IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 30.6.2017
COM(2017) 601 final
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI
RAPPORT ANNWALI TAL-2016
DWAR IR-RELAZZJONIJIET BEJN IL-KUMMISSJONI EWROPEA
U L-PARLAMENTI NAZZJONALI
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 30.6.2017
COM(2017) 601 final
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI
RAPPORT ANNWALI TAL-2016
DWAR IR-RELAZZJONIJIET BEJN IL-KUMMISSJONI EWROPEA
U L-PARLAMENTI NAZZJONALI
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI
RAPPORT ANNWALI TAL-2016
DWAR IR-RELAZZJONIJIET BEJN IL-KUMMISSJONI EWROPEA
U L-PARLAMENTI NAZZJONALI
1. INTRODUZZJONI
Fl-2014, meta l-President Juncker ippreżenta l-Linji Gwida Politiċi li jistabbilixxu l-qafas għall-ħidma tal-Kummissjoni taħt it-tmexxija tiegħu, huwa saħaq dwar l-importanza tar-relazzjoni mal-Parlamenti nazzjonali, b’mod partikolari li jiġi żgurat ir-rispett għall-principju tas-sussidjarjetà. Fit-tieni sena sħiħa tagħha fil-kariga, il-Kummissjoni kompliet bl-isforzi tagħha sabiex tapprofondixxi dawn ir-relazzjonijiet importanti mal-Parlamenti nazzjonali bil-għan li tressaq l-Unjoni Ewropea eqreb lejn iċ-ċittadini tagħha.
L-importanza mogħtija mill-Kummissjoni għar-relazzjonijiet tagħha mal-Parlamenti nazzjonali ġiet enfasizzata mill-President Juncker fl-ittri ta’ missjoni li huwa indirizza lill-Membri kollha tal-Kummissjoni u kienet sostnuta aktar fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni lill-Parlament Ewropew fl-14 ta’ Settembru 2016, li fih huwa saħaq li “l-Ewropa tista’ tinbena biss mal-Istati Membri, qatt kontrihom”. Il-President Juncker enfasizza l-għadd ta’ laqgħat bejn il-Membri tal-Kummissjoni u l-Parlamenti nazzjonali sa mill-bidu tal-mandat li servew biex l-Ewropa tersaq aktar qrib taċ-ċittadini tagħha u r-rappreżentanti nazzjonali tagħhom. Huwa ħabbar ukoll li l-Kummissjoni kellha l-ħsieb li tkompli tagħti spinta ġdida lil din ir-relazzjoni billi tibgħat lill-Kummissarji jippreżentaw l-Istat tal-Unjoni lill-Parlamenti nazzjonali. B’riżultat ta’ dan, minn dak iż-żmien l-Istat tal-Unjoni ġie ppreżentat u diskuss kważi fil-Parlamenti nazzjonali kollha.
Minbarra dawn il-kuntatti diretti bejn il-Membri tal-Kummissjoni u l-Parlamenti nazzjonali, il-Kummissjoni żammet skambju attiv bil-miktub mal-Parlamenti nazzjonali permezz tad-djalogu politiku u l-mekkaniżmu tal-kontroll tas-sussidjarjetà.
Dan ir-rapport, li issa wasal fit-tnax-il sena tiegħu, jiffoka fuq id-djalogu politiku tal-Kummissjoni mal-Parlamenti nazzjonali li tnieda fl-2006 bil-għan li jippromwovi l-involviment tal-Parlamenti nazzjonali fit-tiswir u fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE. Il-mekkaniżmu ta’ kontroll tas-sussidjarjetà li jagħti lill-Parlamenti nazzjonali d-dritt li jivvalutaw jekk proposti leġiżlattivi f’oqsma li ma jaqgħux taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea jikkonformawx mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, huwa indirizzat fir-Rapport Annwali tal-2016 dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità 1 . Dak ir-rapport ippubblikat b’mod parallel għandu jitqies bħala kumplementari għal dan ir-rapport.
2. OPINJONIJIET BIL-MIKTUB MILL-PARLAMENTI NAZZJONALI
a. Osservazzjonijiet ġenerali
L-2016 rat żieda sinifikanti fl-għadd ta’ opinjonijiet (inkluż opinjonijiet motivati) indirizzati mill-Parlamenti nazzjonali lill-Kummissjoni. Kumplessivament, il-Parlamenti nazzjonali ħarġu 620 opinjoni matul is-sena, li jirrappreżentaw żieda ta’ 77 % meta mqabbel mal-2015, meta l-Parlamenti nazzjonali ħarġu 350 opinjoni. Ħarsa lejn l-opinjonijiet motivati biss turi li l-għadd tagħhom żdied minn 8 fl-2015 għal 65 fl-2016, żieda ta’ aktar minn 700 % 2 .
b. Il-parteċipazzjoni u l-ambitu
Bħal fis-snin preċedenti, l-għadd ta’ opinjonijiet mibgħuta lill-Kummissjoni baqa’ mqassam b’mod inugwali bejn il-Parlamenti nazzjonali. L-10 ikmamar l-aktar attivi ħarġu madwar 73 % tal-opinjonijiet (jiġifieri 452 opinjoni), li huwa perċentwal simili għal dak osservat fl-2015 meta 70 % tal-opinjonijiet ġew mill-10 ikmamar l-aktar attivi.
B’kuntrast għas-snin preċedenti, meta l-kamra l-aktar attiva kienet l-Assembleia da República tal-Portugall, fl-2016 il-kamra li ssottomettiet l-akbar għadd ta’ opinjonijiet kienet is-Senato della Repubblica tal-Italja. Il-81 opinjoni tagħha kienu jammontaw għal madwar 13 % tal-għadd totali tal-opinjonijiet riċevuti. Il-Parlamenti nazzjonali jew kmamar oħra li bagħtu għaxar opinjonijiet jew aktar kienu l-Camera Deputaților tar-Rumanija (70 opinjoni), l-Assembleia da República tal-Portugall (57 opinjoni), il-Bundesrat tal-Ġermanja (47 opinjoni), is-Senát tar-Repubblika Ċeka (46 opinjoni), is-Senat tar-Rumanija (43 opinjoni),l-Assemblée nationale ta’ Franza (33 opinjoni), il-Camera dei Deputati tal-Italja (27 opinjoni), is-Sénat ta’ Franza (25 opinjoni), ir-Riksdag tal-Iżvezja (23 opinjoni), il-Poslanecká sněmovna tar-Repubblika Ċeka (19-il opinjoni), is-Senat tal-Polonja (17-il opinjoni), il-British House of Lords (17-il opinjoni), Las Cortes Generales: ta’ Spanja (13-il opinjoni ) 3 u l-Bundesrat tal-Awstrija (11-il opinjoni).
c. It-temi ewlenin tad-djalogu politiku
Id-dokumenti tal-Kummissjoni li ġejjin kienu fost dawk li ġibdu attenzjoni partikolari mill-Parlamenti nazzjonali (għal aktar dettalji, ara l-Anness 2).
1. Komunikazzjoni dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2016: Mhux il-waqt li kollox jibqa’ l-istess 4
2. Proposta għal Direttiva dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi 5
3. Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (tfassil mill-ġdid) 6
4. Proposta għal Direttiva dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali 7 u Proposta għal Direttiva dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw il-kuntratti għall-bejgħ onlajn u bejgħ mill-bogħod ieħor ta’ oġġetti 8
Il-proposta għal Direttiva dwar l-impjieg ta’ ħaddiema wasslet għal 14-il opinjoni motivata u skattat, għat-tielet darba biss sa minn meta daħlet fis-seħħ, il-mekkaniżmu stabbilit fl-Artikolu 7(2) tal-Protokol 2 tat-Trattati, li sar magħruf bħala l-proċedura “tal-karta s-safra”. Il-Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (tfassil mill-ġdid) wasslet għal tmien opinjonijiet motivati. Ir-Rapport Annwali dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità jinkludi deskrizzjoni aktar dettaljata.
·Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tal-2016: Mhux il-waqt li kollox jibqa’ l-istess
F’konformità mal-impenn li sar fil-Linji Gwida Politiċi sabiex ikun hemm fokus fuq dawk l-oqsma fejn l-Unjoni Ewropea tista’ tagħmel differenza vera, il-Programm ta’ Ħidma 2016 kien jinkludi għadd ta’ inizjattivi ġodda mfassla madwar l-għaxar prijoritajiet stabbiliti mill-President Juncker fil-bidu tal-mandat tiegħu. Bħalma kien il-każ għas-sena ta' qabel, il-Programm ta’ Ħidma 2016 kien jinkludi wkoll lista ta’ proposti leġiżlattivi pendenti għall-irtirar kif ukoll lista ta’ atti leġiżlattivi biex jiġu rieżaminati skont il-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT).
Il-Programm ta’ Ħidma 2016 ġie adottat fis-27 ta’Ottubru 2015 u mibgħut mill-Ewwel Viċi President Frans Timmermans lill-Presidenti tal-Kumitati għall-Affarijiet Ewropej fil-Parlamenti nazzjonali kollha b’ittra ta’ akkumpanjament li fiha kkonferma r-rieda tal-Membri tal-Kummissjoni li jżuru l-Parlamenti Nazzjonali fuq talba tagħhom sabiex jippreżentaw u jiddiskutu l-Programm ta’ Ħidma.
