IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 29.6.2017
COM(2017) 345 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm Pericles 2020 għall-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni fl-2016
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 29.6.2017
COM(2017) 345 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm Pericles 2020 għall-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni fl-2016
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm Pericles 2020 għall-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni fl-2016
1.Ġenerali
Il-programm "Pericles 2020" (minn hawn ‘il quddiem “il-Programm”) huwa programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar. Huwa jissostitwixxi l-programm Pericles li ġie stabbilit fl-2001 u li kien jopera fil-perjodu 2002-2013. Il-Programm kien stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 331/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 1 . L-applikazzjoni tiegħu ġiet estiża għal Stati Membri li mhux qed jipparteċipaw permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/768 tal-11 ta' Mejju 2015 2 . Ir-Regolament (UE) Nru 331/2014 jistabbilixxi t-tul ta' żmien tal-programm sal-31 ta' Diċembru 2020. L-Artikolu 13(3) tar-Regolament jirrikjedi li l-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni annwali dwar ir-riżultati tal-programm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan it-tielet Rapport Annwali jwieġeb għal dan ir-rekwiżit għas-sena 2016.
2.L-implimentazzjoni tal-Programm u r-riżultati ta’ azzjonijiet impenjati fl-2016
Il-baġit annwali għall-implimentazzjoni tal-Programm għas-sena 2016 ġie stabbilit għal EUR 1 038 500 u kien iffinanzjat mil-linja baġitarja 01. 020400 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2016. Total ta’ EUR 1 029 353.87 ġie impenjat fl-2016. Il-Programm huwa implimentat permezz ta’ azzjonijiet ikkofinanzjati (għotjiet) li joriġinaw mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u permezz ta’ “Azzjonijiet tal-Kummissjoni”, organizzati direttament mill-Kummissjoni.
L-implimentazzjoni tal-Programm tirrifletti l-impenn tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni li jħarsu l-euro kontra l-falsifikazzjoni. Id-diskussjonijiet dwar l-istrateġija pluriennali fil-laqgħat tal-Grupp ta’ Esperti dwar l-Falsifikazzjoni tal-Euro (ECEG) għamluha possibbli biex jiġi impenjat 99,12 % tal-baġit globali fl-2016. Sabiex isir użu sħiħ u effettiv tal-krediti ta’ impenn disponibbli, EUR 45 083.16 ġew ittrasferiti minn għotjiet għal azzjonijiet tal-Kummissjoni. Fl-2016, il-Programm iffinanzja b'kollox 13-il proġett 3 . B’kollox, 9 għotjiet kienu mogħtija b’suċċess minn applikazzjonijiet li joriġinaw mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Dan huwa l-istess numru bħall-2015. Barra min hekk, ġew iffinanzjati 4 azzjonijiet tal-Kummissjoni, meta mqabbla ma' 3 azzjonijiet tal-Kummissjoni fis-sena preċedenti. 4 azzjonijiet ġew implimentati fl-2016, filwaqt li 9 azzjonijiet qed jiġu/se jkunu implimentati fl-2017 jew aktar tard.
Graff I u Graff II: L-għadd ta' azzjonijiet iffinanzjati għal kull Stat Membru u t-Tip ta' azzjoni ffinanzjata (azzjonijiet impenjati fl-2016, ara l-anness I) 4
L-applikanti għall-Programm fl-2016 jirrappreżentaw erba’ Stati Membri, jiġifieri l-Italja, Franza, Spanja u l-Bulgarija. Fuq firxa kbira, din tirrifletti l-aktar il-fatt li l-pajjiżi l-aktar affettwati mill-falsifikazzjoni tal-euro huma dawk li jużaw il-fondi ta' Pericles b'mod aktar frekwenti. Barra minn hekk, l-awtorità Bulgara hija applikant għall-ewwel darba għal dan il-Programm.
L-azzjonijiet li għalihom saru impenji fl-2016 kienu jikkonsistu f’ħames seminars/konferenzi, tliet taħriġiet tekniċi, tliet skambji ta’ persunal u studju wieħed (1) u xiri wieħed (1) ta’ tagħmir.
