IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 6.3.2017
COM(2017) 112 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
DWAR L-APPLIKAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI TAD-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 95/50/KE DWAR PROĊEDURI UNIFORMI GĦAL VERIFIKI FUQ IT-TRASPORT TA’ MERKANZIJA PERIKOLUŻA BIT-TRIQ
WERREJ
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL DWAR L-APPLIKAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI TAD-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 95/50/KE DWAR PROĊEDURI UNIFORMI GĦAL VERIFIKI FUQ IT-TRASPORT TA’ MERKANZIJA PERIKOLUŻA BIT-TRIQ
1.
Introduzzjoni
3
2.
Leġiżlazzjoni relatata tal-UE
3
3.
Applikazzjoni tad-Direttiva 95/50/KE
4
4.
Rapporti mill-Istati Membri tal-UE u min-Norveġja
4
5.
Rakkomandazzjoni dwar ir-rappurtar ta’ verifiki li jikkonċernaw it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq
5
6.
Kalkolu tad-dejta
5
7.
Evoluzzjoni tal-verifiki u r-riżultati tagħhom
5
8.
Tqabbil tad-dejta
6
8.1.
Frekwenza tal-verifiki
6
8.2.
Tqassim tal-verifiki skont il-post tal-oriġini
7
8.3.
Proporzjon tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi
7
8.4.
Tqassim tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi skont il-post tal-oriġini
7
8.5.
Frekwenza tal-immobilizzazzjoni tal-unitajiet ta’ trasport
7
8.6.
Tqassim skont il-kategoriji ta’ riskju……………….
7
8.7.
Tipi ta’ penali
8
9.
Konklużjoni
8
1. Introduzzjoni
Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq ġiet adottata fis-6 ta’ Ottubru 1995
u l-Istati Membri kellhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi magħha sal-1 ta’ Jannar 1997.
Id-Direttiva 95/50/KE tipprevedi li kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva għal kull sena kalendarja u sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara t-tmiem ta’ dik is-sena
. Id-Direttiva tipprevedi wkoll li mill-inqas kull tliet snin il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva mill-Istati Membri lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
.
Ir-rapport mill-Kummissjoni huwa bbażat fuq ir-rapporti annwali li jaslu mingħand l-Istati Membri. Dan huwa s-sitt rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE fl-Istati Membri u jkopri s-snin bejn l-2012 u l-2014. L-ewwel rapport
kien ikopri s-snin bejn l-1997 u l-1998, it-tieni rapport
is-snin bejn l-1999 u l-2002, it-tielet rapport
is-snin bejn l-2003 u l-2005, ir-raba’ rapport
is-snin bejn l-2006 u l-2007 u l-ħames rapport is-snin bejn l-2008 u l-2011.
Il-kundizzjonijiet għat-trasport sikur ta’ merkanzija perikoluża bit-triq mhumiex definiti fid-Direttiva 95/50/KE iżda jinsabu fil-leġiżlazzjoni relatata tal-UE, kif deskritt hawn taħt.
2. Leġiżlazzjoni relatata tal-UE
Sat-30 ta’ Ġunju 2009 kienet tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta’ Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq
, kif emendata
. L-Annessi tad-Direttiva 94/55/KE kienu identiċi, f’termini tal-kontenut tagħhom, għall-Annessi tal-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq - ADR
.
Mill-1 ta’ Lulju 2009, id-Direttiva 94/55/KE ġiet imħassra u sostitwita bid-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi
, kif emendata
. Id-Direttiva 2008/68/KE tkompli l-approċċ tad-Direttiva 94/55/KE fl-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tekniċi u amministrattivi identiċi għal dawk annessi mal-ADR għat-trasport kollu fuq it-territorju tal-UE.
