IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 2.3.2017
COM(2017) 200 final
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
DWAR POLITIKA AKTAR EFFETTIVA TA' RITORN FL-UNJONI EWROPEA
- PJAN TA' AZZJONI MĠEDDED
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 2.3.2017
COM(2017) 200 final
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
DWAR POLITIKA AKTAR EFFETTIVA TA' RITORN FL-UNJONI EWROPEA
- PJAN TA' AZZJONI MĠEDDED
Fid-9 ta’Settembru 2015, il-Kummissjoni adottat Pjan ta’ Azzjoni dwar ir-ritorn 1 li inkluda 36 azzjoni konkreta biex tittejjeb l-effiċjenza tas-sistema ta’ ritorn tal-Unjoni Ewropea. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-azzjonijiet huma kontinwi jew ġew implimentati kif ippreżentati fl-Anness għal din il-Komunikazzjoni. Minkejja dan, l-impatt ġenerali fuq ir-rekord ta’ ritorn madwar l-Unjoni Ewropea baqa’ limitat, li juri li hemm bżonn azzjoni aktar determinata biex jiġu pprovduti riżultati li jistgħu jitkejlu fir-ritorn tal-immigranti irregolari.
Mill-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ’l hawn, l-isfidi li l-politika ta’ ritorn tal-Unjoni Ewropea hemm bżonn li tirrispondi għalihom komplew jiżdiedu u mmbuttaw dan l-aspett ta’ politika ta’ immigrazzjoni komprensiva tal-UE fuq quddiem nett. Fl-2015, in-numru ta’ immigranti irregolari li ġew ordnati jitilqu mill-Unjoni Ewropea ammonta għal 533 395, meta mqabbel mal-470 080 fl-2014. B’madwar 2,6 miljun applikazzjoni għal azil fl-2015/2016 biss, u meta jitqies li r-rata ta’ rikonoxximent tal-ewwel istanza, hija ta’ 57 % fl-ewwel disa’ xhur tal-2016, l-Istati Membri jista’ jkollhom iktar minn 1 miljun persuna biex jirritornaw ladarba l-applikazzjonijiet tagħhom għall-ażil tkun ġiet ipproċessata. Fl-istess ħin, ir-rati tar-ritorn fil-livell tal-Unjoni Ewropea ma tjibux. Filwaqt li r-rata totali ta’ ritorn 2 mill-2014 sal-2015 żdiedet minn 41,8 % għal 42,5 %, ir-rata ta’ ritorn effettivi lejn pajjiżi terzi naqset minn 36,6 % għal 36,4 %. Barra minn hekk, jekk ninjoraw ir-ritorni lejn il-Balkani tal-Punent, fl-Unjoni Ewropea r-rata ta’ ritorn tonqos iżjed għal 27 %.
L-isfidi ewlenin ta’ politika ta’ ritorn tagħna dejjem kienu kemm interni għall-Unjoni Ewropea u għall-Istati Membri, kif ukoll esterni. Il-Kummissjoni, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Istati Membri ttrattaw l-aspetti esterni permezz ta’ oqfsa speċifiċi ta’ koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi. Għal dan l-għan, tnieda l-Qafas ta’ Sħubija 3 dwar il-Migrazzjoni f’Ġunju 2016 u llum qed jiġi adottat it-tielet rapport ta’ progress dwar din il-Komunikazzjoni 4 .
Politika ta’ ritorn effettiva tibda mill-Unjoni Ewropea. Fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ bejn l-20 u l-21 ta’ Ottubru 2016 5 , l-Istati Membri talbu għal tisħiħ tal-proċessi amministrattivi nazzjonali għar-ritorni. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni ta’ Malta tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern 6 tat-3 ta’ Frar 2017 enfasizzat il-ħtieġa li jibda rieżami kritiku għall-politika ta’ ritorn tal-Unjoni Ewropea b’analiżi oġġettiva ta’ kif jiġu applikati l-livelli legali, operazzjonali, finanzjarji, u għodod prattiċi disponibbli fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali. Hu għalhekk neċessarju li l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn 7 tiġi ttrattata b’mod prammatiku u jiġi indirizzat dak li ma jiffunzjonax, inkluż billi l-Istati Membri jiġu nkoraġġiti biex iwettqu t-titjib meħtieġ fis-sistemi nazzjonali tagħhom tar-ritorn biex tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar u approċċ multidixxiplinari. Barra minn hekk, jeħtieġ li nimmassimizzaw l-użu ta’ strumenti finanzjarji jew operazzjonali tal-Unjoni Ewropea, biex jinħoloq spazju kollaborattiv għall-iskambju ta’ informazzjoni u għal titjib fil-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri u l-korpi kompetenti tal-UE. Barra minn hekk, il-mandat il-ġdid tal-Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (EBCG) ġie msaħħaħ b’mod sinifikanti sabiex jipprovdi appoġġ aħjar lill-Istati Membri fit-twettiq ta’ attivitajiet ta’ ritorn, kemm jekk b’mod konġunt jew b’mod nazzjonali. Il-progress dwar l-operazzjonalizzazzjoni tal-mandat il-ġdid qed jiġi ssorveljat fit-tieni Rapport tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta li ġie adottat llum 8 .
Dan il-Pjan ta’ Azzjoni dwar ir-Ritorn b’azzjonijiet iffukati addizzjonali li għandhom jiġu implimentati b’mod parallel mal-azzjonijiet kontinwi imnedija skont il-Pjan ta’ Azzjoni eżistenti huwa indirizzat lill-Istati Membri, l-Istituzzjonijiet u l-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea biex ir-rati ta’ ritorn jitjiebu b’mod sostanzjali. Dan jagħti wkoll impenn imġedded biex tiġi ffinalizzata l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-2015 u se jiġu żgurati riżultati li jistgħu jitkejlu f’termini ta’ prevenzjoni tal-immigrazzjoni irregolari u r-ritorn tal-migranti irregolari. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni qed tadotta wkoll Rakkomandazzjoni biex tagħmel ir-ritorni aktar effettivi meta timplimenta d-Direttiva dwar ir-Ritorn 9 .
I - Is-Sistema tal-UE ta’ ritorn: biex is-sistemi amministrattivi nazzjonali u l-proċeduri ta’ ritorn ikunu aktar effettivi
I.1 Id-Direttiva dwar ir-Ritorn
Il-leġiżlazzjoni prinċipali li tirregola r-ritorn ta’ immigranti irregolari hija d-Direttiva 2008/115/KE (“Direttiva dwar ir-Ritorn”). Din id-Direttiva tistabbilixxi l-istandards u l-proċeduri komuni dwar ir-ritorn effettiv tal-migranti irregolari filwaqt li jitħarsu d-drittijiet fundamentali tagħhom u l-prinċipju ta’ non-refoulement. Fl-istess waqt, id-Direttiva tħalli l-ispazju meħtieġ biex l-Istati Membri jaraw huma kif se jilħqu dan l-objettiv.
Ġiet ipprovduta ħarsa ġenerali eżawrijenti tal-isfidi ewlenin li qed jiffaċċjaw l-Istati Membri fit-twettiq tar-ritorni permezz tal-Mekkaniżmu ta’ Evalwazzjoni ta’ Schengen 10 , u l-informazzjoni miġbura min-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni. Dan juri l-bżonn li l-Istati Membri jużaw il-flessibbiltà prevista fid-Direttiva dwar ir-Ritorn sal-massimu tagħha biex isaħħu l-kapaċità tagħhom biex jirritornaw l-għadd dejjem jikber ta’ immigranti irregolari preżenti fl-Unjoni Ewropea.
Barra minn hekk, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jagħmlu skambju tal-prassi t-tajba biex jiġi disinċentivat is-soġġorn irregolari ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tagħhom.
Dawn il-miżuri għandhom jiġu implimentati b’konformità sħiħa mad-dritt primarju inkluża l-Karta tal-UE tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-acquis tal-UE dwar il-migrazzjoni. Għal dan il-għan, id-Direttiva dwar ir-Ritorn diġà fiha sett robust ta’ normi, inkluża l-possibbiltà ta’ rikors effettiv sabiex wieħed jikkontesta deċiżjoni ta’ ritorn, rispett lejn l-unità tal-familja u l-aħjar interessi tat-tfal u l-bżonnijiet speċjali ta’ persuni vulnerabbli.
Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja l-applikazzjoni u l-konformità mad-Direttiva dwar ir-Ritorn, biex jiġu indirizzati nuqqasijiet speċifiċi tas-sistemi nazzjonali. Sabiex tiġi pprovduta gwida dwar kif id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jistgħu jintużaw għal ritorni aktar effettivi, il-Kummissjoni llum qed tadotta Rakkomandazzjoni biex tagħmel ir-ritorni aktar effettivi meta timplimenta d-Direttiva dwar ir-Ritorn 11 . Jinħtieġ li l-Istati Membri jieħdu azzjonijiet immedjati f’konformità ma’ din ir-Rakkomandazzjoni. Barra minn hekk, il-Manwal ta’ Ritorn 12 , li jipprovdi gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar ir-Ritorn, jeħtieġ li jiġi aġġornat aktar inkluż sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma’ din ir-Rakkomandazzjoni.
Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni u skont il-ħtieġa biex jittieħdu aktar azzjonijiet biex ir-rati tar-ritorn jiżdiedu sostanzjalment, il-Kummissjoni tinsab lesta biex tniedi reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn.
It-Triq 'il Quddiem
- L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjonijiet immedjati f’konformità ma’ din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.
- Il-Kummissjoni se taġġorna l-Manwal dwar ir-Ritorn b’kunsiderazzjoni wkoll tar-Rakkomandazzjoni sa nofs l-2017.
- Il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri se tkompli l-monitoraġġ tal-applikazzjoni u l-konformità mad-Direttiva dwar ir-Ritorn b’mod partikolari permezz tal-evalwazzjoni ta’ Schengen dwar ir-ritorn.
- Bl-appoġġ mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-prassi t-tajba dwar disinċentivi kontra s-soġġorn irregolari ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-2017.