Dawn l-azzjonijiet jitwettqu 5 kemm fl-UE kif ukoll barra minnha, skont il-ħtiġijiet speċifiċi, sabiex l-euro jiġi protett kontra l-falsifikazzjoni. Sa mill-bidu tiegħu, il-Programm ikkonsolida l-approċċ reġjonali tiegħu billi implimenta azzjonijiet li jinvolvu reġjuni partikolarment sensittivi tad-dinja. Ta’ fokus speċifiku huma l-Amerika Latina (2 azzjonijiet organizzati minn Spanja u azzjoni waħda (1) tal-Kummissjoni), u fix-Xlokk tal-Ewropa (2 azzjonijiet organizzati mill-Italja u azzjoni waħda (1) mill-Bulgarija).
Il-graffs III u IV jipprovdu rendikont tal-oriġini u l-isfond professjonali tal-parteċipanti tal-Programm:
Graff III u Graff IV: L-oriġini tal-parteċipanti u l-isfond professjonali tal-parteċipanti 6 (azzjonijiet impenjati fl-2016, ara l-Anness I) 7
Huwa stmat li 528 espert ħadu sehem fl-azzjonijiet li għalihom saru impenji fl-2016 8 .
F’termini ta’ oriġini, il-parteċipanti ġew minn 60 pajjiż. Il-maġġoranza tal-apprendisti (63 %) huma parteċipanti Ewropej: Mad-39% ġejjin minn Stati Membri taż-żona tal-euro, filwaqt li l-pajjiżi Ewropej mhux fl-UE jirrappreżentaw 14% u l-Istati Membri mhux fiż-żona tal-euro 10 %; 26 % tal-apprendisti huma mill-Amerka Latina, żieda sinifikanti meta mqabbla mas-sena preċedenti 9 u issa jirrappreżentaw it-tieni l-akbar grupp ta’ parteċipanti. Fl-aħħar nett, 2 % ġejjin mil-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq u 2 % mill-Asja.
Rigward l-isfond professjonali tal-parteċipanti, il-membri mill-forzi tal-pulizija, jirrappreżentaw 37 % tat-total. Din il-preżenza prominenti hija dovuta għall-fatt li l-awtoritajiet tal-pulizija jinsabu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-euro, u li l-persunal tal-pulizija jinkludi kemm investigaturi kif ukoll persunal tekniku. Madankollu, kategoriji oħra ta’ parteċipanti huma responsabbli għal 63 % tat-total, żieda sinifikanti minn 47 % fis-sena preċedenti. B’mod partikolari, il-parteċipazzjoni tal-banek ċentrali żdiedet b’mod sinifikanti (23 %) 10 . Barra minn hekk, għadha teżisti differenza ta’ parteċipazzjoni għolja tal-membri tas-sistema ġudizzjarja (11 %) 11 , u parteċipazzjoni akbar ta’ zekki (8 %) 12 . Finalment, l-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Konferenza dwar l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-Euro” wasslet għalrata għolja ta’ parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti mill-industrija tal-magni tal-ipproċessar tal-muniti (CPM) (8 %), li jafferma li s-settur privat bħala attur importanti fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni.
Bħala riżultat, l-implimentazzjoni tal-Programm tissodisfa d-dimensjonijiet transnazzjonali u multidixxiplinari tal-Programm meħtieġa skont ir-Regolament (UE) Nru 331/2014.
3.Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet impenjati fl-2016: punti ewlenin 13
L-implimentazzjoni tal-Programm fl-2016 turi xejra pożittiva kontinwa lejn divrenzjar dejjem jiżdied fl-isfondi professjonali tal-parteċipanti matul is-snin. Tabilħaqq, għall-ewwel darba, l-awtoritajiet tal-pulizija ma jirrappreżentawx il-maġġoranza assoluta ta’ parteċipanti fl-2016. B’mod partikolari, it-tkabbir sinifikanti fl-involviment tal-banek ċentrali kif ukoll il-parteċipazzjoni dejjem tikber tal-ġudikatura, iz-zekki u l-industrija CPM f’azzjonijiet hija notevoli. L-impenji tal-2016 jirriflettu aktar diversifikazzjoni fl-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li japplikaw għall-Programm; il-Bank Nazzjonali Bulgaru qiegħed japplika għall-ewwel darba għal fondi ta' Pericles. Barra minn hekk, b’kont meħud mill-prijoritajiet tal-2016 tal-Programm 14 , jistgħu jiġu identifikati il-punti ewlenin li ġejjin:
Kooperazzjoni internazzjonali reġjonali
Il-programm irnexxielu iżżomm u jkompli jsaħħaħ kooperazzjoni internazzjonali u reġjonali qawwija fl-2016:
·Tliet azzjonijiet seħħew/se jseħħu fl-Amerika Latina, li jiġbru esperti minn numru kbir ta’ pajjiżi tal-Amerika Latina.
