar temi rilevanti għalihom skont il-programmi tagħhom tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali permezz tan-“Netwerk għas-Sħubiji Ewropej għall-Innovazzjoni”, li jippromwovu investimenti f’teknoloġiji ġodda għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali;

-Jużaw u jiżviluppaw l-għodod tal-ġestjoni tar-riskju (assigurazzjoni kontra telf ekonomiku, fondi mutwi, stabbilizzazzjoni tad-dħul) ipprovduti mir-Regolament dwar il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali;

-Iżidu wkoll l-għadd ta’ skemi ta’ kwalità tal-Komunità jew nazzjonali rikonoxxuti għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, iħeġġu l-parteċipazzjoni tal-bdiewa f’dawn l-iskemi, jappoġġjaw il-promozzjoni ta’ dawn il-prodotti inkluż permezz tal-logo tar-reġjuni ultraperiferiċi fis-suq tal-UE u fis-swieq internazzjonali 7 .

Bijodiversità

Il-Kummissjoni:

-Filwaqt li tkompli l-ħidma fuq l-esperjenza tal-inizjattiva BEST, tqis l-għoti ta’ appoġġ speċifiku għall-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-użu sostenibbli tas-servizzi tal-ekosistemi 8 , inkluż għall-adattament tal-klima fir-reġjuni ultraperiferiċi u Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej fil-programmi l-ġodda tal-UE;

-Taħdem flimkien mas-sħab minn Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej u pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku sabiex jippromwovu objettivi komuni fi ftehimiet internazzjonali.

Ekonomija ċirkolari

Il-Kummissjoni:

-Tipproponi suġġett ta’ proġett taħt il-programm ta’ ħidma LIFE 2018-2020 dwar l-iskart biex jiġu indirizzati l-problemi ta’ ġestjoni tal-iskart li jiltaqgħu magħhom ir-reġjuni ultraperiferiċi;

-Tappoġġja lil dawn ir-reġjuni biex isiru postijiet ta’ ttestjar għal proġetti pilota ta’ ekonomija ċirkolari fil-programm LIFE;

-Tqis l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw il-vjeġġi ta’ skart mir-reġjuni ultraperiferiċi għall-pajjiżi ġirien għal trattament permezz tar-rieżami tar-Regolament dwar Vjeġġi ta’ Skart previst sal-31 ta’ Diċembru 2020.

L-Istati Membri u r-reġjuni ultraperiferiċi:

-Janalizzaw il-potenzjal tal-ekonomija ċirkolari biex jiġġeneraw l-iżvilupp ekonomiku u l-impjiegi fir-reġjuni ultraperiferiċi u jidentifikaw il-proġetti ta’ prijorità, inkluż il-promozzjoni tat-turiżmu sostenibbli;

-Itejbu l-ġestjoni xierqa tal-iskart biex iżidu l-ġbir separat tal-materjali ta’ skart; jiżviluppaw il-kompost lokali tal-iskart organiku, jerġgħu jużaw il-prodotti, isewwu u jirriċiklaw u jħeġġu l-prevenzjoni tal-iskart;

-Itejbu aktar il-promozzjoni ta’ prattiki ekoloġiċi, inkluża l-biedja organika, u metodi ta’ ġestjoni sostenibbli ta’ riżorsi naturali fl-agrikoltura u fil-forestrija permezz tal-użu tal-istrumenti tal-Politika Agrikola Komuni.

Tibdil fil-klima

Il-Kummissjoni:

-Issaħħaħ id-dimensjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-istrument tal-UE għall-azzjoni ambjentali u klimatika (LIFE), billi tiġi inkluża t-tħejjija tar-reġjuni ultraperiferiċi għal avvenimenti ta’ temp estrem bħala qasam ta’ politika ġdid għal Adattament għat-Tibdil fil-Klima taħt il-programm ta’ ħidma 2018-2020;

-Tniedi l-proġett ta’ tħejjija dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima fir-reġjuni ultraperiferiċi fl-2019 f’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mar-reġjuni ultraperiferiċi;

