Brussell, 29.6.2017

COM(2017) 354 final

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL EWROPEW U L-KUNSILL

It-tmien rapport ta' progress lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina


I.INTRODUZZJONI

Dan huwa t-tmien rapport ta’ kull xahar dwar il-progress li sar lejn il-bini ta’ Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina u jkopri l-iżviluppi f’żewġ pilastri ewlenin: l-indirizzar tat-terroriżmu u tal-kriminalità organizzata u l-mezzi li jappoġġawhom; u t-tisħiħ tad-difiżi tagħna u l-bini ta’ reżiljenza kontra dan it-theddid.

F’dawn l-aħħar ġimgħat, l-Ewropa għal darb’oħra intlaqtet minn sensiela ta’ attakki terroristiċi. Fit-22 ta’ Mejju 2017, Manchester kienet vittma ta’ attakk terroristiku faħxi meta ġiet attivata bomba barra sala tal-kunċerti, u qatlet 22 persuna, bosta minnhom adoloxxenti. Tnax-il jum wara, fit-3 ta’ Ġunju 2017, Londra għal darb’ oħra ġiet attakkata meta xi terroristi daħlu indiskriminatament b’vettura fuq persuna mexjin f’żona pedonali fuq il-London Bridge qabel ma wettqu attakk qattiel bil-mixi, armati bi skieken, f’Borough Market li jinsab fil-qrib. Fit-18 ta’ Ġunju, attakk simili b’vann barra moskea qatel u darab fidili innoċenti. Aktar riċenti, fid-19 ta’ Ġunju 2017, terrorist ipprova jattakka uffiċjali tal-pulizija f’Avenue des Champs-Élysées f’Pariġi iżda nqatel b’tiri ta’ arma tan-nar. Fl-20 ta’ Ġunju 2017, il-forzi tas-sigurtà Belġjani sparaw u qatlu attentatur ta’ attakk suwiċida bil-bombi fil-Gare Centrale ta’ Brussell li l-bomba tiegħu ma ħaditx. Il-volum u r-ritmu ta’ dawn l-attakki għal darb’oħra jenfasizzaw l-importanza vitali tal-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti u l-isfida li qed jiffaċjaw l-Istati Membri kemm biex ixekklu l-attakki kif ukoll fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni li tagħtihom in-nar.

Dan ir-rapport jiddeskrivi l-miżuri li ttieħdu fil-livell tal-UE għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni, jevalwa l-progress li sar b’reazzjoni għall-isfidi tar-radikalizzazzjoni sena wara l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Ġunju 2016 dwar l-appoġġ tal-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni li twassal għal estremiżmu vjolenti 1 . Ir-rapport jagħti wkoll aġġornament dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta’ fajls oħra ta’ prijorità dwar is-sigurtà, bil-passi li ttieħdu wara biex jitjieb l-iskambju tal-informazzjoni permezz tal-interoperabilità tas-sistemi tal-informazzjoni u biex jiġi implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-finanzjament tat-terroriżmu 2 biex il-finanzjament tat-terroriżmu jiġi individwat u mblukkat.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew 3 tat-22 u t-23 ta’ Ġunju 2017 saħqu u rrinforzaw ir-rieda tal-Unjoni li tikkoopera fil-ġlieda kontra l-firxa tar-radikalizzazzjoni fuq l-internet, li tikkoordina l-ħidma fuq il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti u l-indirizzar tal-ideoloġija, biex tisfratta l-finanzjament tat-terroriżmu, biex tiffaċilita skambji rapidi u mmirati ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, inkluż ma’ msieħba fdati, u biex titjieb l-interoperabbiltà bejn il-bażijiet ta’ dejta. Id-dikjarazzjoni tas-samit reċenti tal-G7 f’Taormina 4 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti bagħtet messaġġ qawwi tar-rieda internazzjonali biex tindirizza t-theddida dejjem tikber ta’ terroriżmu u enfasizzat il-ħtieġa għal aktar azzjoni konċertata fil-livell globali.

Fl-aħħar nett, dan ir-rapport jindirizza wkoll iż-żieda fit-theddida ċibernetika u jistabbilixxi l-azzjonijiet fuq perjodu ta’ żmien qasir tal-glieda kontriha, imsejsa fuq il-lezzjonijiet mir-reazzjonijiet għall-attakk WannaCry.

II.    L-AZZJONI TAL-UE TAPPOĠĠA L-PREVENZJONI TAR-RADIKALIZZAZZJONI

Minkejja li r-radikalizzazzjoni vjolenti mhijiex fenomenu ġdid, l-attakki terroristiċi riċenti fl-Unjoni wrew kemm il-veloċità u l-iskala allarmanti li biha xi ċittadini tal-UE kienu ġew radikalizzati. Dawk li jirreklutaw it-terroristi jużaw firxa ta’ tekniki differenti biex jonsbu lil dawk vulnerabbli. L-użu ta’ għodod ta’ komunikazzjoni diġitali jippreżenta sfidi ġodda u partikolari għall-awtoritajiet tal-Istati Membri. Il-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni permezz ta' reazzjoni fil-livell tal-UE b’ħafna aspetti, kemm online kif ukoll offline, għalhekk għandha rwol ewlieni fl-appoġġ għall-Istati Membri fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Biex niġġieldu kontra r-radikalizzazzjoni online, il-Kummissjoni ilha taħdem matul dawn l-aħħar sentejn ma’ pjattaformi ta’ servizzi ewlenin tal-Internet, inkluż permezz tal-Forum tal-UE dwar l-Internet biex tiżgura t-tneħħija volontarja ta’ kontenut terroristiku online. F’dawn l-attivitajiet sar progress reali biex jitneħħa l-kontenut terroristiku online 5 u fil-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda online 6 , imma għad hemm ħafna aktar xi jsir. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22-23 ta’ Ġunju 2017 jistabbilixxu li “Abbażi tal-ħidma tal-Forum tal-UE dwar l-Internet, il-Kunsill Ewropew jistenna li l-industrija tistabbilixxi Forum għall-Industrija u li tiżviluppa teknoloġija u għodod ġodda biex jittejbu d-detezzjoni awtomatika u t-tneħħija ta' kontenut li jinċita l-atti terroristiċi. Dan għandu jiġi kkumplimentat bil-miżuri leġislattivi rilevanti fil-livell tal-UE, jekk meħtieġ”. Il-Kummissjoni ospitat Laqgħa tal-Uffiċjali Għolja tal-Forum tal-UE dwar l-Internet fis-27 ta’ Ġunju 2017 biex jintlaħaq qbil dwar aktar azzjoni ma’ fornituri ewlenin ta’ servizzi tal-Internet għall-ġlieda kontra kontenut terroristiku online. L-għan huwa li l-pjattaformi tal-internet jagħmlu aktar, b’mod partikolari biex iżidu l-individwazzjoni awtomatizzata ta’ kontenut terroristiku, biex jikkondividu t-teknoloġija u l-għodod relatati ma’ kumpaniji iżgħar, u biex jagħmlu użu sħiħ mid-“database tal-hashes” inkluż billi jipprovdu lill-Europol b’aċċess għal informazzjoni kruċjali u jistabbilixxu sistema ta’ rappurtar dwar kontenut terroristiku li jkun tneħħa. Barra minn hekk, biex tkun ikkumplimentata l-ħidma li saret mill-Unità ta’ Indikazzjoni ta' Kontenut fuq l-Internet tal-Europol, il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri kollha biex jistabbilixxu Unitajiet nazzjonali ta’ Indikazzjoni ta' Kontenut fuq l-Internet u jiżviluppa netwerk bejniethom għal involviment konġunt ma’ pjattaformi tal-internet u l-Unità ta’ Indikazzjoni ta’ Kontenut fuq l-Internet tal-Europol.

Kif jixhdu l-attakki reċenti, l-iskala mingħajr preċedent ta’ radikalizzazzjoni tirrikjedi wkoll aktar azzjoni biex tappoġġa l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni fil-livell nazzjonali u dak lokali. Il-Kummissjoni se tistabbilixxi malajr 7  Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Esperti dwar ir-Radikalizzazzjoni biex tiffaċilita l-iżvilupp ulterjuri ta’ politiki tal-UE f’dan il-qasam. Il-grupp se jingħata l-kompitu li jagħti spinta għal aktar ħidma f’oqsma ta’ prijorità għolja bħalma huma r-radikalizzazzjoni fil-ħabsijiet, il-propaganda terroristika fuq l-internet, u l-Ġellieda Terroristi Barranin li jirritornaw. Il-ħidma tal-Grupp ser timmira li ssaħħaħ in-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (RAN) li kien fuq quddiem nett tal-ħidma tal-Kummissjoni biex tappoġġa lill-Istati Membri f’dan il-qasam, f’ħidma mal-prattikanti lokali fil-livell tal-komunità 8 . Aktar riċenti, fid-19 ta’ Ġunju 2017, in-netwerk ippreżenta manwal ta’ “Tweġibiet għal dawk li jirritornaw” biex jappoġġja lill-Istati Membri jindirizzaw l-isfidi li jirriżultaw minn Ġellieda Terroristi Barranin li Jirritornaw. Dan il-manwal jipprovdi ħarsa ġenerali ta’ approċċi minn prattikanti biex jindirizzaw xenarji differenti ta’ persuni li jirritornaw minn żoni ta’ kunflitt. Fix-xhur li ġejjin, in-netwerk se jorganizza sensiela ta’ laqgħat ta’ ħidma għall-awtoritajiet nazzjonali biex jelabora aktar dwar dawn il-prattiki u jinkoraġġixxi azzjoni fl-Istati Membri.

L-isfidi kumplessi li jiċċirkondaw ir-radikalizzazzjoni jeħtieġu reazzjoni multidimensjonali inklużi miżuri fit-tul, kif stabbilit fil-Komunikazzjoni ta’ Ġunju tal-2016 dwar il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni li jwassal għall-estremiżmu vjolenti 9 . Matul l-aħħar sena, il-Kummissjoni implimentat ħafna mill-azzjonijiet ewlenin identifikati f’oqsma oħra marbuta mal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni 10 . Biex tappoġġja lill-Istati Membri biex jindirizzaw ir-radikalizzazzjoni fil-ħabsijiet, ġie stabbilit Grupp dedikat tal-Ħabsijiet u l-Probazzjoni taħt in-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni biex jipprovdi gwida lill-prattikanti ewlenin bħal persunal tal-ħabs u tal-probazzjoni, il-psikologi u r-rappreżentanti reliġjużi. L-edukazzjoni għandha rwol ewlieni fil-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni, u l-Kummissjoni ħadet serje ta’ passi biex timplimenta d-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni. Il-programm Erasmus+ huwa ċentrali f’dan ir-rigward 11 . Minħabba r-rabtiet bejn l-emarġinazzjoni, il-vulnerabbiltà u r-radikalizzazzjoni, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 12 , li ġie adottat fis-26 ta’ April 2017, huwa element importanti fl-indirizzar ta’ xi wħud mill-kawżi primarji tar-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu vjolenti 13 . Biex issaħħaħ il-koeżjoni tas-soċjetajiet Ewropej, il-Kummissjoni qiegħda timplimenta wkoll il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi 14 b’sett wiesa’ ta’ miżuri biex tappoġġja lill-Istati Membri u atturi oħra fl-isforzi tagħhom ta’ integrazzjoni.

Fuq in-naħa esterna, l-UE qed taħdem f’fora internazzjonali — b’mod partikolari l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u istituzzjonijiet 15 li joħorġu mill-Forum Globali Kontra t-Terroriżmu — li jappoġġjaw il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni f’pajjiżi sħab fil-Balkani tal-Punent, fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta’ Fuq, inkluż it-taħriġ ta’ professjonisti rilevanti u appoġġ finanzjarju lill-inizjattivi lokali involuti fl-isforzi ta’ prevenzjoni. Fl-2018 se titnieda inizjattiva ġdida tal-l-Iskambju Virtwali taż-Żgħażagħ tal-Erasmus+ biex iżżid l-għarfien u l-fehim interkulturali bejn iż-żgħażagħ ġewwa u barra l-UE. In-netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni bagħat ukoll esperti biex jappoġġaw azzjoni preventiva fit-Turkija, il-Balkani tal-Punent u t-Tuneżija.