I. 2- L-indirizzar tal-abbużi tal-proċeduri tal-ażil
Il-persuni li jfittxu l-ażil rifjutati jirrappreżentaw proporzjon importanti ta’ immigranti irregolari preżenti fl-Unjoni Ewropea. Filwaqt li ħafna nies li qed jaslu fl-Unjoni Ewropea qed jaħarbu mill-gwerra, mill-vjolenza u mill-persekuzzjoni, oħrajn jużaw it-talbiet għall-ażil bħala mezz biex tiġi estiża l-preżenza tagħhom fl-Ewropa u l-prevenzjoni ta’ ritorn. Ħafna drabi, l-applikazzjonijiet għall-ażil manifestament infondati jiġu ppreżentati matul l-aħħar stadji tal-proċeduri ta’ ritorn, inklużi jiem jew sigħat qabel it-tluq — bl-iskop biss li r-ritorn jiġi ttardjat jew prevenut. Dan ipoġġi piż kbir fuq is-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri.
Il-każ taċ-ċittadini Niġerjani huwa eżempju tajjeb ħafna: aktar minn 37 000 daħlu fl-Unjoni Ewropea b’mod irregolari fl-2016 – l-ewwel nazzjonalità li waslet permezz tar-rotta taċ-Ċentru tal-Mediterran – u aktar minn 47 000 applikazzjoni għall-ażil ta’ ċittadini Niġerjani ġew irreġistrati fl-2016. Matul l-ewwel tliet kwarti tal-2016, ir-rata ta’ rikonoxximent tal-applikazzjonijiet għall-ażil ippreżentati miċ-ċittadini Niġerjani kienet ta’ 8 %, li jindika li aktar minn 40 000 applikazzjoni li tressqu fl-2016 x’aktar li fil-prinċipju se jiġu rifjutati.
Biex jiġu evitati sitwazzjonijiet bħal dawn, jinħtieġ li l-Istati Membri minnufih jużaw il-possibbiltajiet kollha pprovduti permezz tal-leġiżlazzjoni tal-ażil eżistenti sabiex jiġu indirizzati dawn l-abbużi tas-sistema tal-ażil minn immigranti irregolari li manifestament mhumiex fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali. Jinħtieġ li huma jużaw b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar proċeduri tal-ażil aċċellerati, dwar it-trattament ta’ applikazzjonijiet sussegwenti, dwar l-effett sospensiv mhux awtomatiku tal-appelli, notevolment għal dawk il-migranti li joriġinaw minn pajjiżi li huma kkunsidrati bla periklu jew b’rata baxxa ta’ rikonoxximent.
Huwa kruċjali li l-proċeduri tal-ażil u tar-ritorn jaħdmu flimkien bla xkiel. Hu fl-interess kemm tal-applikanti bona fide kif ukoll tal-Istati Membri li jkun hemm proċess effettiv u rapidu ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Għalhekk, hu essensjali li jkun hemm rabta formali bejn iż-żewġ proċessi u komunikazzjoni aħjar u skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-ażil u dawk tar-ritorn.
Fit-tul, ir-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, li ġiet ippreżentat mill-Kummissjoni fl-2016, se toffri wkoll opportunitajiet ġodda biex tiżgura li jkun hemm rabtiet effiċjenti u simplifikati bejn il-proċeduri tal-ażil u dawk tar-ritorn. B’mod partikolari, il-proposta għal Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil 13 , tipprovdi għat-twaqqif ta’ proċeduri aktar rapidi biex twieġeb għal applikazzjonijiet għall-ażil manifestament mingħajr bażi u applikazzjonijiet sussegwenti mingħajr ebda prospett tanġibbli ta’ suċċess, kif ukoll għal immigranti li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi bla periklu u minn pajjiżi ta’ oriġini bla periklu, u b’hekk jitnaqqas ir-riskju li l-operazzjonijiet ta’ ritorn ikunu ikkanċellati jew posposti bla bżonn.
It-Triq 'il Quddiem
- Jinħtieġ li l-Istati Membri jissimplifikaw il-proċeduri tal-ażil konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ biex jitnaqqsu l-abbużi mis-sistema dwar l-ażil għall-prevenzjoni ta’ ritorn.
- Jinħtieġ li l-Istati Membri jużaw proċeduri ta’ ażil aċċelerati u proċeduri ta’ inammissibbiltà skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea biex jittrattaw talbiet għall-ażil li jkunu biċ-ċar bla bażi, inklużi applikazzjonijiet sussegwenti; Jinħtieġ li l-Istati Membri ma jagħtux effett sospensiv awtomatiku f’każ ta’ appell taħt dawn il-motivi.
- Jinħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri amministrattivi meħtieġa biex jorbtu aħjar il-proċeduri tal-ażil u dawk tar-ritorn u jtejbu l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli.
I.3- Titjib tal-iskambju ta’ informazzjoni għall-infurzar tar-ritorni
Il-qbid, l-identifikazzjoni u s-sorveljanza ta’ immigranti irregolari huma prekondizzjonijiet għal ritorn effettiv. Dan jirrikjedi skambju sistematiku ta’ informazzjoni fi ħdan l-Istati Membri (l-Awtoritajiet ta’ Ritorn tagħhom u l-Awtoritajiet tal-Gvern oħra inklużi s-Saħħa, l-Edukazzjoni u s-Servizzi Soċjali) iżda wkoll fost l-Istati Membri, kif ukoll ma’ awtoritajiet tal-UE. Id-disponibbiltà ta’ informazzjoni f’waqta tista’ tgħin lill-Istati Membri jimmiraw aħjar u jippjanaw l-attivitajiet ta’ ritorn tagħhom. Madankollu, ħafna mill-informazzjoni meħtieġa hija nieqsa. Ma hemm l-ebda statistika dwar dawk li jaqbżu t-tul tal-perjodu intitolati għalih fin-nuqqas ta’ Sistema ta’ Dħul / Ħruġ u hija disponibbli biss informazzjoni limitata dwar l-infurzar b’suċċess ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn.
Għalhekk jinħtieġ li l-Istati Membri jiġbru informazzjoni f’ħin reali u komprensiva fuq livell nazzjonali biex iżommu superviżjoni ġenerali ċara u preċiża dwar is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni irregolari bl-użu tas-Sistema ta’ Ġestjoni Integrata tar-Ritorn (Integrated Return Management Application, IRMA). L-Istati Membri għandhom ukoll l-obbligu li jdaħħlu kull dokument invalidat, bħal permessi ta’ residenza, fis-SIS għall-qbid. Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżguraw li dan l-obbligu jiġi sodisfat b’mod sistematiku.
Sabiex jiġu appoġġati l-Istati Membri, il-Kummissjoni diġà qed taħdem biex toħloq ambjent li jippermetti l-implimentazzjoni ta’ ritorni madwar l-Unjoni Ewropea, permezz ta’ skambju sistematiku ta’ informazzjoni. Matul l-2016, il-Kummissjoni għamlet diversi proposti biex tiżviluppa ulterjorment is-sistemi eżistenti tal-informazzjoni (Sistema tal-Informazzjoni ta’ Schengen 14 , Eurodac 15 ) jew biex twaqqaf sistemi ġodda (Sistema ta’ Dħul / Ħruġ 16 , Sistema Ewropea ta’ Informazzoni dwar l-Ivvjaġġar u l-Awtorizzazzjoni 17 ) li se jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati l-lakuni preżenti fl-informazzjoni.
Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), l-Istati Membri indikaw li qed jużaw dejjem aktar din is-sistema għall-identifikazzjoni ta’ immigranti irregolari. Madankollu, id-dejta tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża waħedha normalment ma tiġix rikonoxxuta minn pajjiżi terzi bħala prova ta’ nazzjonalità jew ikun hemm bżonn investigazzjonijiet ulterjuri. Il-fatt li l-kopji tal-passaporti ma jkunux maħżuna f’din is-sistema toħloq ħafna telf ta’ ħin jew tagħmilha saħansitra impossibbli biex wieħed jakkwista kopja mill-ambaxxata li tinħarġilhom viża Schengen. Għalhekk il-Kummissjoni se tniedi studju tal-fattibbiltà dwar il-ħażna fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża ta’ kopja tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tal-applikanti għall-viża inkluż kopja tal-passaport tagħhom.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni nediet studju biex teżamina l-fattibbiltà teknika ta’ repożitorju ta’ Permessi ta’ Residenza tal-UE, ukoll bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tas-sitwazzjoni meta immigrant ikollu dritt li jirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed biss li jiċċaqlaq illegalment lejn Stat Membru ieħor 18 .
B’mod parallel, il-Kummissjoni waqqfet Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli (High Level Expert Group, HLEG) dwar Sistemi ta’ Informazzjoni u Interoperabbiltà biex tiżgura l-użu effikaċi ta’ dawn l-għodod. L-awtoritajiet tal-immigrazzjoni għandhom jibbenefikaw minn dan ix-xogħol u jkunu f’pożizzjoni li jiġbru l-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-migranti irregolari f’sistemi tal-UE f’tiftixa waħda unika 19 .
L-użu aħjar ta’ informazzjoni dwar kundanni kriminali b’rabta ma’ deċiżjonijiet ta’ terminazzjoni ta’ soġġorn legali u li b’hekk jiġi ffaċilitat ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi li għandhom rekord kriminali, huwa inkwiet dejjem akbar għall-Istati Membri. F’Ġunju, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta leġiżlattiva riveduta biex tinħoloq bażi ta’ dejta ċentralizzata ta’ informazzjoni dwar l-identità ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi misjuba ħatja li tidentifika l-Istat(i) Membru(i) li jikkundanna(w) u b’hekk tiżdied l-effettività tas-Sistema Ewropea ta’ Rekords Kriminali (European Criminal Records System, ECRIS) eżistenti.
L-Istati Membri diġà għandhom jieħdu kont ta’ kundanni għal reati kriminali serji fl-Unjoni Ewropea meta jieħdu deċiżjonijiet ta’ ritorn sabiex jivvalutaw is-sitwazzjoni individwali ta’ immigranti irregolari li jikkonċernaw pereżempju r-ritorn volontarju, il-bżonn ta’ detenzjoni u t-tul tal-projbizzjoni fuq id-dħul.