·Tliet azzjonijiet seħħew/ser iseħħu fix-Xlokk tal-Ewropa, biż-żamma ta’ kooperazzjoni b’saħħitha f’dan ir-reġjun.
Internet/darknet
Diversi azzjonijiet imwettqa fl-2016 indirizzaw it-theddida li jġibu magħhom l-internet/darknet fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar, li jiffukaw fuq l-effettività ta’ metodi ta’ investigazzjoni u l-ħtieġa għal rispons koordinat għat-theddida:
·Is-"Seminar: Theddida ġdida dwar il-falsifikazzjoni tal-euro — Deep Web u muniti kriptografiċi” (“A new threat on euro counterfeiting - the Deep Web and cryptocurrencies”), kofinanzjat u organizzat mill-Uffiċċju Ċentrali Nazzjonali Taljan, li se jsir f’Ruma f’April 2017.
·Barra minn hekk, kemm il-konferenza organizzata mill-UCAMP 15 “Strateġija Komunitarja għall-Ħarsien tal-Euro fiż-Żona tal-Mediterran” kif ukoll dik organizzata mill-BIBE 16 “Curso de formación sobre falsificación de Moneda para Expertos de Paises Iberoamericanos” ittrattaw dan is-suġġett.
Studju dwar karatteristiċi tas-sigurtà ġodda
·Fl-2016, il-Programm kien kapaċi jikkofinanzja t-tieni fażi tal-istudju dwar “Polimeri Fotokromatiċi Nano-Strutturati għal Karatteristiċi ta’ Sigurtà għal Muniti Ġodda” (‘Nano-Structured Photochromic Polymers for New Coin Security Features’), bħala kontinwazzjoni mill-ewwel fażi li qabel kienet iffinanzjata taħt il-baġit tal-2014 tal-Programm. Organizzat minn Monnaie de Paris, l-istudju jimmira li jesplora l-iżvilupp ta’ materjali interattivi ġodda li se jtejbu l-karatteristiċi ta’ sigurtà ta’ muniti futuri tal-euro, li jippermetti li jitnaqqas b’mod konsiderevoli r-riskju tal-iffalsifikar tal-muniti.
Klassifikazzjoni u/jew l-awtentikazzjoni ta’ muniti u karti tal-flus tal-euro
Diversi azzjonijiet imwettqa fl-2016 iffokaw fuq kwistjonijiet relatati mal-klassifikazzjoni u/jew l-awtentikazzjoni tal-muniti u l-karti tal-flus tal-euro:
·Skambju kofinanzjat tal-persunal dwar il-klassifikazzjoni tal-euro organizzat mill-Bank ta’ Spanja.
·Azzjoni tal-Kummissjoni li tindirizza Stati Membri pendenti fil-klassifikazzjoni tal-muniti.
·Azzjoni tal-Kummissjoni, organizzata f’koordinazzjoni u b’appoġġ taċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew (ETSC), li jipprovdi taħriġ dwar bażi ta’ dejta LICO li għandha tintuża mill-CNAC (Analiżi tal-Munita Nazzjonali) tal-Istati Membri għar-reġistrazzjoni ta’ Magni tal-Ipproċessar ta’ Muniti f’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 1210/2010 17 .
·Konferenza dwar l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro, li se tinkludi l-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti tal-industrija tal-magni tal-ipproċessar tal-muniti. Din il-konferenza, organizzata bħala azzjoni mill-Kummissjoni f’koordinazzjoni u b’appoġġ taċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew (ETSC) għandha bħala għan speċifiku li żżid l-għarfien u tikkondividi l-kwistjonijiet prinċipali ta’ tħassib għall-partijiet interessati kollha f’dak li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta’ muniti tal-euro li mhumiex tajbin għaċ-ċirkolazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1210/2010 18 . Dan se jipprovdi ħarsa ġenerali u t-triq ’il quddiem f’dak li għandu x’jaqsam mal-iżviluppi tekniċi ewlenin għal magni tal-ipproċessar tal-muniti, l-isfidi futuri u l-evoluzzjoni tas-suq.