III.    AZZJONI MILL-UE LI TINDIRIZZA T-THEDDID ĊIBERNETIKU U L-KRIMINALITÀ ĊIBERNETIKA

L-attakk ransomware WannaCry f’Mejju 2017 kien twissija għall-azzjoni li tenfasizza d-diskrepanzi fil-qafas attwali tas-sigurtà ċibernetika, b’mod partikolari f’termini ta’ tħejjija u kooperazzjoni. Kif tħabbar diġà qabel l-attakk, fir-rieżami ta’ nofs it-terminu tas-Suq Uniku Diġitali, il-Kummissjoni qiegħda tħaffef il-ħidma tagħha fuq iċ-ċibersigurtà, inkluż permezz tar-rieżami tagħha tal-Istrateġija taċ-Ċibersigurtà tal-2013. Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna qed jevalwaw il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija attwali. L-għan huwa li jiġu identifikati l-lakuni li għandhom jiġu indirizzati fir-rieżami tal-Istrateġija f’Settembru 2017.

B’mod parallel għal dak u r-reazzjonijiet għal-lezzjonijiet li nsiltu mill-attakk WannaCry, issa għandhom jittieħdu numru ta’ azzjonijiet fuq perjodu qasir ta’ żmien sabiex isaħħu r-reazzjoni tagħna għaż-żieda tat-theddid ċibernetiku. Dan jinkludi l-ħtieġa li nimxu ’l quddiem b’pass mgħaġġel biex insaħħu r-reżiljenza tagħna, speċjalment dwar kwistjonijiet relatati mal-kooperazzjoni operattiva.

L-attakk WannaCry kien l-ewwel inċident li ppromwova l-kooperazzjoni fi ħdan in-netwerk Timijiet Nazzjonali ta’ Rispons għal Inċidenti Relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters (network CSIRT) stabbilit skont id-Direttiva dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (NIS). L-inċident wera li s-sistema ma kinetx għadha kompletament operazzjonali. Hija wriet ukoll il-ħtieġa ċara biex taċċellera l-ħidma li għaddejja bħalissa biex jittejbu l-għodod eżistenti tal-IT, u l-iskjerament ta’ kapaċitajiet addizzjonali sabiex ikun possibbli li jkun hemm aktar kooperazzjoni fost is-CSIRTs nazzjonali. Biex jissaħħu dawn it-timijiet, il-Kummissjoni se tipprovdi finanzjament ta’ EUR 10,8 miljun lil 14-il Stat Membru taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, bi proġetti ta’ sentejn li jibdew minn Settembru 2017. Bħalissa hija miftuħa sejħa oħra għal proposti u l-bqija tal-Istati Membri kollha huma mistiedna li jissottemettu applikazzjonijiet għall-finanzjament.

Iċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità tal-Europol (EC3) mexxa r-reazzjoni tal-infurzar tal-liġi għal dan l-attakk. Biex jissaħħaħ iċ-Ċentru u s-servizzi li joffri, hemm bżonn li dan jiġi mgħammar b’aktar kompetenzi fl-IT. Għal dan, il-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol għandu jtejjeb sa Settembru 2017 il-possibilità ta’ reklutaġġ ta’ speċjalisti tal-IT skont ir-regoli interni tal-Europol. Din il-ħidma tal-Europol se tkompli tiġi appoġġjata b’persunal addizzjonali fl-2018.

L-Iskwadra tal-UE ta’ Reazzjoni ta’ Emerġenza Relatata mal-Kompjuters (CERT-EU) tappoġġja lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jipproteġu lilhom infushom kontra attakki intenzjonati u malizzjużi li jxekklu l-integrità tal-assi tal-IT u huma ta’ ħsara għall-interessi tal-UE. Il-Kummissjoni issa se tħaffef il-proċess formali biex is-CERT-EU jitpoġġa fuq bażi aktar soda, billi jiġu konklużi arranġamenti bejn l-istituzzjonijiet u l-korpi rilevanti sabiex tissaħħaħ ir-reazzjoni kollettiva għat-theddid. Dan jinkludi lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Qorti tal-Awdituri, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, u l-Bank Ewropew tal-Investiment. Il-Kummissjoni dalwaqt se tiffirma ftehim amministrattiv interistituzzjonali mal-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra.

Dawn l-azzjonijiet fuq perjodu ta’ żmien qasir huma parti minn rieżami usa’ tal-Istrateġija taċ-Ċibersigurtà tal-2013 li se jsir f’Settembru tal-2017, akkumpanjat mill-azzjoni meħtieġa biex tissaħħaħ ir-reżiljenza u s-sigurtà ċibernetika tal-Unjoni. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 u t-23 ta’ Ġunju 2017 huma sodisfatti bl-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrevedi l-Istrateġija taċ-Ċibersigurtà f’Settembru u li tipproponi aktar azzjonijiet immirati qabel tmiem is-sena.

Miżuri ta’ deterrent li jirnexxu jirrikjedu wkoll traċċabilità effikaċi, l-individwazzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni. L-aċċess għal evidenza elettronika huwa kwistjoni ewlenija f’dan ir-rigward. Oqfsa ta’ ġustizzja kriminali attwalment għadhom jirriflettu l-kunċetti tradizzjonali ta’ territorjalità u huma kkontestati min-natura transġurisdizzjonali tas-servizzi elettroniċi u l-flussi ta’ data. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 u t-23 ta’ Ġunju 2017 enfasizzaw li l-aċċess effettiv għall-evidenza elettronika huwa essenzjali fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu u li, soġġetta għal salvagwardji addattati, id-disponibbiltà tad-dejta għandha tkun żgurata. Fil-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni tat-8 ta’ Ġunju 2017, il-Ministri esprimew appoġġ wiesa’ għal miżuri konkreti proposti mill-Kummissjoni biex titjieb is-sitwazzjoni fi ħdan il-qafas leġislattiv attwali. Barra minn hekk, il-Ministri stiednu lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta leġislattiva malajr kemm jista’ jkun, filwaqt li żżomm f’moħħha sfidi tekniċi u legali. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni se tkompli timplimenta miżuri prattiċi filwaqt li taħdem fuq valutazzjoni tal-impatt biex tinforma azzjoni leġiżlattiva possibbli fil-futur li għandha tiġi ppreżentat malajr kemm jista’ jkun.

Il-kriptaġġ huwa kwistjoni ugwalment importanti f’dan il-kuntest. Il-kriptaġġ hu kruċjali għall-protezzjoni taċ-ċibersigurtà u d-dejta personali. L-abbuż tiegħu mill-kriminali, madankollu, joħloq sfidi sinifikanti fil-ġlieda kontra l-forom serji ta’ kriminalità, inkluża l-kriminalità ċibernetika u t-terroriżmu. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 u t-23 ta’ Ġunju 2017 jappellaw biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi li jirriżultaw minn sistemi li jippermettu lit-terroristi li jikkomunikaw b’modi li l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux jistgħu jaċċessawhom, inkluż il-kriptaġġ minn tarf sa tarf, filwaqt li wieħed jissalvagwardja dawk il-benefiċċji ta’ dawn is-sistemi għall-protezzjoni tal-privatezza, tad-data u tal-komunikazzjoni. Kif mitlub mill-Kunsill Ġustizzja u l-Affarijiet Interni f’Diċembru tal-2016, il-Kummissjoni qed taħdem mill-qrib mal-aġenziji tal-UE u l-industrija biex tidentifika kif tappoġġja lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex jegħlbu l-aktar sfidi sinifikanti, b’kont meħud tal-implikazzjonijiet għas-sigurtà ċibernetika u d-drittijiet fundamentali. Flimkien mal-Europol, il-Eurojust, l-Aġenzija tal-UE dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, il-Kummissjoni ddiskutiet l-aspetti kollha ta’ din il-kwistjoni importanti ma’ esperti rilevanti f’sensiela ta’ sessjonijiet ta’ ħidma. Il-Kummissjoni se tirrapporta r-riżultanzi tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa Ottubru tal-2017.

Fuq in-naħa esterna, fid-19 ta’ Ġunju 2017, il-Kunsill qabel li jiżviluppa qafas ta’ reazzjoni konġunta diplomatika tal-UE għal attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi, is-sett ta’ għodod taċ-ċiberdiplomazija 16 . Il-qafas ta’ reazzjoni konġunta diplomatika tal-UE se jagħmel użu sħiħ minn miżuri fi ħdan il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni, inkluż, fejn ikun meħtieġ, miżuri restrittivi. Kwalunkwe reazzjoni konġunta tal-UE għall-attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi għandha tkunu proporzjonata fir-rigward tal-ambitu, id-daqs, it-tul, l-intensità, il-kumplessità, is-sofistikazzjoni u l-impatt tal-attività ċibernetika. Il-qafas għandu l-għan li jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni, li jtaffi t-theddidiet immedjati u fit-tul, u jinfluwenza l-imġiba tal-aggressuri potenzjali fit-tul. Flimkien mal-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna se jistabbilixxu linji gwida ta' implimentazzjoni fix-xhur li ġejjin, inklużi studji preparatorji, proċeduri u eżerċizzji ta’ komunikazzjoni.



IV. L-IMPLIMENTAZZJONI TA’ FAJLS PRIJORITARJI OĦRA DWAR IS-SIGURTÀ

1. Il-passi li jmiss lejn l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-informazzjoni

Kif stipulat fis-seba’ rapport ta’ progress, 17 il-Kummissjoni qed tieħu aktar azzjoni biex timplimenta l-istrateġija l-ġdida għall-applikazzjoni tal-ġestjoni tad-dejta għall-fruntieri u s-sigurtà. Fit-28 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni ppreżentat proposta leġiżlattiva 18 biex issaħħaħ il-mandat tal-eu-LISA. 19 L-aġenzija se jkollha rwol kruċjali fil-ħidma teknika lejn l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-informazzjoni, inkluż bl-analiżi teknika kontinwa dwar is-soluzzjonijiet identifikati biex jinkiseb dan. Soġġett għall-adozzjoni tal-proposti leġislattivi rilevanti mill-koleġiżlaturi, il-bidliet proposti għall-mandat tagħha ser jagħtu lill-eu-LISA r-responsabbiltà għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà, biex b’hekk jiżguraw l-implimentazzjoni teknika ta’ dan l-approċċ il-ġdid. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 u t-23 ta’ Ġunju 2017 jindikaw l-importanza tal-interoperabbiltà tas-sistemi tal-informazzjoni għas-sigurtà interna u l-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Fit-28 ta’ Ġunju 2017 il-Kummissjoni ppreżentat ukoll proposta supplementari għall-proposta tagħha ta’ Jannar tal-2016 20 biex tiffaċilita l-iskambju ta’ rekords kriminali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-UE permezz tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS). 21 Din il-proposta supplimentari tirreaġixxi għad-diskussjonijiet mal-koleġiżlaturi dwar il-proposta tas-sena li għaddiet u hija parti minn approċċ tal-Kummissjoni dwar l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-informazzjoni. It-titjib tal-ECRIS fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi hija prijorità leġiżlattiva identifikata fid-Dikjarazzjoni Konġunta 22 mill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

Hemm ukoll progress fuq il-fajls ta’ prijorità oħra dwar sistemi ta’ informazzjoni. Id-diskussjonijiet komplew bejn il-koleġislaturi dwar il-proposta għal Sistema ta’ Dħul/Ħruġ tal-UE 23 , b’laqgħat tat-trilogu li saru fil-31 ta’ Mejju, u fit-13, id-19 u s-26 ta’ Ġunju 2017. Il-Kunsill qabel dwar approċċ ġenerali dwar il-proposta għal Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) 24 waqt il-Kunsill tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni tat-8/9 ta’ Ġunju 2017. Il-vot fi ħdan il-Kumitat tal-Parlament Ewropew għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE) dwar l-emendi mressqa għall-proposta huwa skedat għal Settembru 2017, u n-negozjati tat-trilogu huma mistennija li jibdew f’Ottubru 2017. Huwa essenzjali li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimxu ’l quddiem dwar dawn il-proposti ta’ prijorità, kif reġa’ ġie enfasizzat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22–23 ta’ Ġunju tal-2017.