It-Triq 'il Quddiem
- Il-Kummissjoni se tniedi studju ta’ valutazzjoni tal-impatt dwar il-fattibbiltà u l-implikazzjonijiet li taħżen kopja tad-dokument tal-ivvjaġġar tal-applikanti għall-viża fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża biex tiffaċilitata l-identifikazzjoni tal-immigranti irregolari.
- Il-Kummissjoni se teżamina l-fattibbiltà teknika ta’ repożitorju ta’ Permessi ta’ Residenza tal-UE sa Settembru 2017.
- L-Istati Membri għandhom immedjatament idaħħlu kull permess ta’ residenza irtirat, skadut u invalidat fis-SIS.
- Jinħieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw kundanni preċedenti għal reati kriminali serji fl-Unjoni Ewropea meta jieħdu deċiżjonijiet ta’ ritorn.
I.4- Tisħiħ tar-ritorn u appoġġ għar-riintegrazzjoni
Id-Direttiva dwar ir-Ritorn tagħmilha ċara li r-ritorn volontarju huwa ppreferut fil-livell tal-UE fuq ir-ritorn furzat jekk ma jimminax l-għan tal-proċedura ta’ ritorn. Inċentivi biex iħeġġu r-ritorn huma ġeneralment provduti fil-qafas tal-pakketti ta’ Ritorn u Riintegrazzjoni Volontarja Assistita.
It-titjib ulterjuri tal-proċess ta’ tixrid ta’ informazzjoni dwar ir-ritorn volontarju ta’ immigranti irregolari huwa essenzjali sabiex jiġi żgurat li jkun hemm aċċess għal informazzjoni preċiża, anki meta jkun aktar probabbli li jiddependu primarjament fuq is-sorsi ta’ informazzjoni informali fi ħdan il-komunità tagħhom iżda wkoll meta tal-ewwel ma jkunx lest li jirritorna u / jew ikolu nuqqas ta’ fiduċja fl-awtoritajiet tal-emigrazzjoni.
Il-pajjiżi ta’ oriġini qed jaffaċċjaw dejjem iktar sitwazzjonijiet fejn immigranti irregolari li jaslu minn Stati Membri differenti jkunu ngħataw livelli differenti ta’ pakketti ta’ riintegrazzjoni (bħal flus kontanti jew kontribuzzjonijiet bin-nifs). Dan jista’ jwassal biex il-pajjiżi ta’ oriġini li jiffavorixxu biss dawk ir-ritorni li ġejjin mill-Istati Membri li qed joffru pakketti ta’ riintegrazzjoni jew saħansitra xiri ta’ ritorn volontarju assistit mal-Unjoni Ewropea minn immigranti irregolari. Għalhekk huwa essenzjali sabiex jitjiebu r-rati ta’ ritorn li l-pakketti ta’ riintegrazzjoni, u b’mod ġenerali il-prassi li jinċentivaw ir-ritorn, ikunu konsistenti fost l-Istati Membri kollha. F’dan l-isforz, il-Kummissjoni se tappoġġa lill-Istati Membri permezz tal-Grupp ta’ Esperti tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni ta’ Ritorn.
L-immigranti irregolari huma aktar probabbli li jaċċettaw il-pakkett tar-ritorn volontarju jekk ikunu jafu li l-unika alternattiva oħra tkun ir-ritorni furzati peress li s-soġġorn irregolari ma jkunx jista’ jsir aktar.
L-effettività tal-programmi ta’ Ritorn u Riintegrazzjoni Volontarja Assistita kif ukoll il-miżuri akkompanjanti ta’ riintegrazzjoni li jirrikjedu standards komuni. L-Istati Membri kollha għandhom japplikaw il-Linji Gwida mhux vinkolanti dwar l-użu ta’ programmi ta’ Ritorn Volontarju Assistit u Riintegrazzjoni approvati mill-Kunsill fid-9 ta’ Ġunju 2016 bil-għan li tiżdied il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri.
Il-kapaċità u l-għarfien espert fil-livell tal-Istati Membri biex jiġu żviluppati u ġestiti proġetti u programmi relatati mar-ritorn jeħtieġ li jissaħħu. Għalhekk se jiġu inkoraġġiti l-azzjonijiet tal-Istati Membri li jaħdmu flimkien, għall-benefiċċju tal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Dawn il-proġetti se jwettqu attivitajiet relatati mar-ritorn inklużi l-azzjonijiet ta’ ritorn għat-tipi kollha ta’ assistenza relata mal-pre ritorn, il-bini ta’ kapaċità u r-riintegrazzjoni biex tiżdied l-effiċjenza tar-ritorni. Huma se jkunu marbuta ma’ inizjattivi eżistenti skont is-Sistema Integrata tar-Ritorn
Approċċ ta’ Ġestjoni u operat permezz tal-pjattaforma tas-Sistema ta’ Ġestjoni Integrata tar-Ritorn.
It-Triq 'il Quddiem
- Bl-appoġġ tal-Kummissjoni, jinħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw approċċ koerenti għal għajnuna għar-riintegrazzjoni u l-prassi ġenerali li jinċentivaw ir-ritorn.
- Jinħtieġ li l-Istati Membri jipparteċipaw b’mod attiv fi programmi konġunti għat-tipi kollha ta’ assistenza relatata.
I.5- Naħdmu flimkien
Kooperazzjoni aħjar dwar ir-Ritorn
Hemm ħtieġa għall-Istati Membri biex itejbu u jsaħħu il-kapaċità tagħhom ta’ ritorn biex jiżguraw approċċ integrat u koordinat u ġestjoni tar-ritorni kif irrakkomandat fir-Rakkomandazzjoni. Dan għandu jwassal għal skambju aħjar tal-informazzjoni, approċċ multidixxiplinarju u l-integrazzjoni tal-kwistjonijiet kollha marbuta mar-ritorn. L-Istati Membri jistgħu jużaw il-programmi nazzjonali tagħhom tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għall-appoġġ ta’ dawn il-kapaċitajiet rinfurzati biex jiġi żgurat ippjanar, koordinazzjoni u segwitu aħjar bejn awtoritajiet rispettivi tal-infurzar tal-liġi u tal-immigrazzjoni, azzjonijiet koordinati ma’ awtoritajiet ġudizzjarji, awtoritajiet ta’ detenzjoni, tas-sistemi ta’ kustodja, servizzi mediċi u soċjali biex tiġi żgurata d-disponibbiltà rapida u risponsi adegwati fejn huwa meħtieġ intervent multidixxiplinari.
Il-Kummissjoni min-naħa tagħha, se tiżgura koordinazzjoni mtejba u segwitu mal-kontropartijiet nazzjonali tagħhom fil-livell tal-Unjoni Ewropea skont l-Approċċ tal-Ġestjoni Integrata tar-Ritorn li juża bħala pjattaforma il-Grupp ta’ Esperti tar-Ritorn tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni (European Migration Network's Return Expert Group, EMN-REG) u l-Laqgħat ta’ Punti ta’ Kuntatt Dirett tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Gwardja tal-Kosta
Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-2015 dwar ir-Ritorn identifika l-ħolqien ta’ Netwerk ta’ punti ta’ kuntatt tal-Istati Membri dwar l-irtirar ta’ permessi ta’ residenza li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni li għadu ma ntlaħaqx. L-Istati Membri diġà għandhom il-possibbiltà issa biex idaħħlu l-permessi ta’ residenza kollha irtirati, skaduti jew invalifdi fis-SIS li tippermetti lill-uffiċjali fuq il-post biex jivverifikaw l-istatus tad-detentur ta’ permess ta’ residenza.
It-Triq 'il Quddiem
- Jinħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkomplu jsaħħu l-koordinazzjoni skont l-Approċċ tal-Ġestjoni Integrata tar-Ritorn.
- Il-Kummissjoni se toħloq Netwerk ta’ punti ta’ kuntatt tal-Istati Membri dwar l-irtirar tal-permessi ta’ residenza fl-2017.
L-applikazzjoni tas-Sistema ta’ Ġestjoni Integrata tar-Ritorn (IRMA)
Is-Sistema ta’ Ġestjoni Integrata tar-Ritorn hija sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni ristretta għall-esperti tal-Istati Membri li diġà jiffaċilitaw l-ippjanar, l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ ritorni u riammissjonijiet mill-Istati Membri bil-għan li jkomplu jiżdiedu r-rati ta’ ritorn. Dan joffri wkoll informazzjoni dwar l-aħjar prassi u linji gwida għal kull pajjiż terz, leġiżlazzjoni, programmi ta’ ritorn, data dwar operazzjonijiet ta’ ritorn u l-istatistika.
Is-sistema ġiet implimentata fl-Istati Membri kollha, kif ukoll fin-Norveġja u fl-Isvizzera. L-informazzjoni li tipprovdi tippermetti wkoll lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta biex tassumi rwol aktar proattiv fl-ippjanar tal-Operazzjonijiet Konġunti ta’ Ritorn u sabiex jippjanaw aħjar l-Operazzjonijiet ta’ Ritorn.
L-iżvilupp ulterjuri tas-Sistema ta’ Ġestjoni Integrata tar-Ritorn diġà hu ppjanat biex itejjeb il-ġbir ta’ dejta dwar operazzjonijiet ta’ ritorn u riammissjoni. Il-Kummissjoni qiegħda tiżviluppa għodda tal-IT dedikati għas-Sistema ta’ Ġestjoni Integrata tar-Ritorn sabiex din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta permezz ta’ kanal wieħed. Dan se jippermetti l-integrazzjoni tal-ġbir tad-dejta f’dak li għandu x’jaqsam mal-EASO u l-EUROSTAT u b’hekk jillimita l-piż amministrattiv ta’ diversi talbiet għal dejta. Il-frekwenza tal-ġbir tad-dejta se tkun ta’ kull xahar. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jkollhom aċċess għal din id-dejta fuq bażi ristretta. Dan il-proċess se jiġi ffaċilitat ulterjorment ladarba tkun fis-seħħ is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen riveduta. Informazzjoni f’ħin reali dwar il-ħruġ tad-deċiżjonijiet ta’ ritorn u l-konformità magħhom se jkunu disponibbli għas-Sistema ta’ Ġestjoni Integrata tar-Ritorn.