4.L-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet fl-2016 li kienu impenjati taħt baġits preċedenti tal-Programm
Is-sena 2016 rat l-implimentazzjoni ta’ 9 azzjonijiet li kienu impenjati taħt baġits preċedenti tal-Programm 19 . Minn dawn il-proġetti, 7 oriġinaw mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri – rispettivament Franza, Spanja, il-Ġermanja, il-Kroazja u l-Italja - filwaqt li 2 azzjonijiet kienu mibdija mill-Kummissjoni. L-azzjonijiet kienu jikkonsistu f’5 seminars, 3 skambji ta’ persunal u studju. Żoni ta’ fokus partikolari kienu l-Ewropa tax-Xlokk, iċ-Ċina, l-Amerka Latina u r-reġjun tal-Mediterran.
Ta’ min jinnota b’mod partikolari t-12-il Konferenza Euro tax-Xlokk li saret f’Ottubru 2016 f’Zagreb, il-Kroazja. Din il-konferenza kompliet is-sekwenza ta’ Konferenzi Euro tax-Xlokk li kienu vitali biex jirrinforzaw il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fix-Xlokk tal-Ewropa, li għandhom diversi hotspots rigward it-tranżitu u l-produzzjoni possibbli ta' euros foloz.
5.Konklużjoni u t-triq ’il quddiem
Il-Kummissjoni xxerred b’mod konstanti r-riżultati tal-azzjonijiet appoġġati skont il-Programm tal-esperti tal-Grupp ta' Esperti dwar il-Falsifikazzjoni tal-Euro (ECEG). Fl-2016, kien hemm tliet laqgħat tal-ECEG.
Il-Programm juri grad għoli ta’ konsistenza u kumplimentarjetà ma’ programmi u azzjonijiet rilevanti oħra fil-livell tal-Unjoni għax huwa ddedikat esklussivament għal u jiffoka fuq il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra forom speċifiċi ta’ kriminalità organizzata, b’mod partikolari l-falsifikazzjoni tal-euro. Dan huwa minnu għall-programm Hercule III tal-OLAF 20 li jħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u l-Programm juri livell għoli ta’ kumplimentarjetà, inter alia, mal-Pulizija 21 tad-DG HOME tal-Fond għas-Sigurtà Interna, li tkopri l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità b’mod ġenerali.
Il-programm “Pericles 2020” jibqa’ għodda importanti u effettiva fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni. Dan huwa enfasizzat mill-fatt li l-baġit disponibbli għall-2016 ġie impenjat bis-sħiħ. Barra minn hekk, il-każijiet li ġejjin jispjegaw il-kontribuzzjoni tal-Programm għall-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni tal-euro fl-2016: f’Mejju 2016, regolament ġdid li jkopri l-aspetti kollha ta’ operazzjonijiet tal-flus euro ġie adottat fil-Kosovo 22 , wara li r-rappreżentanti tiegħu kienu pparteċipaw f’diversi azzjonijiet ta' Pericles 2020 23 . Barra minn hekk, persunal imħarreġ għall-infurzar tal-liġi Pericles 2020 ipparteċipa fiż-żarmar ta’ tliet postijiet tal-istampar illegali fil-Kolombja u l-arrest ta’ 49 persuna suspettati li ffalsifikaw l-euro fil-Peru fl-2016 24 .
Il-Programm jifforma l-bażi għall-appoġġ ta’ studji, iż-żamma u l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni, u l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-atturi kollha involuti fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-euro. Abbażi tar-riżultati tal-implimentazzjoni tal-Programm u tal-analiżi kontinwa ta’ theddid emerġenti diskussi fl-ECEG, il-prijoritajiet għall-2017 huma dawn li ġejjin 25 :
·L-attivitajiet ta' appoġġ kellhom l-għan li jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri li huma milquta b'mod partikolari mill-produzzjoni u mid-distribuzzjoni ta' flus foloz.
·It-trawwim ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-awtoritajiet ta’ dawk it-terzi pajjiżi fejn hemm suspett jew evidenza tal-preżenza ta’ produzzjoni ta' flus foloz.
·Iż-żamma ta' qafas effiċjenti għall-ħarsien tal-euro fix-Xlokk tal-Ewropa.