-Tintegra l-isfidi speċifiċi ta’ adattament tar-reġjuni ultraperiferiċi fir-rieżami tal-istrateġija ta’ adattament tal-UE tal-2013;

-Iżżid is-sensibilizzazzjoni tal-possibbiltajiet disponibbli permezz tas-sottoprogramm LIFE għal Azzjoni Klimatika, għal skopijiet ta’ mitigazzjoni jew adattament billi tingħata informazzjoni lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istati Membri;

-Tħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ esperti tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-iżvilupp ta’ standards reżiljenti għat-tibdil fil-klima għall-infrastruttura li għandu jitwettaq mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni (ESOs – European Standardisation Organisations) fl-2018-2020;

-Tivvaluta l-implimentazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE fir-reġjuni ultraperiferiċi fil-kuntest tal-evalwazzjoni ex post tal-fond tal-2017-2018.

L-Istati Membri u r-reġjuni ultraperiferiċi:

-Jaġġornaw regolarment il-ħtiġijiet, ir-riskji u l-vulnerabbiltajiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi, fosthom miżuri possibbli ta’ adattament, li jridu jiġu indirizzati f’approċċi reġjonali jew nazzjonali għall-adattament għat-tibdil fil-klima u għall-ġestjoni tar-riskju mid-diżastri;

-Jappoġġjaw l-eżerċizzji, it-taħriġ u l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-kuntest tal-Mekkaniżmu ta’ Protezzjoni Ċivili tal-UE, inkluż f’oqsma rilevanti għall-prevenzjoni u t-tħejjija u, fejn rilevanti, jassoċjaw lill-ġirien tal-pajjiżi ultraperiferiċi.

Enerġija

Il-Kummissjoni:

-Tiżviluppa bażi tad-dejta bil-karatteristiċi ewlenin tas-sistemi tal-enerġija u tal-ekonomiji tar-reġjuni ultraperiferiċi;

-Permezz tal-Inizjattiva Clean Energy for EU Islands tintegra, fl-UE u internazzjonalment, prattiki tajba żviluppati mir-reġjuni ultraperiferiċi – b’mod partikolari fir-rigward ta’ għodod finanzjarji u regolatorji u tippromwovi l-aqwa teknoloġiji disponibbli.

L-Istati Membri:

-Jiżguraw li l-leġiżlazzjoni u l-iskemi tagħhom jappoġġjaw kompletament l-iżvilupp ta’ enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-enerġija f’dawn ir-reġjuni (pereżempju l-organizzazzjoni ta’ rkantijiet speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi, skemi ta’ tassazzjoni lokali, l-iżvilupp ta’ grilji elettriċi u ta’ kapaċità ta’ ħażna). Id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tal-bini, li jittrasponu d-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija 9 , jistgħu jkunu adattati sabiex iqisu l-klima ta’ barra u l-kundizzjonijiet lokali f’konformità mal-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva.

Ir-reġjuni ultraperiferiċi:

-Ikollhom rwol prinċipali fl-Inizjattiva Clean Energy for EU Islands;

-Jipparteċipaw f’sejħiet rilevanti ta’ proġetti ta’ riċerka – bħas-sejħa għal sistemi ta’ enerġija nadifa u effiċjenti tal-gżejjer, li għandha titnieda taħt il-kappa tal-programm tal-enerġija għall-2018-2020 ta’ Orizzont 2020, il-programm ta’ riċerka tal-UE;

-Jorganizzaw kampanji li jinformaw lill-popolazzjoni u lill-komunitajiet lokali dwar il-vantaġġi tal-investiment fl-enerġija rinnovabbli u effiċjenti;

-Janalizzaw l-aqwa soluzzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli għall-elettriku, għat-tisħin u t-tkessiħ u, fejn rilevanti, għat-trasport għal kull reġjun ultraperiferiku, il-ħtiġijiet għal programmi ta’ taħriġ lokali, u jippromwovu l-parteċipazzjoni tal-esperti tagħhom fi programmi ta’ riċerka tal-UE.