Barra minn hekk, is-sistema awtonoma tal-IT biex tittratta każijiet ta’ ritorn fil-livell nazzjonali hemm bżonn li tiġi żviluppata għall-Istati Membri fejn għadha mhijiex disponibbli. Dan se jippermetti l-ġestjoni u s-superviżjoni standarizzata u aktar effiċjenti ta’ persuni rimpatrijati skont il-proċeduri nazzjonali tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.
Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, id-dejta individwali dwar persuna rimpatrijata bħall-identifikazzjoni ta’ dejta u ta’ preżentazzjoni tad-dokumenti ta’ sostenn li huma meħtieġa. Din id-dejta jeħtiġilha tkun ikkomunikata b’mod sikur lill-gvernijiet ta’ pajjiżi terzi biex tikkonferma n-nazzjonalità tal-persuna rimpatrijata u biex tikseb id-dokumenti tal-ivvjaġġar meħtieġa. Biex tagħmel dan b’mod effiċjenti, hemm bżonn interfaċċja tal-IT tal-ġestjoni unika tal-każijiet ta’ riammissjoni għas-Sistema ta’ Ġestjoni Integrata tar-Ritorn mingħajr ma tagħti aċċess għaliha għal pajjiżi terzi u viċe versa.
Għal dawn l-iżviluppi, il-finanzjament huwa pprovdut mill-Kummissjoni permezz tal-Programm ta’ Ħidma Pluriennali 2017–2018 tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni.
It-Triq 'il Quddiem
- Jinħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu d-dejta ta’ ritorn mitluba fis-Sistema ta’ Ġestjoni Integrata tar-Ritorn fuq bażi ta’ kull xahar.
- Il-Kummissjoni se tagħmel disponibbli sistema awtonoma tal-IT biex tittratta każijiet ta’ ritorn fil-livell nazzjonali u l-interfaċċja korrispondenti komuni tas-Sistema ta’ Ġestjoni Integrata tar-Ritorn.
- Il-Kummissjoni se tiżviluppa interfaċċja unika tal-IT għall-ġestjoni tal-każijiet ta’ riammissjoni għall-Pjattaforma tas-Sistema ta’ Ġestjoni Integrata tar-Ritorn.
- Il-Kummissjoni se tappoġġa l-iżvilupp ulterjuri ta’ arkitettura tal-IT tas-Sistema ta’ Ġestjoni Integrata tar-Ritorn tal-kapaċitajiet ta’ koordinazzjoni tar-ritorn tal-Istati Membri.
Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta
L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta hija parti integrali mill-isforzi tal-Unjoni Ewropea maħsuba biex joħolqu qafas operazzjonali li jagħmel is-sistema ta’ ritorn tal-Unjoni Ewropea aktar effettiva. Ir-Regolament il-ġdid tal-Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għamel ir-ritorn ta’ immigranti irregolari qasam ta’ ħidma ta’ prijorità għall-Aġenzija, li jippermettilha li żżid konsiderevolment is-sostenn tagħha lill-Istati Membri u biex jiġu żviluppati attivitajiet ġodda fil-qasam tar-ritorn. L-Aġenzija dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-mandat il-ġdid u tal-azzjonijiet identifikati f’dan il-Pjan ta’ Azzjoni Imġedded se tiġi mmonitorjat fir-rapporti tal-Kummissjoni dwar l-operazzjonalizzazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.
Mandat aktar wiesa’ tal-Aġenzija jippermettilha tipprovdi assistenza ġenerali dwar ir-ritorn. Dan ikopri t-tluq volontarju kif ukoll ir-ritorn furzat li jagħti s-setgħa lill-Aġenzija torganizza l-operazzjonijiet ta’ ritorn (minn Stat Membru wieħed jew iktar), kif ukoll taħdem ma’ pajjiżi terzi sabiex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom biex jikkooperaw mal-Istati Membri matul operazzjonijiet ta’ ritorn. L-Aġenzija trid tagħmel użu sħiħ minn dan il-mandat billi jiġu żviluppati modi ġodda ta’ kif jingħata l-appoġġ lill-Istati Membri, sa minn din is-sena.
Ir-rwol tal-Aġenzija f’attivitajiet ta’ ritorn fil-livell Ewropew jibda mill-hekk imsejħa attivitajiet ta’ "pre ritorn", li jridu jkomplu jiġu mtejba, partikolarment fis-sostenn tal-identifikazzjoni tal-immigranti irregolari u t-twassil ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar għar-ritorn tagħhom minn pajjiżi terzi. Jinħtieġ li jkomplu jiġu organizzati missjonijiet ta’ identifikazzjoni minn pajjiżi terzi ewlenin fejn l-awtoritajiet parteċipanti joħorġu dokumenti tal-ivvjaġġar matul tali missjonijiet jew minnufih warajhom. Jinħtieġ li l-Aġenzija tidentifika wkoll u tiżviluppa ulterjorment għodod oħra li jistgħu jippermettu l-identifikazzjoni u r-ridokumentazzjoni rapida ta’ immigranti irregolari minn pajjiżi terzi.
Bħalissa hemm informazzjoni limitata dwar riskji u sfidi operattivi ewlenin li qed jiffaċċjaw l-Istati Membri fil-qasam tar-ritorn, u kif l-Aġenzija tista’ tkun lesta biex tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali biex dawn jiġu indirizzati. Ladarba l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta se tiffinalizza l-immappjar tal-kapaċitajiet u l-ħtiġijiet tal-Istati Membri, jinħtieġ li tfassal pjanijiet ta’ intervent, imfassla skont il-ħtiġijiet speċifiċi. Dan jagħti indikazzjoni ċara dwar liema għarfien espert hemm bżonn minn kull Stat Membru u kif l-Aġenzija tista’ tassisti u tniedi proġetti pilota.
Jinħtieġ li jsir użu aktar estensiv ta’ “operazzjonijiet ta’ ritorn bi ġbir”, li permezz tagħhom l-awtoritajiet ta’ pajjiż terz jeżegwixxu r-ritorni ta’ ċittadini tagħhom mill-Unjoni Ewropea f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta. Dawn l-operazzjonijiet għandhom il-potenzjal li jsaħħu aktar il-kapaċità ta’ ritorn tal-Ewropa b’mod kosteffiċjenti, għalhekk jinħtieġ li l-Aġenzija tinvesti aktar sabiex tappoġġa l-kapaċità tal-pajjiżi terzi li jipparteċipaw f’operazzjonijiet bħal dawn, inkluż permezz ta’ taħriġ iddedikat. Jinħtieġ li l-modalitajiet ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn konġunti kkoordinati jitmexxew skont il-“Gwida għal Operazzjonijiet ta’ ritorn konġunti bl-Ajru kkoordinati mill-Frontex” tat-12 ta’ Mejju 2016.
Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, hemm ħtieġa urġenti li l-Aġenzija tistabbilixxi mekkaniżmu li jgħin lill-Istati Membri fit-twettiq ta’ ritorni permezz ta’ titjiriet kummerċjali biex jiffinanzjaw ritorni volontarji kif ukoll furzati tal-Istati Membri organizzati permezz ta’ dan il-mezz. Barra minn dan, jinħtieġ li l-Aġenzija tinnegozja ftehimiet qafas ma’ kumpaniji tal-ajru, li jistgħu jintużaw meta meħtieġ mill-awtoritajiet nazzjonali tar-ritorn, l-istabbiliment tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-użu ta’ titjiriet kummerċjali (pereżempju, l-għadd ta’ persuni rimpatrijati abbord, l-għadd ta’ skorti) u biex jiġi żgurat jkunu jistgħu jsiru disponibblu malajr numru ta’ seats abbord titjiriet lejn destinazzjonijiet ewlenin ta’ ritorn.
Biex tiffaċċja x-xogħol addizzjonali li jinvolvu dawn l-attivitajiet, u biex tissodisfa kompletament l-aspettattivi marbuta mal-mandat il-ġdid tagħha, jinħtieġ li l-Aġenzija tieħu miżuri immedjati sabiex tiżgura li jimtlew l-pożizzjinijiet disponibbli tal-persunal u tuża kompletament il-baġit allokat għal attivitajiet ta’ ritorn.
It-Triq 'il Quddiem
L-Aġenzija Ewropea tal-Gwardja tal-Fruntiera u l-Kosta fl-2017 jinħtieġ li:
- iżżid il-persunal tal-unità ta’ appoġġ fir-ritorn tagħha sa Ġunju.
- tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ titjiriet kummerċjali sa Ġunju.
- iżżid l-assistenza tal-pre-ritorn bl-organizzazzjoni ta’ missjonijiet ta’ identifikazzjoni sa Ġunju.
- tiffinalizza l-immappjar tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri u l-ħtiġijiet tar-ritorn sa Ġunju.
- iżżid it-taħriġ tal-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi li jieħdu sehem tal-operazzjonijiet ta’ ritorn bi ġbir sa Ottubru.
- tuża bis-sħiħ l-allokazzjonijiet finanzjarji sa tmiem is-sena.
I.6 Il-finanzjament tal-Unjoni Ewropea għal ritorn u riammissjoni
Il-Kummissjoni tipprovdi assistenza finanzjarja sostanzjali biex tappoġġa lill-Istati Membri fit-twettiq ta’ ritorni effettivi f’konformità mad-Direttiva dwar ir-Ritorn, kif ukoll biex ikunu appoġġati l-kooperazzjoni prattika u l-kondiviżjoni tal-aħjar prassi fil-qasam tar-ritorn u r-riammissjoni. L-istrument ta’ finanzjament prinċipali tal-UE li jappoġġa lill-Istati Membri f’dan ir-rigward huwa l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (Asylum, Migration and Integration Fund, AMIF).
