IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Strasburgu, 16.5.2017
COM(2017) 260 final
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL
It-Tnax-il Rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni
x0009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Strasburgu, 16.5.2017
COM(2017) 260 final
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL
It-Tnax-il Rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni
x0009
1Introduzzjoni
It-Tnax-il Rapport dwar ir-Rilokazzjoni u r-Risistemazzjoni jipprovdi aġġornament tas-sitwazzjoni attwali dwar l-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ rilokazzjoni u risistemazzjoni mill-aħħar rapport tat-12 ta’ April, 1 u jiddeskrivi d-diskrepanzi u l-azzjonijiet pendenti li għad iridu jittieħdu biex jagħtu riżultati rigward l-impenji skont iż-żewġ skemi.
Matul l-implimentazzjoni tagħha, element wieħed baqa’ kruċjali għas-suċċess tal-iskema: Il-kooperazzjoni u l-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri tar-rilokazzjoni u l-Istati Membri benefiċjarji fil-konformità u l-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni. Hekk kif bdiet taħdem il-proċedura ta’ rilokazzjoni, u peress li l-maġġoranza tal-Istati Membri bdew l-impenn tagħhom fuq bażi regolari, it-trasferimenti ta’ kull xahar żdiedu sew. Barra minn hekk iż-żewġ Stati Membri benefiċjarji għamlu aktar sforzi biex itejbu l-kooperazzjoni u l-fiduċja reċiproka sabiex iħaffu r-rilokazzjoni. B’riżultat ta’ dan, fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2017 l-Istati Membri rrilokaw kważi l-istess numru ta’ nies li ġew rilokati matul l-2016. S’issa ġew rilokati total ta’ 18 000 persuna, li juri li r-rilokazzjoni taħdem jekk ikun hemm ir-rieda li jiġi mħares dak li jkun ġie miftiehem flimkien fi spirtu ta’ kooperazzjoni sinċiera.
Ir-rilokazzjoni għadha miżura ewlenija biex tittaffa l-pressjoni minn fuq il-Greċja u l-Italja billi tinqasam ir-responsabbiltà fit-trattament ta’ dawn il-migranti li evidentement għandhom bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali. Minkejja li l-migranti qed ikomplu jaslu f’ammonti żgħar, il-Greċja għadha taħt pressjoni b’madwar 62 000 migrant li għadhom preżenti fit-territorju tagħha, li minnhom madwar 13 500 jinsabu fuq il-gżejjer u madwar 48 500 fil-Greċja kontinentali. Fl-Italja waslu 45 130 migrant mill-bidu tas-sena 2017 ’l hawn, żieda ta’ 40 % meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2016. Madankollu, il-maġġoranza ta’ dawk li waslu mhumiex tan-nazzjonalità bi bżonn ċar ta’ protezzjoni internazzjonali, rekwiżit skont id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill biex wieħed jikkwalifika għall-eliġibbiltà ta' rilokazzjoni. L-għadd ta’ Eritrej, l-aktar nazzjonalità eliġibbli għar-rilokazzjoni fl-Italja, naqas b’mod sinifikanti fl-2017: mit-tieni pajjiż ta' oriġini li minnu waslu l-migranti fl-2016, li kien jirrappreżenta 11,5% tal-wasliet, l-anqas biss għadu jiffigura fost l-ewwel għaxar nazzjonalitajiet ta' dawk li jaslu, li issa jirrappreżenta biss 2,3% tal-wasliet. Minkejja dan it-tnaqqis sinifikanti, in-numru ta’ Eritrej li waslu l-Italja fl-2016 u li suppost għadhom irreġistrati u għandhom jiġu rilokati fi Stati Membri oħra għadu ta’ madwar 11,000.
Kif ġie rrapportat qabel, l-għadd ta’ persuni eliġibbli għar-rilokazzjoni li huma preżenti fl-Italja u fil-Greċja huwa inqas minn dak previst fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill. Fil-Greċja, fejn l-għadd ta’ applikanti rreġistrati għar-rilokazzjoni mistenni li jibqa’ stabbli (27,146 ruħ irreġistrati għar-rilokazzjoni li minnhom 12,707 ġew rilokati) madwar 12 400 persuna għad iridu jiġu rilokati. Fl-Italja, s’issa aktar minn 8 300 persuna ġew reġistrati għar-rilokazzjoni, li minnhom 5 711 diġa ġew rilokati u 700 oħra għandhom jiġu rreġistrati dalwaqt. Barra minn hekk, s’issa waslu 'lfuq minn 1 100 persuna mill-Eritrea fl-2017, u għadhom iridu jiġu rreġistrati għar-rilokazzjoni. Ir-rilokazzjoni ta’ dawk kollha eliġibbli sa Settembru 2017 hija għalhekk possibbli u fattibbli u għandha tkun prijorità għall-Istati Membri kollha. Dawn in-numri iktar baxxi ma għandhomx iwasslu lill-Istati Membri biex inaqqsu l-isforzi tagħhom għaliex il-pass attwali li bih miexja r-rilokazzjoni għadu mhux biżżejjed biex jiġu rilokati dawk kollha eliġibbli sa Settembru 2017 u hemm bżonn ta’ aċċellerazzjoni kontinwa u sinifikanti, partikolarment fil-Greċja, skont il-miri mensili stabbiliti mill-Kummissjoni fl-Għaxar Rapport tagħha 2 .
Ir-rilokazzjoni kif prevista mid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill hija obbligu legali. Hija wkoll sforz konġunt li jirrikjedi li l-Istati Membri kollha jirrilokaw il-persuni kemm mill-Italja kif ukoll mill-Greċja. Filwaqt li ħafna Stati Membri żiedu l-isforzi tagħhom, sfortunatament għad hemm numru ta’ Stati Membri li ma rrilokawx persuna waħda, bi ksur tal-obbligi legali tagħhom u mingħajr ma jqisu l-impenji tagħhom lejn l-Italja u l-Greċja, u l-Istati Membri l-oħra, li jħarsu l-impenji tagħhom permezz tar-rilokazzjoni.
Filwaqt li ħafna mir-rakkomandazzjonijiet mill-Ħdax ir-Rapport għadhom validi (minħabba n-natura ta’ ciklu kull xahrejn tar-rilokazzjoni), dan it-Tnax il-Rapport jiffoka l-aktar fuq dawk l-Istati Membri li sistematikament irrifjutaw li jimplimentaw id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill u li naqsu milli josservaw l-impenji tagħhom.
Fir-rigward tar-rilokazzjoni, l-implimentazzjoni tal-Konlużjonijiet ta’ Ġunju 2015 biex jiġu rilokati 22 504 persuni miexja sewwa ħafna b’aktar minn żewġ terzi tan-numru miftiehem rilokat diġa. Dan jirrapreżenta progress sinifikanti meta’ mqabbel man-numri limitati li kienu jirrilokaw l-Istati Membri fl-2014 u l-2015 permezz ta’ skemi nazzjonali jew multilaterali u juri l-valur miżjud ta’ kooperazzjoni msaħħa fuq livell tal-UE f’dan il-qasam.
2Ir-Rilokazzjoni
Il-pass li bih miexja r-rilokazzjoni jkompli juri xejra pożittiva minkejja ċerti diffikultajiet loġistiċi. Aktar sforzi mill-Istati Membri kollha jistgħu jwasslu għall-kisba tal-miri stabbiliti. Il-miri stabbiliti mill-Kummisjoni għandhom l-għan li jiżguraw ir-rilokazzjoni effikaċi u f’waqtha ta’ dawk kollha li huma eliġibbli u attwalment jinsabu fl-Italja u fil-Greċja, filwaqt li tiġi evitata kull konġestjoni operattiva u loġistika li tista’ tirriżulta li kieku l-maġġoranza tat-trasferimenti li jifdal kellhom isiru fl-aħħar ġimgħat ta’ Settembru. Biex jintlaħqu dawn il-miri hemm bżonn ta’ iktar sforzi u flessibbiltà f’kull pass tal-proċedura ta’ rilokazzjoni, mill-impenji sat-trasferiment, inklużi kapaċitajiet suffiċjenti ta’ akkoljenza fl-Istati Membri ta’ rilokazzjoni wara li tkun saret ir-rilokazzjoni.