Riċerka u Innovazzjoni

Il-Kummissjoni:

-Tniedi Azzjoni ddedikata ta’ Koordinazzjoni u Appoġġ (EUR 4 miljun) fil-programm ta’ ħidma tal-2018-2020 ta’ Orizzont 2020 sabiex jittejbu l-kapaċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi biex jipparteċipaw fil-Programm Qafas ta’ Riċerka tal-UE;

-Tagħti attenzjoni partikolari lill-assi u lill-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi meta jitfasslu l-Programmi Qafas ta’ Riċerka tal-UE fil-futur.

L-Istati Membri u r-reġjuni ultraperiferiċi:

-Jivvalutaw il-ħtiġijiet għal investimenti fit-tul tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-innovazzjoni u r-riċerka;

-Jieħdu azzjoni biex iżidu l-viżibbiltà tal-attivitajiet ta’ innovazzjoni u ta’ riċerka tar-reġjuni ultraperiferiċi biex jattiraw finanzjament privat/internazzjonali abbażi tal-Istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti tagħhom;

-Jistabbilixxu punti ta’ kuntatt konnessi mal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali f’kull reġjun ultraperiferiku, sabiex ixerrdu informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ riċerka u jorganizzaw kampanji ta’ sensibilizzazzjoni;

-Jipparteċipaw f’netwerks internazzjonali ta’ riċerka u innovazzjoni u f’azzjonijiet ta’ COFUND 10 taħt il-kappa tal-programm Orizzont 2020 11 .

Impjiegi, edukazzjoni u taħriġ

Il-Kummissjoni:

-Tintensifika l-isforzi biex tippromwovi Erasmus+, inkluż Erasmus Pro li huwa mfassal biex jippromwovi l-mobilità għall-apprendisti fir-reġjuni ultraperiferiċi; iżżid l-użu ta’ possibbiltajiet eżistenti u tħeġġeġ lir-reġjuni ultraperiferiċi biex jisfruttaw aħjar dawn l-iskemi ta’ mobilità, biex jissaħħu l-iskambji ta’ tagħlim bejn dawn ir-reġjuni u pajjiżi terzi – u jiġu koperti l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ vokazzjonali;

-Tippromwovi l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għaż-żgħażagħ fir-reġjuni ultraperiferiċi u tiffaċilita l-mobilità tagħhom biex tagħtihom opportunitajiet biex jappoġġjaw lil dawk fil-bżonn kif ukoll biex tiffaċilita l-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol;

-Tintensifika l-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi biex jittejjeb l-użu tar-riżorsi disponibbli mill-Fond Soċjali Ewropew u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ biex jitrawmu l-impjegabbiltà u l-ħiliet, partikolarment taż-żgħażagħ, fosthom billi jissaħħaħ l-appoġġ għal miżuri ta’ suċċess bħas-Service Militaire Adapté fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi;

-Tippromwovi aħjar l-opportunitajiet eżistenti għall-bini ta’ kapaċità fil-qasam ta’ edukazzjoni għolja taħt il-kappa tal-Erasmus+;

-Tapplika r-regoli speċifiċi ta’ finanzjament għar-reġjuni ultraperiferiċi taħt il-kappa tal-programm Erasmus+ għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

L-Istati Membri u r-reġjuni ultraperiferiċi:

-Jippromwovu t-tagħlim reċiproku wkoll fil-programmi operazzjonali reġjonali tagħhom tal-FSE, permezz ta’ kooperazzjoni transnazzjonali;

-Jippromwovu politiki attivi tas-suq tax-xogħol, fejn ikun rilevanti, possibbilment bl-għajnuna tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali;

-Iqisu li jsaħħu jew iwaqqfu skemi, possibbilment simili għall-“Programm Internazzjonali ta’ Internship” Franċiż (bl-akronimu Franċiż VIE), li jippermettu lin-negozji jagħtu kompiti barra l-pajjiż lil kandidati żgħażagħ.