Madwar EUR 806 miljun ġew allokati mill-Istati Membri għall-attivitajiet marbuta mar-ritorn u mar-riintegrazzjoni permezz tal-programmi nazzjonali tagħhom tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għall-perjodu 2014-2020. Dan jinkludi appoġġ għall-isforzi nazzjonali ta’ ritorn tal-Istati Membri u għall-inizjattivi speċifiċi konġunti Ewropej ta’ ritorn u integrazzjoni (b’mod partikolari n-Netwerk Ewropew ta’ Riintegrazzjoni (European Reintegration Network, ERIN), l-Inizjattiva Ewropea tal-Ġestjoni Integrata tar-Ritorn (European Integrated Return Management Initiativ, EURINT), u n-Netwerk Ewropew tal-Uffiċjali ta’ Kollegament għar-Ritorn (European Return Liaison Officers Network, EURLO).
Barra minn hekk, mill-2014 ġew allokati total ta’ EUR 6,2 miljun f’għajnuna ta’ emerġenza sabiex jiġu ttrattati l-ħtiġijiet urġenti relatati mar-ritorn, bħar-ritorn volontarju assistit. Azzjonijiet oħra relatati mar-ritorn u r-riammissjoni ġew appoġġati permezz tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni Azzjonijiet tal-Unjoni inkluża l-Facilità għat-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet fir-Riammissjoni tal-2015-2016 tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni b’kontribuzzjoni ta’ EUR 12-il miljun.
It-Triq 'il Quddiem
Fl-2017 il-Kummissjoni se tagħmel disponibbli b’mod addizzjonali:
- EUR 200 miljun lill-Istati Membri permezz tal-programmi nazzjonali tagħhom tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għal azzjonijiet relatati mar-ritorn. Dan se jkompli jżid il-kapaċità operazzjonali tal-Istati Membri dwar l-assistenza relatata ta’ qabel ir-ritorn, il-bini tal-kapaċità, l-integrazzjoni mill-ġdid eċċ. biex iżżid ir-ritorni.
- żieda fil-baġit biex issaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi sħab tagħha fil-qasam tar-riammissjoni skont il-Facilità għat-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet fir-Reammissjoni.
II - Negħlbu l-isfidi tar-riammissjoni
Kif imħabbar fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-2015 dwar ir-Ritorn, l-Unjoni Ewropea żiedet b’mod sinifikanti l-involviment tagħha mal-pajjiżi prinċipali ta’ oriġini, kemm fl-Afrika kif ukoll fl-Asja. Filwaqt li xi pajjiżi ta’ oriġini jikkooperaw dwar ir-riammissjoni taċ-ċittadini tagħhom, f’konformità mal-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali (u għal pajjiżi AKP ukoll taħt l-Artikolu 13 tal-Ftehim ta’ Cotonou) bosta pajjiżi li ma jikkoperawx b’mod sodisfaċenti. L-Istati Membri primarjament jirrapportaw diffikultajiet biex jiksbu dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ emerġenza minn pajjiżi terzi jew li inkella l-użu tad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew, anki f’każijiet fejn l-identità u n-nazzjonalità hija stabbilita sewwa.
Permezz ta’ laqgħat regolari tal-Kumitat Konġunt għar-Riammissjoni, u proġetti ddedikati, ix-xogħol intensiv fuq l-implimentazzjoni tas-17-il Ftehim eżistenti ta’ Riammissjoni għen biex jitneħħew uħud mill-ostakli għar-riammissjoni filwaqt li tjiebu l-prattiċi kif ukoll il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti. Madankollu, f’xi wħud minn dawn il-pajjiżi id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet għadhom mhumiex rispettati bis-sħiħ fil-prattika.
Il-Kummissjoni għamlet progress dwar in-negozjati ta’ ftehimiet ġodda ta’ riammissjoni. In-negozjati mal-Bjelorussja issa huma kważi finalizzati filwaqt li oħrajn ġodda ġew imnedija man-Niġerja, it-Tuneżija u l-Ġordan b’mod parallel man-negozjati dwar il-faċilitazzjoni tal-viża. Min-naħa l-oħra, in-negozjati mal-Marokk, li bdew fl-2003 huma wieqfa u mal-Alġerija għadhom ma bdewx minkejja li l-mandat ta’ negozjar imur lura għall-2002.
Ma’ pajjiżi fejn ma setax jintlaħaq ftehim ta’ riammissjoni formali, il-Kummissjoni ffukat fuq it-titjib tal-kooperazzjoni prattika permezz ta’ strumenti operazzjonali u strumenti bħal proċeduri operazzjonali standard.
Wara sensiela ta’ djalogi ta’ livell għoli, il-kooperazzjoni dwar l-obbligi ta’ riammissjoni issa hija parti integrali tad-djalogu politiku mġedded tal-Unjoni Ewropea ma’ pajjiżi terzi. Il-Pjan ta’ Azzjoni ħabbar ukoll li l-assistenza u l-politiki tal-Unjoni Ewropea jinħtieġ li jkunu użati bħala inċentivi biex jistimulaw ir-rieda tal-pajjiż imsieħeb li jikkoopera u b’hekk tiżdied l-influwenza tal-Unjoni Ewropea dwar l-ammissjoni mill-ġdid. Din ġiet tradotta fl-approċċ tal-Qafas ta’ Sħubija propost f’Ġunju 2016 20 , li għandha l-għan li tikseb ġestjoni konġunta tal-migrazzjoni ma’ pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu, b’lenti inizjali fuq l-Etjopja, is-Senegal, il-Mali, in-Niġerja u n-Niġer.
L-implimentazzjoni u r-riżultati tal-Programm ta’ Qafas ta’ Sħubija huma spjegati f’aktar dettall fit-tliet rapporti dedikati f’Ottubru u Diċembru tal-2016 u l-1 ta’ Marzu 2017 21 . Il-fatt li jkun hemm impenn ma’ pajjiżi terzi permezz tal-Qafas ta’ Sħubija, bl-użu tal-politiki u l-għodod 22 kollha disponibbli għandu jrawwem kooperazzjoni aħjar bil-ħsieb li ċ-ċittadini tagħhom jiġu identifikati, jingħataw id-dokumenti mill-ġdid u jiġu riammessi. B’mod ġenerali, jinħtieġ li jintużaw approċċi mfassla apposta biex jiġu identifikati l-interessi, l-inċentivi u l-influwenzi kollha li hemm fin-nofs ma’ pajjiż sieħeb sabiex jinkisbu l-miri u l-impenji u biex jiġu offruti miżuri speċifiċi ta’ appoġġ mill-UE u l-Istati Membri interessati lill-pajjiż sieħeb in kwistjoni - bħar-riintegrazzjoni tal-persuni rimpatrijati b’mod effettiv - b’tali mod li tiġi żgurata ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni, u f’dak il-kuntest biex tkompli titjieb il-kooperazzjoni dwar ir-ritorn u r-riammissjoni. L-UE u l-Istati Membri se jkollhom bżonn li juża l-effett ta’ lieva kollettiv tagħhom b’mod ikkoordinat u effikaċi biex jinkiseb dan ir-riżultat.
It-Triq 'il Quddiem
Il-Kummissjoni se:
- timmonitorja u tindirizza kwistjonijiet li għadhom għaddejjin fl-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Riammissjoni.
- taħdem biex jikkonkludi malajr in-negozjati dwar Ftehimiet ta’ Riammissjoni man-Niġerja, mat-Tuniżija u mal-Ġordan, waqt li jsir kull sforz possibbli biex tinvolvi ruħha mal-Marokk u l-Alġerija.
- iżżid, flimkien mal-Istati Membri. l-isforzi biex titjieb il-kooperazzjoni prattika, billi taqbel mal-proċeduri ta’ riammissjoni tal-pajjiżi terzi, mal-mezzi ta’ komunikazzjoni u l-flussi ta’ xogħol, filwaqt tiżgura l-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.
L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fil-Qafas ta’ Sħubija, se jużaw l-effett ta’ lieva kollettiv tagħhom b’mod ikkoordinat u effikaċi biex jaqblu mal-approċċi mfassla apposta tal-pajjiżi terzi sabiex jiġġestixxu b’mod konġunt il-migrazzjoni u jkomplu jtejbu l-kooperazzjoni dwar ir-ritorn u r-riammissjoni.
III – Konklużjoni
Flimkien mar-Rakkomandazzjoni biex ir-ritorn isiraktar effettiv meta tiġi implimentata d-Direttiva dwar ir-Ritorn, dan il-Pjan ta’ Azzjoni mġedded jipprevedi numru ta’ azzjonijiet iffukati biex jippermetti lill-Istati Membri u lill-Unjoni Ewropea biex itejbu r-rati ta’ ritorn b’mod sostanzjali. Dan fl-istess ħin se jibgħat messaġġ ċar lil dawk il-migranti li ma jkollhomx id-dritt jibqgħu fl-Unjoni Ewropea li huma ma għandhomx jagħmlu l-vjaġġ perikoluż biex jaslu fl-Ewropa b’mod illegali. Dan se jgħin ukoll biex iħarbat il-mudell kummerċjali tal-kutrabadu tal-immigranti.
L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fl-Istati Membri jeħtieġ li japplikaw l-istandards u l-proċeduri stipulati fid-Direttiva dwar ir-Ritorn b’mod aktar effettiv u dirett meta jwettqu r-ritorni b’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u tas-salvagwardji għal ritorn dinjituż f’konformità mar-Rakkomandazzjoni.
Il-Kummissjoni, min-naħa tagħha, u bl-appoġġ tal-Aġenziji rilevanti tal-Unjoni Ewropea, se tistabbilixxi miżuri operattivi ta’ appoġġ identifikati f’dan il-Pjan ta’ Azzjoni mġedded biex issaħħaħ u tkompli tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħhom tas-sistema ta’ ritorn tal-Unjoni Ewropea.
Barra minn hekk il-Kummissjoni, flimkien mas-SEAE, se tintensifika l-isforzi biex jiġu konklużi ftehimiet ta’ riammissjoni u ttejjeb il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi dwar ir-riammissjoni, billi tapplika l-effett ta’ lieva b’mod kollettiv fil-kuntest ta’ qafas ta’ Sħubija dwar il-migrazzjoni.
Il-Kummissjoni se tivvaluta l-progress u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni mġedded minn Diċembru 2017.