Kważi l-Istati Membri kollha qegħdin issa jirrilokaw in-nies mill-Italja u mill-Greċja. L-Ungerija, il-Polonja u l-Awstrija għadhom l-uniċi Stati Membri li ma rrilokawx persuna waħda bi ksur tal-obbligi legali tagħhom 3 , għalkemm l-Awstrija ħabbret li dalwaqt beħsiebha tibda r-rilokazzjoni. Barra minn hekk, ir-Repubblika Ċeka għadha ma ħaditx impenji minn Mejju 2016 ’l hawn u ma rrilokat lil ħadd minn Awwissu 2016 ’l hawn, li jfisser li rrilokat inqas minn 1 % tal-allokazzjoni tagħha.
2.1 Xi ftit Stati Membri għadhom mhux joffru l-impenn tagħhom u/jew jirrilokaw
Bħalissa kważi l-Istati Membri kollha huma attivi kemm fl-Italja kif ukoll fil-Greċja u żiedu r-regolarità tal-impenji tagħhom. L-Istati Membri li għal xi żmien kienu ftit inqas attivi (il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, is-Slovenja, Spanja jew ir-Rumanija) issa qegħdin jagħtu l-impenn tagħhom fuq bażi regolari. Il-Latvja ħabbret il-pjan tagħha li timpenja kull xahar għall-Italja u l-Iżvezja u wriet impenn determinat li tonora l-obbligi tagħha u f’April biss wegħdet 1 650 post (500 għall-Italja u 1 150 għall-Greċja). Il-Belġju, il-Litwanja u Malta ħabbru wkoll aktar żidiet fl-impenji kull xahar tagħhom fil-futur qarib. Il-Portugall issa reġa beda joffri l-impenn tiegħu, filwaqt li jnaqqas mill-każijiet pendenti. It-tħabbira aktar kmieni mill-Awstrija biex terġa' tibda r-rilokazzjoni dalwaqt mill-Italja b’attenzjoni partikolari fuq applikanti vulnerabbli, partikolarment il-minorenni mhux akkumpanjati, ġiet segwita minn impenn konkret ta’ 50 post 4 . Issa, l-Awstrija trid tieħu impenn għall-Greċja malajr kemm jista’ jkun.
Ċerti Stati Membri mhux joffru impenn u rilokazzjoni mill-Greċja u mill-Italja.:
·L-Ungerija qatt ma offriet impenn jew wettqet rilokazzjoni mill-adozzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni;
·il-Polonja wegħdet il-kontribut tagħha f’Diċembru 2015 u mbagħad ma baqgħetx tieħu sehem. F’April 2016, il-Polonja ssospendiet l-ipproċessar ta’ 73 talba għar-rilokazzjoni li ntbgħatu mis-Servizz Grieg għar-Rilokazzjoni lill-Polonja u b’hekk il-proċedura ta’ rilokazzjoni ġiet de facto ffriżata tliet xhur u nofs wara s-sottomissjoni tal-impenn tagħha, u għalhekk qatt ma rrilokat nies. L-istess japplika għal talbiet mill-Italja;
·Ir-Repubblika Ċeka ilha ma twiegħed minn Mejju 2016. Ir-Repubblika Ċeka kienet tieħu sehem fuq bażi limitata ħafna b’politika ta’ preferenza stretta ħafna - hija taċċetta biss applikanti b’ID jew b’dokument tal-ivvjaġġar - u tirrifjuta kull applikant ieħor. Ir-Repubblika Ċeka ma rrilokat lil ħadd minn Awwissu 2016 u rrilokat total ta’ 12-il applikant biss mill-Greċja u ħadd mill-Italja (inqas minn 1 % tal-obbligu legali tagħha).
L-Ungerija u l-Polonja jridu jibdew iwiegħdu u jirrilokaw immedjatament, filwaqt li r-Repubblika Ċeka trid terġa’ tibda twiegħed li tieħu n-nies mingħajr dewmien.
Barra minn hekk, xi Stati Membri oħra li rrilokaw in-nies mill-Greċja ma rrilokawx mill-Italja 5 :
·Il-Bulgarija u s-Slovakkja għandhom politiki ta’ preferenza stretta (il-Bulgarija ma tridx taċċetta l-Eritrej filwaqt li s-Slovakkja tieħu biss nisa waħedhom bit-tfal u nies li għandhom dokument tal-ivvjaġġar), biex b'hekk l-Italja qiegħda ssibha kważi mpossibbli li ssib applikanti li jissodisfaw dawn il-preferenzi. Il-Bulgarija għandha tibda taċċetta l-Eritrej u s-Slovakkja għandu jkollha approċċ flessibbli għall-preferenzi tagħha u tibda twiegħed li tieħu n-nies u tirrilokahom mill-Italja mill-aktar fis possibbli;
·l-Estonja u l-Irlanda s’issa għadhom ma rrilokaw lill-ħadd mill-Italja, minħabba l-politika stretta tal-Italja f’dak li jirrigwarda l-intervisti ta’ sigurtà addizzjonali mill-Istati Membri ta’ rilokazzjoni 6 ;
·Ċipru, li issa ilu ma jwiegħed li jieħu n-nies għal aktar minn tliet xhur, irid jagħmel dan għall-Italja u jirriloka l-applikanti kemm jista’ jkun malajr.
L-Istati Membri l-oħra għandhom ikomplu, tal-inqas, bl-isforzi attwali fix-xahar tagħhom kemm mill-Greċja kif ukoll mill-Italja.
2.2 Azzjonijiet meħtieġa biex titħaffef ir-rilokazzjoni
L-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-migranti għar-rilokazzjoni: L-Italja trid taħdem aktar biex tħaffef ir-rilokazzjoni
Kif ġie rappurtat iktar kmieni, il-Greċja ffinalizzat ir-reġistrazzjoni (“il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali”) ta’ dawk kollha li kienu koperti mill-eżerċizzju tal-prereġistrazzjoni, inklużi dawk eliġibbli għar-rilokazzjoni. Mit-12 ta Mejju, b’kollox 27 146 persuna ppreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom skont l-iskema ta’ rilokazzjoni; 12 707 persuna diġà ġew rilokati filwaqt li 12 385 għad iridu jiġu rilokati 7 . Minkejja li hemm il-probabbiltà li qabel is-26 ta’ Settembru 2017 jistgħu jiġu rreġistrati iktar applikanti u xi uħud jistgħu jiġu esklużi mill-iskema ta’ rilokazzjoni, l-għadd totali ta’ persuni rreġistrati għar-rilokazzjoni huwa ġeneralment mistenni li jibqa’ stabbli.
S’issa l-Italja rreġistrat madwar 8 300 persuna għar-rilokazzjoni, li minnhom 5 711 diġa’ ġew rilokati. Skont l-awtoritajiet Taljani, 700 persuna oħra waslu biex jiġu rreġistrati. Barra minn hekk, fl-2017, fl-Italja waslu aktar minn 1 100 persuna mill-Eritrea u dawn ukoll għandhom jiġu rreġistrati għar-rilokazzjoni. Madankollu, madwar 20 700 persuna mill-Eritrea waslu fl-Italja fl-2016 biss. Huwa essenjali li jiġi żgurat li l-migranti kollha eliġibbli għar-rilokazzjoni li waslu u li qiegħdin jaslu fl-Italja mill-hotspots u portijiet oħra ta’ żbark jiġu rreġistrati fil-ħin għar-rilokazzjoni.