Fid-29 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni, flimkien mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, u l-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, ippreżentat ir-riżultanzi tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar Sistemi ta’ Informazzjoni u Interoperabbiltà 25 u l-approċċ il-ġdid tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni ta’ dejta għal fruntieri u sigurtà lill-Kumitat LIBE. Fit-8 ta’ Ġunju 2017, il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet 26 dwar l-iskambju tal-informazzjoni u l-interoperabbiltà, filwaqt li wera s-sodisfazzjon tiegħu bil-fehmiet tal-Kummissjoni u t-triq ’il quddiem proposta biex tikseb l-interoperabilità tas-sistemi tal-informazzjoni sal-2020 abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli. Filwaqt li tibni fuq dawn id-diskussjonijiet, il-Kummissjoni se taħdem aktar mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex tinkiseb l-interoperabilità tas-sistemi tal-informazzjoni sal-2020.

2. L-azzjoni tal-UE biex jaqtgħu s-sorsi u l-mezzi ta’ finanzjament tat-terroriżmu

Bħalissa għaddejja ħidma biex jiġi implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Frar 2016 dwar il-finanzjament tat-terroriżmu fuq żewġ linji prinċipali ta’ azzjoni: għall-individwazzjoni u l-prevenzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu, u biex jitħarbtu s-sorsi tad-dħul. F’Diċembru 2016, il-Kummissjoni ppreżentat tliet proposti leġiżlattivi biex issaħħaħ kompletament il-qafas legali tal-UE fl-oqsma tal-ħasil tal-flus 27 , it-traffikar illeċitu ta’ flussi ta’ flus 28 u l-iffriżar u l-konfiska tal-assi 29 . Il-Kummissjoni tappella lill-koleġiżlaturi biex jimbuttaw malajr ix-xogħol dwar dawn il-proposti importanti.

Barra minn hekk, il-koleġiżlaturi għamlu progress konsiderevoli fin-negozjati dwar l-emendi għar-4a Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus, fuq il-bażi ta’ proposta leġiżlattiva ta’ Lulju 2016 30 . Il-Kummissjoni għadha impenjata bis-sħiħ għal finalizzazzjoni rapida tat-trilogi attwali. Meħuda flimkien, dawn il-miżuri jikkompletaw l-impenji li l-Kummissjoni daħlet għalihom fil-Pjan ta’ Azzjoni 31 . Huma ser jiżguraw ukoll li l-UE tissodisfa l-obbligi internazzjonali tagħha f’dan il-qasam kif miftiehem fil-kuntest tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF) u l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ħasil tal-Flus, it-Tiftix, is-Sekwestru u l-Konfiska tar-Rikavat minn Attività Kriminali u dwar il-Finanzjament tat-Terroriżmu (il-Konvenzjoni ta’ Varsavja).

Kif stabbilit fil-Pjan ta’ Azzjoni, il-Kummissjoni bi ħsiebha tadotta wkoll proposta biex tindirizza l-kummerċ illeċitu tal-beni kulturali biex testendi l-ambitu tal-leġiżlazzjoni attwali għal pajjiżi terzi addizzjonali. Il-Kummissjoni tipprevedi wkoll proposta biex tagħti aċċess lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk pubbliċi oħra għar-reġistri tal-kontijiet bankarji. Barra minn hekk, il-Kummissjoni dan l-aħħar adottat rapport dwar il-valutazzjoni tar-riskju supranazzjonali tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu 32 , kif ukoll dokument ta’ ħidma tal-persunal dwar it-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja 33 . Aktar tard din is-sena, il-Kummissjoni se tirrapporta dwar il-valutazzjoni kontinwa tal-ħtieġa ta’ miżuri addizzjonali possibbli biex tintraċċa l-finanzjament tat-terroriżmu fl-UE. Il-Kummissjoni qed tanalizza wkoll il-leġiżlazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-iffalsifikar ta’ mezzi ta’ pagamenti mhux bi flus kontanti biex jieħdu kont ta’ forom ġodda ta’ kriminalità u l-iffalsifikar fi strumenti finanzjarji, bil-għan li jnaqqsu l-okkorrenzi tagħhom u jiskoraġġixxu l-attivitajiet kriminali bħalma huma l-finanzjament tat-terroriżmu.

3. Id-dimensjoni esterna

Il-ħtieġa li tissaħħaħ id-dimensjoni esterna tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu u l-ħasil tal-flus hija enfasizzata fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin adottati fid-19 ta’ Ġunju 2017 dwar id-dimensjoni esterna tal-ġlieda kontra t-terroriżmu 34 . Il-konklużjonijiet jikkonfermaw il-prijoritajiet ġeografiċi u tematiċi tal-attività esterna tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, partikolarment it-tisħiħ ta’ kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu ma’ pajjiżi terzi prijoritarji fil-Lvant Nofsani, l-Afrika ta’ Fuq, il-Balkani tal-Punent u t-Turkija, kif ukoll ma’ msieħba strateġiċi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-konklużjonijiet ġew infurmati bis-sħiħ bin-nondokument dwar l-azzjoni esterna tal-ġlieda kontra t-terroriżmu li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni ppreżentaw lill-Istati Membri.

Fis-16 ta’ Ġunju 2017, il-Laqgħa Ministerjali tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni bejn l-UE u l-U.S. saret f’Malta, u kienet l-ewwel laqgħa bħal din mal-Amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti. L-Istati Uniti kkonfermat ix-xewqa tagħha li tkompli l-kooperazzjoni mill-qrib mal-UE u enfasizzat il-ħtieġa għal ħeffa fl-iskambju tal-informazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata. Il-Kummissjoni ddeskriviet l-azzjonijiet li qed tieħu l-UE kontra l-Ġellieda Terroristi Barranin, b’enfasi fuq l-iskambju transatlantiku tal-informazzjoni. L-UE u l-Istati Uniti pprovdew aġġornamenti dwar l-azzjonijiet kontra r-radikalizzazzjoni online u offline, dwar l-iżviluppi fir-rigward ta’ reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR), il-ħasil tal-flus, il-ġestjoni tal-fruntieri u s-sigurtà tal-avjazzjoni. Dwar il-kwistjoni tar-riskji fir-rigward tas-sigurtà tal-avjazzjoni mill-apparati elettroniċi personali, l-UE u l-Istati Uniti qablu li jkomplu jaħdmu flimkien fuq iż-żieda globali tal-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni. Il-Kummissjoni aġġornat lill-Istati Membri dwar id-diskussjoni u l-miżuri possibbli ta’ mitigazzjoni fil-Kumitat għas-Sigurtà tal-Avijazzjoni Ċivili fil-21 ta’ Ġunju 2017, u se tkompli taħdem mill-qrib mal-Istati Uniti fuq livell tekniku u politiku biex jindirizzaw it-theddidiet li qed jiżviluppaw.

V.    KONKLUŻJONI

Dan ir-rapport jiffoka dwar l-azzjonijiet li ttieħdu f’dawn l-aħħar xhur lejn il-ħolqien ta’ Unjoni tas-Sigurtà reali u effettiva. Iż-żieda ta’ attakki terroristiċi f’dawn l-aħħar ġimgħat u xhur huma tfakkira oħra tal-importanza ta’ din il-ħidma u l-ħtieġa li dawn l-azzjonijiet jitwettqu malajr. L-azzjonijiet deskritti fil-qosor f’dan ir-rapport jirrikjedu l-implimentazzjoni urġenti biex tingħeleb it-theddida tat-terroriżmu, biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-livell tal-UE biex tiġi mblukkata u miġġielda r-radikalizzazzjoni, buex jinqata’ l-finanzjament tat-terroriżmu u biex jiżdied il-livell ta’ skambju ta’ informazzjoni u tinkiseb l-interoperabilità ta’ sistemi ta’ informazzjoni biex jingħalqu l-lakuni fl-informazzjoni. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22–23 ta’ Ġunju 2017, jikkonfermaw l-importanza u l-urġenza ta’ din il-ħidma kontinwa Il-Kummissjoni tappella lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex ikomplu u jintensifikaw dawn l-isforzi konġunti biex tissaħħaħ is-sigurtà taċ-ċittadini kollha.

Ir-rapport ta’ progress li jmiss tal-Unjoni ta’ Sigurtà f’Lulju tal-2017 se jistabbilixxi r-riżultati tal-valutazzjoni komprensiva tal-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà interna u l-konklużjonijiet li l-Kummissjoni tislet minn dan il-proċess ta’ konsultazzjoni inklużiv li tnieda f’Diċembru 2016.

(1)  COM(2016) 379 final (14.6.2016).
(2)  COM(2016) 50 final (2.2.2016).
(3)   http://www.consilium.europa.eu/en/meetings/european-council/2017/06/22-23-euco-conclusions_pdf/ .
(4)   http://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2017/05/26-statement-fight-against-terrorism/ .
(5)  Permezz tal-Unità ta’ Indikazzjoni ta' Kontenut fuq l-Internet tal-Europol (IRU), 30 000 biċċa ta’ materjal terroristiku ġew riferuti lill-pjattaformi tal-internet, b’rata medja ta’ tneħħija ta’ 80-90 %. Barra minn hekk, l-inizjattiva tal-internet immexxija mill-industrija biex tinħoloq ‘database ta’ tal-hashes’ tiżgura li ladarba jittieħed materjal terroristiku fuq pjattaforma waħda, ma jkunx imtella’ fuq pjattaforma oħra.
(6) Il-Kummissjoni qablet f’Mejju tal-2016 dwar Kodiċi ta’ Kondotta kontra d-Diskors Illegali ta’ Mibegħda fuq l-Internet iffirmat minn Facebook, YouTube, Twitter u Microsoft, fejn jimpenjaw ruħhom li meta jiġu notifikati, jirrevedu u jneħħu kontenut ta’ diskors ta’ mibegħda illegali malajr u b’mod effiċjenti. Sena wara l-adozzjoni tiegħu, il-Kodiċi wassal għal progress sinifikanti. Il-kumpaniji neħħew id-doppju tal-kontenut ta’ każijiet ta’ diskors ta’ mibegħda illegali, u b’rata aktar mgħaġġla, meta mqabbel mas-sitwazzjoni ta’ qabel il-ftehim dwar il-Kodiċi.
(7)  Il-Kummissjoni se tistabbilixxi dan il-Grupp f’Lulju 2017.
(8)  In-netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni offra taħriġ u pariri lill-Istati Membri, u żviluppa għadd kbir tal-aħjar prattika, linji gwida, manwali, u rakkomandazzjonijiet. It-temi u l-kwistjonijiet koperti jinkludu l-polarizzazzjoni, ir-radikalizzazzjoni fil-ħabsijiet u l-programmi ta’ ħruġ, miżuri ta’ appoġġ għall-familji, il-ħidma u l-edukazzjoni fost iż-żgħażagħ, is-sorveljanza tal-komunità, il-komunikazzjoni u n-narrattivi, l-involviment u l-għoti tas-setgħa liż-żgħażagħ.
(9)  Ara t-tabella fl-Anness 1 li telenka l-azzjoni li ttieħdet biex timplimenta l-Komunikazzjoni ta’ Ġunju tal-2016.
(10)  Il-Komunikazzjoni ta’ Ġunju tal-2016 tiffoka fuq seba’ oqsma speċifiċi: (1) l-appoġġ għar-riċerka, il-ġbir tal-evidenza, il-monitoraġġ u t-tiswir tan-netwerks; (2) il-ġlieda kontra l-propoganda terroristika u d-diskors ta’ mibegħda fuq l-internet; (3) it-trattament tar-radikalizzazzjoni fil-ħabsijiet; (4) il-promozzjoni tal-edukazzjoni inklużiva u l-valuri komuni tal-UE; (5) il-promozzjoni ta’ soċjetà inklużiva, miftuħa u reżiljenti u l-kuntatt maż-żgħażagħ; (6) iId-dimensjoni tas-sigurtà fit-trattament tar-radikalizzazzjoni u (7) id-dimensjoni internazzjonali.
(11)  Taħt il-programm Erasmus +, fl-2016 aktar minn EUR 200 miljun kienu ddedikati għall-iżvilupp ta’ approċċi ta’ politika u prattiki ġodda permezz ta’ 1200 proġett ta’ sħubija transnazzjonali, li jinvolvu atturi lokali u b’enfasi fuq edukazzjoni inklużiva, il-ħidma fil-qasam taż-żgħażagħ, iċ-ċittadinanza u l-edukazzjoni interkulturali. Għodda ġdida, żviluppata f’kooperazzjoni mal-esperti tal-Istati Membri, tipprovdi lill-ħaddiema żgħażagħ bi gwida u pariri meta jaħdmu maż-żgħażagħ fir-riskju ta’ radikalizzazzjoni vjolenti. Il-Kummissjoni nediet ukoll Network ta’ mudelli eżemplari implimentat permezz ta’ Erasmus+. Din l-inizjattiva ser tippermetti lill-atturi lokali li jibbenefikaw minn ammonti żgħar ta’ finanzjament tal-UE biex iwaqqfu gruppi komuni ta’ mudelli eżemplari biex jimbarkaw f’attivitajiet li jippromwovu l-inklużjoni soċjali fost l-istudenti u ż-żgħażagħ.
(12)   https://ec.europa.eu/commission/priorities/deeper-and-fairer-economic-and-monetary-union/european-pillar-social-rights/european-pillar-social-rights-20-principles_en .
(13)  F’Mejju tal-2017, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika online bl-għan li tħejji proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u valuri kondiviżi qabel tmiem l-2017. L-għan hu li jiġi stabbilit qafas ta’ politika biex jappoġġja lill-Istati Membri fil-promozzjoni tal-edukazzjoni inklużiva li jrawwem is-sjieda ta’ valuri kondiviżi, biex b’hekk jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni li twassal għall-estremiżmu vjolenti.
(14)  COM(2016) 377 final (7.6.2016).
(15)  Il-Fond Globali tal-Involviment u r-Reżiljenza tal-Komunità (GCERF) u ċ-Ċentru ta’ Eċċellenza ta’ Hedayah dwar il-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti u l-Istitut Internazzjonali għall-Ġustizzja u l-Istat tad-Dritt.
(16)   http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-9916-2017-INIT/en/pdf .
(17)  COM(2017) 261 final (16.5.2017).
(18)  COM(2017) 352 final (29.6.2017).
(19)  L-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja.
(20)  COM(2016) 7 final (19.1.2016).
(21)  COM(2017) 344 final (29.6.2017).
(22)   https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/joint-declaration-legislative-priorities-2017-jan2017_en.pdf .
(23)  COM(2016) 194 final (6.4.2016).
(24)  COM(2016) 731 final (16.11.2016).
(25)   http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?do=groupDetail.groupDetailDoc&id=32600&no=1 .
(26)  Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-triq ’il quddiem biex jitjieb l-iskambju ta' informazzjoni u tiġi żgurata l-interoperabbiltà ta’ sistemi ta’ informazzjoni tal-UE: http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-9448-2017-INIT/mt/pdf .
(27)  Proposta għal Direttiva biex tiġi armonizzata d-definizzjoni u sanzjonijiet kriminali ta’ ħasil tal-flus, COM(2016) 826 final (21.12.2016).
(28)  Proposta għal Regolament biex jinkixfu xi pagamenti illeċiti ta’ flus kontanti, COM(2016) 825 final (21.12.2016).
(29)  Proposta għal Regolament dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ordnijiet ta’ ffriżar u ta’ konfiska tal-assi kriminali, COM(2016) 819 final (21.12.2016).
(30)  COM(2016) 450 final (5.7.2016).
(31)  Ara t-tabella fl-Anness 2 li telenka l-azzjoni li ttieħdet biex timplimenta l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Frar tal-2016.
(32)  COM(2017) 340 final (26.6.2017).
(33)  DĦP(2017) 275 (26.6.2017).
(34)   http://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2017/06/19-conclusions-counterterrorism/ .