·Żviluppi ġodda: żviluppi tekniċi ta’ magni tal-ipproċessar tal-muniti, id-distribuzzjoni ta’ flus foloz u komponenti ta’ kwalità għolja fuq l-internet u l-interess dejjem jikber fl-iffalsifikar tal-euro ta’ kriminali li jinsabu f’Pajjiżi Terzi.
Il-lista ta’ magni tal-ipproċessar ta’ muniti ta’ għodda IT hija għodda tal-IT żviluppata minn ECFIN għall-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-“Lista kkonsolidata ta’ magni tal-ipproċessar ta’ muniti li għaddew mit-test jew ġew dikjarati konformi” skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 1210/2010. L-għodda tal-IT se tappoġġa L-Awtorità Nazzjonali Maħtura tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tar-Regolament u tippermettilhom li jippreżentaw “is-Sommarju tar-Rapport tat-Test ta’ Ksib” lill-ETSC (iċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew).
Ir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tar-riskji u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/JHA (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 93).
Il-prioritajiet tal-Programm għall-2017 huma parti essenzjali mill-Programm ta’ Ħidma Annwali, li huma annessi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 8778 finali tat-3 ta’ Jannar 2017 li tikkonċerna l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-2017 tal-Programm Pericles 2020.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 29.6.2017
COM(2017) 345 final
ANNESS
Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet impenjati fl-2016
għar-
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
rigward l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm Pericles 2020 għall-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni fl-2016
Anness I: Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet impenjati fl-2016
|
Organizzatur 1 |
Attività |
Post u Data |
Il-Kontribut tal-Kummissjoni (ammont totali impenjat f’euro) |
|
Seminars |
|||
|
L-Italja UCAMP |
Strateġija komunitarja għall-Ħarsien tal-Euro fiż-Żona tal-Mediterran |
Tirana, Albanija 05 - 07 ta' Ottubru 2016 |
85 276.65 |
|
L-objettiv ewlieni tal-azzjoni: it-tqajjim ta’ kuxjenza dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar il-protezzjoni tal-euro fis-settur finanzjarju u l-iskambju ta’ għarfien. |
|||
|
Spanja BIBE |
Curso de Formación sobre Falsificación de Moneda para Expertos de Paises Iberoamericanos |
Buenos Aires, l-Arġentina 29 ta’ Novembru - 2 ta’ Diċembru 2016 |
194 336.13 |
|
L-objettiv ewlieni tal-azzjoni: L-iżvilupp ta' istituzzjoni (il-ħolqien ta' Uffiċċji Ċentrali Nazzjonali abbażi tal-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin tal-Iffalsifikar tal-Flus, f'Ġinevra, l-20 ta' April 1929); it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ għarfien. |
|||
|
Il-Bulgarija Il-Bank tal-Bulgarija |
It-tisħiħ tal-għarfien tal-awtoritajiet Torok ta’ NACs u fost l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali |
Sofía, il-Bulgarija 15 - 17 ta' Marzu 2017 |
6 288.30 |
|
L-objettiv ewlieni tal-azzjoni: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ għarfien. |
|||
|
L-Italja UCIFM |
Theddida ġdida dwar il-falsifikazzjoni tal-euro — id-Deep Web u muniti kriptografiċi |
Ruma, l-Italja 04 – 05 ta’ April 2017 |
69 908.67 |
|
L-objettiv ewlieni tal-azzjoni: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ għarfien. |
|||
|
Kummissjoni ECFIN |
Workshop dwar l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro |
Brussell, il-Belġju 16 - 18 ta' Mejju 2017 |
130 000.00 |
|
L-objettiv ewlieni tal-azzjoni: iż-żieda tal-effikaċja fl-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u l-klassifikazzjoni ta’ muniti tal-euro foloz. |