L-Italja għalhekk jeħtieġ li tħaffef kontinwament u b’urġenza l-proċedura biex jiġu identifikati u rreġistrati għar-rilokazzjoni dawk kollha eliġibbli. Għal dan l-għan, l-Italja għandha tkabbar il-kapaċità tagħha għar-reġistrazzjoni fil-kwartieri ġenerali reġjonali tal-pulizija u l-kapaċità u n-numru tal-persunal li jipproċessa l-applikazzjonijiet u tieħu kontroll tat-talbiet għar-rilokazzjoni fl-Unita ta’ Dublin, jekk ikun hemm bżonn, bl-għajnuna tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO). Hija għandha tagħmel ukoll użu sħiħ mill-amministrazzjoni territorjali tagħha u mit-timijiet mobbli eżistenti tal-EASO sabiex tilħaq, tinforma u tirreġistra għar-rilokazzjoni l-għadd kbir ta’ migranti eliġibbli li huma ospitati barra miċ-ċentri oriġinali ta’ rilokazzjoni. Sabiex jiġi żgurat dan, għandhom isiru sforzi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni rigward l-iskema ta’ rilokazzjoni fil-kwartieri ġenerali reġjonali tal-pulizija u fiċ-ċentri ta’ akkoljenza.
Huwa kruċjali wkoll li dawk kollha eliġibbli għar-rilokazzjoni li jaslu fl-Italja mill-hotspots jew minn portijiet oħrajn ta’ żbark jiġu indirizzati b’mod ordnat lejn ċentri ta’ rilokazzjoni speċifiċi kif previst mill-Pjan Direzzjonali tal-Italja. Il-prattika attwali, li biha l-migranti eliġibbli għar-rilokazzjoni huma mifruxa fuq it-territorju Taljan kollhu, filwaqt li ċ-ċentri apposta għar-rilokazzjoni ta’ spiss ma jintużawx biżżejjed għaliex jospitaw maġġoranza ta’ migranti minn nazzjonalitajiet li mhumiex eliġibbli, qiegħda tikkomplika r-reġistrazzjoni għar-rilokazzjoni u toħloq problemi loġistiċi fl-aħħar fażijiet tal-proċedura ta’ rilokazzjoni, partikolarment fejn iridu jiġu żgurati verifiki adegwati tas-saħħa qabel isir it-trasferiment. Dan l-aħħar l-Italja għamlet sforzi biex tiċċentralizza l-aħħar fażijiet tal-proċedura ta’ rilokazzjoni f’xi ftit ċentri u biex titrasferixxi l-applikanti għar-rilokazzjoni għaxart’ijiem (10) qabel it-tluq lejn ċentri ta' akkoljenza fi jew qrib Ruma. Dan huwa pass pożittiv li madankollu jrid jiġi sistematizzat aħjar u kkumplimentat minn akkoljenza ġeneralment aktar ċentralizzata għall-applikanti tar-rilokazzjoni.
Biex tappoġġja lill-Italja f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni dan l-aħħar tat EUR 15,33 miljun f’għajnuna ta’ emerġenza mill-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għall-forniment ta’ akkomodazzjoni, ikel, kura tas-saħħa u medjazzjoni kulturali u lingwistika. L-għajnuna se tgħin ukoll biex issaħħaħ l-għoti ta’ informazzjoni rigward ir-rilokazzjoni lil dawk eliġibbli taħt l-iskema 8 . Huwa għalhekk vitali li jkun żgurat li l-persuni eliġibbli jiġu rreġistrati għar-rilokazzjoni u rrilokati malajr u b’mod effettiv.
Il-proċedura tal-abbinar: L-Istati Membri qegħdin jagħmlu progress iżda għad fadal xi jsir partikolarment rigward l-applikanti vulnerabbli
L-għodda tal-abbinar tal-EASO se tibda taħdem fit-23 ta’ Mejju fil-Greċja u se żżid l-effiċjenza tal-proċess ta’ abbinar billi jiġi pproċessat għadd kbir ta’ każi u jiġu identifikati b’mod rapidu l-applikanti li jistgħu jiġu rilokati lejn Stat Membru partikolari. Madankollu, kif imsemmi fir-rapport preċedenti, biex l-għodda tkun effettiva, l-Istati Membri jridu jikkomunikaw preferenzi li huma flessibbli biżżejjed 9 .
Barra minn hekk, xi Stati Membri qed jiġu mħeġġa jżidu l-impenn tagħhom fix-xahar biex jiġi żgurat numru suffiċjenti ta’ impenji għall-proċedura ta’ abbinar (fejn l-Italja u l-Greċja iqabblu applikant partikolari ma’ Stat Membru partikolari). Fdan is-sens, il-Belġju (kif ħabbar huwa stess), Spanja u l-Kroazja għandhom iżidu b’mod sinifikanti l-impenji fix-xahar tagħhom għall-Italja u l-Greċja, filwaqt li l-Ġermanja, ir-Rumanija u s-Slovakkja għandhom iżidu b’mod sinifikanti l-impenji ta’ kull xahar tagħhom għall-Greċja; Franza għandha żżid l-impenji tagħha għall-Italja u tieħu impenji fuq bażi mensili filwaqt li tkompli bl-isforzi mensili tagħha għall-Greċja.
L-Istati Membri kollha għandhom jevitaw milli jeskludu mill-preferenzi tagħhom applikanti vulnerabbli minħabba li dawn iridu jiġu rilokati fuq bażi prijoritarja. F’dan is-sens, l-attenzjoni ta’ xi Stati Membri, bħal Spanja, fuq applikanti partikolarment vulnerabbli tiġi milqugħa ħafna. Huwa vitali wkoll li l-Istati Membri joħolqu l-kapaċità biex jakkomodaw lill-applikanti partikolarment vulnerabbli. L-Istati Membri kollha għandhom ikunu lesti biex jilqgħu kull tip ta’ migrant (familji kbar, applikanti rġiel waħedhom) u l-parti xierqa tagħhom ta’ applikanti vulnerabbli, inklużi minorenni mhux akkumpanjati u persuni bi problemi ta' saħħa sinifikanti.
It-tnaqqis fil-ħin tar-rispons mill-Istat Membru ta’ rilokazzjoni
Globalment l-Istati Membri komplew jagħmlu sforz biex inaqqsu l-ħin ta’ rispons tagħhom għat-talbiet ta’ rilokazzjoni. Madankollu, għad hemm id-dewmien partikolarment f’xi Stati Membri u Pajjiżi Assoċjati (il-Belġju, il-Ġermanja, il-Litwanja, ir-Rumanija, Spanja u l-Iżvizzera) b’risposti pendenti minn impenji preċedenti (li jfisser risposti li jieħdu aktar minn xahar minflok il-perjodu ta’ għaxart’ijiem (10) tax-xogħol stabbilit fil-Protokolli tar-Rilokazzjoni). Ġeneralment l-Istati Membri huma mħeġġa jkomplu jżidu l-kapaċità tagħhom sabiex ikunu jistgħu jipproċessaw it-talbiet u jibagħtu tweġibiet fil-limitu ta’ għaxart’ijiem (10) ta’ xogħol miftiehem fil-Protokolli tar-Rilokazzjoni.
Ir-rebħa fuq l-ostakli operazzjonali
B’4 000 persuna tistenna t-trasferiment fil-Greċja u 1 388 fl-Italja, id-dewmien fit-trasferimenti naqas meta’ mqabbel mal-perjodu ta’ rappurtar preċedenti, iżda għadu l-kawża prinċipali tal-konġestjoni fil-proċedura ta’ rilokazzjoni.