Brussell, 29.6.2017

COM(2017) 354 final

ANNESS

Sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-appoġġ għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni li twassal għall-estremiżmu vjolenti

tal-

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

It-Tmien rapport ta' progress lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina


SITWAZZJONI ATTWALI TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-AZZJONIJIET STABBILITI FIL-KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR

L-APPOĠĠ GĦALL-PREVENZJONI TAR-RADIKALIZZAZZJONI LI TWASSAL GĦALL-ESTREMIŻMU VJOLENTI

(COM(2016) 379 final tal-14.6.2016)

Azzjonijiet Ewlenija

Skedar

Deskrizzjoni/Sitwazzjoni attwali

1.1.    Iċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tan-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (RAN) li jipprovdi appoġġ lill-Istati Membri biex ifasslu u jimplimentaw ħidma effettiva għall-prevenzjoni.

Għadha għaddejja

Fl-2016, in-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni pprovda 19-il servizz ta’ appoġġ lill-Istati Membri.

Fl-2017, in-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni qed jippjana li jipprovdi 20 servizz ta’ appoġġ bħal dawn permezz ta’ workshops, avvenimenti “ħarreġ lil min iħarreġ” u missjonijiet ta’ esperti

1.2.    Iċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tan-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni  jipprovdi linji gwida u manwali biex jiġu stabbiliti strutturi b’diversi aġenziji.

Għadha għaddejja

Fl-2016 u fl-2017, in-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni ħareġ numru ta’ dokumenti topiċi (inkluż dwar l-indirizzar tar-radikalizzazzjoni fil-kuntest tal-ħabs u tal-probazzjoni, dwar kif jiġu stabbiliti strutturi ta’ kooperazzjoni bejn bosta aġenziji fil-livell lokali, kontro-narrattivi, taħriġ għall-uffiċċjali tal-pulizija, l-indirizzar tar-radikalizzazzjoni fl-iskejjel, eċċ.) li huma aċċessibbli hawn: https://ec.europa.eu/home-affairs/what-we-do/networks/radicalisation_awareness_network/ran-papers_en  

Fid-19 ta’ Ġunju 2017, in-netwerk ippreżenta manwal bl-isem ta’ “Tweġibiet għal Dawk li Jirritornaw” biex jappoġġa lill-Istati Membri biex jindirizzaw l-isfidi li jirriżultaw minn Ġellieda Terroristi Barranin li jirritornaw. Il-manwal jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-approċċi minn prattikanti biex jindirizzaw xenarji differenti ta’ persuni li jirritornaw minn żoni ta’ kunflitt.

1.3.    Iċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tan-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni joħloq pjattaforma għall-iskambju ta’ esperjenzi u prattiki, permezz tat-tkomplija tal-immeppjar tar-riċerka dwar ir-radikalizzazzjoni.

Għadha għaddejja

Fl-2016, in-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni mmeppja l-aħħar sejbiet tar-riċerka u l-lakuni fl-oqsma tar-riċerka rilevanti għall-ħidma tal-gruppi ta’ ħidma differenti tan-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni.

2.1.    Jiġi stabbilit repożitorju ta’ strateġiji għall-prevenzjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Għadha għaddejja

L-ewwel verżjoni tar-repożitorju ta’ strateġiji nazzjonali għall-prevenzjoni ġie stabbilit u qiegħed onlajn: http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/networks/radicalisation_awareness_network/ran-and-member-states/repository/index_en.htm ).

Il-kontenut se jiġi aġġornat b’mod regolari.

2.2.    Jiġu stabbiliti netwerks ta’ prattikanti

Għadha għaddejja

Iċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tas-Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (RAN) ġie stabbilit biex jappoġġa r-RAN. Ir-RAN qed ikompli joffri appoġġ imfassal apposta għall-Istati Membri, fost oħrajn, għall-istabbiliment ta’ netwerks nazzjonali ta’ prattikanti.

2.3.    Jiġu stabbiliti punti ta’ kuntatt nazzjonali/reġjonali fl-Istati Membri

Għadha għaddejja

Se jiġi mniedi n-netwerk ta’ dawk li jfasslu l-politika tal-prevenzjoni fi Frar 2017.

3.1.    Permezz tal-programm Orizzont 2020, tiġi mobilizzata r-riċerka dwar il-kawżi kumplessi tar-radikalizzazzjoni vjolenti, biex jinħolqu għodod konkreti għal interventi ta’ politika infurmati aħjar.

Għadha għaddejja

Il-Programm ta’ Ħidma “Soċjetajiet Siguri” ta’ Orizzont 2020 għall-2017-2016 jinkludi tema dwar l-iżvilupp ta’ approċċ komprensiv għar-radikalizzazzjoni vjolenti fl-UE. Erba’ proġetti ta’ ammont totali ta’ EUR 12-il miljun ġew magħżula dan l-aħħar: PERICLES, MINDb4ACT, PRACTICIES u TRIVALENT.

Il-Kummissjoni issa qed tniedi r-riflessjoni dwar il-Programm ta’ Ħidma 2018-2019/20 fejn ir-riċerka dwar l-antiradikalizzazzjoni se jkollha rwol ewlieni.

Il-programm “Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u riflessivi” fil-programm ta’ ħidma ta’ Orizzont 2020 għall-2017-2016 jinkludi żewġ suġġetti ta’ riċerka rilevanti dwar il-kuntesti soċjali tar-radikalizzazzjoni u l-interazzjoni bejn ix-xejriet globali tas-sekularizzazzjoni u r-radikalizzazzjoni reliġjuża.

Qed issir riċerka addizzjonali wkoll fi ħdan in-netwerk Eurydice, li tipprovdi tagħrif dwar is-sistemi u l-politiki edukattivi fl-UE.

4.1.    Taħt il-Forum tal-UE dwar l-Internet: tinħoloq Pjattaforma Konġunta ta’ Indikazzjonijiet biex jittejbu l-ħeffa u l-effettività tal-proċess tal-indikazzjonijiet

Għadha għaddejja

Erba’ kumpaniji kbar (Facebook, Twitter, Google u Microsoft) żviluppaw il-prototip ta’ “bażi tad-dejta tal-hashes” li tgħin biex jiġi evitat li kontenut terroristiku mneħħi minn sit wieħed sempliċiment jerġa’ jittella’ fuq ieħor. L-għodda hija operattiva u l-kumpaniji issa qegħdin jeżaminaw kif jistgħu jġibu kumpaniji iżgħar oħra abbord.

4.2    Taħt il-Forum tal-UE dwar l-Internet: jitwaqqaf programm ta’ abilitar tas-soċjetà ċivili biex jiżdiedu b’mod sinifikanti sew it-taħriġ u l-appoġġ lis-sħab tas-soċjetà ċivili biex jiżdied il-volum ta’ narrattivi alternattivi pożittivi u effettivi li jittellgħu fuq l-internet.

   

Għadha għaddejja

It-tnedija ta’ Programm ta’ Abilitar tas-Soċjetà Ċivili (CSEP) saret fil-15/16 ta’ Marzu 2017, bl-għan li tgħin lill-atturi kollha tas-soċjetà ċivili biex jisfidaw b’mod aktar effettiv in-narrattiva terroristika onlajn. Dan se jinkludi taħriġ miċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tan-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni, bl-appoġġ tan-Netwerk Ewropew ta’ Komunikazzjoni Strateġika u f’kollaborazzjoni mill-qrib mas-sħab tal-industrija. Is-sejħa għal proposti se tiġi mnedija fit-tieni fażi (Q2/3 2017) u l-effikaċja tal-programm se tiġi evalwata sussegwentement.

4.3    Azzjoni addizzjonali fl-Azzjoni Ewlenija 4:

   Titwettaq riċerka mmirata fuq l-użu tal-Internet mit-terroristi.

Għadha għaddejja

Il-Programm Qafas 7 Proġett Voxpol ppreżenta u wassal l-ewwel serje ta’ riċerka għall-Forum tal-Internet tal-UE fit-8 ta’ Diċembru 2016. Ir-riċerka ffukat fuq ħarsa ġenerali lejn it-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti fl-2016, l-imġiba onlajn ta’ terroristi kkundannati, u x-xejriet futuri.

5.1.    Iċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tan-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni jipprovdi pjattaforma għall-iskambju tal-esperjenzi u l-aqwa prattiki biex jittejbu l-litteriżmu medjatiku u l-ħsieb kritiku fuq l-internet.