Il-Kummissjoni rċeviet total ta’ 25 Opinjoni dwar il-Programm ta’ Ħidma 2016, magħmula minn opinjonijiet individwali minn 9 ikmamar 9 u opinjoni konġunta sottomessa mit-Tweede Kamer tan-Netherlands f’isem 16-il kamra 10 li fihom kull kamra kienet elenkat il-prijoritajiet tagħha stess fost l-inizjattivi proposti mill-Kummissjoni. Kważi l-kmamar kollha li ffirmaw l-opinjoni konġunta identifikaw il-Pakkett tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Ġestjoni Aħjar tal-Migrazzjoni bħala l-prijoritajiet tagħhom. Inizjattivi oħra li ngħataw prijorità mill-biċċa l-kbira tal-kmamar kienu jinkludu l-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari, ir-reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020, l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali, il-Pakkett tal-Mobilità tal-Forza tax-Xogħol, it-Tkomplija tal-Unjoni Bankarja u l-Pakkett tal-Ġestjoni tal-Fruntieri.
Fit-tweġibiet tagħha għall-opinjonijiet li rċeviet, il-Kummissjoni laqgħet l-espressjoni ta’ interess tal-Parlamenti nazzjonali fil-Programm ta’ Ħidma u l-appoġġ kontinwu tagħhom għall-fokus tal-Kummissjoni fuq għadd limitat ta’ inizjattivi li jżidu l-valur fil-livell Ewropew. Hija laqgħet ukoll l-opportunità ppreżentata mill-Programm ta’ Ħidma għal skambju bikri ta’ opinjonijiet mal-Parlamenti nazzjonali dwar il-prijoritajiet tagħhom.
·Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi
Fit-8 ta’ Marzu 2016 il-Kummissjoni adottat proposta għal reviżjoni mmirata tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta' Ħaddiema mill-1996. 11 Essenzjalment, l-iskop tar-reviżjoni huwa li jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fl-Unjoni sseħħ skont il-kundizzjonijiet li jiggarantixxu kundizzjonijiet ekwi għan-negozji u r-rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema. Il-proposta tintroduċi bidliet fi tliet oqsma ewlenin: ir-remunerazzjoni tal-ħaddiema stazzjonati, inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ subkuntrattar, ir-regoli dwar il-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenziji, u l-istazzjonar fit-tul. B’mod partikolari, il-proposta tipprevedi li r-regoli obbligatorji kollha dwar ir-remunerazzjoni fl-Istat Membru ospitanti japplikaw għall-ħaddiema stazzjonati f’dak l-Istat Membru.
Il-Kummissjoni rċeviet 23 opinjoni 12 dwar il-proposta, inkluż 14-il opinjoni motivata, li skattaw il-proċedura skont l-Artikolu 7(2) tal-Protokoll 2 għat-Trattati ('l hekk imsejħa proċedura “tal-karta s-safra”). Il-kontenut tal-opinjonijiet immotivati u r-risposta tal-Kummissjoni għall-kummenti tal-Parlamenti nazzjonali dwar is-sussidjarjetà huma deskritti f’aktar dettall fir-Rapport Annwali 2016 dwar is-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità. B’mod ġenerali, l-opinjonijiet riċevuti urew diverġenza kbira bejn il-pożizzjonijiet tal-Parlamenti nazzjonali: filwaqt li xi kmamar kritikaw il-proposta bil-qawwa, oħrajn esprimew l-appoġġ tagħhom għall-inizjattiva. Ir-rimarki kritiċi li saru mill-Parlamenti nazzjonali inkludew fost oħrajn l-għażla tal-bażi ġuridika, il-konformità tal-proposta mal-prinċipju tal-proporzjonalità, l-interferenza potenzjali tagħha mal-kompetenza tal-isħab soċjali li jidħlu fi ftehim kollettiv jew mal-kompetenza tal-Gvernijiet nazzjonali biex jagħmlu ftehim kollettiv applikabbli b’mod universali.
Il-Kummissjoni wieġbet lill-kmamar kollha kkonċernati, u indirizzat il-kummenti individwali tagħhom relatati ma’ kwistjonijiet għajr is-sussidjarjetà. Il-kummenti relatati ma’ kwistjonijiet ta’ sussidjarjeta kienu indirizzati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2016 13 .
·Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (tfassil mill-ġdid)
Fl-4 ta’ Mejju 2016, il-Kummissjoni ppreżentat tliet proposti għar-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil 14 . Il-proposta għar-rieżami tar-Regolament ta’ Dublin 15 introduċiet “mekkaniżmu korrettiv ta’ allokazzjoni” ġdid sabiex jiġi żgurat li l-ebda Stat Membru ma jitħalla bi pressjoni sproporzjonata fuq is-sistema ta’ ażil tiegħu. Skont dan il-mekkaniżmu, fi żminijiet ta’ pressjoni migratorja sprorzjonalment kbira fuq Stat Membru, tiġi skattata sistema awtomatizzata li permezz tagħha l-applikanti għall-ażil jiġu rilokati lejn pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri jistgħu jissospendu temporanjament il-parteċipazzjoni tagħhom fil-mekkaniżmu, f’liema każ dawn ikunu obbligati jagħmlu kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 250 000 għal kull applikant għall-ażil li kien ikollhom jaċċettaw.
Fl-2016, din il-proposta wasslet għal erbatax-il opinjoni, 16 inklużi tmien opinjonijiet motivati. Il-kontenut tal-opinjonijiet immotivati u r-risposta tal-Kummissjoni għall-kummenti tal-Parlamenti nazzjonali dwar is-sussidjarjetà huma deskritti f’aktar dettall fir-Rapport Annwali 2016 dwar is-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità. Fir-rigward tal-argumenti inklużi fl-opinjonijiet li ma jirrigwardawx is-sussidjarjetà, bosta kmamar ġibdu l-attenzjoni li l-kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 250 000 hija sproporzjonata u l-ammont mhuwiex iġġustifikat. Għadd ta’ Parlamenti nazzjonali insistew ukoll li d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw minorenni mhux akkumpanjati għandhom jiġu modifikati fid-dawl tal-aħjar interessi tat-tfal u s-salvagwardji rilevanti. Finalment, xi kmamar qajmu dubji dwar il-bażi ġuridika tal-proposta.
Bi tweġiba, il-Kummissjoni spjegat li l-ammont ta’ kontribuzzjoni ta’ solidarjetà għal kull applikant ikopri l-kostijiet għall-akkoljenza tal-applikanti għall-ażil matul għadd ta’ snin. Il-Kummissjoni nnotat ukoll l-element dissważiv tal-kontribuzzjoni peress li l-għan tal-proposta huwa l-parteċipazzjoni sħiħa tal-Istati Membri fil-mekkaniżmu korrettiv.
Rigward il-kwistjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati, il-Kummissjoni ddikjarat li sabiex jiġi żgurat li minorenni mhux akkumpanjati jingħataw aċċess rapidu għall-proċedura tal-ażil, il-proposta tikkjarifika li l-Istat Membru responsabbli għandu jkun il-pajjiż fejn il-minorenni ppreżenta l-ewwel applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, sakemm ma jintweriex li dan mhuwiex fl-aħjar interess tal-minorenni. Il-Kummissjoni enfasizzat li l-prinċipju li l-aħjar interess tat-tfal għandu jkun kunsiderazzjoni primarja fil-proċeduri kollha previsti fir-Regolament ta’ Dublin jibqa’ validu.
Fir-rigward tal-bażi ġuridika tal-proposta, il-Kummissjoni ddikjarat li l-Artikolu 78(2)(e) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw miżuri għal sistema Ewropea Komuni għall-Ażil li tinkludi inter alia kriterji u mekkaniżmi sabiex jiġi ddeterminat liema Stat Membru huwa responsabbli biex jikkunsidra applikazzjoni għall-ażil jew protezzjoni sussidjarja u li bħar-Regolament “Dublin III” (UE) 604/2013 eżistenti, il-proposta għat-tfassil mill-ġdid ta’ dan ir-Regolament hija bbażata fuq dik id-dispożizzjoni.
·Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali u Proposta għal Direttiva dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw il-kuntratti għall-bejgħ onlajn u bejgħ mill-bogħod ieħor ta’ oġġetti
Bħala parti mill-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali (DSM) tagħha, il-Kummissjoni adottat żewġ proposti f’Diċembru 2015 sabiex tipproteġi aħjar lill-konsumaturi li jixtru onlajn madwar l-UE u tgħin lin-negozji jespandu l-bejgħ onlajn tagħhom. L-objettiv prinċipali taż-żewġ proposti huwa li jiġu eliminati l-ostakli relatati mad-dritt kuntrattwali li jxekklu l-kummerċ transfruntier onlajn għall-benefiċċju kemm tan-negozji kif ukoll tal-konsumaturi.
Il-Kummissjoni rċeviet 11-il opinjoni dwar il-Proposta għal Direttiva dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali 17 u 12-il opinjoni dwar il-Proposta għal Direttiva dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw il-kuntratti għall-bejgħ onlajn u bejgħ mill-bogħod ieħor ta' oġġetti 18 ; tmienja mill-opinjonijiet kienu jkopru ż-żewġ proposti 19 . Waħda mill-opinjonijiet li kienet tkopri ż-żewġ proposti kienet opinjoni motivata mis-Sénat ta’ Franza.
Il-biċċa l-kbira tal-opinjonijiet mill-Parlamenti nazzjonali qablu dwar il-ħtieġa ta’ livell xieraq ta’ protezzjoni tal-konsumatur fl-UE kollha fil-provvista tal-kontenut diġitali. Rigward il-proposta għal Direttiva dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali, għadd ta’ Parlamenti nazzjonali kellhom kummenti dwar il-konsistenza tagħha ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-konsumatur, tal-proprjetà intellettwali jew tal-protezzjoni tad-dejta tal-UE, il-possibbiltà għall-fornituri li jevitaw ir-responsabbiltà għan-nuqqas ta’ konformità jew l-inklużjoni fl-ambitu tal-proposta tal-kontenut diġitali pprovdut bi skambju għal dejta.