COM(2015) 453 final.
Dan jinkludi ritorn lejn pajjiżi terzi kif ukoll li l-migranti irregolari jintbagħtu lura minn Stat Membru lejn ieħor, fuq il-bażi ta’ ftehimiet bilaterali ta’ riammissjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva dwar ir-Ritorn.
“Komunikazzjoni dwar it-twaqqif ta’ Qafas ta’ Sħubija ġdid ma’ pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni”, COM(2016) 385 final, tas-7.6.2016.
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill - Ir-Tielet Rapport ta’ Progress. L-ewwel riżultati tal-Qafas ta’ Sħubija ma’ pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, COM(2017) 205 final, tal-1.3.2017.
EUCO 31/16
Stqarrija għall-Istampa 43/17 03/02/2017
Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'residenza illegali, ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98.
It-tieni rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonalizzazzjoni Gwardja Ewopea tal-Fruntiera u tal-Kosta, COM2017 201 (final) tal-1.3.2017
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-1.3.2017 biex ir-ritorni jkunu aktar effettivi meta timplimenta d-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, C(2017) 1600.
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' Schengen ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27.
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-1.3.2017 biex ir-ritorni jkunu aktar effettivi meta timplimenta d-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, C(2017) 1600.
C(2015) 6250 final.
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura komuni għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li tħassar id-Direttiva 2013/32/UE, COM(2016) 467 final.
COM(2016) 881, 882 u 883 final.
COM(2016) 272 final.
COM(2016) 194 final.
COM(2016) 731 final.
L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva dwar ir-Ritorn
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill - Il-ħames rapport ta’ progress lejn Unjoni ta’ Sigurtà effettiva u ġenwina, COM(2017) 203 final
“Komunikazzjoni dwar it-twaqqif ta’ Qafas ta’ Sħubija ġdid ma’ pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni”, COM(2016) 385 final, tas-7.6.2016.
COM(2016) 700 final tat-18.10.2016 u 960 final tal-14.12.2016.
Madankollu, l-ebda kondizzjonalità ma tista' tkun marbuta mal-għajnuna umanitarja abbażi tal-bżonnijiet b’konformità mal-Prinċipji Umanitarji
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 2.3.2017
COM(2017) 200 final
ANNESS
tal-
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
DWAR POLITIKA AKTAR EFFETTIVA TA' RITORN FL-UNJONI EWROPEA –
PJAN TA' AZZJONI MĠEDDED
I. Żieda tal-effettività tas-sistema tal-UE għar-ritorn ta' migranti irregolari |
|||
Azzjoni |
Magħmul |
Mhux magħmul |
Kummenti |
1. Tisħiħ ta’ ritorn volontarju |
|||
Il-monitoraġġ tal-effetti ta’ disparitajiet bejn skemi nazzjonali ta’ ritorn volontarju (fuq medda qasira ta’ żmien)– sabiex jiġi evitat ix-xiri "lura" fejn il-migranti jagħżlu dawk l-Istati Membri li joffru l-iktar pakketti lukrattivi. |
Għadha għaddejja |
In-Netwerk Ewropew għar-Riintegrazzjoni (European Reintegration Network, ERIN) stabbilixxa Grupp ta’ Ħidma dwar l-Armonizzazzjoni. Il-Grupp ta’ Esperti dwar ir-Ritorn tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni (European Migration Network's Return Expert Group, EMN REG) jimmonitorja dan fuq bażi kontinwa u pproduċa analiżi dwar dan is-suġġett "Inċentivi għar-ritorn lejn xi pajjiż terz u l-appoġġ provdut lill-migranti għall-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom 1 ”. |
|
Il-finanzjament permezz tal-AMIF ta’ programmi ta’ ritorn volontarju assistit (fuq medda qasira ta’ żmien) –b’kooperazzjoni ma’ msieħba governattivi u mhux governattivi bħall-IOM |
Għadu għaddej |
Dan huwa parti mill-għajnuna tar-Ritorn Volontarju Assistit u Riintegrazzjoni mogħtija permezz tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (Asylum, Migration and Integration Fund, AMIF). |
|
Il-promozzjoni tal-aħjar prattiki dwar ir-ritorn volontarju u l-programmi ta’ riintegrazzjoni permezz tal-EMN (nofs it-terminu) –biex l-Istati Membri jiġu inkoraġġuti biex jiżviluppaw qafas effettiv li jippermetti lill-migranti irregolari li jkollhom aċċess faċli għal programmi ta’ ritorn volontarju |
Għadha għaddejja |
Il-Grupp ta’ Esperti dwar ir-Ritorn tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni jimmonitorja dan fuq bażi kontinwa. Ir-rapport li ġej huwa disponibbli: -“It-Tixrid tal-Informazzjoni dwar ir-Ritorn Volontarju: Kif tagħmel kuntatt ma’ migranti irregolari li mhumiex f’kuntatt mal-awtoritajiet” 2 . Barra minn hekk, standards komuni mhux vinkolanti għall-AVR(R) ġew adottati fil-konklużjonijiet tal-Kunsill (fid-9 ta’ Ġunju 2016) abbażi ta’ rakkomandazzjoni mill-Grupp ta’ Esperti dwar ir-Ritorn tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni. |
|
L-appoġġ għal programmi ta’ riintegrazzjoni kompluta (nofs it-terminu) –biex jitjiebu kemm il-kwalità tal-appoġġ provdut lill-migranti u l-kosteffiċjenza tiegħu (permezz ta’ ekonomija ta’ skala fuq l-ispejjeż amministrattivi)
|
Għadu għaddej |
Inċentivi li jinkoraġġixxu r-ritorn issa huma ġeneralment provduti fil-qafas tal-Programmi ta’ Ritorn Volontarju Assistit (u Riintegrazzjoni) minn ħafna Stati Membri. |
|
2. Infurzar aktar b’saħħtu tar-regoli tal-UE |
|||
L-evalwazzjoni tal-istat tal-implimentazzjoni tad-Direttiva ta’ Ritorn (fuq medda qasira ta’ żmien) - biex tiġi infurzata l-implimentazzjoni korretta tagħha, kemm fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-migranti irregolari u l-infurzar effettiv u sħiħ tal-proċess ta’ ritorn |
Għadha għaddejja |
Dawn huwa eżerċizzju kurrenti. L-evalwazzjoni hija implimentata permezz ta’ żjarat lill-Istati Membri bil-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen u bi studju li jmiss tal-Grupp ta’ Esperti dwar ir-Ritorn tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni li se jitnieda fl-1 ta’ April 2017. |
|
L-evalwazzjonijiet ta’ Schengen dwar ir-ritorn (għadhom għaddejjin) – biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni u r-rimedju ta’ nuqqasijiet fil-liġijiet naturali u l-prattiki amministrattivi fl-implimentazzjoni tar-regoli tal-UE dwar ir-ritorn |
Għadhom għaddejjin |
Dawn huwa eżerċizzju kurrenti. Ir-Rakkomandazzjoni tal-1 ta’ Marzu tibni wkoll fuq ir-riżultati kumplessivi taż-żjarat. Għodod ġodda li qed jintużaw: l-ewwel żewġ żjarat mhux imħabbra fil-qasam tar-ritorn li seħħew fl-2016. |
|
Reviżjoni possibbli tad-Direttiva tar-Ritorn ibbażata fuq it-tieni rapport ta’ implimentazzjoni (mhux aktar tard mill-2017) |
għandha tiġi kkunsidrata |
Abbażi tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni u skont il-ħtieġa biex jieħdu aktar azzjonijiet biex jiżdiedu sostanzjalment ir-rati tar-ritorn, il-Kummissjoni tinsab lesta biex tniedi reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn. |
|
L-immappjar tal-aħjar prattiki u ostakli għar-ritorn fil-liġi nazzjonali u l-prattika amministrattiva permezz tal-EMN (nofs it-terminu) – biex jiġi ffaċilitat ir-rimedju ta’ nuqqasijiet fil-liġijiet naturali u l-prattiki amministrattivi fl-implimentazzjoni tar-regoli tal-UE dwar ir-ritorn |
Għadu għaddej |
Ostakli għar-ritorn b’rabta mal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn huma analizzati mill-Grupp ta’ Esperti dwar ir-Ritorn tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni. |
|
L-integrazzjoni ta’ informazzjoni dwar ir-ritorn volontarju assistit fil-proċess tal-ażil (nofs it-terminu) – biex jiġu infurmati l-persuni li jfittxu ażil dwar il-possibbiltà ta’ ritorn volontarju assistit minn kmieni u fl-istadji kollha tal-proċedura tal-ażil, biex tiġi pprovduta alternattiva soda lil dawk li jixtiequ jirritornaw lejn pajjiżhom b’dinjità |
Għadha għaddejja |
Il-Grupp ta’ Esperti dwar ir-Ritorn tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni jimmonitorja dan fuq bażi kontinwa. Hemm bżonn ta’ iktar ħidma iżda r-rapport li ġej huwa disponibbli: "The Return of Rejected Asylum Seekers: Challenges and Good Practices 3 ". |
|
3. Titjib tal-iskambju ta’ informazzjoni għall-infurzar tar-ritorn |
|||
L-evalwazzjoni tas-SIS (għaddejja bħalissa) (fuq medda qasira ta’ żmien) — biex tkun tista’ tipproponi bidliet sabiex ittejjeb l-effettività tas-sistema ta’ ritorn tal-UE |