Għadha għaddejja

Il-grupp ta’ ħidma “Edukazzjoni” tan-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni organizza laqgħa fuq skala kbira dwar iċ-ċittadinanza, il-litteriżmu tal-midja u l-ħsieb kritiku f’Novembru 2016.

Taħt il-Grupp ta’ Ħidma Edukazzjoni u Taħriġ 2020 dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni, ġie organizzat avveniment ta’ tagħlim bejn il-pari fil-Pajjiżi l-Baxxi dwar il-litteriżmu medjatiku f’April 2016, segwit mill-konklużjonijiet tal-Kunsill mill-Kunsill tal-Edukazzjoni f’Mejju 2016.

5.2.    Iċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tan-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni jiżviluppa kampanja madwar l-UE bl-għan li tissaħħaħ ir-reżiljenza kontra r-radikalizzazzjoni onlajn biex jiġu pprovduti narrattivi alternattivi jew azzjonijiet alternattivi (il-kampanja “Exit Hate”).

Għadha għaddejja

Il-kampanja pilota ta’ sitt ġimgħat “EXIT HATE”, pjattaforma biex jiġu murija inizjattivi u stejjer pożittivi (inkluż għaż-żgħażagħ u miż-żgħażagħ) minn madwar l-Ewropa li tippromwovi alternattivi għall-propaganda estremista, ġiet imnedija f’Settembru 2016.

6.1.    Il-Kummissjoni u l-kumpaniji tal-IT rilevanti jżommu għajnejhom fuq l-impenji pubbliċi fil-kodiċi ta’ kondotta kontra d-diskors illegali ta’ mibegħda onlajn, inkluż l-impatt tagħhom.

 

Għadha għaddejja

Ir-riżultati tat-tieni monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Kondotta ġew ippreżentati fil-31 ta’ Mejju 2017, u wrew progress sinifikanti f’termini tar-rati u l-veloċità tat-tneħħija. Fl-istess ħin, il-ħidma jeħtieġ li tkompli tiffoka fuq it-titjib tat-trasparenza u r-rispons lill-utenti (ara l-punt 6.2).

Il-Kunsill laħaq approċċ ġenerali dwar il-proposta għal direttiva riveduta dwar is-Servizz tal-Midja Awdjoviżiva (AVMS) fit-23 ta’ Mejju 2017. Wieħed mill-objettivi tal-emendi proposti għad-Direttiva dwar l-AVMS huwa li tiżgura li l-pjattaformi għall-iskambju tal-vidjos ikunu meħtieġa jieħdu l-miżuri xierqa biex iħarsu liċ-ċittadini mill-inċitament għall-vjolenza jew għall-mibegħda (immarkar u/jew rappurtar).

6.2.    Il-Kummissjoni u l-kumpaniji tal-IT rilevanti jtejbu t-trasparenza fl-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ avviż u tneħħija.

Għadha għaddejja

Ħidma ulterjuri mal-kumpaniji tal-IT se tiffoka fuq proċeduri fir-rigward ta’ utenti speċifiċi milquta min-notifiki kif ukoll kontra l-pubbliku ġenerali u biex jitħeġġu kontronarrattivi u narrattivi alternattivi. Ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali maħruġa fl-10 ta’ Mejju 2017 ikkonfermat il-bżonn li titkompla l-ħidma lejn ir-rekwiżiti proċedurali minimi għall-proċeduri ta’ “avviż u azzjoni” tal-intermedjarji onlajn.

Azzjoni addizzjonali 1 dwar id-dimensjoni onlajn:

   Appoġġ għas-soċjetà ċivili biex tissorvelja u tnaqqas l-attrazzjoni u l-impatt tad-diskors ta’ mibegħda permezz tal-Programm tad-Drittijiet, l-Ugwaljanza u ċ-Ċittadinanza

Għadha għaddejja

Fl-2017, il-Kummissjoni żiedet il-baġit iddedikat għall-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija għal EUR 7 miljun, li minnhom EUR 1,5 miljun huma allokati speċifikament biex jiġi miġġieled id-diskors ta’ mibegħda onlajn, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ kontranarrattivi.

Azzjoni addizzjonali 2 dwar id-dimensjoni onlajn:

   Ikompli jiġi ffinanzjat il-Grupp Konsultattiv għall-Komunikazzjoni Strateġika/in-Netwerk tal-Komunikazzjoni Strateġika, biex jiżviluppa l-qafas ta’ politika, il-kampanji ta’ komunikazzjoni jew l-inizjattivi individwali

Għadha għaddejja

In-Netwerk Ewropew ta’ Komunikazzjoni Strateġika (European Strategic Communications Network, ESCN), proġett immexxi mill-Belġju, qed jibni fuq il-proġett tat-tim konsultattiv tal-komunikazzjoni strateġika dwar is-Sirja (Syria strategic communication advisory team, SSCAT) li għandu l-kompitu li jorganizza u jiffaċilita Netwerk tal-Istati Membri biex tiġi skambjata l-aħjar prattika dwar l-użu ta’ komunikazzjonijiet strateġiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti. Huwa kkofinanzjat mill-għotja tal-azzjoni tal-Fond għas-Sigurtà Interna-Pulizija (Internal Security Fund-Police, ISF-Police) (ammont massimu ta’ EUR 1 150 000).

7    Iċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tan-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni jiskambja l-prattiki tajba u jifformula rakkomandazzjonijiet ta’ politika dwar il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni għall-prattikanti primarji (inkluż għall-imħallfin u l-prosekuturi, meta dan ikun jixraq), li jkunu jkopru s-settur tal-ħabs u tal-probazzjoni.

Għadha għaddejja

Il-grupp ta’ ħidma tal-Ħabsijiet u l-Probazzjoni tan-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni qed ikompli jrawwem skambji tal-aħjar prattiki fost il-prattikanti u se jirrapporta dwar l-attivitajiet tiegħu fi tmiem l-2017.

Il-programm Ġustizzja jipprovdi għotjiet operattivi lill-Organizzazzjoni Ewropea tal-Ħabsijiet u s-Servizzi Korrettivi (EuroPris) li tlaqqa’ flimkien l-amministrazzjonijiet tal-ħabsijiet u lill-Confédération Européenne de Probation (CEP). Dawn l-organizzazzjonijiet jorganizzaw laqgħat regolari tal-prattikanti biex jiddiskutu kwistjonijiet marbuta mar-radikalizzazzjoni.

Il-programm Erasmus+ qed isostni programmi ta’ taħriġ f’ħabsijiet li għandhom l-għan li jimpedixxu u jindirizzaw ir-radikalizzazzjoni. Il-Proġett dwar il-Prevenzjoni tar-Radikalizzazzjoni fil-Ħabsijiet (R2PRIS) tnieda f’Diċembru 2015 biex jgħin lill-persunal f’kuntatt dirett (uffiċjali korrezzjonali, persunal edukattiv u psikologi, ħaddiema soċjali, eċċ) biex jidentifikaw, jirrapportaw u jinterpretaw is-sinjali tar-radikalizzazzjoni u jwieġbu b’mod xieraq. Il-proġett huwa implimentat f’ħames pajjiżi (il-Portugall, in-Norveġja, it-Turkija, il-Belġju u r-Rumanija) u se jinkludi 160 sessjoni ta’ taħriġ sa Awwissu 2018.

8    Jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju li lill-Istati Membri jgħinhom jiżviluppaw għodod għall-valutazzjoni tar-riskju.

Għadha għaddejja

F’konformità mal-enfasi strateġika fuq il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni fil-ħabsijiet u l-integrazzjoni tar-riabilitazzjoni fir-rispons tal-ġustizzja kriminali, il-Kummissjoni nediet żewġ sejħiet għal proposti fl-2015 permezz tal-Programm dwar il-Ġustizzja 2014-2020:

a)JUST/2015/JCOO/AG/TERR: Għotjiet ta’ azzjoni biex tiġi appoġġata l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali dwar ir-rispons tal-ġustizzja kriminali għat-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni vjolenti. (baġit ta’ EUR 1 miljun; tliet proġetti magħżula).

b)JUST/2015/JTRA/AG/EJTR: Għotjiet ta’ azzjoni biex jiġi appoġġat it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew. (baġit ta’ EUR 1,5 miljun disponibbli għall-parti dwar “l-aspetti ġudizzjarji tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata” u “l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni waqt id-detenzjoni” - ħames proġetti magħżula)

Fl-2016, kien hemm talba waħda għal kooperazzjoni ġudizzjarja (JUST-JCOO-TERR-AG-2016) b’baġit ta’ EUR 4 miljun, li tinkludi wkoll it-taħriġ ġudizzjarju fil-qasam tar-radikalizzazzjoni (10 proġetti ntgħażlu u tlieta tqiegħdu fuq il-lista ta’ riżerva).

Fil-programm ta’ ħidma annwali dwar il-Ġustizzja 2017 (f’Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali), tingħata prijorità lill-kontribuzzjoni effiċjenti tal-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà fir-rigward tar-rispons ġudizzjarju għat-terroriżmu, b’mod partikolari dwar il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu u t-tisħiħ tal-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni, b’mod partikolari fil-ħabsijiet.

9    Jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ programmi edukattivi u tat-taħriġ fil-ħabs (inkluż it-taħriġ vokazzjonali) biex il-ħabsin isibuha inqas diffiċli biex jerġgħu jintegraw fis-soċjetà.

Għadha għaddejja

Erasmus+ jista’ jappoġġa proġetti ta’ tagħlim għall-adulti li jistgħu jimmiraw għat-titjib tal-ħiliet u miżuri ta’ reintegrazzjoni fil-ħabsijiet. Bosta proġetti (magħżula taħt is-sejħa tal-inklużjoni soċjali tal-Erasmus+ għall-2016) ġew imnedija f’Jannar 2017, għal total ta’ EUR 1,3 miljun.

Il-Fond Soċjali Ewropew jappoġġa firxa wiesgħa ta’ miżuri ta’ inklużjoni soċjali relatati mad-deradikalizzazzjoni u mal-inseriment mill-ġdid professjonali wara l-ħabs.

10.    Jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ programmi ta’ riabilitazzjoni għall-ħabsin mill-Istati Membri u l-iskambju tal-aqwa prattiki u l-aqwa politiki fil-qasam l-eżekuzzjoni tas-sanzjonijiet penali.

Għadha għaddejja

Finanzjament għall-iżvilupp ta’ programmi ta’ riabilitazzjoni u skambji tal-aħjar prattiki huwa pprovdut mill-Kummissjoni, ara l-azzjoni ewlenija 8.

11    Issir promozzjoni tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni fil-Eurojust minn prosekuturi speċjalizzati.

Għadha għaddejja

Il-Eurojust se jkompli jiġbor flimkien il-korrispondenti nazzjonali tiegħu għal kwistjonijiet ta’ terroriżmu sabiex ikomplu jiskambjaw il-fehmiet f’laqgħat tattiċi. Il-Eurojust se jkompli joħroġ:

   il-Moniter tal-Kundanni Kontra t-Terroriżmu (TCM)

   ir-rapporti dwar il-Ġellieda Barranin

   Azzjoni addizzjonali dwar il-ħabsijiet:

   Jiġi appoġġat it-taħriġ tal-persunal tal-ħabs u tal-probazzjoni u tal-imħallfin u l-prosekuturi.

Għadha għaddejja

F’Mejju 2016, il-Kummissjoni organizzat konferenza għall-fornituri tat-taħriġ fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni u qed tikkollabora man-Netwerk Ewropew ta’ Akkademji tat-Taħriġ fil-Qasam Penitenzjarju (European Network of Penitentiary Training Academies, EPTA), Europris u l-Confédération Européenne de Probation biex tistabbilixxi kooperazzjoni transfruntiera aktar sostenibbli dwar it-taħriġ għall-persunal tal-ħabsijiet u tal-probazzjoni dwar il-miżuri ta’ deradikalizzazzjoni.

Ir-RAN, il-EuroPris u l-EPTA qed iħejju ġabra ta’ interventi u attivitajiet ta’ taħriġ għall-professjonisti tal-ħabsijiet.

RAN u l-konsorzju IMPACT Europe qed joffru taħriġ għall-partijiet ikkonċernati fl-Istati Membri fl-evalwazzjoni ta’ interventi għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni fil-kuntest tal-ħabs u l-probazzjoni u l-ġlieda kontriha.