L-Istati Membri b’limitazzjonijiet fuq il-kapaċità ta’ akkoljenza (l-Irlanda, il-Finlandja u l-Portugall) ħadmu biex isolvu dawn id-diffikultajiet. Sar ukoll progress rigward il-kwantità u l-kwalità tal-għoti ta’ informazzjoni u s-sessjonijiet ta’ orjentazzjoni kulturali. Minbarra l-prattiki tajba enfasizzati fir-rapport preċedenti, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) organizzat taħriġ speċifiku għall-Uffiċjali ta' Kollegament fil-Greċja biex itejbu l-għoti tas-sessjonijiet ta’ orjentazzjoni kulturali. Wara s-suċċess ta’ dan it-taħriġ, l-IOM se tirrepetih ukoll fl-Italja. Il-maġġoranza tal-Istati Membri issa taw lill-EASO l-informazzjoni materjali tagħhom u l-EASO qiegħed jirrevedih biex jipproponi titjib, kif meħtieġ. L-EASO ffinalizza wkoll fuljett ġdid dwar ir-rilokazzjoni li ffoka fuq id-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti. L-EASO se jkollu bżonn l-għajnuna tal-Istati Membri biex iqassmu dan il-fuljett il-ġdid, mhux biss fil-hotspots u ċ-ċentri tal-akkoljenza fil-Greċja u l-Italja iżda fit-territorju kollhu tal-Istati Membri ta’ rilokazzjoni. L-EASO ffinalizza wkoll vidjow speċifiku dwar ir-rilokazzjoni lejn il-Portugall b’attenzjoni speċjali fuq l-Eritrej 10 .
Il-verifiki addizzjonali ta’ sigurtà, inklużi l-intervisti minn xi Stati Membri ta’ rilokazzjoni u l-Pajjiżi Assoċjati (partikolarment l-Estonja, l-Irlanda u l-Iżvizzera) jkomplu joħolqu l-isfidi. Il-Greċja u l-Italja għandhom l-obbligu xi jwettqu, bl-għajnuna tal-aġenziji tal-UE, il-verifiki meħtieġa tas-sigurtà fuq l-applikanti qabel ma tintbagħat talba għar-rilokazzjoni. L-Istati Membri li jixtiequ jwettqu verifiki tas-sigurtà addizzjonali b’mod sistematiku għandhom juru flessibilità u jsibu soluzzjonijiet reċiprokament aċċettabli mal-Greċja u l-Italja fuq l-organizzazzjoni tagħhom sabiex ma jimblukkawx il-proċess ta’ rilokazzjoni. Dawn is-soluzzjonijiet għandhom ikomplu jtejjbu l-kooperazzjoni reċiproka u jħaffu l-pass tar-rilokazzjoni mill-Italja u l-Greċja lill-Istati Membri l-oħra kollha. Kull verifika addizzjonali tas-sigurtà, inklużi l-intervisti tas-sigurtà, għandhom isiru fi żmien il-mira stabbilita ta’ għaxart’ijiem (10) tax-xogħol mqabula fil-Protokolli tar-Rilokazzjoni. F’dan is-sens, l-Istati Membri huma mħeġġa jsegwu l-eżempju tal-kooperazzjoni tajba bejn in-Netherlands, Franza u l-Greċja biex jiżguraw li r-rilokazzjonijiet isiru f’dan iż-żmien stabbilt. Komponent importanti f’dan ir-rigward huwa li jiġi żgurat li jkun hemm kapaċità xierqa biex isiru l-intervisti malajr kemm jista’ jkun.
Barra minn hekk , f’April, 70% tat-titjiriet seħħew fl-aħħar ġimgħa tax-xahar. Kif intqal fir-rapport preċedenti hija mixtieqa aktar flessibilità mill-Istati Membri ta’ rilokazzjoni u aktar koordinazzjoni bejniethom minn meta jibagħtu l-aċċettazzjonijiet sal-organizzazzjoni tat-titjiriet. Il-Kummissjoni se torganizza laqgħa fid-19 ta’ Mejju f’Ateni biex tgħin lill-IOM u lill-awtoritajiet Griegi biex jegħlbu dawn l-isfidi ta’ koordinazzjoni loġistika.
2.3
Ir-rilokazzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati: progress fil-Greċja, l-ewwel passi fl-Italja
Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-protezzjoni tat-tfal fil-migrazzjoni tat-12 ta’ April 2017, 11 li tistabbilixxi l-azzjonijiet li jridu jiġu implimentati b’urġenza sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tat-tfal fil-migrazzjoni, il-Kummissjoni tfakkar li huwa essenzjali għall-Istati Membri li jħaffu l-impenji ta’ rilokazzjoni tagħhom, speċifikament għall-minorenni mhux akkumpanjati u tfal separati mill-familji tagħhom.
Fil-Greċja, mill-15 ta’ Mejju ġew rilokati 359 minorenni mhux akkumpanjati mill-576 li kienu eliġibbli għar-rilokazzjoni. Mill-aħħar rapport, kien hemm aktar Stati Membri li offrew postijiet għal din il-kategorija ta’ applikanti vulnerabbli. L-Istati Membri qegħdin jiġu mħeġġa jkomplu jipprovdu postijiet kif meħtieġ 12 għar-rilokazzjoni tal-minuri rreġistrati li huma separati mill-familja tagħhom u jsegwu l-eżempju tal-Finlandja biex ikunu flessibbli kemm jistgħu rigward ir-rilokazzjoni ta’ minorenni miżżewwġin. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jesploraw mezzi biex tiġi ffaċilitata r-rilokazzjoni tal-minorenni miżżewġin dejjem b’konformità mal-aħjar interessi tat-tfal. Wara r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport preċedenti, il-Ġermanja issa qiegħda turi aktar flessibilità rigward il-prova tar-rabta familjali estiża, partikolarment b’rabta mat-tfal separati mill-familji tagħhom.
Fl-2016, fl-Italja wasal għadd rekord ta’ 25 772 minorenni mhux akkumpanjati (91,6 % mit-28 129 minorenni), li jinkludi 3 806 mill-Eritrea, 218 mis-Sirja, 394 mill-Iraq u 13 mill-Jemen (nazzjonalitajiet eliġibbli għar-rilokazzjoni). Fl-2017, sal-11 ta’ Mejju, kienu waslu 5,602 minorenni oħra mhux akkumpanjati fl-Italja, li minnhom madwar 250 ta' nazzjonalità eliġibbli għar-rilokazzjoni.
L-ewwel rilokazzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati mill-Italja saret matul il-perjodu ta’ rapportar 13 . Żewġ minorenni mhux akkumpanjati ġew rilokati fin-Netherlands f’April u f’Mejju u diversi applikazzjonijiet oħra qegħdin jiġu eżaminati. Biex dan iseħħ, għandha titkompla l-koordinazzjoni interistituzzjonali attiva tal-awtoritajiet Taljani fuq livell nazzjonali u lokali u l-appoġġ tat-tim tal-Kummissjoni fl-Italja, l-EASO u l-IOM.
L-Italja għandha tibni fuq l-esperjenza ta’ dawn l-ewwel rilokazzjonijiet u tistandardizza l-proċeduri biex ikun hemm ir-rilokazzjoni bis-sħiħ ta’ minorenni mhux akkumpanjati anke billi tiffaċilita l-ħatra ta’ malajr ta’ kuraturi għall-minorenni mhux akkumpanjati li jkunu għadhom kif waslu, sabiex ikunu jistgħu jgħinuhom biex japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali u, fejn xieraq, jgħaddu għar-rilokazzjoni. Il-ħatra ta’ malajr ta’ kuraturi u l-prijoritizzazzjoni tar-rilokazzjoni huma mmarkati bħala azzjonijiet urġenti fil-Komunikazzjoni dwar il-protezzjoni tal-tfal fil-migrazzjoni. L-għoti ta’ informazzjoni xierqa dwar ir-rilokazzjoni hija kruċjali u għandha dejjem tingħata kemm fil-postijiet ta’ żbark kif ukoll fiċ-ċentri ta’ akkoljenza lill-minorenni mhux akkumpanjati kollha. Fil-valutazzjoni tal-aħjar interessi ta’ kull tifel/tifla eliġibbli, il-kuraturi għandhom dejjem jikkunsidraw il-possibiltà tar-rilokazzjoni. Biex jissimplifikaw il-proċeduri, kif diġa’ ssemma fir-rapporti preċedenti, l-Italja għandha tikkunsidra l-indikazzjoni ta’ faċilitajiet għar-rilokazzjoni dedikati għall-minorenni mhux akkumpanjati. L-EASO tista’ tgħin fl-għoti tal-informazzjoni, ir-reġistrazzjoni tat-talbiet u l-valutazzjoni fl-aħjar interessi tat-tfal. Min-naħa tagħhom, l-Istati Membri għandhom jibqgħu joffru postijiet għall-minorenni mhux akkumpanjati fl-impenji tagħhom u jagħtu lill-awtoritajiet Taljani informazzjoni speċifika dwar l-akkoljenza prevista.