Fit-tweġibiet tagħha, il-Kummissjoni rrimarkat li sett komuni ta’ regoli jimla lakuna ġuridika billi jipprovdi ċertezza tad-dritt filwaqt li fl-istess ħin jipprevjeni l-frammentazzjoni tas-suq uniku. Dwar is-sustanza, filwaqt li l-proposta ma tistipulax perjodu ta’ garanzija legali għall-prodotti b’kontenut diġitali minħabba li dawn il-prodotti ma jittarrqux bl-użu, ir-riversjar bla limitu tal-oneru tal-provi inkluż fil-proposta jkun jistabbilixxi livell għoli ħafna ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Fir-rigward tar-relazzjoni bejn il-proposta tal-kontenut diġitali u r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR), il-Kummissjoni wieġbet li l-proposta tikkjarifika li d-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta, inklużi dawk li jikkonċernaw il-protezzjoni ta’ minorenni.
Rigward il-proposta dwar il-bejgħ onlajn u bejgħ mill-bogħod ieħor ta’ oġġetti, għadd ta’ Parlamenti nazzjonali nnotaw li r-regoli l-ġodda jkunu applikabbli biss għal bejgħ onlajn u bejgħ mill-bogħod ieħor ta’ oġġetti, iżda mhux għal bejgħ wiċċ imb wiċċ. Barra minn hekk, il-Parlamenti nazzjonali kkummentaw dwar ir-regoli ġodda proposti li jikkonċernaw ir-riversjar tal-oneru tal-provi, ir-responsabbiltà għad-danni kif ukoll dwar il-perjodu ta’ garanzija legali propost.
Fit-tweġibiet tagħha, il-Kummissjoni saħqet fuq il-ħtieġa li jiġu eliminati d-differenzi bejn ir-regoli tad-dritt kuntrattwali nazzjonali tal-konsumaturi f’oqsma prinċipali, inklużi, pereżempju, it-tul tal-perjodu ta’ garanzija u r-riversjar tal-oneru tal-provi. Il-Kummissjoni enfasizzat ukoll l-importanza li jiġi żgurat qafas legali koerenti madwar l-UE kemm għal bejgħ onlajn/mill-bogħod kif ukoll bejgħ wiċċ imb wiċċ ta’ oġġetti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni indikat li bdiet “Kontroll tal-Idoneità” tal-liġi tal-konsumatur u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-UE li jkopri sitt direttivi, inkluż id-Direttiva dwar il-Bejgħ u l-Garanziji tal-Konsumatur. Finalment, il-Kummissjoni saħqet li l-livell kumplessiv ta’ protezzjoni tal-konsumatur jibqa’ għoli ħafna fl-Istati Membri kollha, peress li tnaqqis potenzjali tal-livell nazzjonali ta’ protezzjoni tal-konsumatur fuq xi punti speċifiċi f’ċerti Stati Membri, sa ċertu punt ikun ikkumpensat minn regoli oħra fil-proposta li tipprevedi livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumatur, pereżempju permezz tal-estensjoni tar-riversjar tal-oneru tal-provi minn sitt xhur għal sentejn.
Rigward it-tħassib dwar is-sussidjarjetà li tqajjem mis-Sénat ta’ Franza, il-Kummissjoni fakkret li l-għażla ta’ armonizzazzjoni sħiħa fil-livell Ewropew, flimkien ma’ livell ogħli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, hija l-unika għażla li kapaċi tissodisfa ż-żewġ objettivi ta’ ċertezza tad-dritt u kunfidenza tal-konsumatur. Il-Kummissjoni saħqet li l-Istati Membri ma jkunux jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess, ineħħu b’mod suffiċjenti l-ostakli eżistenti bejn il-liġijiet nazzjonali li jirrigwardaw il-kuntratti. Il-proposta tal-Kummissjoni kellha l-għan li tegħleb preċiżament l-ostakli li joħlqu r-regoli kuntrattwali differenti dwar, pereżempju, il-perjodu ta’ garanzija legali jew il-konformità.
d. L-eżitu tad-djalogu politiku
Il-proċess leġiżlattiv li wassal għall-adozzjoni ta’ żewġ proposti tal-Kummissjoni, li attiraw kummenti sinifikanti mill-Parlamenti nazzjonali matul l-2016, tlesta fl-istess sena. Għaldaqstant, f’dan ir-Rapport, huwa possibbli li jitqabblu l-proposti inizjali tal-Kummissjoni mat-testi finali adotatti. Minħabba li huma involuti bosta atturi, mhuwiex possibbli li ssir rabta diretta bejn il-pożizzjoni ta’ Parlament nazzjonali individwali u l-eżitu tal-proċess leġiżlattiv. Madankollu, l-opinjonijiet tal-Parlamenti nazzjonali kkostitwixxew sors ta’ għarfien u analiżi imprezzabbli għall-interazzjonijiet tal-Kummissjoni mal-istituzzjonijiet l-oħra.
·Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2007/2004, ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE
Fil-15 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni adottat proposta sabiex tistabbilixxi Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta, 20 bħala parti mill-isforzi tagħha biex tiżgura ġestjoni b’saħħitha u kondiviża tal-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea. Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntieri u l-Kosta, li hija waħda mill-miżuri proposti taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni 21 , se tlaqqa’ flimkien Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta mibnija mill-Frontex u mill-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, li ser ikomplu jeżerċitaw il-ġestjoni ta’ kuljum tal-fruntiera esterna.
Il-Kummissjoni rċeviet għaxar opinjonijiet dwar il-proposta 22 . Bosta kmamar esprimew l-appoġġ tagħhom għall-istabbiliment tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Fl-istess waqt, bosta kmamar qajmu tħassib dwar id-dispożizzjonijiet li skonthom il-kompetenzi tal-Aġenzija jistgħu jinterferixxu mal-kompetenzi tal-Istati Membri f’termini tal-protezzjoni tal-fruntieri tagħhom, iż-żamma tas-sigurtà interna u l-ordni pubblika. Ħafna kmamar kellhom dubji rigward id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tal-proposta tal-Kummissjoni skont liema, f’ċerti sitwazzjonijiet li jeħtieġu azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni (pereżempju pressjoni migratorja sproporzjonata), il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Aġenzija, tista’ tadotta deċiżjoni li tidentifika l-miżuri li jridu jiġu implimentati mill-Aġenzija u li jeħtieġu lill-Istat Membru kkonċernat jikkoopera mal-Aġenzija fl-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri. Fil-fehma tal-kmamar, huwa l-Kunsill u mhux il-Kummissjoni u l-Aġenzija li għandu jkun responsabbli għall-adozzjoni ta’ tali miżuri u li l-Istati Membri jkollhom jaqblu magħhom.
Wara diskussjonijiet fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill, il-Regolament propost ġie adottat fl-14 ta’ Settembru 2016, 23 u b’hekk wera l-kapaċità tal-Istituzzjonijiet Ewropej li jwieġbu f’qasir żmien għal sfidi urġenti. Skont ir-Regolament, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta se tgħaqqad Aġenzija ġdida rinforzata, u tibni fuq il-pedamenti stabbiliti mill-Frontex, bil-kapaċità li tibbaża fuq riżerva ta’ reazzjoni rapida obbligatorja ta’ gwardji tal-fruntiera. Ir-Regolament jistipula li l-Istati Membri għandhom iżommu responsabbiltà primarja għall-ġestjoni tat-taqsimiet tagħhom tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. L-Istati Membri ser ikomplu jżommu l-kompetenza u s-sovranità tagħhom fuq il-fruntieri tagħhom u ser ikomplu jiġġestixxu l-fruntieri esterni tagħhom fuq bażi ta’ kuljum. Skont ir-Regolament, fil-każ ta’ sitwazzjonijiet li jeħtieġu azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni, id-deċiżjonijiet neċessarji għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, abbażi ta’ proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Aġenzija. Tali deċiżjonijiet jistgħu jipprevedu miżuri sabiex ir-riskji fil-fruntieri tal-Istati Membri jiġu mitigati u li għandhom jiġu implimentati mill-Aġenzija f’kooperazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat abbażi ta’ pjan operazzjonali miftiehem.
·Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli kontra prattiki tal-evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern
Fit-28 ta’ Jannar 2016, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għal Direttiva kontra l-evitar tat-taxxa bħala parti mill-Pakkett Kontra l-Evitar tat-Taxxa 24 . Fl-20 ta’ Ġunju 2016, il-Kunsill adotta d-Direttiva (UE) 2016/1164 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern 25 . Biex jiġi pprovdut qafas komprensiv dwar id-diskrepanzi ibridi, inklużi dawk fir-rigward ta’ pajjiżi terzi, fil-25 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni ppreżentat proposta sabiex tikkomplementa r-regola eżistenti dwar id-diskrepanzi ibridi {COM(2016) 687 final}. Ir-regoli dwar id-diskrepanzi ibridi jfittxu li jipprevjenu lill-kumpaniji milli jisfruttaw id-differenzi fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali sabiex jevitaw it-tassazzjoni.
Id-Direttiva Kontra l-Evitar tat-Taxxa tinkludi ħames miżuri legalment vinkolanti kontra l-abbuż, li l-Istati Membri kollha għandhom japplikaw kontra forom komuni ta’ ppjanar tat-taxxa aggressiv. Il-ħames miżuri jinkludu regoli biex jiskoraġġixxu t-trasferiment tal-profitti lejn pajjiżi b’taxxa baxxa/mingħajr taxxa, biex jipprevjenu n-nontassazzjoni doppja ta’ ċertu dħul, biex jipprevjenu li l-kumpaniji jevitaw it-taxxa meta jirrilokaw l-assi, biex jiskoraġġixxu arranġamenti ta’ dejn artifiċjali maħsuba biex jimminimizzaw it-taxxi u biex jikkumbattu l-ippjanar aggressiv tat-taxxa meta ma japplikawx regoli oħrajn.