Biex tħaffef it-twaqqif tal-proġetti kollha li huma enfasizzati fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Ġustizzja Kriminali, il-Kummissjoni qed tagħmel riżorsi finanzjarji disponibbli (aktar minn EUR 6,5 miljun fl-2015 u l-2016).

12    Tiġi proposta Rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex tissaħħaħ l-inklużjoni soċjali u ssir promozzjoni tal-valuri fundamentali tal-Ewropa permezz tal-edukazzjoni u t-tagħlim mhux formali.

Tmiem l-2017

Qed isir xogħol ta’ tħejjija, b’mod partikolari l-Grupp ta’ Ħidma tal-ET 2020 dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni. Konsultazzjoni pubblika ta’ 12-il-ġimgħa tnidiet fid-19 ta’ Mejju 2017.

13    Fl-2016 ikun hemm aktar minn EUR 400 miljun disponibbi permezz tal-Erasmus+ għal sħubiji tranżnazzjonali biex jinħolqu approċċi ta’ politika u prattiki innovattivi fil-livell lokali, filwaqt li tingħata prijorità lill-inklużjoni soċjali, lill-promozzjoni tal-valuri komuni u lill-fehim interkulturali. Fl-2016, il-programm Erasmus+ se jżid l-azzjonijiet żviluppati fil-livell lokali b’pakkett apposta ta’ EUR 13-il miljun.

 

Għadha għaddejja

L-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi hija prijorità trażversali tal-programm Erasmus+. Sejħiet għal proposti mmirati tnedew biex jappoġġaw l-inklużjoni u l-valuri fundamentali (Azzjoni Ewlenija 2, b’aktar minn EUR 200 miljun iddedikati fl-2016). Il-proġetti magħżula fl-2016 bdew jew se jibdew fl-2017.

Barra minn hekk,

- Sejħa ta’ EUR 13-il miljun biex jixxerrdu, jiġu replikati u jiġu miżjuda l-prattiki tajba eżistenti fil-livell lokali (Azzjoni Ewlenija 3) ġibdet interess kbir mill-partijiet ikkonċernati u ġiet konkluża f’Lulju 2016 (b’35 proġett magħżula).

- Żewġ prijoritajiet li jiffokaw fuq objettivi speċifiċi tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi f’sejħa multisettorjali għal esperimenti fil-politika Ewropea b’ħames proġetti magħżula (erba’ dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ, wieħed dwar iż-żgħażagħ).

Fl-2017, il-programm Erasmus+ qed ikompli jappoġġa s-sħubiji tranżnazzjonali bħala prijorità trażversali (Azzjoni Ewlenija 2). Barra minn hekk, EUR 10 miljun se jintefqu biex jiġu disseminati, replikati u miżjuda prattiki tajbin eżistenti fil-livell lokali (Azzjoni Ewlenija 3) li jippromwovu skejjel inklużivi u demokratiċi (is-sejħa għalqet f’Mejju 2017, l-għażla għadha għaddejja).

14    Jitwaqqaf netwerk biex jiħfiefu l-kuntatti diretti ma’ mudelli pożittivi ta’ mġiba fl-iskejjel, fost iż-żgħażagħ, fil-klabbs sportivi u fil-ħabsijiet.

Għadha għaddejja

L-għan tal-azzjoni huwa li tistabbilixxi ġabriet ta’ eżempji pożittivi fil-livell nazzjonali biex jagħtu bidu għal attivitajiet biex tiġi promossa l-inklużjoni soċjali, jiġu evitati l-esklużjoni u r-radikalizzazzjoni kif ukoll titħeġġeġ iċ-ċittadinanza attiva u l-impenn favur valuri komuni. L-inizjattiva hija inizjata gradwalment mill-Aġenziji Nazzjonali ta’ Erasmus+ matul il-perjodu 2017-2018.

Il-pjattaforma “RAN Young” maħsuba biex tabilita liż-żgħażagħ biex jieħdu rwol attiv fil-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni tnediet fin-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (RAN). Konferenza ta’ Livell Għoli dwar ir-Radikalizzazzjoni fid-9 ta’ Novembru 2016. B’riżultat ta’ dan, RAN Young Ambassadors se telabora r-rakkomandazzjonijiet u torganizza laqgħat fejn il-parteċipanti jiġu mitluba jagħtu l-fehmiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom dwar reazzjonijiet ta’ politika u dwar il-ħidma tal-prattikanti. RAN Young qiegħda tinteraġixxi ma’ organizzazzjonijiet u inizjattivi oħra bħall-inizjattiva Extremely Together tal-fondazzjoni Kofi Annan, YouthCAN u l-OSCE Youth Ambassadors.

15    Issir promozzjoni biex l-istudenti jingħataw krediti għall-volontarjat u biex bl-Erasmus+ jinħolqu kurrikuli li jżewġu l-kontenut akkademiku mal-involviment ċiviku.

Għadha għaddejja

Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenziji Nazzjonali ta’ Erasmus+ u istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla, se tqajjem għarfien dwar kif tingħata s-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta’ Krediti għal tagħlim mhux formali, inkluż il-volontarjat. Fir-reviżjoni li għaddejja tas-Supplement tad-Diplomi (supplement tal-edukazzjoni għolja użat fit-48 pajjiż tal-Proċess ta’ Bolonja/iż-Żona Ewropea tal-edukazzjoni ogħla), il-Kummissjoni se tippromwovi r-rikonoxximent tal-“volontarjat” jew attivitajiet simili ta’ tagħlim mhux formali li huma parti minn kwalifika.

Azzjoni addizzjonali 1 dwar l-Edukazzjoni:

   L-għalliema jiġu mħejjija biex jindirizzaw id-diversità fil-klassi u jgħaddu l-valuri komuni lill-istudenti u jidentifikaw sinjali bikrija tar-radikalizzazzjoni u jitkompla l-appoġġ għall-iskambju tal-aħjar prattiki permezz tal-eTwinning u fil-grupp ta’ ħidma dwar l-edukazzjoni tan-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (RAN EDU).

Għadha għaddejja

Iffinanzjata bħala parti mill-programm Erasmus+, eTwinning hija pjattaforma onlajn li għal dawn l-aħħar 12-il sena kienet konnessa ma’ aktar minn 470 000 għalliem u 180 000 skola madwar l-Ewropa. Il-potenzjal ta’ eTwinning se jiġi sfruttat b’mod sħiħ b’enfasi akbar fuq temi relatati maċ-ċittadinanza bl-għan li l-għalliema jiġu abilitati biex isiru aġenti attivi għal edukazzjoni aktar inklużiva u aktar demokratika. Għal dan l-għan, it-tema annwali tal-2017 hija l-inklużjoni.

Fl-2017, il-grupp ta’ ħidma “Edukazzjoni” tan-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (RAN) se jiffoka prinċipalment fuq tipi ta’ taħriġ għall-għalliema, fuq ir-rwol tal-edukazzjoni għolja fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u fuq il-litteriżmu medjatiku u l-ħsieb kritiku. Fl-2017, il-Manifest RAN se jiġi aġġornat (“il-Manifest Edukazzjoni 2.0”) u se joffri linji gwida prattiċi għall-iskejjel, lezzjonijiet li ttieħdu u rakkomandazzjonijiet ta’ politika.

Azzjoni addizzjonali 2 dwar l-Edukazzjoni 2:

   Issir ħidma mill-qrib mal-Kunsill tal-Ewropa u mal-UNESCO biex jiġu implimentati aħjar l-istrumenti eżistenti mfassla biex iwieżnu lill-għalliema.

Għadha għaddejja

Fil-Grupp ta’ Ħidma tal-ET 2020 dwar iċ-ċittadinanza u l-valuri komuni, il-Kummissjoni qed tikkollabora mill-qrib mal-Kunsill tal-Ewropa u mal-UNESCO biex tisfrutta aħjar is-sinerġiji u tagħmel l-aħjar użu mill-għodod eżistenti (inkluż mill-gwida għall-għalliema).

In-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni pprovda għarfien espert għall-gwida għall-għalliema tal-UNESCO “A teacher’s Guide on the Prevention of violent radicalisation” (“Gwida għall-għalliema dwar il-Prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni vjolenti”) ippubblikat fl-2016, li jipprovdi gwida, fost l-oħrajn, b’rabta mal-ġestjoni tad-diskussjoni fil-klassijiet u l-messaġġi ewlenin li għandhom jitwasslu.

16    Tissokta l-ħidma mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill għall-adozzjoni tad-Direttiva kontra d-diskriminazzjoni.

Għadha għaddejja

Il-Kummissjoni se tkompli tipprovdi appoġġ tekniku lill-Presidenzi tal-Kunsill sabiex itejbu t-test tal-abbozz ta’ Direttiva, filwaqt li taħdem favur il-bini ta’ ftehim politiku fil-Kunsill.

17    Titrawwem l-inklużjoni soċjali tal-gruppi żvantaġġati permezz ta’ miżuri ta’ politika u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali.

Għadha għaddejja

Taħt il-qafas tal-ET 2020 Gruppi ta’ Ħidma speċifiċi (dwar l-iskejjel u dwar l-edukazzjoni taċ-ċittadinanza) qed jiffokaw fuq l-inklużjoni ta’ gruppi żvantaġġati.

Il-Fond Soċjali Ewropew kif ukoll il-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali qed jinvestu fl-inklużjoni soċjali ta’ gruppi żvantaġġati (in-netwerk tal-faqar, il-bini tal-kapaċità għall-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi li jittrattaw ma’ dawn il-gruppi, proġetti speċifiċi fl-Istati Membri permezz tal-FSE, attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, eċċ.).

18    Jiżdied l-appoġġ lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u lil dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ, b’mod partikolari bl-iżvilupp ta’ “sett ta’ għodod”.

Għadha għaddejja

Rapport b’sett ta’ għodod prattiċi ġie ppubblikat fi Frar 2017. Is-sett ta’ għodod għandu l-għan li jipprovdi lill-ħaddiema żgħażagħ bi gwida u pariri meta jaħdmu maż-żgħażagħ fir-riskju ta’ radikalizzazzjoni vjolenti. Ir-rakkomandazzjonijiet ta’ politika indirizzati lill-awtoritajiet mil-livell lokali sa dak Ewropew jiffukaw fuq il-kooperazzjoni fost setturi differenti sabiex b’mod effettiv tiġi impedita r-radikalizzazzjoni vjolenti taż-żgħażagħ.

Il-grupp ta’ ħidma dwar il-Familji, iż-Żgħażagħ u l-komunitajiet tan-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (RAN) se jibni fuq is-sett ta’ għodod biex jiżviluppa manifest tar-RAN fuq l-involviment taż-żgħażagħ u l-abilitar tal-ħidma taż-żgħażagħ fil-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni.

19    Jissaħħaħ is-Servizz Volontarju Ewropew billi jiżdied il-baġit tiegħu.

Għadha għaddejja

Fl-2016, ingħatat prijorità lil proġetti li jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi.

Fl-2017, il-baġit tas-Servizz Volontarju Ewropew (SVE) ġie miżjud b’mod sostanzjali.

Sa mit-tnedija tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà f’Diċembru 2016, madwar 30 000 ċittadin żagħżugħ mill-Istati Membri kollha rreġistraw biex jipparteċipaw. Huwa mistenni li sal-2020, b’kollox 100 000 ċittadin żagħżugħ se jkunu pparteċipaw fl-oqsma professjonali u tal-volontarjat tiegħu.

20    Tiġi proposta reviżjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen biex ikompli jittejjeb il-valur miżjud tagħha għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi u tal-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Għadha għaddejja

Ġew adottati proposti leġiżlattivi mill-Kummissjoni fil-21 ta’ Diċembru 2016.

Jinsabu għaddejjin negozjati leġiżlattivi.

21    L-Istati Membri jiskambjaw proattivament kull informazzjoni rilevanti mal-Istati Membri l-oħra, u mal-Europol meta jkun xieraq, fuq ħabsin meħlusa u suspettati b’radikalizzazzjoni jew fuq individwi radikali magħrufa, biex ikun żgurat li ssir sorveljanza mill-qrib ta’ dawk li jirrappreżentaw riskju għoli.