Iva |
Evalwazzjoni ppubblikata fil-21/12/2016 – COM(2016) 880 final; SWD(2016) 450 final. |
|
L-istabbiliment ta’ netwerk ta’ punti ta’ kuntatt dwar l-irtirar ta’ permessi ta’ residenza (fuq medda qasira ta’ żmien) –biex ikun żgurat li jissaħħaħ l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-irtirar ta’ permessi ta’ residenza |
Le |
Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar ir-Ritorn tal-2015 identifika l-ħolqien ta’ punti ta’ kuntatt ta’ Netwerk ta’ Stati Membri dwar l-irtirar ta’ permessi ta’ residenza li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni u li għadu ma ntlaħaqx. Dan huwa identifikat bħala azzjoni li għandha tiġi implimentata mill-Kummissjoni matul l-2017. |
|
Il-proposti leġiżlattivi dwar l-introduzzjoni obbligatorja ta’ projbizzjonijiet ta’ dħul u deċiżjonijiet ta’ ritorn fis-SIS (2016) (nofs it-terminu) –biex jiġi żgurat, fil-prattika, ir-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn maħruġa mill-Istati Membri u l-infurzar tagħhom madwar l-UE |
Iva |
Proposti adottati fil-21/12/2016. COM(2016) 881 – deċiżjonijiet ta’ ritorn fis-SIS COM(2016) 882 – projbizzjonijiet kollha ta’ dħul fis-SIS |
|
Il-proposta riveduta dwar il-Fruntieri Intelliġenti (2016) – biex jittejbu r-rati ta’ ritorn billi jinħoloq rikordju tal-movimenti transfruntiera kollha minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi |
Iva |
Ippreżentata fis-6/4/2016. Il-Pakkett dwar il-Fruntieri Intelliġenti jinkludi: -Komunikazzjoni dwar “Sistemi ta’ Informazzjoni aktar b’Saħħithom u aktar Intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà” 4 ; -Regolament għall-istabbiliment ta’ Sistema ta’ Dħul u Ħruġ 5 ; -Proposta ta’ emenda tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen sabiex ikunu integrati l-bidliet tekniċi meħtieġa fis-Sistema ta’ Dħul u Ħruġ. |
|
L-esplorazzjoni ta’ estensjoni possibbli tar-Regolament Eurodac (nofs it-terminu) – biex jiġi awtorizzat l-użu ta’ din id-dejta għal finijiet ta’ ritorn |
Iva |
Proposta adottata fl-4/5/2016 - COM(2016) 272 final. |
|
L-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-VIS (2016) (nofs it-terminu) |
Iva |
Adottata fl-14/10/2016 - COM(2016) 655 final. |
|
4. Tisħiħ tar-rwol u tal-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (qabel kienet Frontex) |
|||
Użu iktar sistematiku ta’ Operazzjonijiet Konġunti ta’ Ritorn ikkoordinati mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (qabel kienet Frontex) fuq medda qasira ta’ żmien – biex ikun awtorizzat l-ippuljar ta’ riżorsi mill-Istati Membri |
Għadu għaddej |
Il-pass ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn organizzati mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jkompli jikber. Bejn it-12 ta’ Jannar u l-20 ta’ Frar 2017, l-Aġenzija organizzat 29 titjira ta’ operazzjoni ta’ ritorn għar-ritorn ta’ 1 602 ċittadin ta’ pajjiżi terzi, u ntlaħaq l-għadd totali ta’ 1 663 ritorn fl-2017. |
|
It-taħriġ mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (qabel kienet Frontex) għal mexxejja ta’ skorta u eskortaturi (għadu għaddej) (fuq medda qasira ta’ żmien) – biex l-Istati Membri jiġu megħjuna biex jistabbilixxu gruppi ta’ eskortaturi li malajr jistgħu jintbagħtu fuq titjiriet ta’ ritorn |
Għadu għaddej |
Parzjalment implimentat. Ikun jinħtieġ iktar taħriġ meħtieġa meta l-Istati Membri jipprovdu l-eskortaturi tar-ritorn sfurzat , l-osservaturi tar-ritorn sfurzat u speċjalisti tar-ritorn li jkunu meħtieġa biex jilħqu l-mira ta’ 690 membri tal-grupp. |
|
Il-proposti leġiżlattivi bil-għan li jespandu l-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (qabel kienet Frontex) dwar ir-ritorn (2016) (nofs it-terminu) – biex jissaħħaħ u jkompli jikber ir-rwol tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (qabel kienet Frontex) fil-kooperazzjoni prattika dwar ir-ritorn |
Iva |
Proposta leġiżlattiva ppreżentata fil-15/12/2015 – COM(2015) 671. Ir-Regolament tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta 2016/1624 adottat fil-14/09/2016. |
|
5. Sistema integrata ta’ ġestjoni ta’ ritorn |
|||
L-istabbiliment ta’ sistema integrata ta’ ġestjoni ta’ ritorn (fuq medda qasira ta’ żmien) – biex tinkiseb sistema koerenti u effikaċi ta’ ġestjoni ta’ ritorn flimkien mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (qabel kienet Frontex) |
Iva |
L-Applikazzjoni ta' Ġestjoni Integrata tar-Ritorn, l-IRMA (Integrated Return Management Application), ġiet żviluppata fl-2016. Is-sistema ġiet implimentata fl-Istati Membri kollha, kif ukoll fin-Norveġja u fl-Iżvizzera u issa hija operazzjonali. |
|
Id-definizzjoni tal-kompiti u tal-pajjiżi prijoritarji għall-iskjerament ta’ EMLO (fuq medda qasira ta’ żmien) –biex tiġi faċilitata l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ dawk il-pajjiżi dwar ir-riammissjoni taċ-ċittadini tagħhom |
Iva |
L-EMLO issa qegħdin f’fażi ta’ skjerament. |
|
Il-pjan direzzjonali biex jitjieb il-ġbir ta’ dejta tal-istatistika dwar ir-ritorni (fuq medda qasira ta’ żmien) –biex jiġi awtorizzat l-iżvilupp ta’ risponsi ta’ politika adegwati |
Għadu għaddej |
L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ ġbir imtejjeb ta’ dejta operazzjonali dwar ir-ritorn u r-riammissjoni bl-użu tal-Applikazzjoni ta' Ġestjoni Integrata tar-Ritorn bħala pjattaforma li bdiet fl-2016 u li tinvolvi l-Istati Membri kollha. Il-ġbir ta’ kull xahar ta’ dejta operazzjonali dwar ir-ritorn - skont id-definizzjonijiet u l-indikaturi miftiehma b’mod konġunt - huwa mistenni li jiffaċilita l-ippjanar, il-koordinazzjoni u l-ġestjoni tal-kapaċitajiet u tal-operazzjonijiet tar-ritorn mill-Istati Membri, mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, mill-EASO u mill-Eurostat. |
|
L-iskjerament ta’ EMLO f’pajjiżi terzi ewlenin (Nofs it-terminu) |
Għadu għaddej |
L-iskjerament tnieda fl-2016 u kien previst li jkun tlesta għalkollox fl-2017. |
|
L-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ILO u proposti leġiżlattivi possibbli għar-reviżjoni tagħha (nofs it-terminu) –biex jiġi esplorat jekk ir-reviżjoni hijiex meħtieġa sabiex jissaħħaħ il-valur miżjud tan-netwerk tal-ILO |
Għadha għaddejja |
|
Għandha titlesta f’Marzu 2017.
|
L-esplorazzjoni ta’ modi ta’ kif jista’ jkun hemm iktar rikonoxximent ta’ laissez-passer tal-UE minn pajjiżi terzi (nofs it-terminu) – pereżempju billi jiżdiedu l-karatteristiċi ta’ sigurtà tad-dokumenti |
Għadha għaddejja |
Proposta għal Dokument tal-Ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment ippreżentat fil-15/12/2015– COM(2015) 668. Ir-Regolament 2016/1953 adottat fis-26/10/2016 dwar l-istabbiliment ta’ dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment. |
|
II. TISĦIĦ TAL-KOOPERAZZJONI DWAR IR-RIAMMISSJONI MA’ PAJJIŻI TA’ ORIĠINI U TA’ TRANSITU |
|||
Azzjoni |
Magħmul |
Mhux magħmul |
Kummenti |
1. Implimentazzjoni effettiva ta’ impenji ta’ riammissjoni |
|||
L-iżgurar tal-implimentazzjoni tal-impenji ta’ riammissjoni skont ftehimiet ta’ riammissjoni speċifiċi u l-Ftehim ta’ Cotonou |
Għadu għaddej |
Laqgħat regolari tal-Kumitati Konġunti dwar ir-Riammissjoni skont l-Ftehimiet ta’ Riammissjoni, laqgħat oħra fil-livell politiku u fil-livell tekniku, għodod provduti biex titjieb il-kapaċità ta’ pajjiżi terzi biex jiġġestixxu r-riammissjoni. |
|
Laqgħat bilaterali ta’ riammissjoni li jridu jiġu organizzati ma’ pajjiżi ta’ oriġini sub-Saħarjana, ibda min-Niġerja u s-Senegal (fuq medda qasira ta’ żmien) –biex tittejjeb aktar il-kooperazzjoni prattika u biex jiżdiedu r-rati ta’ ritorn lejn il-pajjiżi msieħba |
Għadhom għaddejjin |
Laqgħat organizzati mal-pajjiżi ewlenin ta’ oriġini: il-Gana, is-Senegal, il-Kosta tal-Avorju, il-Mali, l-Etjopja, in-Niġerja biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ riammissjoni tal-Artikolu 13 Cotonou. |
|
2. Il-konklużjoni ta' ftehimiet kurrenti u l-bidu ta' negozjati ġodda dwar ftehimiet ta' riammissjoni |
|||
It-tnedija jew it-tnedija mill-ġdid ta' negozjati mal-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq (fuq medda qasira ta’ żmien) |
Għadha għaddejja |
- It-Tuneżija: in-negozjati bdew f’Ottubru 2016 (ibbażati fuq il-mandat ta’ Diċembru 2014) - Il-Marokk: in-negozjati ma mxewx 'il quddiem (l-aħħar sensiela ta’ negozjati saret f’Jannar 2015) - L-Alġerija: in-negozjati ma nfetħux. Djalogu informali tad-djalogu dwar il-migrazzjoni li sar f’April 2016 li jkopri wkoll ir-riammissjoni. |