3Ir-risistemazzjoni
Skont id-dejta ppubblikata riċentement mill-Eurostat, 14 l-Istati Membri tal-UE laqgħu il-fuq minn 14 205 refuġjat risistemat fl-2016 permezz ta’ skemi nazzjonali u multilaterali. Dan huwa progress sinifikanti meta’ mqabbel mat-8 155 persuna risistemata fl-2015 u s-6 550 fl-2014. Din iż-żieda fl-għadd ta’ persuni tikkoinċidi mal-ewwel sena sħiħa mill-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ risistemazzjoni fuq livell tal-UE u turi l-valur u l-potenzjal ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni msaħħa fuq livell tal-UE fil-qasam tar-risistemazzjoni.
Ikompli jiġi osservat progress fl-implimentazzjoni tal-Konlużjonijiet tal-20 ta’ Lulju 2015 b’aktar minn żewġ terzi tat-22 504 risistemazzjonijiet miftiema diġa’ kompluti. Mill-10 ta’ April 2016, ġew risistemati 671 persuna taħt l-iskema, l-aktar mit-Turkija, iżda wkoll mill-Ġordan u mil-Libanu.
Mit-12 ta’ Mejju 2017 ġew risistemati 16 163 persuna lejn 21 Stat (il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, Franza, l-Iżlanda, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Liechtenstein, il-Litwanja, in-Netherlands, in-Norveġja, l-Awstrija, il-Portugall, Spanja, il-Finlandja, l-Iżvezja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit). Seba’ Stati Membri (L-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Irlanda, in-Netherlands, l-Iżvezja, u r-Renju Unit) kif ukoll tliet Pajjiżi Assoċjati (l-Iżlanda, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera) diġà ssodisfaw l-impenji tagħhom. Filwaqt li numru akbar ta’ Stati Membri qed iwettaq ir-risistemazzjoni milli fi snin preċedenti, għaxar Stati Membri ma wettqu l-ebda risistemazzjoni taħt din l-iskema sa issa 15 . Qiegħed isir dejjem aktar dubjuż jekk l-Istati Membri b’distakk kbir bejn l-impenji tagħhom u l-implimentazzjoni fil-prattika humiex se jkunu kapaċi jissodisfaw l-impenji tagħhom.
Il-maġġoranza tal-Istati li pparteċipaw fl-iskema biex jimplimentaw il-Konklużjonijiet tal-20 ta’ Lulju 2015 indikaw li l-isforzi ta' risistemazzjoni tagħhom kienu primarjament, iżda mhux esklużivament, diretti lejn Sirjani li jgħixu fil-Ġordan, fil-Libanu u fit-Turkija. Dan jinkludi sforzi mill-Istati Membri biex jirrisistemaw is-Sirjani mit-Turkija skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016. Mill-4 ta' April 2016 ’l hawn, 5 695 ċittadin Sirjan ġew risistemati mit-Turkija skont il-parti tar-risistemazzjoni tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija. Mill-aħħar perjodu ta' rapportar, ġew risistemati 1 077 Sirjan taħt dan il-mekkaniżmu u n-numru li jifdal ta’ dawk l-impenji kollha issa huwa ta’ 25 040. Sa issa r-risistemazzjonijiet skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija saru fl-Awstrija, il-Belġju, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Portugall, Spanja, il-Finlandja u l-Iżvezja. Barra minn hekk, in-Norveġja sa issa rrisistemat 521 Sirjan mit-Turkija mill-4 ta’ April 2016 'l hawn.
L-Istati Membri li qed jirrisistemaw skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija qed jagħmlu progress tajjeb billi qed iħejju operazzjonijiet ulterjuri, inklużi missjonijiet lejn it-Turkija biex jintervistaw lill-kandidati għar-risistemazzjoni. L-Awstrija issa bdiet bl-operazzjonijiet ta’ risistemazzjoni taħt l-iskema u r-Rumanija qiegħda tipprepara l-ewwel risistemazzjonijiet tagħha. Riċentement esperti Kroati attendew bħala osservaturi matul il-missjoni ta’ verifika tal-Belġju f’Ankara. Dan huwa eżempju tat-tip ta’ kooperazzjoni li hemm bejn l-Istati Membri esperti u dawk emerġenti fil-qasam tar-risistemazzjoni li l-Kummissjoni qed tinkoraġġixxi u li għandu jiġi kkupjat.
Madankollu hemm Stati Membri li rċevew fajls mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) diġà matul is-sajf tal-2016 li dwarhom għadhom ma ħadu l-ebda azzjoni (il-Bulgarija u r-Repubblika Ċeka). Barra minn hekk, hemm Stati Membri li la rrisistemaw u lanqas ħadu xi azzjoni biex jirrisistemaw mit-Turkija (Ċipru, id-Danimarka, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja, u r-Renju Unit). Dawn l-Istati Membri huma mħeġġa jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija.
Sabiex tappoġġja r-risistemazzjoni skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija u tiddiskuti l-operazzjonijiet li għaddejjin bħalissa, id-Delegazzjoni tal-UE f’Ankara kompliet torganizza laqgħat ta’ kull ġimgħa mad-Direttorat-Ġenerali għall-Ġestjoni tal-Migrazzjoni (DGMM) fit-Turkija. Id-Delegazzjoni tal-UE tiltaqa’ wkoll ta’ kull ġimgħa mal-Istati Membri kif ukoll mal-UNHCR u l-IOM biex tiddiskuti dwar politiki operazzjonali, tivverifika l-progress u tidentifika l-konġestjoni.
Sabiex tindirizza n-nuqqasijiet u ssegwi l-iżviluppi fuq rakkomandazzjoni identifikata fir-rapport preċedenti, id-Delegazzjoni tal-UE pproponiet lill-Istati Membri verżjoni riveduta tad-dokument bil-mistoqsijiet u t-tweġibiet (Q&A) użat mill-UNHCR biex tiżgura li l-informazzjoni mogħtija lill-kandidati Sirjani dwar il-kundizzjonijiet kulturali u tal-akkoljenza, u l-istandards soċjali u legali fl-Istati Membri tal-UE tkun komprensiva. Din il-verżjoni riveduta tad-dokument diġà ġiet approvata mill-UNHCR kif ukoll mill-maġġoranza tal-Istati Membri.
Jenħtieġ segwitu immedjat fl-oqsma li ġejjin:
·L-Istati Membri li għadhom ma rrisistemawx skont l-iskemi fis-seħħ fil-livell tal-UE (il-Bulgarija, Ċipru, il-Greċja, il-Kroazja, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja) kif ukoll dawk li ma rrappurtawx progress u għadhom 'il bogħod milli jilħqu l-miri tagħhom (ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Portugall) għandhom immedjatament jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jissodisfaw l-impenji tagħhom skont il-Konklużjonijiet tal-20 ta’ Lulju 2015;
·il-Bulgarija u r-Repubblika Ċeka, li rċevew fajls mingħand l-UNHCR skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija diġà fis-sajf tal-2016 għandhom jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex ilestu l-proċess ta’ risistemazzjoni mit-Turkija malajr kemm jista’ jkun;
·L-Istati Membri għandhom ikomplu jtejbu l-informazzjoni li tingħata lill-kandidati Sirjani skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija rigward il-pajjiżi ta’ risistemazzjoni u jaġġornaw id-dokument tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet użat mill-UNHCR biex il-kandidati jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni infurmata sabiex jonqsu l-persuni li jirtiraw fl-istadji aħħarija tal-proċedura ta’ risistemazzjoni.