Għadha għaddejja

Il-kwistjoni ta’ qsim ta’ informazzjoni mtejjeb dwar persuni radikalizzati hija waħda mill-prijoritajiet tal-ħidma tan-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni fir-rigward ta’ dokumenti ta’ gwida u settijiet ta’ għodod għal dawk li jfasslu l-politika biex jistabbilixxu strutturi b’bosta aġenziji. Ir-riżultat ta’ din il-ħidma ġie ppreżentat u diskuss fl-aħħar Konferenza ta’ Livell Għoli tan-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni f’Novembru 2016.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu (ECTC) fil-Europol għandu l-għan li jsir ċentru ewlieni tal-informazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fl-UE, inkluża informazzjoni lill-Punt Fokali tal-Vjaġġaturi kif ukoll analiżi tar-riskji tar-radikalizzazzjoni. Is-Sistema tal-Informazzjoni tal-Europol (l-EIS) tista’ sservi ta’ repożitorju ċentrali għad-dejta fuq l-infurzar tal-liġi, li jkun fih il-lista konsolidata ta’ kull Ġellied Terrorista Barrani magħruf jew suspettat.

Id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, adottata fis-7 ta’ Marzu 2017, issaħħaħ l-obbligu fuq l-Istati Membri biex b’mod proattiv jittrasferixxu l-informazzjoni kollha rilevanti dwar reati terroristiċi lil Stati Membri oħra. Tintroduċi wkoll dmir fuq l-Istat Membru li jirċievi l-informazzjoni biex jieħu azzjoni ta’ segwitu xierqa.

22    Jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali fil-ħidma tagħhom biex jiġġieldu l-estremiżmu vjolenti.

Għadha għaddejja

L-UE taħdem b’mod attiv man-Nazzjonijiet Uniti, mal-Kunsill tal-Ewropa u mal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa fl-isforzi tagħhom biex jiġġieldu l-estremiżmu vjolenti.

Il-Kummissjoni tikkondividi l-immaniġġar ta’ programm relatat mal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-edukazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u ċ-ċittadinanza.

Iċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tan-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni stabbilixxa relazzjonijiet ta’ ħidma ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali biex joħloq sinerġiji fix-xogħol dwar il-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti, inkluż Europris, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u l-Kunsill tal-Ewropa (inkluż b’mod partikolari l-attivitajiet tal-Kungress tal-Ibliet)

23    Inizjattivi addizzjonali biex l-istrumenti finanzjarji esterni tal-UE jiffokaw fuq il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni vjolenti.

Għadha għaddejja

Fil-livell internazzjonali, l-UE qiegħda tippromwovi attenzjoni qawwija fuq il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti (P/CVE) fid-djalogi politiċi u l-programmi ta’ għajnuna. L-UE appoġġat il-Pjan ta’ Azzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-Prevenzjoni tal-Estremiżmu Vjolenti u l-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali u reġjonali P/CVE. L-UE qed tintegra l-P/CVE. L-UE saħħet il-kapaċità tal-Forza ta’ Ħidma tan-Nofsinhar tal-iStratComm, inkluż bl-Għarbi biex tippromwovi narrattivi pożittivi. Fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji:

- il-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza tal-UE għall-Afrika pprovda opportunità unika biex ikun hemm ħidma intensiva ma’ pajjiżi terzi f’riskju u jiġu indirizzati l-kawżi primarji tar-radikalizzazzjoni. Qed ikomplu jsiru sforzi biex jużaw l-esperjenzi miksuba fl-UE (pereżempju permezz tar-RAN) f’kuntest estern.

- Fl-2016, in-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni appoġġa missjonijiet ta’ esperti dwar ir-radikalizzazzjoni lejn it-Turkija u t-Tuneżija. Il-ħidma ta’ segwitu ma’ dawn iż-żewġ pajjiżi se tkompli fl-2017. L-isforzi tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent biex jistabbilixxu l-politiki u l-kundizzjonijiet ta’ qafas għall-koperazzjoni bejn diversi aġenziji huma appoġġati permezz tal-Proġett tal-Ewwel Linja kif ukoll assistenza min-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni.

- Strument għal Qabel l-Adeżjoni (IPA): Proġett reġjonali tal-IPA wieħed ġie approvat fl-2016 biex jappoġġa l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti fil-Balkani tal-Punent biex ixerred l-approċċ tan-Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni, isaħħaħ ir-reżiljenza permezz tal-involviment tal-komunitajiet u tas-soċjetà b’mod usa’; iqajjem kuxjenza dwar ir-riskji inerenti għar-radikalizzazzjoni fl-iskejjel u fost iż-żgħażagħ, jagħti taħriġ għal mexxejja reliġjużi fil-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti u joħloq pjattaformi tal-internet dwar il-prevenzjoni kontra l-estremiżmu vjolenti u t-terroriżmu u l-ġlieda kontrihom.

- Permezz tal-Programmi nazzjonali tal-IPA, l-UE se tappoġġa lill-Kosovo biex isaħħaħ il-miżuri ta’ deradikalizzazzjoni fis-servizzi korrettivi u ta’ probazzjoni; se tappoġġa lill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fl-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali għall-ġlieda kontra t-terroriżmu; u fl-Albanija permezz tal-proġett ta’ assistenza tal-pulizija tal-UE “PAMECA” 1[1] se tipprovdi assistenza lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u lis-servizzi ta’ intelligence dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu.

- Id-Delegazzjoni tal-UE fl-Albanija pprovdiet żewġ għotjiet ta’ EUR 300 000 kull waħda biex tabilita lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-istituzzjonijiet tas-sigurtà pubblika fil-ġlieda kontra l-estremiżmu u r-radikalizzazzjoni.

- Fil-Bożnija-Ħerzegovina huwa ppjanat proġett iffinanzjat mill-UE, dwar ir-riskju tar-radikalizzazzjoni fil-ħabs ta’ Zenica, b’kooperazzjoni mal-Komunità Iżlamika, li jinvolvi liż-żgħażagħ fil-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni.

- L-UE qiegħda wkoll tintegra kwistjonijiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu/kontra l-estremiżmu vjolenti fi proġetti ma’ atturi tas-soċjetà ċivili u atturi mhux mill-qasam tas-sigurtà. Permezz tal-Faċilità tas-soċjetà ċivili tal-IPA reġjonali (TACSO) programmi ddedikati għall-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti qed jiġu mnedija fil-livell tal-pajjiżi (fl-Albanija, pereżempju) jew fil-livell reġjonali.

- L-Istrument Ewropew tal-Viċinat: Il-proġett pilota tal-UNICRI (EUR 5 miljun) dwar il-prevenzjoni tal-estremiżmu vjolenti fir-reġjun tas-Sahel u tal-Magreb.

- Il-Kummissjoni qed tiffinanzja għadd kbir ta’ programmi, pereżempju fil-Lvant Nofsani u fir-reġjun tal-Afrika ta’ Fuq jew fl-Afrika (fil-Magreb, fis-Sahel, fin-Niġerja, fin-Niġer u fiċ-Ċad).

L-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (European Instrument for Democracy and Human Rights, EIDHR) jappoġġa wkoll programmi rilevanti bħal:

- Engaging Youth for Human Rights and Social Cohesion (EUR 600 000 - li se jkun imnedi u se jibqa’ għaddej sal-2019). Sieħeb tal-implimentazzjoni: Generations for Peace.

- Beyond Radicalisation: Youth in Lebanon Speak Up! (EUR 600 000 biex ikun imniedi u biex jibqa’ għaddej sal-2019). Sieħeb tal-implimentazzjoni: Deutsche Welle.

- La jeunesse sahraouie, acteur central de la résolution pacifique du conflit - Algérie, Tindouf; is-soċjetà ċivili “ - immirat lejn il-kampijiet tar-rifuġjati Sahrawi, f’Tindouf (EUR 96 000; 2016 – 2018). Implimentat minn Oxfam-Solidariteit.

- Voix du Sud, Voix du Nord pour un meilleur vivre ensemble en Algérie pour garantir la démocratie en Algérie (EUR 0,5 miljun; li se jitnieda u li se jibqa’ għaddej sal-2018).

24    Jissokta l-appoġġ għall-inizjattivi tal-Global Counter Terrorism Forum (GCTF) li jaħdmu fuq il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti.

Għadha għaddejja

L-UE tipprovdi appoġġ sostnut għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti fil-livell komunitarju permezz tal-inizjattivi ispirati mill-Global Counter Terrorism Forum (GCTF) inkluż Hedayah - l-International Center of Excellence for Countering Violent Extremism u l-Global Community Engagement and Resilience Fund (GCERF). B’mod partikolari, il-mekkaniżmu tal-għotjiet Hedayah issa qed isostni inizjattivi fuq livell lokali fl-Asja Ċentrali, fil-Balkani tal-Punent u fil-Ġeorġja b’finanzjament tal-UE. L-UE qed tappoġġa wkoll l-attivitajiet tal-GCERF fil-Bangladexx, fil-Kenja, fil-Kosovo, fil-Mali u fin-Niġerja kif ukoll inizjattiva innovattiva tas-settur privat biex jiġi mobilizzat finanzjament konġunt mis-settur privat għall-attivitajiet tal-GCERF.

L-UE hija kopresident tal-grupp ta’ ħidma tal-GCTF għall-Qarn tal-Afrika (mat-Turkija) u membru fil-grupp ta’ ħidma tal-GCTF dwar il-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti. Kwistjonijiet relatati mal-prevenzjoni tal-estremiżmu vjolenti u l-ġlieda kontrih (inkluż iż-Żgħażagħ u n-Nisa) huma element ewlieni tal-ħidma fil-grupp ta’ ħidma tal-Qarn tal-Afrika. L-UE qed torganizza fis-sajf tal-2017 żewġ workshops għall-partijiet ikkonċernati ewlenin fir-reġjun biex tippromwovi l-Forum Globali Kontra t-Terroriżmu “Life Cycle of Radicalisation” - sett ta’ dokumenti dwar l-aħjar prattika.

25    In-netwerks tal-eTwinning Plus jinfirxu aktar biex jilħqu lil ċertu pajjiżi magħżula tal-viċinat tal-UE.

Għadha għaddejja

L-għodda eTwinning Plus (li diġà tkopri t-Tuneżija, l-Azerbajġan, il-Ġeorġja, l-Ukraina, l-Armenja u l-Moldova) se tkompli tiġi estiża għal pajjiżi oħra tas-Sħubija Ewro-Mediterranja. Id-diskussjonijiet diġà bdew mal-Alġerija.

26    Jitnieda proġett ta’ fattibilità għall-Iskambji Virtwali tal-Erasmus+ biex issir promozzjoni fuq l-internet tal-impenn taż-żgħażagħ bil-għan li sal-2019 dan jilħaq il-200 000 żagħżugħ u żagħżugħa.

Għadha għaddejja

L-istudju ta’ fattibbiltà ġie ffinalizzat. Huwa jagħti alternattivi dwar kif isir il-proġett pilota u mbagħad kif issir l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu, u jkopri aspetti ewlenin bħalma huma r-reklutaġġ tal-parteċipanti, ir-reklutaġġ u t-taħriġ ta’ faċilitaturi, liema kontenut huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li l-għarfien interkulturali tal-parteċipanti jiżdied, il-pjattaformi neċessarji tal-IT, u kif il-parteċipanti jiġu rikonoxxuti għall-involviment tagħhom. L-għan huwa li l-proġett pilota jinbeda b’bejn 1000 u 2000 żagħżugħ u żagħżugħa fl-2018, u li jiġi implimentat b’mod usa’ sa tmiem l-2019.

(1)

[1] għal aktar informazzjoni ara http://pameca.org.al/ .


Brussell, 29.6.2017

COM(2017) 354 final

ANNESS

Is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-iffinanzjar tat-terroriżmu

tal-

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

It-tmien rapport ta' progress lejn Unjoni ta' Sigurtà effettiva u ġenwina


IS-SITWAZZJONI ATTWALI TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PJAN TA’ AZZJONI GĦAT-TISĦIĦ TAL-ĠLIEDA KONTRA L-IFFINANZJAR TAT-TERRORIŻMU (COM(2016) 50 final tat-2.2.2016)

Objettivi u azzjonijiet

Skedar

Deskrizzjoni/Sitwazzjoni attwali

Il-prevenzjoni tal-moviment ta’ fondi u l-identifkazzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu

Jiġi indirizzat l-abbuż tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-finanzjament tat-terroriżmu

Titressaq 'il quddiem id-data għat-traspożizzjoni effettiva u għad-dħul fis-seħħ tar-4a’ Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus.