Kompetittività, intraprenditorija u s-Suq uniku

Il-Kummissjoni:

-Tqis il-ħtiġijiet speċjali tal-impriżi tar-reġjuni ultraperiferiċi fi skemi ġodda li jappoġġjaw lill-SMEs (il-programm attwali “COSME”) biex tittejjeb il-kompetittività tagħhom fis-swieq internazzjonali;

-Tippromwovi l-parteċipazzjoni tal-imprendituri mir-reġjuni ultraperiferiċi u tivvaluta l-impatt ta’ estensjoni possibbli tal-programm “Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ” għall-pajjiżi ġirien fuq il-bażi tal-proġett pilota li jippermetti skambji bejn imprendituri mill-UE u pajjiżi terzi;

-Issegwi l-progress tal-integrazzjoni fis-suq intern tal-UE tar-reġjuni ultraperiferiċi permezz ta’ għodda apposta għall-monitoraġġ fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku 12 . Ir-riżultati jipprovdu bażi għal azzjoni fil-futur.

L-Istati Membri u r-reġjuni ultraperiferiċi:

-Jissensibilizzaw liċ-ċittadini u lin-negozji fir-reġjuni ultraperiferiċi rigward is-servizzi tas-suq uniku u jipprovdu taħriġ apposta.

Ir-reġjuni ultraperiferiċi:

-Itejbu l-kapaċità tan-negozji tagħhom li joperaw fis-suq uniku u internazzjonalment.

Aċċessibbiltà diġitali

Il-Kummissjoni:

-Tħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki u ta’ informazzjoni dwar it-tnedija tal-broadband permezz tan-netwerk ta’ uffiċċji ta’ kompetenza fil-Broadband tal-UE.

-Fuq it-talba tal-Istati Membri rilevanti, tivvaluta t-tfassil ta’ miżuri ta’ għajnuna mill-Istat lokali jew nazzjonali għat-tnedija tal-broadband biex żoni ta’ falliment tas-suq ikunu kkollegati.

L-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali rilevanti:

-Ikomplu jimmonitorjaw is-sitwazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-analiżijiet tas-swieq tagħhom, sabiex isibu restrizzjonijiet ta’ kompetizzjoni li jiġġustifikaw miżuri regolatorji speċifiċi.

L-Istati Membri u r-reġjuni ultraperiferiċi:

-Abbażi tal-falliment tas-suq, jieħdu l-opportunità mogħtija mil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Broadband biex jappoġġjaw it-tnedija tal-broadband, kif meħtieġ;

-Jaġġornaw u jimmonitorjaw l-istrateġiji reġjonali tal-broadband u jiżguraw li jitwaqqfu Uffiċċji ta’ Kompetenza fil-Broadband biex jassistu lir-reġjuni ultraperiferiċi fl-appoġġ għat-tnedija tal-broadband;

-Jimmobilizzaw lill-partijiet ikkonċernati nazzjonali u reġjonali (negozji, imsieħba soċjali, awtoritajiet pubbliċi) permezz tal-Koalizzjoni tal-Ħiliet Diġitali u tal-Impjiegi biex itejbu l-ħiliet diġitali.

Trasport

Il-Kummissjoni:

-Tniedi studju dwar il-ħtiġijiet ta’ konnettività tar-reġjuni ultraperiferiċi, inklużi l-ħtiġijiet għall-appoġġ mill-finanzjament mill-UE (mis-CEF, FEŻR u strumenti oħra), għal assistenza teknika (tħejjija tal-proġetti u strutturar finanzjarju) u għal riformi u titjib regolatorji;

-Tqis il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ konnettività tar-reġjuni ultraperiferiċi, meta jitfasslu programmi ta’ ħidma għall-futur tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u meta jsir rieżami tar-Regolament dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; abbażi tal-istudju u r-rieżami speċifiku tal-ħtiġijiet, tippermetti investimenti tal-UE fil-portijiet u fl-ajruporti fir-reġjuni ultraperiferiċi, f’każijiet debitament ġustifikati;

-Tqis il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi meta twettaq rieżami tal-linji gwida tan-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport sal-2023, sabiex tissodisfa aħjar il-ħtiġijiet ta’ konnettività tagħhom f’rabta mal-UE u mal-ġirien tagħhom u tidentifika l-lakuni u x-xkiel. Teżamina liema proġetti tar-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jitqiesu, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, bħala proġetti ta’ interess komuni;