Il-Kummissjoni rċeviet total ta’ seba’ opinjonijiet minn Parlamenti nazzjonali dwar il-proposta tad-Direttiva Kontra l-Evitar tat-Taxxa inklużi żewġ opinjonijiet motivati mill-Kamra tad-Deputati ta’ Malta u r-Riksdag tal-Iżvezja 26 . Il-Kamra tad-Deputati kienet tal-fehma li l-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa ma għandhiex tkun ibbażata fuq regoli komuni uniformi mingħajr lok għall-flessibilità. Ir-Riksdag, filwaqt li esprimiet appoġġ għall-objettivi tal-proposta, ikkritikat lill-Kummissjoni talli fasslithom bil-għaġġla u mingħajr ma wettqet valutazzjoni tal-impatt.
Il-Kummissjoni kkunsidrat regoli armonizzati sabiex tiġġieled l-evitar tat-taxxa fl-interess ta’ suq uniku li jiffunzjona u saħqet li approċċi nazzjonali diverġenti jistgħu joħolqu lakuni ġodda għall-pjanifikaturi tat-taxxa aggressiva u jiskattaw il-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri, b’hekk jimminaw l-effettività tar-regoli tat-taxxa ta’ xulxin. Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja l-proposta ta evidenza ekonomika estensiva u enfasizza l-fatturi marbuta mal-ippjanar aggressiv tat-taxxa.
Il-Bundesrat tal-Ġermanja, filwaqt li globalment huwa favur il-proposta tal-Kummissjoni, ikkritika l-fatt li d-Direttiva tkopri biss kumpaniji li huma soġġetti għal taxxa korporattiva u talab l-inklużjoni ta’ kumpaniji mmexxija bħala sħubiji jew impriżi bi proprjetarju wieħed. Madankollu, l-ambitu tad-Direttiva adottata kien l-istess bħal dak propost mill-Kummissjoni, jiġifieri kumpaniji soġġetti għal taxxa korporattiva. Il-Bundesrat xtaq jevita wkoll eċċezzjonijiet għal setturi partikolari. Il-Kummissjoni kienet ipproponiet li ma tapplikax ir-regoli dwar kumpaniji kkontrollati minn barra l-pajjiż lil kumpaniji li l-klassi prinċipali ta’ ishma tagħhom kienet regolarment innegozjata fuq borża rikonoxxuta waħda jew aktar. Fil-verżjoni adottata tad-Direttiva, din id-dispożizzjoni ma ġietx miżmuma. Il-Bundesrat kien inkwetat rigward l-impatt tar-regola dwar il-limitazzjoni tat-tnaqqis tal-imgħax fuq intrapriżi żgħar u medji. Il-kostijiet tas-self li jaqbżu l-limitu deduċibbli huma limitati għal EUR 3 miljun fid-Direttiva adottata, meta mqabbla mal-EUR 1 miljun fil-proposta oriġinali tal-Kummissjoni.
Finalment, il-Bundesrat issuġġerixxa li fil-każ ta’ diskrepanzi ibridi, għandha tingħata kunsiderazzjoni jekk huwiex preferibbli li jiġu adottati l-approċċi differenzjati fir-rapport Base Erosion and Profit Shifting tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD - Organisation for Economic Co-operation and Development). Bħala parti mill-proposta ta’ kompromess finali għad-Direttiva Kontra l-Evitar tat-Taxxa tal-20 ta’ Ġunju 2016, li kienet miftiehma fl-20 ta’ Ġunju 2016, il-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECOFIN) ħareġ dikjarazzjoni dwar id-diskrepanzi ibridi. F’din id-dikjarazzjoni, il-Kunsill ECOFIN jitlob lill-Kummissjoni “biex tippreżenta proposta sa Ottubru 2016 dwar diskrepanzi ibridi li jinvolvu pajjiżi terzi sabiex tipprevedi regoli konsistenti mar-regoli rakkomandati mir-rapport Base Erosion and Profit Shifting tal-OECD u mhux inqas effettivi minnhom, bil-għan li jintlaħaq qbil sal-aħħar tal-2016.” Fil-25 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni ressqet proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva Kontra l-Evitar tat-Taxxa 27 li tibbaża fuq ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport Base Erosion and Profit Shifting tal-OECD dwar il-punt ta’ Azzjoni 2 “Neutralising the Effects of Hybrid Mismatch Arrangements.”
3. ŻVILUPPI OĦRAJN
·It-tieni “karta ħadra”
Fis-snin reċenti, għadd ta’ Parlamenti nazzjonali esprimew ix-xewqa li jkunu jistgħu jistiednu lill-Kummissjoni biex tfassal proposta leġiżlattiva jew tipproponi emendi lil-leġiżlazzjoni eżistenti bl-użu ta’ forma msaħħa tad-djalogu politiku komunement magħruf bħala “karta ħadra.” Fil-11 ta’ Lulju 2016, tmint ikmamar parlamentari 28 ffirmaw b’mod konġunt, fuq l-inizjattiva tal-Assemblée nationale ta’ Franza, “karta ħadra” u stiednu lill-Kummissjoni biex tissottometti proposta leġiżlattiva ambizzjuża li timplimenta l-prinċipji tar-responsabbiltà soċjali korporattiva fil-livell Ewropew, li tapplika għall-intrapriżi kollha li jkollhom il-kwartieri tagħhom fl-Unjoni Ewropea u inklużi obbligi u sanzjonijiet preċiżi. Fis-26 ta’ Lulju 2016 ingħaqdet magħhom kamra oħra 29 . Din kienet it-tieni inizjattiva ta’ “karta ħadra” wara l-inizjattiva tal-2015 dwar it-tnaqqis tal-ħela tal-ikel 30 .
Fit-tweġiba tagħha, il-Kummissjoni raddet ħajr lill-kmamar għall-kontribuzzjonijiet tagħhom f’din il-kwistjoni importanti u saħqet li kienet qed tkompli tkun proattiva fit-twettiq tal-promozzjoni tar-responsabbiltà soċjali korporattiva fil-politiki kollha tagħha. Din enfasizzat il-ħafna azzjonijiet li kienet ħadet fil-qasam tar-responsabbiltà soċjali korporattiva, b’mod partikolari fuq in-naħa regolatorja (Regolament tal-Unjoni Ewropea dwar l-Injam, Regolament dwar minerali ta’ kunflitt, Direttivi dwar l-akkwist pubbliku riveduti, Direttiva dwar id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni mhux finanzjarja, proposta għal Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Azzjonisti riveduta u proposta sabiex tiġi emendata d-Direttiva dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji minn ċerti impriżi u fergħat fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu) iżda wkoll permezz ta’ dokumenti ta’ politika ġenerali u inizjattivi ta’ gwida volontarja u konsultazzjoni.
Fil-Komunikazzjoni tagħha ta’ Novembru 2016 dwar il-Passi li Jmiss għal futur Ewropew sostenibbli 31 il-Kummissjoni enfasizzat li se tintensifika xogħlha rigward il-Kondotta tan-Negozju Responsabbli, u tiffoka fuq azzjonijiet konkreti sabiex tilqa’ l-isfidi soċjali, ambjentali u ta’ governanza attwali u futuri, billi tibni fuq il-prinċipji ewlenin u l-approċċ tal-politika identifikati fl-Istrateġija tar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva tal-Unjoni Ewropea tal-Kummissjoni 2011. Flimkien ma’ dan ix-xogħol, il-Kummissjoni qed timmonitora b’reqqa, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati, kif is-sitwazzjoni qed tevolvi fl-Istati Membri u fil-korpi internazzjonali involuti fil-proċess tar-responsabbiltà soċjali korporattiva.
·Ir-rwol tal-parlamenti reġjonali
Il-parlamenti reġjonali jikkontribwixxu indirettament għar-relazzjonijiet tal-Kummissjoni mal-Parlamenti nazzjonali. Skont il-Protokoll 2 tat-Trattati, meta titwettaq il-verifika tas-sussidjarjetà ta’ abozzi ta’ atti leġiżlattivi tal-UE sabiex jinħarġu opinjonijiet motivati, il-Parlamenti nazzjonali għandhom jikkonsultaw, fejn xieraq, il-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi 32 .
Il-parlamenti reġjonali huma rappreżentati fil-Kumitat tar-Reġjuni. Mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-Kumitat ingħata aktar responsabbiltajiet li jirrigwardaw is-sussidjarjetà li, kif stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, 33 espliċitament tinkludi d-dimensjonijiet lokali u reġjonali. Il-Kumitat tar-Reġjuni jwettaq attivitajiet ta’ monitoraġġ permezz tan-Netwerk għall-Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà u l-pjattaforma onlajn iddisinjata biex tappoġġja l-parteċipazzjoni tal-parlamenti reġjonali fil-mekkaniżmu ta’ twissija bikrija dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità (REGPEX). L-attività relatata mal-kontroll tas-sussidjarjetà tal-Kumitat tar-Reġjuni hija deskritta f’aktar dettall fir-Rapport Annwali 2016 dwar is-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità.