|||
|
Taħriġ tekniku |
|||
|
Kummissjoni ECFIN |
Workshop/assistenza lill-Istati Membri: Klassifikazzjoni pendenti f’muniti tal-euro |
Madrid, Spanja 4 - 8 ta' Lulju 2016 |
13 181.85 |
|
L-objettiv ewlieni tal-azzjoni: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ għarfien. |
|||
|
Kummissjoni ECFIN |
Taħriġ prattiku għal utenti LICO |
Eindhoven, in-Netherlands 27 - 30 ta' Marzu 2017 |
90 000.00 |
|
L-objettiv ewlieni tal-azzjoni: iż-żieda tal-effikaċja fl-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u l-klassifikazzjoni ta’ muniti tal-euro foloz. |
|||
|
Kummissjoni ECFIN |
Taħriġ tattiku tekniku: il-ħarsien tal-euro kontra l-falsifikazzjoni |
Lima, il-Perù 7 - 9 ta' Novembru 2017 |
141 255.18 |
|
L-objettiv ewlieni tal-azzjoni: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ għarfien. |
|||
|
Skambji ta' Persunal |
|||
|
Spanja Bank of Spain |
Skambju ta’ Taħriġ Azzjoni/tal-Persunal: L-Għarfien ta’ Klassifikazzjoni għall-Falsifikazzjoni tal-Karti tal-Flus u tal-Muniti |
Madrid, Spanja 11 ta’ Settembru - 8 ta’ Ottubru 2016 |
15 665.00 |
|
L-objettiv ewlieni tal-azzjoni: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ għarfien dwar il-klassifikazzjoni ta’ muniti tal-euro foloz u karti tal-flus. |
|||
|
Spanja BIBE |
Skambju ta’ persunal bejn l-Arġentina, il-Kolombja, iċ-Ċilì, il-Perù, l-Ekwador u Spanja |
Buenos Aires, Bogota, Santiago, Lima, Quito, Brussell, Madrid 1 ta’ Jannar - 31 ta’ Lulju 2017 |
103 747.72 |
|
L-objettiv ewlieni tal-azzjoni: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ għarfien |
|||
|
L-Italja UCIFM |
L-iskambju ta’ persunal bejn l-Italja, Boznia Ħerzegovina, iċ-Ċina, Ċipru, l-Irlanda, il-Montenegro, Spanja |
Ruma, Fabriano, Sarajevo, Beijing, Nikosija, Dublin u Podgorica 20 ta' Marzu - 30 ta' Novembru 2017 |
38 770.00 |
|
L-objettiv ewlieni tal-azzjoni: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ għarfien. |
|||
|
Studji |
|||
|
Franza Monnaie de Paris |
Polimeri Fotokromatiċi Nanostrutturati għal Karatteristiċi ta’ Sigurtà ta’ Muniti Ħodda — Studju tal-Fażi 2 |
Pariġi, Franza Settembru 2016 - Ottubru 2017 |
127 673.00 |
|
L-objettiv ewlieni tal-azzjoni: it-titjib ta’ fatturi ta’ sigurtà tal-muniti futuri tal-euro |
|||
|
Xiri ta’ tagħmir |
|||
|
L-Italja UCIFM |
Xiri ta’ tagħmir biex jintuża minn awtoritajiet speċjalizzati kontra l-iffalsifikar, għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar u t-taħriġ lill-Pulizija tal-Montenegro |
Podgorica, il-Montenegro 20 - 23 ta' Marzu 2017 |
13 251.37 |
|
L-objettiv ewlieni tal-azzjoni: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ għarfien. |
|||
L-ismijiet tal-organizzaturi mhux imqassra li jinsabu fil-lista ta’ Awtoritajiet nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001, ĠU C 264, 12.8.2015, p. 2–29
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 29.6.2017
COM(2017) 345 final
ANNESS
Azzjonijiet ta' Pericles 2020 impenjati skont baġits preċedenti iżda implimentati fl-2016
għar-
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
rigward l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm Pericles 2020 għall-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni fl-2016
Anness II: Azzjonijiet ta' Pericles 2020 impenjati skont baġits preċedenti iżda implimentati fl-2016
|
Organizzatur 1 |
Attività |
Post u Data |
Il-Kontribut tal-Kummissjoni (ammont totali impenjat f’euro) |
|||
|
Seminars |
||||||
|
Franza DCPJ-OCRFM |
Seminar: 'Coopération en matière de lutte contre la contrefaçon de l'euro avec la République Populaire de Chine ‘ (‘Kooperazzjoni mar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fil-ġlieda kontra iffalsifikar tal-euro ’) |