-Malli tirċievi proposti sostanzjati min-naħa tar-reġjuni ultraperiferiċi: taċċessa l-użu u l-effettività tal-“għajnuna għat-tnedija” għal rotot ġodda tal-ajru għal dawn ir-reġjuni bħala parti minn kull evalwazzjoni fil-futur tar-regoli attwali dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni; u tidħol fi djalogu mar-reġjuni ultraperiferiċi dwar il-ħtieġa u l-possibbiltajiet għall-konformità tal-għajnuna għar-rotot marittimi l-ġodda lejn pajjiżi terzi b’regoli dwar l-għajnuna mill-Istat;

-Tappoġġja lir-reġjuni ultraperiferiċi biex isiru postijiet ta’ ttestjar għal trasport b’enerġija sostenibbli u nadifa;

-Fid-dawl tal-iżviluppi internazzjonali ġodda dwar skema globali għan-negozjar ta’ emissjonijiet għat-trasport bl-ajru, tivvaluta u tirrieżamina l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet, filwaqt li tqis is-sitwazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi.

Ir-reġjuni ultraperiferiċi:

-Jiżviluppaw proġetti ta’ konnettività integrati f’viżjoni reġjonali u, fil-livell lokali, jkomplu jittestjaw u jiżviluppaw soluzzjonijiet ta’ mobilità sostenibbli.

Kooperazzjoni mal-viċinat tar-reġjuni ultraperiferiċi u lil hinn minnu

Il-Kummissjoni:

-Tikkunsidra li fil-mira tal-investiment l-ġodda tal-UE tqiegħed proġetti ta’ prijorità u fuq skala akbar fil-baċini ġeografiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi;

-Tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-ġirien tagħhom permezz ta’ allinjament aktar mill-qrib tar-regoli tal-istrumenti ta’ finanzjament rilevanti u stabbiliment possibbli ta’ programmi konġunti;

-Tirrifletti fuq mezzi ġodda sabiex tiffaċilita u ssaħħaħ l-inizjattivi ta’ kooperazzjoni fuq il-bażi tal-ħtiġijiet u l-assi tar-reġjuni ultraperiferiċi;

-Tikkunsidra li fil-mira tal-investimenti tal-UE tqiegħed proġetti ewlenin fil-livell reġjonali, b’mod partikolari fil-qasam tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju mid-diżastri, kif ukoll oqsma oħra bħall-protezzjoni ambjentali u l-ġestjoni tal-iskart, it-trasport u l-enerġija sabiex jinkisbu ekonomiji ta’ skala u l-forniment tas-servizzi jkun razzjonalizzat;

-Taħdem mill-qrib ma’ delegazzjonijiet rilevanti tal-UE sabiex tiffaċilita skambji u proġetti bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi, il-pajjiżi u t-territorji ġirien tagħhom, u l-organizzazzjonijiet reġjonali;

-Tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi terzi rigward kwistjonijiet globali, inkluża l-governanza tal-oċeani fuq livell internazzjonali;

-Taħdem mal-Istati Membri kkonċernati biex tesplora azzjonijiet konkreti biex tmexxi l-aġenda tal-governanza tal-oċeani fiż-żoni ġeografiċi rispettivi tar-reġjuni ultraperiferiċi.

L-Istati Membri:

-Jużaw ir-riżorsi kollha possibbli, inklużi dawk disponibbli taħt il-kappa tal-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni, sabiex jiksbu integrazzjoni aħjar tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-ambjent ġeografiku tagħhom.

Ir-reġjuni ultraperiferiċi:

-Jipparteċipaw fl-“Inizjattiva tal-Gżejjer Intelliġenti 13 sabiex jeżibixxu r-reġjuni ultraperiferiċi bħala bankijiet ta’ prova għal soluzzjonijiet ġodda u jagħtuhom aċċess għal għarfien espert internazzjonali;

-Jiskambjaw informazzjoni u l-aqwa prattiki ma’ organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali li joperaw f’żoni bi sfidi simili u jiżviluppaw azzjonijiet konġunti.