4It-triq 'il quddiem
Il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern Ewropej irrikonoxxew ripetutament il-bżonn urġenti li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni migratorja tal-Ewropa u sejħu għal azzjoni ulterjuri biex tiġi aċċellerata l-implementazzjoni tal-iskema ta’ rilokazzjoni, bħala espressjoni essenzjali tas-solidarjetà u kondiviżjoni ġusta ta’ responsabbiltà lejn l-Italja u l-Greċja.
Il-miri mensili stabbiliti ta’ mill-inqas 3 000 rilokazzjoni mill-Greċja u mill-inqas 1 500 mill-Italja issa huma fattibbli sew peress li qed isir il-progress. Meta wieħed iqis l-għadd attwali fil-Greċja u l-Italja, ir-rilokazzjoni ta’ dawk il-migranti kollha li mistennija jkunu eliġibbli hija possibbli u vijabbli sa Settembru 2017. Dan għandu jkun l-għan komuni tagħna li għalih l-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu b’mod ġust u proporzjonat. L-Istati Membri għandhom għalhekk idaħħlu fis-seħħ l-isforzi addizzjonali u l-flessibilità indikati f’dan ir-rapport u dak preċedenti biex jintlaħaq dan l-għan u tiġi żgurata rata ikbar ta’ rilokazzjonijiet qabel ir-rapport li jmiss f’Ġunju 2017. Il-Kummissjoni tinsab lesta li tassisti lill-Istati Membri fil-koordinazzjoni ta’ dawn l-isforzi intensifikati.
Il-maġġoranza tal-Istati Membri kellhom reazzjoni pożittiva għas-sejħiet tal-Kummissjoni u tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea biex iżidu l-isforzi tagħhom. Madankollu, numru ta’ Stati Membri għadhom ma rrilokaw lil ħadd, bi ksur tal-obbligi legali tagħhom, jew irrilokaw biss ftit nies. B’Settembru 2017 dejjem joqrob, dawn l-Istati Membri ftit għad fadlilhom ċans biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom u jagħtu sehemhom b’mod ġust u proporzjonat 16 . Stati Membri oħra wrew li huwa possibbli u fattibbli li jiġu rilokati gruppi kbar f’perjodu ta’ żmien qasir jekk ikun hemm ir-rieda u azzjoni determinata biex dan iseħħ.
Il-Kummissjoni għalhekk tħeġġeġ lill-Istati Membri li għadhom ma rrilokaw lil ħadd, jew li għadhom ma ħadux impenn lejn l-Italja jew il-Greċja għal aktar minn sena, biex jibdew jagħmlu dan mill-aktar fis possibbli u fi żmien xahar. Jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni, il-Kummissjoni se tispeċifika fir-rapport li jmiss tagħha f’Ġunju 2017 il-pożizzjoni tagħha dwar l-użu tas-setgħat tagħha skont it-Trattati u b’mod partikolari dwar il-ftuħ ta’ proċedura ta' ksur.
B’mod parallel, l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħtu r-riżultati rigward l-impenji tagħhom ta’ risistemazzjoni, b’mod partikolari, dawk li għadhom ma rrisistemaw l-ebda persuna u dawk li għadhom taħt il-mira tagħhom jenħtieġ li jżidu l-isforzi tagħhom.
COM (2017) 212 final.
COM (2017) 202 final.
L-Ungerija u s-Slovakkja, bl-appoġġ tal-Polonja, ikkontestaw il-legalità tat-tieni Deċiżjoni tal-Kunsill li tirrigwarda r-rilokazzjoni. Madankollu, azzjoni ta’ annullament ma għandhiex effett sospensiv. Il-kawżi nstemgħu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-10 ta’ Mejju.
L-Awstrija uffiċjalment ħadet impenn fit-12 ta’ Mejju.
Is-Slovakkja qatt ma wiegħdet li tieħu n-nies mill-Italja, filwaqt li l-Estonja ilha ma twiegħed minn Diċembru 2015, l-Irlanda minn Novembru 2015 u l-Bulgarija minn Ġunju 2016.
Il-Kummissjoni tispera li l-kuntatti li hemm bejn l-Italja u l-Estonja jwasslu għal soluzzjonijiet reċiprokament aċċettabbli dwar din il-kwistjoni.
L-Istati Membri ta’ rilokazzjoni rrifjutaw 2 054 persuna li huma kandidati għar-rilokazzjoni, u dawn iddaħħlu fil-proċedura ta’ Dublin jew fil-proċedura nazzjonali Griega (pereżempju, minħabba li l-applikazzjoni ġiet revokata mill-Greċja għal raġunijiet amministrattivi, jew minħabba li kontroll ta’ sigurtà li sar mill-pulizija Griega qabel l-applikazzjoni kellu eżitu negattiv, eċċ.), jew, f’għadd limitat ħafna, mietu.
B’hekk l-għajnuna totali ta’ emerġenza mogħtija mill-Kummissjoni mill-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u l-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) mill-2015 għall-awtoritajiet Taljani kif ukoll ukoll għall-organizzazzjonijiet internazzjonali ġewwa l-Italja laħqet is-somma ta’ EUR 74,09 miljun. Dan il-finanzjament ta’ emerġenza huwa apparti mill-EUR 592,6 miljun diġà allokati lill-Italja taħt il-programmi nazzjonali għall-2014-2020 (EUR 347,7 miljun mill-AMIF u EUR 244,9 miljun mill-ISF).
L-għodda tqis b’mod simultanju l-kriterji differenti ta’ abbinar (il-kwalifiki u l-karatteristiċi tal-applikanti, il-prijorità lill-applikanti vulnerabbli, il-kapaċitajiet tal-Istat Membru li jirċievi persuni vulnerabbli, il-preferenzi, l-iskadenzi). Minbarra li se żżid fl-effiċjenza tal-proċess ta’ abbinar, se tissalvagwardja wkoll it-trasparenza tal-proċess billi żżomm rekord tal-profili tal-persuni rilokati, id-distribuzzjoni ġusta tal-applikanti partikolarment vulnerabbli u l-grad safejn intużaw il-kriterji ta’ abbinar (il-karatteristiċi u l-kwalifiki li jistgħu jiffaċilitaw l-integrazzjoni). L-EASO żviluppa gwida speċifika u formola speċifika għall-”preferenzi”.
https://www.youtube.com/watch?v=sTAmg2CeV3Q
COM (2017) 211 final.
Għalkemm, fil-prinċipju, jenħtieġu biss 19-il impenn addizzjonali oħra, il-bżonn għal aktar impenji jista’ jiżdied jekk uħud mit-talbiet ta’ Dublin għall-minorenni mhux akkumpanjati mibgħuta lil Stati Membri oħra jiġu rifjutati.
Preċedentement, saret ir-rilokazzjoni ta’ minorenni separat mill-familja tiegħu lejn in-Netherlands, iżda qatt ma kien il-każ ta' minorenni mhux akkumpanjat li jivvjaġġa kompletament waħdu.
http://ec.europa.eu/eurostat/documents/2995521/8001715/3-26042017-AP-EN.pdf/05e315db-1fe3-49d1-94ff-06f7e995580e
Dan il-grupp ta’ Stati Membri jinkludi l-Lussemburgu, anke jekk il-Lussemburgu diġa’ wettaq risistemazzjoni ta’ persuni Sirjani mit-Turkija skont id-Dikjarazzjoni UE-Turkija u huwa mistenni jwettaq ir-risistemazzjoni wkoll taħt il-Konklużjonijiet tal-20 ta’ Lulju fix-xhur li ġejjin.