Mhux aktar tard mir-4a’ kwart tal-2016

-01/01/2017 fil-proposta għal emenda l-4a’ Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus.

-Sostitwita minn negozjati kontinwi (trilogi) biex tiġi emendata r-4a’ Direttiva Kontra l-Ħasil tal-Flus – ara hawn taħt.

Tiġi adottata lista pajjiżi b’riskju għoli b’defiċjenzi strateġiċi fil-ġlieda tagħhom kontra l-ħasil tal-flus/il-ġlieda kontra r-reġimi ta’ finanzjament tat-terroriżmu.

Mhux aktar tard mit-tieni kwart tal-2016

-Att delegat ma’ lista tal-UE b’kunsiderazzjoni tal-listi tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja adottati fl-14/07/2016, li daħlu fis-seħħ f’Settembru 2016.

-Aktar emendi għal dan l-att delegat ġew irrifjutati mill-Parlament Ewropew.

-Il-Kummissjoni bi ħsiebha tintensifika l-azzjoni u l-koordinazzjoni proattiva fi ħdan it-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja biex tinfluwenza l-proċess tal-kompilazzjoni tal-lista ta’ pajjiżi terzi ta’ riskju għoli upstream.

-Il-Kummissjoni se tiżviluppa wkoll metodoloġija ġdida għal valutazzjoni tal-UE li ma tiddependix biss fuq sorsi esterni ta’ informazzjoni. Ġie ppreparat pjan direzzjonali li jistabbilixxi l-passi ewlenin lejn tali metodoloġija ġdida, fi stadji bi pjanijiet dettaljati għat-18-il xahar li jmiss u l-prospetti għall-perjodu ta’ wara.

-L-UE għandha wkoll tinvolvi ruħha b’mod proattiv ma’ pajjiżi b’“kapaċità baxxa” biex tgħinhom itejbu s-sitwazzjoni tagħhom f’termini ta’ prevenzjoni tal-ħasil tal-flus/tal-finanzjament tat-terroriżmu.

Jiġi ppubblikat rapport dwar il-valutazzjoni sovranazzjonali tal-ħasil tal-flus u dwar ir-riskji ta' finanzjament tat-terroriżmu u r-rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar il-miżuri adatti biex jindirizzaw dawn ir-riskji.

It-2i kwart tal-2017

-Il-ħidma hi kontinwa

-Adozzjoni ppjanata għal tmiem Ġunju 2017.



Jiġu proposti emendi għall-punti li ġejjin tar-raba’ (4) Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus:

-Miżuri/kontromiżuri ta’ diliġenza dovuta msaħħa fir-rigward ta’ pajjiżi terzi ta’ riskju għoli;

-Pjattaformi ta’ skambju ta’ muniti virtwali:

-Strumenti tal-ħlas imħallsa minn qabel;

-Reġistri ċentralizzati ta' kontijiet bankarji u ta' ħlas jew sistemi għall-irkupru tad-dejta elettronika;

-L-aċċess tal-Unitajiet ta’ Intelligence Finanzjarja għal, u l-iskambju ta', informazzjoni.

Mhux aktar tard mit-tieni kwart tal-2016 - Lesta

-Il-proposta adottata mill-Kummissjoni fil-05/07/16. 

-Attwalment avvanzat fl-istadju tat-trilogu.



Tittejjeb l-effiċjenza tat-traspożizzjoni tal-UE tal-miżuri tal-iffriżar tan-NU, inkluż permezz ta' titjib fl-informazzjoni bejn l-UE u n-NU.

Mhux aktar tard mit-tieni kwart tal-2016

-Ħidma kontinwa: Is-servizzi tal-Kummissjoni naqqsu ż-żmien meħtieġ biex jittrasponu l-elenkar tan-NU rigward l-Istat Iżlamiku/Al Qaida fil-leġiżlazzjoni tal-UE minn 5 għal 3 ijiem bħala medja — parzjalment bħala riżultat ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni msaħħa mill-kumitat tas-sanzjonijiet tan-NU dwar l-Istat Iżlamiku/Al Qaida.

-Is-servizzi tal-Kummissjoni qed jesploraw x’jista’ jsir biex iż-żmien tat-traspożizzjoni jonqos għal jumejn (2).

-Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ġie inkarigat biex iwaqqaf bażi tad-dejta għall-monitoraġġ ta’ projbizzjonijiet ta’ dħul fis-SIS ibbażat fuq is-sanzjonijiet tan-NU. Din se tkun disponibbli sal-2017–2018.

It-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Membri, il-Kummissjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-operaturi ekonomiċi li jiskambjaw informazzjoni dwar l-isfidi għall-implimentazzjoni ta’ miżuri restrittivi, inkluż għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar listi ġodda tan-NU, permezz tal-Bażi tad-Dejta tas-Sanzjonijiet Finanzjarji:

Mhux aktar tard mit-tieni kwart tal-2016

-Ħidma kontinwa: Il-Kummissjoni qed tiżviluppa applikazzjoni ġdida tal-Bażi tad-Dejta tas-Sanzjonijiet Finanzjarji li jippermettulha li tittrasmetti informazzjoni dwar elenkar ġdid tan-NU qabel it-traspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni tal-UE (għandha tkun qed tiffunzjona sa Settembru);

-Is-servizzi tal-Kummissjoni qed jesploraw jekk tal-Bażi tad-Dejta tas-Sanzjonijiet Finanzjarji tistax tintuża wkoll biex tittrażmetti l-informazzjoni fuq l-elenkar nazzjonali tal-Istati Membri.

Tkun esplorata l-possibilità ta' strument leġiżlattiv awtonomu biex jippermetti konsultazzjoni aktar wiesgħa ta' reġistri ta' kontijiet ta' pagament u ta' kontijiet bankarji għal investigazzjonijiet oħra u minn awtoritajiet oħra, lil hinn mill-ambitu tar-4a’ Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus.

Mhux aktar tard mit-tieni kwart tal-2016

-Il-ħidma hi kontinwa

-Il-konsultazzjonijiet saru ma’ (i) l-awtoritajiet responsabbli għall-ġestjoni tar-reġistri bankarji eżistenti, (ii) l-awtoritajiet li jista’ jkollhom aċċess għal reġistri tal-bank għal finijiet minbarra l-ħasil tal-flus (infurzar tal-liġi, Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi, awtoritajiet tat-taxxa, awtoritajiet ta’ kontra l-korruzzjoni) u s-settur bankarju. 

Tiġi infurzata l-kooperazzjoni bejn l-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) permezz ta' miżuri adegwati.

Mhux aktar tard mit-tieni kwart tal-2017

-Il-ħidma hi kontinwa

-Skedata għal tmiem Ġunju 2017.



Inizjattivi oħra biex jikkumplimentaw il-qafas legali eżistenti

Armonizzazzjoni tar-reati u s-sanzjonijiet tal-ħasil tal-flus

Proposta leġiżlattiva li tarmonizza reati kriminali u sanzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

Mhux aktar tard mir-4a’ kwart tal-2016

-Il-Kummissjoni ħarġet proposta fl-21 ta’ Diċembru 2016.

-Il-Kunsill laħaq approċċ ġenerali fit-8 ta’ Ġunju 2017.

-Il-Parlament Ewropew ħatar rapporteur; ir-rapport għandu jinħareġ sa Settembru 2017.



L-indirizzar ta’ movimenti ta’ flus illeċiti

Il-Kummissjoni se taħdem mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), l-Europol u partijiet rilevanti oħra dwar l-użu ta’ karti tal-flus ta’ denominazzjoni għolja, speċjalment tal-karti tal-EUR 500, li hija problema rrappurtata mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

Magħmul

-Magħmul. L-ebda azzjoni ulterjuri ma hi meħtieġa

-Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħa d-deċiżjoni fl-04/05/16 biex b’mod gradwali titneħħa l-karta tal-EUR 500.

Proposta leġiżlattiva kontra movimenti ta' flus illeċiti

Mhux aktar tard mir-4a’ kwart tal-2016

-Il-proposta tal-Kummissjoni ħarġet fil-21.12.2016.

-Fil-Kunsill (Grupp dwar l-Unjoni Doganali): it-tieni qari għadu għaddej abbażi ta’ test ta’ kompromess tal-Presidenza.

-Fil-Parlament Ewropew, l-assenjazzjoni lill-kumitat kompetenti mistennija f’nofs Ġunju.



L-esplorazzjoni tarr-rilevanza potenzjali ta’ limiti massimi għal ħlasijiet fi flus kontanti.

Sitwazzjoni attwali ppreżentata fl-ECOFIN ta’ Ġunju 2016

-Konsultazzjoni pubblika miftuħa saret bejn l-1 ta’ Marzu u l-31 ta’ Mejju.

-Ir-riżultati qed jiġu analizzati bħalissa.



Il-kompletezza tal-qafas tal-UE biex jintraċċa u jiffriża assi terroristiċi

Reġim tal-UE għall-iffriżar tal-assi tat-terroristi skont l-Artikolu 75 Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea:

Tiġi konkluża valutazzjoni sa mhux iktar tard mir-4a' kwart tal-2016.

-Evalwazzjoni mill-Kummissjoni maħruġa fit-3et rapport ta’ progress lejn Unjoni ta’ Sigurtà effettiva u ġenwina (COM(2016)831 finali tal-21.12.2016): l-ebda azzjoni ulterjuri ma għandha tittieħed f’dan il-ħin.

Jissaħħaħ ir-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' iffriżar u ta' konfiskazzjoni ta' assi kriminali.

Mhux aktar tard mir-4a’ kwart tal-2016

-Il-proposta tal-Kummissjoni ħarġet fil-21 ta’ Diċembru 2016.

-In-negozjati huma kontinwi fil-Kunsill bil-ħsieb ta’ approċċ ġenerali.

-Il-Parlament Ewropew ħatar rapporteur;



Sistema Ewropea possibbli li tikkumplimenta l-ftehim tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu bejn l-UE u l-Istati Uniti eżistenti bi tranżazzjonijiet ta' traċċar esklużi taħt il-ftehim imsemmi:

Mhux aktar tard mir-4a' kwart tal-2016

-Valutazzjoni maħruġa fit-3et rapport ta’ progress lejn Unjoni ta’ Sigurtà effettiva u ġenwina (COM(2016)831 finali tal-21.12.2016):

-Il-ħidma hi kontinwa.

L-immirar tas-sorsi ta’ finanzjament

Proposta leġiżlattiva li tinforza s-setgħat u l-kooperazzjoni tad-dwana u tindirizza l-finanzjament tat-terroriżmu relatat man-negozju tal-oġġetti.

Mgħoddija fl-1el kwart tal-2017 (COM(2016) 230 final final)

-Il-ħidma hi kontinwa.



Proposta leġiżlattiva kontra n-negozju illeċitu b'oġġetti kulturali.

Mhux aktar tard mit-2ni kwart tal-2017

-Il-preparazzjoni hi kontinwa.

-L-adozzjoni prevista għas-sajf tal-2017.

Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar it-Traffikar Illegali ta' Organiżmi Selvaġġi.

Mhux aktar tard mill-ewwel kwart tal-2016

-Pjan ta’ Azzjoni adottat fis-26/02/2016.

-Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fl-20/06/2016.

-Il-ħidma ta’ implimentazzjoni hi kontinwa

Aspetti magħżula marbuta mad-dimensjoni esterna



Jissaħħaħ l-appoġġ lill-pajjiżi terzi f’konformità mar-rekwiżiti legali tal-UNSCR u r-rakkomandazzjonijiet tal-FATF:

Għadha għaddejja

-Il-ħidma hi kontinwa



Jiġu appoġjati l-pajjiżi fir-reġjuni tal-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq u tal-Asja tax-Xlokk biex jissorveljaw, ifixklu u jiċħdu l-finanzjament tat-terroriżmu:

Mhux aktar tard mir-raba' kwart tal-2016

-Il-ħidma hi kontinwa