|
L-esplorazzjoni tat-tnedija ta’ negozjati dwar ftehimiet ġodda ta’ riammissjoni ma’ pajjiżi ewlenin ta’ oriġini (nofs it-terminu) |
Għadha għaddejja |
- Infetħu n-negozjati man-Niġerja f’Ottubru 2016 - L-ewwel qari tal-Proposta tal-Ftehim ta’ Riammissjoni mal-Ġordan f’Novembru 2016 |
|
3. Djalogi politiċi ta’ livell għoli dwar ir-riammissjoni |
|||
It-twettiq ta’ djalogi politiċi ta’ livell għoli ma’ pajjiżi prijoritarji dwar il-migrazzjoni (nofs it-terminu) –biex tiġi pprijoritizzata l-kwistjoni tar-ritorn u r-riammissjoni fir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi fejn hemm bżonn ta’ impenn politiku u ta’ ingranaġġ, jew għall-implimentazzjoni ta’ impenji eżistenti jew għall-konklużjoni jew it-tnedija ta’ negozjati dwar ftehimiet ta’ riammissjoni |
Għadu għaddej |
- Djalogu Politiku ta' Livell Għoli ma’ pajjiżi ta’ oriġini sub-Saħarjana fil-kuntest tal-pajjiżi fil-Qafas ta’ Sħubija: -in-Niġer, l-Etjopja, il-Mali, is-Senegal, in-Niġerja (qabel dak mill-MFA NL f’isem ir-Rappreżentant Għoli u l-Viċi President għall-Kosta tal-Avorju, il-Mali, il-Gana) - Djalogi politiċi ta’ livell għoli fl-Eġittu u fil-Pakistan - Djalogu Politiku ta' Livell Għoli mal-Afganistan li wassal għall-firma tat-Triq Konġunta ’l Quddiem f’Ottubru 2016 - Bosta seminars dwar l-aħjar prattiċi fil-qasam tar-ritorn, r-riammissjoni u r-riintegrazzjoni seħħew abbażi tal-proċessi ta’ Rabat u Khartoum fl-2016 |
|
L-assistenza u l-politiki tal-UE għandhom jintużaw bħala inċentivi biex jistimulaw ir-rieda tal-pajjiż imsieħeb li jikkoopera mal-UE. |
Għadha għaddejja |
- Għall-pajjiżi sub-Saħarjani — tradotti fl-approċċ tal-Qafas ta’ Sħubija li ġie ppreżentat f’Ġunju 2016, b’enfasi partikolari fuq is-Senegal, il-Mali, l-Etjopja, in-Niġerja u n-Niġer - Appoġġ finanzjarju addizzjonali lil pajjiżi terzi permezz tal-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza tal-Unjoni Ewropea għall-Afrika |
|
4. Appoġġ għal riintegrazzjoni u l-bini tal-kapaċità |
|||
L-istabbiliment ta’ Faċilità ddedikata għall-Bini tal-Kapaċitajiet ta' Riammissjoni (fuq medda qasira ta’ żmien) biex titjieb l-abbiltà tal-awtoritajiet responsabbli biex iwieġbu fil-ħin għal talbiet ta’ riammissjoni u dwar l-iffaċilitar u t-tħaffif tal-identifikazzjoni taċ-ċittadini proprji minn pajjiżi ta’ oriġini |
Għadu għaddej |
Il-Faċilità għall-Bini tal-Kapaċitajiet ta' Riammissjoni stabbilita permezz tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni. Objettiv: li tipprovdi assistenza / bini ta’ kapaċità lil pajjiżi terzi biex tappoġġa l-kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni / negozjati ta’ ftehimiet ta’ Riammissjoni. Qed jitħejjew bosta azzjonijiet (il-Pakistan, il-Bangladesh, l-Afganistan, is-Sri Lanka). |
|
Programmi ta’ ritorn volontarju f’pajjiżi terzi abbażi ta' Programmi ta’ Żvilupp u Protezzjoni Reġjonali (fuq medda qasira ta’ żmien) |
Għadhom għaddejjin |
Fil-qafas tal-Programm Reġjonali għall-Iżvilupp u l-Protezzjoni (Regional Development and Protection Programme, RDPP) għall-Afrika ta’ Fuq appoġġat bl-għotja tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni tal-2015 lill-Ministeru tal-Intern tal-Italja bħala l-mexxej tal-konsorzju tal-Programm Reġjonali għall-Iżvilupp u l-Protezzjoni tal-Afrika ta’ Fuq, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni tipprovdi appoġġ għar-ritorn volontarju assistit u riintegrazzjoni lil 100 migrant vulnerabbli maqbuda fil-Mawritanja (għajnuna ta’ qabel it-tluq, appoġġ għar-riintegrazzjoni). Permezz tal-istess programm, il-Belġju qed jaħdem flimkien mal-awtoritajiet Tuneżini u Marokkini biex jiffaċilita ġestjoni aħjar ta’ ritorni volontarji u attivitajiet ta’ riintegrazzjoni. |
|
Appoġġ għall-programmi ta' ritorn volontarju mill-Balkani tal-Punent (fuq medda qasira ta’ żmien) –biex jippermettu lill-migranti fi transitu biex jieħdu l-opportunità li jirritornaw volontarjament lejn pajjiżhom qabel ma jagħmlu l-vjaġġ perikoluż sħiħ |
Għadu għaddej |
Bħala parti mill-proġett iffinanzjat mill-Madad, “Appoġġ tal-UE għas-Serbja u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati / tal-migrazzjoni / tar-rotta Balkana”, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (International Organisation for Migration, IOM), flimkien mal-Kummissarjat għar-Refuġjati u l-Migrazzjoni, organizzat disa' sessjonijiet ta’ informazzjoni dwar ir-Ritorn Volontarju Assistit għall-migranti f’ċentri fiċ-ċentri ta’ akkoljenza u ażil fis-Serbja (bejn wieħed u ieħor attendew 400 ruħ). Il-ġimgħa l-oħra kien hemm ħames migranti li rritornaw lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom (informazzjoni mill-20/02/2017) permezz tar-Ritorn Volontarju Assistit u bħalissa hemm 33 migrant oħra li daħlu għall-proċedura tar-Ritorn Volontarju Assistit u li bħalissa qed iħejju ruħhom biex jirritornaw lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom. Attivitajiet ta’ outreach u ta’ informazzjoni kif ukoll konsulenza individwali fuq ir-Ritorn Volontarju Assistit ser ikomplu matul is-sena. Fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar sas-17 ta’ Frar kien hemm 27 Ritorni Volontarji Assistiti b’kollox: Iraq (11), Alġerija (5), Pakistan (5), Iran (4), Gana (1) u Turkija (1). |
|
Appoġġ strutturali għal riintegrazzjoni ta’ ripatrijati permezz tal-Fond Fiduċjarju li għandu jitnieda mis-Samit tal-Belt Valletta bejn l-UE u l-Afrika dwar il-Migrazzjoni (nofs it-terminu) –biex jiġi inkorporat u biex jiżdied l-appoġġ għar-riintegrazzjoni fi skemi eżistenti f’pajjiżi ta’ oriġini, bħal programmi edukattivi, vokazzjonali, eċċ. |
Għadu għaddej |
- Inizjattiva għal ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni, inkluż assistenza għar-ritorn u r-riintegrazzjoni ta’ migranti li qed jibbenifikaw minn allokazzjoni ta’ EUR 100 miljun li tkopri r-reġjun tas-Saħel u tal-Lag taċ-Chad u l-pajjiżi ġirien, inkluż il-Libja - adottata permezz tal-Fond Fiduċjarju tal-Unjoni Ewropea għall-Afrika. - “Il-Faċilità dwar ir-Ritorn u r-Riintegrazzjoni Sostenibbli u Dinjituż b'Appoġġ għall-Proċess ta' Khartoum” (EUR 25 miljun) se tikkontribwixxi għar-ritorn u r-riintegrazzjoni tal-migranti f’pajjiżi sħab immirati ta’ oriġini, ta' tranżitu u ta' destinazzjoni. |
|
5. Żieda ta' ingranaġġ tal-UE rigward ir-ritorn u r-riammissjoni |
|||
Il-ftehim dwar pakkett globali li jappoġġa n-negozjati dwar ir-riammissjoni u prospetti mtejba mibnija fuq il-prinċipju "aktar għal aktar” (fuq medda qasira ta’ żmien) |
Għadu għaddej |
- L-approċċ ġie elaborat u tħaddem mal-Komunikazzjoni tal-Qafas ta' Sħubija. Ingħata ċertu livell ta’ koordinazzjoni ta’ ingranaġġ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, biex jiġu appoġġati negozjati dwar ir-riammissjoni. - Fl-ispettru politiku kollu, l-assistenza finanzjarja tibqa’ l-istrument ewlieni; Oqsma oħra ta’ politika (il-kummerċ, il-politika dwar il-viżi, il-politika tal-viċinat, l-enerġija, il-klima, l-ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, l-agrikultura, il-politika diġitali, u l-edukazzjoni) għad iridu joffru sorsi ta’ ingranaġġ. Dettalji dwar ir-rapporti ta’ Qafas ta’ Sħubija 6 |
|
Il-prijoritizzazzjoni tar-ritorn u tar-riammissjoni u li din tiġi indirizzata fil-kuntatti kollha ma’ pajjiżi terzi prijoritarji (fuq medda qasira ta’ żmien) –biex jaderixxu messaġġ ċar lill-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu tal-migranti irregolari dwar il-ħtieġa li jikkooperaw mar-riammissjoni |
Għadha għaddejja |
- Messaġġi dwar il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari / it-titjib fil-kooperazzjoni dwar ir-ritorn / riammissjoni huma nklużi fil-kuntatti ma’ pajjiżi terzi rilevanti. - Koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-konsistenza fid-djalogu ma’ pajjiżi terzi trid tkompli titjib iktar. |
|
L-iżvilupp ta’ pakketti mfassla apposta u speċifiċi abbażi tal-pajjiż (nofs it-terminu) –biex jiġu megħjuna l-pajjiżi msieħba sabiex jwettqu, fil-prattika, l-obbligi ta’ riammissjoni u jappoġġaw in-negozjati |
Għadu għaddej |
Il-pakketti mfassla skont il-pajjiż ġew iddiżinjati u użati bħala bażi għal diskussjonijiet ma’ pajjiżi terzi, inkluż proġetti u għodod immirati lejn it-titjib tal-kapaċità biex tiġi ġestjonata r-riammissjoni. |