Għalkemm ma hemm l-ebda dispożizzjoni fit-Trattati għall-interazzjoni diretta bejn il-Kummissjoni u l-parlamenti reġjonali, bosta parlamenti reġjonali, b’mod partikolari parlamenti tal-Istat fl-Awstrija u l-Ġermanja, issottomettew għadd ta’ opinjonijiet lill-Kummissjoni fl-2016 biex jikkummentaw dwar aspetti varji tal-proposti tal-Kummissjoni. Delegazzjoni ta’ parlamenti reġjonali li huma firmatarji għad-“Dikjarazzjoni Heiligendamm” 34 iltaqgħet mal-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Timmermans f’Jannar tal-2016 għal skambju ta’ fehmiet. Barra minn hekk, il-President Juncker iltaqa’ ma’ rappreżentanti ta’ bosta gvernijiet u awtoritajiet reġjonali matul is-sena, fosthom minn Tramuntana tar-Renu-Westfalja, Brandenburg, Lower Saxony, Schleswig-Holstein, Rhineland-Palatinate u Hessen (il-Ġermanja), Provence-Alpes-Côte d'Azur u Alsace-Champagne-Ardenne-Lorraine (Franza), Tyrol u Styria (Awstrija), Wallonia (il-Belġjum) u Trentino-Alto Adige (l-Italja). Membri oħra tal-Kummissjoni, b’mod partikolari l-Kummissarju għall-Politika Reġjonali, Corina Creţu, ukoll kellhom laqgħat simili.
4. KUNTRATTI U ŻJARAT BILATERALI
Bħal fis-snin preċedenti, fl-2016 il-Membri tal-Kummissjoni wettqu żjarat fit-28 Parlament nazzjonali kważi kollha. Bosta kmamar rċevew aktar minn żjara waħda mill-President Juncker, l-ewwel Viċi President, il-Viċi Presidenti u l-Kummissarji. Barra minn hekk, ċerti Parlamenti nazzjonali bagħtu delegazzjonijiet fi Brussell jew organizzaw laqgħat tal-kumitati hemmhekk u sfruttaw din l-opportunità biex jiltaqgħu mal-Membri tal-Kummissjoni. Fl-2016 saru total ta’ kważi 180 żjara u laqgħa.
F’dan il-kuntest, kienu ta’ importanza parikolari ż-żjarat mill-Membri tal-Kummissjoni lill-Parlamenti nazzjonali sabiex jippreżentaw id-diskors tal-Istat tal-Unjoni tal-President Juncker 35 . Il-Kummissarji żaru l-kmamar kważi kollha fis-segwitu tad-diskors tiegħu fil-Parlament Ewropew. Żjarat u laqgħat bħal dawn ma’ parlamenti nazzjonali huma meqjusa mill-Kummissjoni bħala imprezzabbli fit-trawwim ta’ għarfien u sostenn aħjar għall-politiki tal-Unjoni. Fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni, il-President Juncker ħabbar li fil-futur ser ikun hemm saħansitra aktar żjarat u laqgħat mal-Parlamenti nazzjonali sabiex jintwera li l-Ewropa tista’ tinbena biss flimkien mal-Istati Membri, u mhux kontra tagħhom.
Matul l-2016, uffiċjali tal-Kummissjoni attendew aktar minn 80 laqgħa tal-kumitati tal-Parlamenti nazzjonali sabiex jiddiskutu proposti leġiżlattivi fuq livell aktar tekniku. Barra minn hekk, l-uffiċjali tal-Kummissjoni kienu regolarment mistiedna jippreżentaw inizjattivi ewlenin f’laqgħat mar-rappreżentanti permanenti tal-Parlamenti nazzjonali bbażati fi Brussell. Barra minn hekk, l-Uffiċjali tas-Semestru Ewropew, li huma bbażati fir-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni fl-Istati Membri, baqgħu f'kuntatt mal-Parlamenti nazzjonali dwar is-Semestru Ewropew u kwistjonijiet ekonomiċi oħra.
5. LAQGĦAT U KONFERENZI EWLENIN
Il-Kummissjoni żammet grad għoli ta’ involviment mal-Parlamenti nazzjonali matul l-2016 bl-attendenza tagħha f’firxa ta’ laqgħat interparlamentari importanti u konferenzi inklużi l-Konferenza tal-Kumitati Parlamentari għall-Affarijiet tal-Unjoni tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea (COSAC), il-Ġimgħa Parlamentari Ewropea u l-Konferenzi Interparlamentari għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni u l-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni.
COSAC
Il-Konferenza tal-Kumitati Parlamentari għall-Affarijiet tal-Unjoni tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea (COSAC), li huwa l-uniku forum interparlamentari minqux fit-Trattati 36 , iltaqa’ f’żewġ okkażjonijiet f’kull Stat Membru li kellu l-presidenza b’rotazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-2016. Il-Parlament Ewropew, li huwa membru sħiħ tal-COSAC, attenda għal-laqgħat kollha. Il-Kummissjoni, li għandha status ta’ osservatur, kienet irrappreżentata wkoll fil-laqgħat COSAC kollha u pprovdiet tweġiba bil-miktub għall-kontribuzzjonijiet adottati mill-COSAC fiż-żewġ laqgħat plenarji tagħha matul is-sena 37 .
Fil-laqgħa tal-Presidenti tal-COSAC li saret fl-Aja fit-8 ta’ Frar 2016, id-delegati ddiskutew l-organizzazzjoni u l-kooperazzoni ta’ skrutinju parlamentari abbażi ta’ studju ta’ każ b’fokus fuq l-EUROPOL u l-prijoritajiet Ewropej għall-2016 u lil hinn b’diskorsi prinċipali minn dik li dak iż-żmien kienet il-Viċi President tal-Kummissjoni għall-Baġit u r-Riżorsi Umani, Kristalina Georgieva u s-Sur Bert Koenders, Ministru għall-Affarijiet Barranin tan-Netherlands. Il-55 laqgħa plenarja f’Ġunju, li attenda għaliha l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Frans Timmermans, kompliet id-dibattitu dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali b’sessjonijiet iddedikati għal skambju tal-aħjar prassi tal-iskrutinju parlamentari u d-diplomazija parlamentari kif ukoll ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fil-ħarsien tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea. Id-delegati kellhom ukoll dibattitu dwar il-migrazzjoni li fih iffukaw fuq l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni UE-Turkija.
Il-laqgħa tal-Presidenti tal-COSAC li saret fi Bratislava fil-11-12 ta’ Lulju 2016 matul il-Presidenza Slovakka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea pprovdiet forum għal diskussjoni dwar id-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ewropea u l-politika ta’ koeżjoni. Fid-diskors tagħha, is-Sinjura Marianne Thyssen, Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobilità tal-Ħaddiema, esprimiet l-impenn tal-Kummissjoni li tapprofondixxi d-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ewropea u semmiet għadd ta’ proposti futuri tal-Kummissjoni f’dan il-qasam inkluż il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa. Hi ħadet ukoll l-opportunita biex twieġeb għal ftit mit-tħassib imressaq mill-Parlamenti nazzjonali fl-opinjonijiet immotivati tagħhom dwar il-proposta tal-Kummissjoni għar-reviżjoni tad-direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema.
L-aħħar laqgħa COSAC tas-sena, il-56 laqgħa plenarja fi Bratislava fl-14-15 ta’ Novembru 2016, iddiskutiet bosta suġġetti inklużi t-tisħiħ tar-rwol tal-Parlamenti nazzjonali b’diskors ewlieni mill-Ewwel Viċi President Frans Timmermans, is-Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP), l-Unjoni tal-Enerġija fil-preżenza tal-Viċi President Maroš Šefčovič u l-iżgurar tal-fruntieri esterni tal-UE fil-kuntest tal-migrazzjoni irregolari.
Ġimgħa Parlamentari Ewropea
Il-ġimgħa Parlamentari Ewropea, li saret fil-Parlament Ewropew fis-16 u s-17 ta’ Frar 2016, laqqgħet flimkien Membri tal-Parlamenti nazzjonali u l-kontropartijiet tagħhom tal-Parlament Ewropew għal dibattiti konġunti dwar iċ-Ċikli tas-Semestru Ewropew 2015/2016 u dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni Ekonomiku u l-Governanza fl-Unjoni Ewropea, bl-avveniment tal-aħħar ikun koospitat u kopresedut mill-Parlament Netherlandiż 38 . It-tieni Konferenza Interparlamentari tal-2016 dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni Ekonomiku u l-Governanza fl-Unjoni Ewropea saret fi Bratislava fis-16-18 ta’ Ottubru 2016 matul il-Presidenza Slovakka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 39 .
Konferenza tal-Kelliema tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea
Il-Konferenza tal-Kelliema tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea, li ssir kull sena fl-Istat Membru li kellu l-presidenza b’rotazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea matul it-tieni nofs tas-sena preċedenti, saret fil-Lussemburgu mit-22-24 ta’ Mejju 2016. Fid-diskors prinċipali tiegħu lill-Konferenza, il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker semma l-isfidi li qiegħda taffaċċja l-Unjoni Ewropea u l-ħtieġa li l-Kummissjoni u l-Parlamenti nazzjonali jikkooperaw aktar mill-qrib 40 .