Pariġi, Franza 19-20 ta’ Jannar 2016 |
25 106 |
|||
|
L-objettiv ewlieni tal-azzjoni: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ għarfien. |
||||||
|
Il-Kroazja Il-Bank Nazzjonali Kroat |
Seminar: "2nd Balkan Network for Euro Protection” (“It-tieni Netwerk tal-Balkani għall-Ħarsien tal-Euro”) |
Split, il-Kroazja 21-24 ta’ Marzu 2016 |
59 115.98 |
|||
|
L-objettiv ewlieni tal-azzjoni: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ għarfien. |
||||||
|
L-Italja UCIFM |
Seminar: “Euro Counterfeiting in Europe: (: Analysis of the situation and possible future threats and measures to adopt” (“L-Iffalsifikar tal-Euro fl-Ewropa: Analiżi tas-sitwazzjoni u ta' theddid possibbli fil-futur u miżuri li għandhom jiġu adottati”) |
Ruma, l-Italja 12-13 ta’ April 2016 |
58 480.96 |
|||
|
L-objettiv ewlieni tal-azzjoni: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ għarfien. |
||||||
|
Kummissjoni ECFIN |
"Pericles 12th Euro South East Conference” (“It-12-il Konferenza tal-tal-Euro tax-Xlokk ta' Pericles”) |
Zagreb, il-Kroazja 17-21 ta' Ottubru 2016 |
197 199 |
|||
|
L-objettiv ewlieni tal-azzjoni: L-iżvilupp ta' istituzzjoni (il-ħolqien ta' Uffiċċji Ċentrali Nazzjonali abbażi tal-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin tal-Iffalsifikar tal-Flus, f'Ġinevra, l-20 ta' April 1929); it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ għarfien. |
||||||
|
Il-Ġermanja Landes- kriminalamt Berlin |
Seminar: "Combating Counterfeit Currency - Berlin 2016” (“Il-Ġlieda Kontra Muniti Foloz - Berlin 2016”) |
Berlin, il-Ġermanja 24-28 ta’ Ottubru 2016 |
22 700 |
|||
|
L-objettiv ewlieni tal-azzjoni: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ għarfien. |
||||||
|
Skambji ta' Persunal |
||||||
|
L-Italja CCAFM |
"Staff exchange on investigative techniques: ) Italy, Albania, Greece, Hungary, Bulgaria, Turkey, Serbia, Croatia, China and Slovenia” (“Skambju ta' persunal dwar tekniki investigattivi: l-Italja, l-Albanija, il-Greċja, l-Ungerija, il-Bulgarija, it-Turkija, is-Serbja, il-Kroazja, iċ-Ċina u s-Slovenja”) |
Diversi postijiet 14 ta' Frar - 18 ta' Ġunju 2016 |
64 696.56 |
|||
|
L-objettiv ewlieni tal-azzjoni: Taħriġ dwar id-detezzjoni ta’ muniti tal-euro foloz, ġbir ta’ evidenza għal segwitu ġudizzjarju u metodoloġiji ta’ investigazzjoni; it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ għarfien. |
||||||
|
Spanja BIBE |
Staff Exchange "Argentina, Colombia, Mexico, Peru, Spain and Belgium” (Skambju ta' Persunal “l-Arġentina, il-Kolombja, il-Messiku, il-Perù, Spanja u l-Belġju”) |
Diversi postijiet 1 ta’ Jannar 2016 - 30 ta’ Lulju 2016 |
76 709.03 |
|||
|
L-objettiv ewlieni tal-azzjoni: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ għarfien. |
||||||
|
Kummissjoni ECFIN |
"Pericles Staff exchange Albania - Kosovo” |
Tirana, Albania and Pristina, Kosovo (“Skambju ta’ Persunal Pericles Albanija - Kosovo” Tirana, l-Albanija u Pristina, il-Kosovo) 27 ta' Ġunju - 1 ta' Lulju, 11 - 25 ta' Lulju 2016 |
22 494.08 |
|||
|
L-objettiv ewlieni tal-azzjoni: it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ għarfien. |
||||||
|
Studji |
||||||
|
Franza DCPJ-OCRFM Għotja |
Study on Euro Currency Counterfeiting in France - Actors and Organisations (Studju dwar il-Falsifikazzjoni tal-Munita tal-Euro fi Franza - Atturi u Organizzazzjonijiet) |
Pariġi, Franza 16 ta' Settembru 2014 - 30 ta' Ġunju 2016 |
41 371 |
|||
|
L-objettiv ewlieni tal-azzjoni: Riċerka |
||||||
L-ismijiet tal-organizzaturi mhux imqassra li jinsabu fil-lista ta’ Awtoritajiet nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001, ĠU C 264, 12.8.2015, p. 2–29