Kif spjegat fl-Għaxar u l-Ħdax-il Rapport dwar ir-Rilokazzjoni u r-Risistemazzjoni, skont id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill, l-obbligi legali tal-Istati Membri ma jiqfux wara Settembru 2017. Għalhekk, il-proċedura ta’ rilokazzjoni stabbilita f’dawn id-Deċiżjonijiet għad trid titwettaq mill-Istati Membri għal applikanti eliġibbli fi żmien raġonevoli anke wara Settembru.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Strasburgu, 16.5.2017
COM(2017) 260 final
ANNESS
għar-
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL
It-Tnax-il Rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni
Anness 1: Rilokazzjonijiet mill-Greċja sat-12 ta’ Mejju 2017
|
Stat Membru |
Impenn mogħti formalment 1 |
Rilokazzjonijiet Effettivi |
Impenn legalment previst fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2 |
|
L-Awstrija 3 |
1491 |
||
|
Il-Belġju |
725 |
430 |
2415 |
|
Il-Bulgarija |
530 |
29 |
831 |
|
Il-Kroazja |
60 |
36 |
594 |
|
Ċipru |
145 |
55 |
181 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
30 |
12 |
1655 |
|
L-Estonja |
307 |
122 |
204 |
|
Il-Finlandja |
1240 |
790 |
1299 |
|
Franza |
4970 |
3074 |
12599 |
|
Il-Ġermanja |
4740 |
2430 |
17209 |
|
L-Ungerija |
988 |
||
|
L-Iżlanda |
|||
|
L-Irlanda |
943 |
459 |
240 |
|
Il-Latvja |
363 |
281 |
295 |
|
Il-Liechtenstein |
10 |
10 |
|
|
Il-Litwanja |
670 |
267 |
420 |
|
Il-Lussemburgu |
260 |
216 |
309 |
|
Malta |
117 |
79 |
78 |
|
In-Netherlands |
1450 |
1211 |
3797 |
|
In-Norveġja |
685 |
468 |
|
|
Il-Polonja |
65 |
4321 |
|
|
Il-Portugall |
1630 |
1003 |
1778 |
|
Ir-Rumanija |
1202 |
523 |
2572 |
|
Is-Slovakkja |
50 |
16 |
652 |
|
Is-Slovenja |
170 |
137 |
349 |
|
Spanja |
1275 |
742 |
6647 |
|
L-Iżvezja 4 |
1650 |
2378 |
|
|
L-Iżvizzera |
630 |
317 |
|
|
TOTAL |
23,917 |
12,707 |
63,302 |
Trażmess permezz tad-DubliNet skont l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Dan ma jinkludix madwar 8 000 ruħ li għad irid jiġu allokati skont l-Ewwel Deċiżjoni tal-Kunsill u l-allokazzjonijet taħt l-54 000.
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/408 tal-10 ta' Marzu 2016 dwar is-sospensjoni temporanja tar-rilokazzjoni ta' 30 % tal-applikanti allokati lill-Awstrija skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja.
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/946 tad-9 ta' Ġunju 2016 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Iżvezja f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1523 u mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 li jistabbilixxu miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u tal-Greċja.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Strasburgu, 16.5.2017
COM(2017) 260 final
ANNESS
għal
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL
It-Tnax-il Rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni
Anness 2: Rilokazzjonijiet mill-Italja sat-12 ta’ Mejju 2017
|
Stat Membru |
Impenn mogħti formalment 1 |
Rilokati b’mod Effettiv |
Impenn legalment previst mid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2 |
|
L-Awstrija 3 |
50 |
462 |
|
|
Il-Belġju |
305 |
121 |
1397 |
|
Il-Bulgarija |
140 |
471 |
|
|
Il-Kroazja |
36 |
13 |
374 |
|
Ċipru |
45 |
18 |
139 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
20 |
1036 |
|
|
L-Estonja |
8 |
125 |
|
|
Il-Finlandja |
730 |
653 |
779 |
|
Franza |
970 |
330 |
7115 |
|
Il-Ġermanja |
4010 |
2048 |
10327 |
|
L-Ungerija |
|
306 |
|
|
L-Iżlanda |
|
||
|
L-Irlanda |
20 |
360 |
|
|
Il-Latvja |
105 |
27 |
186 |
|
Il-Liechtenstein |
0 |
||
|
Il-Litwanja |
120 |
8 |
251 |
|
Il-Lussemburgu |
160 |
61 |
248 |
|
Malta |
47 |
47 |
53 |
|
In-Netherlands |
675 |
565 |
2150 |
|
In-Norveġja |
815 |
679 |
|
|
Il-Polonja |
35 |
1861 |
|
|
Il-Portugall |
588 |
299 |
1173 |
|
Ir-Rumanija |
780 |
45 |
1608 |
|
Is-Slovakkja |
|
250 |
|
|
Is-Slovenja |
60 |
35 |
218 |
|
Spanja |
225 |
144 |
2676 |
|
L-Iżvezja 4 |
950 |
39 |
1388 |
|
L-Iżvizzera |
900 |
579 |
|
|
TOTAL |
11,794 |
5,711 |
34,953 |
Trażmess permezz ta’ DubliNet skont l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Dan ma jinkludix madwar 8 000 ruħ li għad iridu jiġu allokati skont l-Ewwel Deċiżjoni tal-Kunsill u l-allokazzjonijiet taħt l-54 000.
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/408 tal-10 ta’ Marzu 2016 dwar is-sospensjoni temporanja tar-rilokazzjoni ta’ 30% tal-applikanti allokati lill-Awstrija taħt id-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 li tistabbilixxi miżuri provviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u tal-Greċja.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/946 tad-9 ta’ Ġunju 2016 li tistabbilixxi miżuri provviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Iżvezja skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1523 u l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 li tistabbilixxi miżuri provviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Strasburgu, 16.5.2017
COM(2017) 260 draft
ANNESS
għal
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL
It-Tnax-il Rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni
Anness 3: Rilokazzjonijiet mill-Italja u l-Greċja sat-12 ta’ Mejju 2017
|
Stat Membru |
Rilokazzjonijiet Effettivi mill-Italja |
Rilokazzjonijiet Effettivi mill-Greċja |
Total ta’ rilokazzjonijiet effettivi |
Impenn legali previst fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 1 |
|
L-Awstrija 2 |
1953 |
|||
|
Il-Belġju |
121 |
430 |
551 |
3812 |
|
Il-Bulgarija |
29 |
29 |
1302 |
|
|
Il-Kroazja |
13 |
36 |
49 |
968 |
|
Ċipru |
18 |
55 |
73 |
320 |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
12 |
12 |
2691 |
|
|
L-Estonja |
122 |
122 |
329 |
|
|
Il-Finlandja |
653 |
790 |
1443 |
2078 |
|
Franza |
330 |
3074 |
3404 |
19714 |
|
Il-Ġermanja |
2048 |
2430 |
4478 |
27536 |
|
L-Ungerija |
1294 |
|||
|
L-Iżlanda |
||||
|
L-Irlanda |
459 |
459 |
600 |
|
|
Il-Latvja |
27 |
281 |
308 |
481 |
|
Il-Liechtenstein |
10 |
10 |
||
|
Il-Litwanja |
8 |
267 |
275 |
671 |
|
Il-Lussemburgu |
61 |
216 |
277 |
557 |
|
Malta |
47 |
79 |
126 |
131 |
|
In-Netherlands |
565 |
1211 |
1776 |
5947 |
|
In-Norveġja |
679 |
468 |
1147 |
|
|
Il-Polonja |
6182 |
|||
|
Il-Portugall |
299 |
1003 |
1302 |
2951 |
|
Ir-Rumanija |
45 |
523 |
568 |
4180 |
|
Is-Slovakkja |
16 |
16 |
902 |
|
|
Is-Slovenja |
35 |
137 |
172 |
567 |
|
Spanja |
144 |
742 |
886 |
9323 |
|
L-Iżvezja 3 |
39 |
39 |
3766 |
|
|
L-Iżvizzera |
579 |
317 |
896 |
|
|
TOTAL |
5,711 |
12,707 |
18,418 |
98,255 |
Dan ma jinkludix madwar 8 000 ruħ li għad iridu jiġu allokati taħt l-Ewwel Deċiżjoni tal-Kunsill u l-allokazzjonijiet taħt l-54 000.