Konferenzi PESK/PSDK
Il-Parlamenti nazzjonali u l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea kellhom l-opportunità li jiskambjaw il-fehmiet tagħhom fil-qasam tal-politika estera matul il-Konferenzi Interparlamentari għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni u l-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PESK/PSDK). It-tmien sessjoni ospitata mill-Parlament Netherlandiż saret f’April tal-2016. Ir-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni, Federica Mogherini, bagħtet messaġġ bil-vidjo lill-konferenza tal-Aja, u fost il-kelliema fil-konferenza kien hemm il-konsulent speċjali tagħha u rappreżentanti tal-maniġment superjuri tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Id-disa’ sessjoni f’Settembru, organizzata min-Národná rada tas-Slovakkja, attendew għaliha r-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni Mogherini personalment u membri tal-maniġment superjuri tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)
Fid-dawl tar-Regolament il-ġdid tal-Europol, li sar applikabbli fl-1 ta’ Mejju 2017 41 , il-Parlamenti nazzjonali flimkien mal-Parlament Ewropew iffurmaw Grupp ta’ Skrutinju Parlamentari Konġunt li għandu l-għan li jiżgura l-iskrutinju demokratiku xieraq tal-attivitajiet tal-Europol skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea 42 . L-ewwel laqgħa Interparlamentari tal-Kumitat dwar l-Europol saret fit-28 ta’ Novembru 2016 u għaliha attenda l-Kummissarju Sir Julian King.
6. KONKLUŻJONIJIET U ASPETTATTIVI
Fit-tieni sena sħiħa tagħha fil-kariga, il-Kummissjoni taħt il-Presidenza ta’ Jean-Claude Juncker kompliet bl-isforzi tagħha sabiex tiżviluppa relazzjonijiet aktar profondi u mill-qrib mal-Parlamenti nazzjonali. Minbarra laqgħat frekwenti fi Brussell mar-rappreżentanti tal-Parlamenti nazzjonali, il-Membri tal-Kummissjoni, kif ukoll l-uffiċjali tal-Kummissjoni, għamlu bosta żjarat lill-Parlamenti nazzjonali matul is-sena sabiex jidħlu fi djalogu dwar il-politiki u l-proposti ewlenin tal-Kummissjoni. B’mod parallel, l-iskambju bil-miktub bejn il-Kummissjoni u l-Parlamenti nazzjonali ra żieda sostanzjali fl-attività.
Is-suċċess tal-isforzi tal-Kummissjoni biex toħloq sħubija ġdida mal-Parlamenti nazzjonali, madankollu, ma tistax titkejjel biss f’termini ta’ għadd ta’ żjarat, laqgħat u opinjonijiet, għalkemm bil-mod tagħhom dawn huma importanti wkoll. Peress li l-Unjoni Ewropea tfittex li tiddefinixxi viżjoni għall-futur tagħha ma’ 27 Stat Membru, 60 sena wara l-iffirmar tat-Trattat ta’ Ruma, huwa meħtieġ dibattitu aktar profond madwar il-kontinent Ewropew. Il-White Paper dwar il-futur tal-Ewropa 43 , ippreżentata f’Marzu 2017, tiddeskrivi ħames xenarji differenti għal kif l-Ewropa tista’ tevolvi sal-2025 u tikkostitwixxi l-kontribut tal-Kummissjoni għal dibattitu onest u miftuħ maċ-ċittadini Ewropej. Sabiex dan id-dibattitu jiġi mħeġġeġ, il-Kummissjoni, flimkien mal-Parlament Ewropew u l-Istati Membri, se tospita serje ta’ “Dibattiti dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa” madwar il-Parlamenti nazzjonali, l-ibliet u r-reġjuni tal-Ewropa. Bħalma għamilha ċara l-President Juncker fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni f’Settembru 2016, il-Parlamenti nazzjonali jeħtieġu u ser ikunu involuti mill-qrib f'dan il-proċess.
COM(2017) 600 final.
Għal aktar dettalji dwar l-opinjonijiet motivati, ara r-rapport annwali tal-2016 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità – COM(2017) 600 final.
Magħduda bħala 13-il opinjoni minn żewġt ikmamar.
COM(2015) 610 final tas-27 ta’ Ottubru 2015.
COM(2016) 128 final tat-8 ta’ Marzu 2016.
COM(2016) 270 final tal-4 ta’ Mejju 2016.
COM(2015) 634 final tad-9 ta’ Diċembru 2015.
COM(2015) 635 final tad-9 ta’ Diċembru 2015.
Il-Bundesrat tal-Ġermanja, is-Sénat ta’ Franza, is-Senato della Repubblica tal-Italja, is-Saeima tal-Latvja, is-Seimas tal-Litwanja, l-Országgyűlés tal-Ungerija, l-Assembleia da República tal-Portugal, ir-Riksdag tal-Iżvezja, u l-British House of Lords.
Il-Poslanecká sněmovna u s-Senát tar-Repubblika Ċeka, il-Hrvatski Sabor tal-Kroazja, is-Senato della Repubblica tal-Italja, is-Saeima tal-Latvja, is-Seimas tal-Litwanja, l-Országgyűlés tal-Ungerija, it-Tweede Kamer u l-Eerste Kamer tan-Netherlands, is-Senat tal-Polonja, l-Assembleia de República tal-Portugall, il-Camera Deputaților u s-Senat tar-Rumanija, in-Národná rada tas-Slovakkja u l-British House of Commons u l-House of Lords.
Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi, ĠU L 18, 21.01.97, p. 1.
In-Narodno sabranie tal-Bulgarija, il-Poslanecká sněmovna u s-Senát tar-Repubblika Ċeka, il-Folketing tad-Danimarka, ir-Riigikogu tal-Estonja, l-Assemblée nationale u s-Sénat ta’ Franza, il-Cortes Generales ta’ Spanja, il-Hrvatski sabor tal-Kroazja, il-Camera dei Deputati u s-Senato della Repubblica tal-Italja, is-Seimas tal-Litwanja, is-Saeima tal-Latvja, l-Országgyűlés tal-Ungerija, is-Sejm u s-Senat tal-Polonja (opinjoni motivata u opinjoni), l-Assembleia da República tal-Portugall, il-Camera Deputaților (opinjoni motivata u opinjoni) u s-Senat tar-Rumanija, in-Národná rada tas-Slovakkja, u l-British House of Commons.
COM(2016) 505 final tal-20 ta’ Lulju 2016. Ara wkoll ir-Rapport Annwali 2016 dwar is-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità.
COM(2016) 270 final, COM(2016) 271 final u COM(2016) 272 final tal-4 ta’ Mejju 2016.
COM(2016) 270 final tal-4 ta’ Mejju 2016.
Il-Poslanecká sněmovna (opinjoni motivata) u s-Senát (opinjoni motivata) tar-Repubblika Ċeka, il-Bundesrat tal-Ġermanja, l-Országgyűlés (opinjoni motivata) tal-Ungerija, il-Camera dei Deputati u s-Senato della Repubblica (opinjoni motivata) tal-Italja, is-Sejm (opinjoni motivata) u s-Senat (opinjoni motivata u opinjoni) tal-Polonja, l-Assembleia da República tal-Portugal, il-Camera Deputaților (opinjoni motivata u opinjoni) u s-Senat tar-Rumanija u n-Národná rada tas-Slovakkja (opinjoni motivata).
COM(2015) 634 final tad-9 ta’ Diċembru 2015.
COM(2015) 635 final tad-9 ta’ Diċembru 2015.
Is-Senát tar-Repubblika Ċeka, is-Sénat (opinjoni motivata) ta’ Franza, ix-Chambre des Députés tal-Lussemburgu, l-Eerste Kamer (żewġ opinjonijiet) tan-Netherlands, il-Bundesrat tal-Awstrija, l-Assembleia da República tal-Portugal u s-Senat tar-Rumanija.
COM(2015) 671 final tal-15 ta’ Diċembru 2015.
COM(2015) 240 final tat-13 ta’ Mejju 2015.
Il-Poslanecká sněmovna u s-Senát tar-Repubblika Ċeka, l-Assemblée nationale ta’ Franza, il-Camera dei Deputati u s-Senato della Repubblica tal-Italja, it-Tweede Kamer tan-Netherlands, is-Senat tal-Polonja, l-Assembleia da República tal-Portugall, il-Camera Deputaților u s-Senat tar-Rumanija.
Ir-Regolament (UE) 2016/1642 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE, ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1.
COM(2016) 26 final tat-28 ta’ Jannar 2016.
ĠU L 193, 19.7.2016, p. 1.
Is-Senát tar-Repubblika Ċeka, il-Bundesrat tal-Ġermanja, l-Assemblée nationale ta’ Franza, il-Kamra tad-Deputati ta’ Malta, l-Assembleia da República tal-Portugal, il-Camera Deputaţilor tar-Rumanija u r-Riksdag tal-Iżvezja.
COM(2016) 687 final tal-25 ta’ Ottubru 2016.
L-Assemblée nationale ta’ Franza, is-Senato della Repubblica tal-Italja, is-Saeima tal-Latvja, is-Seimas tal-Litwanja, it-Tweede Kamer tan-Netherlands, l-Assembleia da República tal-Portugall, in-Národná rada tas-Slovakkja u l- House of Lordstar-Renju Unit.
Il-Vouli ton Ellinon tal-Greċja.
Ara r-Rapport Annwali 2015 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Parlamenti nazzjonali, COM (2016) 471 tal-15 ta’ Lulju 2016, p. 10.
COM(2016) 739 final tat-22 ta’ Novembru 2016.
L-Artikolu 6 (l-ewwel paragrafu) tal-Protokoll Nru 2 dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tas-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità: “Kull parlament nazzjonali jew kull kamra ta’ parlament nazzjonali jistgħu, fi żmien tmien ġimgħat mid-data minn meta jirċievu abbozz ta’ att leġislattiv fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, jibagħtu lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni opinjoni motivata bir-raġunijiet li għalihom iqisu li l-abbozz in kwistjoni ma jimxix mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Kull parlament nazzjonali u kull kamra ta’ parlament nazzjonali jistgħu jikkonsultaw, fejn ikun xieraq, mal-Parlamenti reġjonali li jkollhom setgħat leġislattivi.
Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea: “Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, fl-oqsma li ma jaqgħux fil-kompetenza esklussiva tagħha, l-Unjoni għandha taġixxi biss jekk u sa fejn, l-objettivi tal-azzjoni prevista ma jkunux jistgħu jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri, la fil-livell ċentrali u lanqas fil-livell reġjonali u lokali, iżda jkunu jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti ta’ l-azzjoni prevista, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni.”
“Id-Dikjarazzjoni Heiligendamm” tas-16 ta’ Ġunju 2015 ġiet adottata b’mod konġunt mill-presidenti tal-Parlamenti tal-Istati Ġermaniżi u Awstrijaċi u tal-Parlament tal-Istat ta’ Tirol tan-Nofsinhar. Id-dikjarazzjoni titlob għal inklużjoni akbar tal-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi fis-superviżjoni u l-iskrutinju tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u titlob li r-riżoluzzjonijiet adottati mill-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi fl-ambitu tas-sistema ta’ twissija bikrija tas-sussidjarjetà jissemmew mill-Kummissjoni Ewropea f’dokumenti uffiċjali bħar-Rapporti Annwali tagħha dwar is-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità u dwar ir-Relazzjonijiet mal-Parlamenti nazzjonali.
http://europa.eu/rapid/press-release_SPEECH-16-3043_mt.htm
Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea.
Jekk jogħġbok irreferi għas-sit web tal-COSAC fuq http://www.cosac.eu/en/ għal rapporti ddettaljati tal-laqgħat tal-COSAC kif ukoll kopji tal-Kontribuzzjonijiet tal-COSAC u t-tweġiba tal-Kummissjoni għalihom.
http://www.europarl.europa.eu/relnatparl/en/conferences/european-parliamentary-week.html.
http://www.ipex.eu/IPEXL-WEB/conference/getconference.do?id=082dbcc5559418240155963fbfde01d7.
http://www.ipex.eu/IPEXL-WEB/euspeakers/getspeakers.do?id=082dbcc54d8d4eaf014d9095cb270339.
Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI, ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53–114.
L-Artikolu 88(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea: “Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta’ regolament skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, jiddeterminaw l-istruttura, il-funzjonament, il-qasam tal-azzjoni u l-kompiti tal-Europol. Dawn il-kompiti jistgħu jinkludu: (a) il-ġabra, il-ħażna, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju ta' informazzjoni mgħoddi partikolarment mill-awtoritajiet tal-Istati Membri jew ta' pajjiżi jew korpi terzi; il-koordinazzjoni, l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ investigazzjonijiet u azzjonijiet operattivi mwettqa flimkien mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew fil-qafas ta’ gruppi investigattivi konġunti, meta xieraq f'kollaborazzjoni mal-Eurojust. Dawn ir-regolamenti għandhom jiddeterminaw ukoll il-proċeduri għal kontroll tal-attivitajiet tal-Europol mill-Parlament Ewropew, flimkien mal-Parlamenti nazzjonali.”
COM(2017) 2025 final.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 30.6.2017
COM(2017) 601 final
ANNESSI
tar-
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI
Rapport Annwali tal-2016
dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni Ewropea u Parlamenti nazzjonali
Anness 1
Għadd ta’ opinjonijiet li waslu għand il-Kummissjoni fl-2016 minn kull Parlament/Kamra nazzjonali (djalogu politiku u mekkaniżmu ta’ kontroll tas-sussidjarjetà)
|
Stat Membru |
Kamra |
Għadd totali ta’ opinjonijiet 1 |
Għadd ta’ dawk minnhom li kienu opinjonijiet motivati (Protokoll Nru 2) 2 |
|
L-Italja |
Senato della Repubblica |
81 |
3 |
|
Ir-Rumanija |
Camera Deputaților |
70 |
2 |
|
Il-Portugall |
Assembleia da República |
57 |
1 |
|
Il-Ġermanja |
Bundesrat |
47 |
0 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
Senát |
46 |
3 |
|
Ir-Rumanija |
Senat |
43 |
1 |
|
Franza |
Assemblée nationale |
33 |
0 3 |
|
L-Italja |
Camera dei Deputati |
27 |
0 |
|
Franza |
Sénat |
25 |
3 |
|
L-Iżvezja |
Riksdag |
23 |
12 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
Poslanecká sněmovna |
19 |
4 |
|
Il-Polonja |
Senat |
17 |
2 |
|
Ir-Renju Unit |
House of Lords |
17 |
0 |
|
Spanja |
Cortes Generales |
13 4 |
0 |
|
L-Awstrija |
Bundesrat |
11 |
4 |
|
In-Netherlands |
Tweede Kamer |
8 |
3 |
|
Id-Danimarka |
Folketing |
7 |
2 |
|
Is-Slovakkja |
Národná rada |
7 |
2 |
|
Il-Litwanja |
Seimas |
7 |
1 |
|
In-Netherlands |
Eerste Kamer |
7 |
1 |
|
Malta |
Il-Kamra tad-Deputati |
6 |
5 |
|
Il-Bulgarija |
Narodno sabranie |
6 |
3 |
|
L-Ungerija |
Országgyűlés |
6 |
2 |
|
Il-Lussemburgu |
Chambre des Députés |
6 |
2 |
|
Il-Ġermanja |
Bundestag |
5 |
0 |
|
Il-Polonja |
Sejm |
4 |
2 |
|
Il-Latvja |
Saeima |
4 |
1 |
|
Ċipru |
Vouli ton Antiprosopon |
4 |
0 |
|
Ir-Renju Unit |
House of Commons |
3 |
1 |
|
L-Irlanda |
Houses of the Oireachtas |
3 |
0 |
|
L-Irlanda |
Dáil Éireann |
2 |
2 |
|
Il-Kroazja |
Hrvatski sabor |
2 |
1 |
|
L-Estonja |
Riigikogu |
1 |
1 |
|
L-Irlanda |
Seanad Éireann |
1 |
1 |
|
L-Awstrija |
Nationalrat |
1 |
0 |
|
Il-Greċja |
Vouli ton Ellinon |
1 |
0 |
|
Il-Belġju |
Sénat de Belgique / Belgische Senaat |
0 |
0 |
|
Il-Belġju |
Chambre des représentants / Kamer van volksvertegenwoordigers |
0 |
0 |
|
Il-Finlandja |
Eduskunta |
0 |
0 |
|
Is-Slovenja |
Državni zbor |
0 |
0 |
|
Is-Slovenja |
Državni svet |
0 |
0 |
|
TOTAL |
620 |
65 |
|
Anness 2
Dokumenti tal-Kummissjoni li ġġeneraw l-akbar għadd ta’ opinjonijiet 5 li waslu għand il-Kummissjoni fl-2016 (djalogu politiku u mekkaniżmu ta’ kontroll tas-sussidjarjetà)
|
Dokument tal-Kummissjoni |
Titolu |
Għadd totali ta’ opinjonijiet 6 |
Għadd ta’ dawk minnhom li kienu opinjonijiet motivati (Protokoll Nru 2) 7 |
|
|
1 |
COM(2015) 610 |
Komunikazzjoni dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2016: Mhux il-waqt li kollox jibqa’ l-istess |
25 |
0 |
|
2 |
COM(2016) 128 |
Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-istazzjonar ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi |
23 |
14 |
|
3 |
COM(2016) 270 |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (tfassil mill-ġdid) |
14 8 |
8 |
|
4 |
COM(2015) 635 |
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw il-kuntratti għall-bejgħ onlajn u bejgħ mill-bogħod ieħor ta' oġġetti |
12 9 |
1 |
|
5 |
COM(2016) 683 |
Il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) |
11 10 |
8 |
|
6 |
COM(2016) 685 |
Il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva |
11 11 |
8 |
|
7 |
COM(2015) 634 |
Proposta għal Direttiva dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali |
11 12 |
1 |
|
8 |
COM(2016) 52 |
Proposta għal Regolament dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jirrevoka r-Regolament (UE) Nru 994/2010 |
11 13 |
1 |
|
9 |
COM(2016) 53 |
Proposta għal Deċiżjoni dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u strumenti mhux vinkolanti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 994/2012/UE |
10 14 |
4 |
|
10 |
COM(2015) 750 |
Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi |
10 15 |
1 |
|
11 |
COM(2015) 671 |
Proposta għal Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2007/2004, ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE |
10 16 |
0 |
|
12 |
COM(2016) 378 |
Proposta għal Direttiva dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg b’ħiliet għolja |
9 |
3 |
|
13 |
COM(2015) 595 |
Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart |
9 17 |
2 |
|
14 |
COM(2015) 625 |
Proposta għal Direttiva dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u s-sostituzzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu |
9 18 |
0 |
|
15 |
COM(2015) 596 |
Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ |
8 19 |
1 |
|
16 |
COM(2016) 271 |
Proposta għal Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-ażil u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 439/2010 |
8 20 |
0 |
Anness 3
Għadd ta’ opinjonijiet li waslu għand il-Kummissjoni fl-2016 skont kull servizz bir-responsabbiltà prinċipali (djalogu politiku u mekkaniżmu ta’ kontroll tas-sussidjarjetà)
|
Servizz tal-Kummissjoni bir-responsabbiltà prinċipali |
Għadd totali ta’ opinjonijiet 21 |
|
DĠ Migrazzjoni u Affarijiet Interni |
113 |
|
Segretarjat ġenerali |
59 |
|
DĠ Netwerks ta’ Komunikazzjoni, Kontenut u Teknoloġija |
58 |
|
DĠ Ġustizzja u Konsumaturi |
49 |
|
DĠ Tassazzjoni u Unjoni Doganali |
46 |
|
DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni |
45 |
|
DĠ Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs |
41 |
|
DĠ Stabilità Finanzjarja, Servizzi Finanzjarji, u Unjoni tas-Swieq Kapitali |
34 |
|
DĠ Enerġija |
32 |
|
DĠ Mobilità u Trasport |
25 |
|
DĠ Ambjent |
21 |
|
Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna 22 |
14 |
|
DĠ Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji |
13 |
|
DĠ Azzjoni Klimatika |
12 |
|
DĠ Agrikoltura u Żvilupp Rurali |
8 |
|
DĠ Kummerċ |
7 |
|
DĠ Eurostat — Statistika Ewropea |
6 |
|
DĠ Edukazzjoni, Żgħażagħ, Sport u Kultura |
6 |
|
DĠ Politika Ewropea tal-Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir |
4 |
|
DĠ Baġit |
3 |
|
DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari |
3 |
|
DĠ Affarijiet Marittimi u Sajd |
3 |
|
DĠ Riċerka u Innovazzjoni |
3 |
|
Is-servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija |
3 |
|
DĠ Kompetizzjoni |
1 |
|
DĠ Protezzjoni Ċivili u Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja |
1 |
|
DĠ Kooperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp |
1 |
|
DĠ Politika Reġjonali u Urbana |
1 |
|
TOTAL |
612 23 |
Jinkludi kemm l-opinjonijiet kif ukoll l-opinjonijiet motivati li waslu mill-Parlamenti nazzjonali.