Kummerċ

Il-Kummissjoni:

-Tkompli tagħti attenzjoni speċjali lil prodotti sensittivi mir-reġjuni ultraperiferiċi fil-qafas ta’ ftehimiet kummerċjali ma’ pajjiżi terzi;

-Tgħin lir-reġjuni ultraperiferiċi, permezz ta’ ftehimiet kummerċjali tal-UE attwali u fil-futur, sabiex jimmassimizzaw il-benefiċċji tal-ftehimiet kummerċjali u jisfruttaw l-opportunitajiet kummerċjali fiż-żoni ġeografiċi tagħhom.

L-Istati Membri:

-Jinvolvu ruħhom mar-reġjuni ultraperiferiċi u jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-kwistjonijiet speċifiċi tagħhom f’kull stadju tan-negozjati dwar ftehimiet kummerċjali;

-Jikkunsidraw li jsaħħu l-koordinazzjoni tar-rappreżentanti tar-reġjuni fid-delegazzjonijiet tal-Istati Membri tal-UE li jieħdu sehem f’Kumitati Konġunti għall-Kummerċ u l-Iżvilupp.

Ir-reġjuni ultraperiferiċi:

-Jesprimu t-tħassib u l-interessi speċifiċi tagħhom permezz tal-għodod kollha disponibbli, inklużi konsultazzjonijiet pubbliċi li jikkontribwixxu għall-valutazzjonijiet tal-impatt u għall-evalwazzjonijiet ex post, u konsultazzjonijiet imwettqa fil-qafas tal-valutazzjonijiet tal-impatt tas-sostenibbiltà matul in-negozjati.

Migrazzjoni

Il-Kummissjoni:

-Tqis it-tħassib tar-reġjuni ultraperiferiċi meta jiġu nnegozjati jew implimentati ftehimiet internazzjonali u sħubiji ta’ mobilità ma’ dawn ir-reġjuni u mal-pajjiżi ġirien.

L-Istati Membri:

-Jimmassimizzaw l-użu tal-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE — inklużi l-FSE, il-FAEŻR, il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-Fond għas-Sigurtà Interna — sabiex jgħinu lir-reġjuni ultraperiferiċi fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, jiżguraw is-sigurtà għaċ-ċittadini, l-inklużjoni tal-migranti u l-protezzjoni tat-tfal migranti 14 . Għall-Guyana Franċiża u Mayotte, emendi għall-programmi jistgħu jitqiesu li jsaħħu l-prevenzjoni tal-kriminalità u s-sigurtà interna.

(1)

      Billi tibni, fost l-oħrajn, fuq il-konklużjonijiet tar-rapport tal-2017 GOCEA et al., Realising the potential of the Outermost Regions for sustainable blue growth, Publications Office of the European Union, 2017.

(2)

     Għal kull pajjiż tal-UE hemm stabbilit limitu massimu għall-kapaċità tal-flotot tas-sajd. Fil-każ tar-reġjuni ultraperiferiċi, sistema dettaljata dwar il-kapaċità tal-flotot hija stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE). Skont din is-sistema, bastimenti ġodda tas-sajd jistgħu jidħlu fil-flotta biss wara li tkun tneħħiet mill-flotta l-istess kapaċità ta’ flotta.

(3)

     F’konformità mad-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 135).

(4)

     F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, Artikolu 5(3).

(5)

     Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006.

(6)

     Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005.

(7)

     Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008.

(8)

     Dawn huma attwalment iffinanzjati mill-inizjattiva BEST.

(9)

     Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija.

(10)

     Kofinanzjament ta’ programmi reġjonali, nazzjonali u internazzjonali

(11)

     Abbażi tal-esperjenza pożittiva tal-proġett Net biome (2007-2016) dwar il-bijodiversità u n-netwerk BiodivERsA fost l-aġenziji ta’ finanzjament fl-UE.

(12)

     http://ec.europa.eu/internal_market/scoreboard/

(13)

     http://www.smartislandsinitiative.eu/en/index.php

(14)

     “Il-protezzjoni tat-tfal migranti” – COM(2017) 211 final, 12.4.2017.