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/408 tal-10 ta’ Marzu 2016 dwar is-sospensjoni temporanja tar-rilokazzjoni ta’ 30% tal-applikanti allokati fl-Awstrija skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 li tistabbilixxi miżuri provviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u tal-Greċja.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/946 tad-9 ta’ Ġunju 2016 li tistabbilixxi miżuri provviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Iżvezja skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1523 u l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 li tistabbilixxi miżuri provviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Strasburgu, 16.5.2017
COM(2017) 260 final
ANNESS
għal
RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL
It-Tnax-il Rapport dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni
Anness 4: Is-Sitwazzjoni Attwali fir-Risistemazzjoni sat-12 ta’ Mejju 2017, skont il-Konklużjonijiet tal-20 ta’ Lulju 2015
u taħt il-"mekkaniżmu 1:1" mat-Turkija (b’applikazzjoni mill-4 ta’ April 2016)
|
Stat Membru
|
Impenji magħmulha taħt l-iskema tal-20 ta’ Lulju 2015 |
Total ta’ persuni rilokati skont l-iskema tal-20 ta’ Lulju 2015, inkluż il-mekkaniżmu 1:1 mat-Turkija |
Pajjiż terz li minnu saret ir-risistemazzjoni |
|
L-Awstrija |
1 900 |
1 694 |
Il-Libanu: 886; Il-Ġordan: 609; It-Turkija: 198 (li minnhom 21 bil-mekkaniżmu 1:1); L-Iraq: 1 |
|
Il-Belġju |
1 100 |
892 |
Il-Libanu: 448; It-Turkija: 306 bil-mekkaniżmu 1:1 (242 taħt l-iskema tal-20 ta’ Lulju u 64 mhux bl-iskema tal-20 ta’ Lulju 1 ); It-Turkija: 8 il-Ġordan: 170; L-Eġittu: 24; |
|
Il-Bulgarija |
50 |
0 |
|
|
Il-Kroazja |
150 |
0 |
|
|
Ċipru |
69 |
0 |
|
|
Ir-Repubblika Ċeka |
400 |
52 |
Il-Libanu: 32; Il-Ġordan: 20 |
|
Id-Danimarka |
1 000 |
481 |
Il-Libanu, l-Uganda |
|
L-Estonja |
20 |
20 |
It-Turkija: 20 bil-mekkaniżmu 1:1 |
|
Il-Finlandja |
293 |
293 2 |
It-Turkija: 464 3 bil-mekkaniżmu 1:1, mhux bl-iskema tal-20 ta’ Lulju; Il-Libanu: 282; L-Eġittu: 7; Il-Ġordan: 4 |
|
Franza |
2 375 |
1 567 |
It-Turkija: 731 bil-mekkaniżmu 1:1 (228 taħt l-iskema tal-20 ta’ Lulju u 503 mhux bl-iskema tal-20 ta’ Lulju 4 ); Il-Libanu: 748; Il-Ġordan: 474; L-Iraq: 8; oħrajn: 109 |
|
Il-Ġermanja |
1 600 |
1 600 |
It-Turkija: 2 029 bil-mekkaniżmu 1:1 (1 600 taħt l-iskema tal-20 ta’ Lulju u 429 mhux bl-iskema tal-20 ta’ Lulju); |
|
Il-Greċja |
354 |
0 |
|
|
L-Ungerija |
|||
|
L-Iżlanda |
50 |
50 5 |
Il-Libanu: |
|
L-Irlanda |
520 |
520 6 |
Il-Libanu: |
|
L-Italja |
1 989 |
946 |
Il-Libanu: 585; It-Turkija: 208 bil-mekkaniżmu 1:1; Il-Ġordan: 53; Is-Sirja: 52; Is-Sudan: 48; |
|
Il-Latvja |
50 |
10 |
It-Turkija: 10 bil-mekkaniżmu 1:1 |
|
Il-Liechtenstein |
20 |
20 |
It-Turkija: |
|
Il-Litwanja |
70 |
25 |
It-Turkija: 25 bil-mekkaniżmu 1:1 |
|
Il-Lussemburgu |
30 |
0 7 |
It-Turkija: 98 bil-mekkaniżmu 1:1, mhux bl-iskema tal-20 ta’ Lulju; |
|
Malta |
14 |
0 |
|
|
In-Netherlands |
1 000 |
1 000 |
It-Turkija: 1 306 bil-mekkaniżmu 1:1 (556 taħt l-iskema tal-20 ta’ Lulju u 750 mhux bl-iskema tal-20 ta’ Lulju); It-Turkija 7: Il-Libanu: 341; Il-Kenja: 70; L-Etjopja: 8; Il-Ġordan: 7; Il-Libja: 4; L-Istat ta' Iżrael: 2; l-Iraq, il-Marokk, l-Eġittu, l-Arabja Sawdija, is-Sirja: 1 |
|
In-Norveġja |
3 500 |
3 353 |
Il-Libanu: 2 616; It-Turkija: 521; Il-Ġordan: 216; |
|
Il-Polonja |
900 |
0 |
|
|
Il-Portugall |
191 |
12 |
It-Turkija: 12 bil-mekkaniżmu 1:1 |
|
Ir-Rumanija |
80 |
0 |
|
|
Is-Slovakkja |
100 |
0 |
|
|
Is-Slovenja |
20 |
0 |
|
|
Spanja |
1 449 |
418 |
Il-Libanu: 232; It-Turkija: 186 bil-mekkaniżmu 1:1; |
|
L-Iżvezja |
491 |
491 |
It-Turkija: 279 bil-mekkaniżmu 1:1 ( li minnhom 269 bl-iskema tal-20 ta’ Lulju); Is-Sudan: 124; Il-Kenja: 80; Il-Libanu: 8; L-Iraq: 8; L-Eġittu: 1; Il-Ġordan: 1 |
|
L-Iżvizzera |
519 |
519 |
Il-Libanu: 431; Is-Sirja: 88 |
|
Ir-Renju Unit |
2 200 |
2 200 |
il-Ġordan, il-Libanu, it-Turkija, l-Eġittu, l-Iraq u oħrajn |
|
TOTAL |
22 504 |
16 163
|
Bil-mekkaniżmu 1:1 ġew risistemati total ta’ 5 695 ruħ mit-Turkija; li minnhom 3 377 bl-iskema tal-20 ta’ Lulju 2015. |
64 Sirjan risistemat mit-Turkija mhux bl-iskema tal-20 ta’ Lulju 2015 jridu jintgħaddu skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2016/1754.
Dan in-numru ma jinkludix l-464 Sirjan li ġew risistemati mit-Turkija bil-mekkaniżmu 1:1.
Mill-464 Sirjan li ġew risistemati mit-Turkija bil-mekkaniżmu 1:1, 11 ġew risistemati skont l-iskema nazzjonali ta’ risistemazzjoni u 453 għad iridu jiġu jintgħaddu
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2016/1754.
503 Sirjan risistemat mit-Turkija mhux bl-iskema tal-20 ta’ Lulju 2015 jridu jintgħaddu skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2016/1754.
L-Iżlanda irrisistemat total ta’ 97 persuna; Kollha mil-Libanu.
Barra minn hekk, matul l-istess perjodu l-Irlanda aċċettat 259 persuna li kellhom bżonn protezzjoni internazzjonali mil-Libanu skont il-programm nazzjonali dwar ir-risistemazzjoni tagħha.
Filwaqt li għadha ma seħħet l-ebda risistemazzjoni skont il-Konklużjonijiet tal-20 ta’ Lulju 2015, ġew risistemati 98 Sirjan skont il-programm nazzjonali ta’ risistemazzjoni tal-Lussemburgu fil-qafas tal-mekkaniżmu ta’ 1:1 u li jridu jintgħaddu skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1754.