Opinjoni, biex tikkwalifika bħala motivata skont id-definizzjoni fil-Protokoll Nru 2, trid tiddikjara b’mod ċar ksur tas-sussidjarjetà u tintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien tmien ġimgħat mit-trażmissjoni tal-proposta leġiżlattiva lill-Parlamenti nazzjonali.
Assemblée nationale ta’ Franza ppreżentat opinjoni li tiddikjara ksur tas-sussidjarjetà. Din l-opinjoni ntbagħtet, madankollu, iktar minn tmien ġimgħat wara t-trażmissjoni tal-proposta leġiżlattiva lill-Parlamenti nazzjonali mill-Kummissjoni.
Magħduda bħala tlettax-il opinjoni minn żewġt ikmamar.
It-tabella tikklassifika d-dokumenti kollha tal-Kummissjoni li dwarhom waslu mill-inqas tmien opinjonijiet.
Jinkludi kemm l-opinjonijiet kif ukoll l-opinjonijiet motivati li waslu mill-Parlamenti nazzjonali.
Opinjoni, biex tikkwalifika bħala motivata skont id-definizzjoni fil-Protokoll Nru 2, trid tiddikjara b’mod ċar ksur tas-sussidjarjetà u tintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien tmien ġimgħat mit-trażmissjoni tal-proposta leġiżlattiva lill-Parlamenti nazzjonali.
Waħda mill-opinjonijiet li tikkonċerna dan id-dokument tal-Kummissjoni, mill-Poslanecká sněmovna tar-Repubblika Ċeka kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2016) 270, COM(2016) 271 u COM(2016) 272. Opinjoni waħda, mill-Assembleia da República Portugiża, kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2016) 197, COM(2016) 270, COM(2016) 271 u COM(2016) 272.
Sitt opinjonijiet, mis-Senát tar-Repubblika Ċeka, mis-Sénat ta’ Franza, mix-Chambre des Députés Lussemburgiża, mill-Bundesrat tal-Awstrija, mill-Assembleia da República tal-Portugall u mis-Senat tar-Rumanija kienu jikkonċernaw b’mod konġunt COM(2015) 634 u COM(2015) 635. L-Eerste Kamer tan-Netherlands bagħtet żewġ opinjonijiet li t-tnejn kienu jikkonċernaw b’mod konġunt COM(2015) 633, COM(2015) 634 u COM(2015) 635.
Tmien opinjonijiet, mill- Folketing tad-Danimarka, mid-Dáil Éireann tal-Greċja, mill-Seanad Éireann tal-Greċja, mill-Cortes Generales ta’ Spanja, mix-Chambre des Députés tal-Lussemburgu, minn Il-Kamra tad-Deputati ta’ Malta, mit-Tweede Kamer tan-Netherlands u mill-Assembleia da República tal-Portugall kienu jikkonċernaw b’mod konġunt COM(2016) 683 u COM(2016) 685. Opinjoni waħda, mill-Eerste Kamer tan-Netherlands, kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2016) 683, COM(2016) 685 u COM(2016) 687.
Tmien opinjonijiet, mill- Folketing tad-Danimarka, mid-Dáil Éireann tal-Greċja, mill-Seanad Éireann tal-Greċja, mill-Cortes Generales ta’ Spanja, mix-Chambre des Députés tal-Lussemburgu, minn Il-Kamra tad-Deputati ta’ Malta, mit-Tweede Kamer tan-Netherlands u mill-Assembleia da República tal-Portugall kienu jikkonċernaw b’mod konġunt COM(2016) 683 u COM(2016) 685. Opinjoni waħda, mill-Eerste Kamer tan-Netherlands, kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2016) 683, COM(2016) 685 u COM(2016) 687.
Opinjoni waħda, mill-Camera dei Deputati tal-Italja, kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2015) 633 u COM(2015) 634. Sitt opinjonijiet, mis-Senát tar-Repubblika Ċeka, mis-Sénat ta’ Franza, mix-Chambre des Députés Lussemburgiża, mill-Bundesrat tal-Awstrija, mill-Assembleia da República tal-Portugall u mis-Senat tar-Rumanija kienu jikkonċernaw b’mod konġunt COM(2015) 634 u COM(2015) 635. L-Eerste Kamer tan-Netherlands bagħtet żewġ opinjonijiet li t-tnejn kienu jikkonċernaw b’mod konġunt COM(2015) 633, COM(2015) 634 u COM(2015) 635.
Żewġ opinjonijiet, mill-Bundesrat tal-Awstrija u mill-Assemblée nationale, ta’ Franza li kienu jikkonċernaw b’konġunt COM(2016) 52 u COM(2016) 53. Opinjoni waħda, mill-Assembleia da República Portugiża, kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2016) 49, COM(2016) 51, COM(2016) 52 u COM(2016) 53.
Żewġ opinjonijiet, mill-Assemblée nationale ta’ Franza u mill-Bundesrat, tal-Awstrija li kienu jikkonċernaw b’konġunt COM(2016) 52 u COM(2016) 53. Opinjoni waħda, mill-Assembleia da República Portugiża, kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2016) 49, COM(2016) 51, COM(2016) 52 u COM(2016) 53.
Opinjoni waħda, mis-Senát tar-Repubblika Ċeka, li kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2015) 750 u COM(2015) 624.
Opinjoni waħda, mill-Camera Deputaților tar-Rumanija, li kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2015) 671 u COM(2015) 673.
Opinjoni waħda, mill-Assemblée nationale ta’ Franza, li kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2015) 593, COM(2015) 594, COM(2015) 595 u COM(2015) 596. It-tliet opinjonijiet, mis-Senát tar-Repubblika Ċeka, mis-IT Senato della Repubblica tal-Italja, mis-Senat tar-Rumanija li kienu jikkonċernaw b’mod konġunt COM(2015) 593, COM(2015) 594, COM(2015) 595, COM(2015) 596 u COM(2015) 614. Żewġ opinjonijiet, mis-Sénat ta’ Franza u mis-Senat tal-Polonja, li kienu jikkonċernaw b’mod konġunt COM(2015) 594, COM(2015) 595, COM(2015) 596. Opinjoni waħda, mill-Folketing tad-Danimarka, li kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2015) 595 u COM(2015) 596.
Opinjoni waħda, mill-Assemblée nationale ta’ Franza, li kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2013) 534, COM(2015) 185, COM(2015) 624 u COM(2015) 625.
Opinjoni waħda, mill-Assemblée nationale ta’ Franza, li kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2015) 593, COM(2015) 594, COM(2015) 595 u COM(2015) 596. It-tliet opinjonijiet, mis-Senát tar-Repubblika Ċeka, mis-IT Senato della Repubblica tal-Italja, mis-Senat tar-Rumanija li kienu jikkonċernaw b’mod konġunt COM(2015) 593, COM(2015) 594, COM(2015) 595, COM(2015) 596 u COM(2015) 614. Żewġ opinjonijiet, mis-Sénat ta’ Franza u mis-Senat tal-Polonja, li kienu jikkonċernaw b’mod konġunt COM(2015) 594, COM(2015) 595, COM(2015) 596. Opinjoni waħda, mill-Folketing tad-Danimarka, li kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2015) 595 u COM(2015) 596.
Opinjoni waħda, mill-Assembleia da República tal-Portugall, li kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2016) 197, COM(2016) 270, COM(2016) 271 u COM(2016) 272. Opinjoni waħda, mill-Poslanecká sněmovna tar-Repubblika Ċeka, li kienet tikkonċerna b’mod konġunt COM(2016) 270, COM(2016) 271 u COM(2016) 272.
Jinkludi kemm l-opinjonijiet kif ukoll l-opinjonijiet motivati li waslu mill-Parlamenti nazzjonali.
Is-SEAE mhuwiex servizz tal-Kummissjoni iżda korp indipendenti.
Opinjoni fuq inizjattiva proprja waħda mill-Assemblée nationale ta’ Franza u seba’ opinjonijiet fuq inizjattiva proprja mill-House of Lords tar-Renju Unit ntbagħtu għal skop ta’ informazzjoni biss u ma kinux assenjati lill-ebda servizz tal-Kummissjoni.