3. Applikazzjoni tad-Direttiva 95/50/KE
Wara li ġiet adottata d-Direttiva 94/55/KE u biex ikompli jitjieb il-livell tas-sikurezza fit-trasport ta’ merkanzija perikoluża, fis-6 ta’ Ottubru 1995 il-Kunsill adotta d-Direttiva 95/50/KE dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq. Din id-Direttiva tinkludi lista armonizzata ta’ verifiki li trid tintuża mill-Istati Membri għal dawn il-verifiki u l-linji gwida għall-klassifikazzjoni tal-ksur. Fl-2004 l-Annessi tad-Direttiva ġew emendati
u mill-2005 s-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-ksur ġiet modifikata biex tinkludi tliet kategoriji ta’ riskju.
Dawn il-verifiki uniformi jikkonċernaw l-operazzjonijiet kollha tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq fit-territorju ta’ Stat Membru jew li tiddaħħal f’dak it-territorju minn pajjiżi terzi, irrispettivament mill-pajjiż ta’ reġistrazzjoni tal-unità ta’ trasport. Id-Direttiva għandha l-għan li tiżgura li proporzjon rappreżentattiv ta’ kunsinni ta’ merkanzija perikoluża trasportata bit-triq jiġi vverifikat b’mod każwali, filwaqt li fl-istess ħin jiġi kopert porzjon estensiv tan-netwerk tat-toroq.
Bħala miżura preventiva, jew wara li jkun ġie rreġistrat ksur mal-ġenb tat-triq li jipperikola s-sikurezza, jistgħu jitwettqu verifiki wkoll fil-bini tal-impriżi. Madankollu, fid-Direttiva 95/50/KE ma hemm l-ebda rekwiżit ta’ rappurtar dwar dawn il-verifiki.
4. Rapporti mill-Istati Membri tal-UE u min-Norveġja
Meta jagħmlu r-rapporti tagħhom, l-Istati Membri jintalbu jużaw il-kategoriji ta’ riskju fl-Anness II tad-Direttiva 95/50/KE u jippreżentaw ir-rapport skont l-Anness III tad-Direttiva. In-Norveġja ppreżentat ir-rapporti annwali tagħha u talbet sabiex tiġi inkluża fir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Il-Kroazja ssieħbet mal-UE fl-1 ta’ Lulju 2013, iżda bdiet tirrapporta l-verifiki tagħha fl-2012. Ħafna mill-Istati Membri u n-Norveġja fil-biċċa l-kbira ppreżentaw ir-rapporti tagħhom fil-ħin. Uħud mir-rapporti nazzjonali ġew affettwati minn dewmien minħabba l-proċeduri amministrattivi għall-ġbir, l-analiżi u t-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-Kummissjoni, b’mod partikolari meta dawn il-proċeduri jinvolvu awtoritajiet pubbliċi differenti. Għalkemm fl-2012 is-sitwazzjoni kienet tjiebet b’mod temporanju meta mqabbel mal-passat, fis-snin ta’ wara ma ġiex osservat l-istess ritmu, u għalhekk il-Kummissjoni kellha terġa’ ttenni t-talba tagħha lill-Istati Membri u tistedinhom sabiex itejbu l-format u l-konsistenza tad-dejta li għandha tiġi pprovduta fil-futur.
Il-Kummissjoni rċeviet rapporti mill-Istati Membri kollha għall-perjodu kollu iżda, minkejja t-titjib kbir, mhux l-informazzjoni kollha waslet fil-format korrett, peress li xi pajjiżi baqgħu jibagħtu rapporti separati skont il-kompetenzi differenti fil-livell nazzjonali. Barra minn hekk, uħud minnhom ma kinux kompluti jew imtlew ħażin, u dan wassal għal diskrepanzi u għal riżultati li mhumiex rilevanti fit-tabelli ppreżentati f’dan ir-rapport, fejn dawn huma indikati bis-sinjal “# N/A” (“mhux disponibbli”). Is-sommarju tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri huwa ppreżentat fl-Annessi ta’ dan ir-rapport.
Fl-analiżi tal-evoluzzjoni fil-Kapitolu 7, għandu jiġi nnutat li għas-sena 2013, l-indikatur għan-nuqqas ta’ konformità fid-Danimarka huwa baxx minħabba interpretazzjoni ħażina tal-għadd ta’ unitajiet ta’ trasport mhux konformi mad-dispożizzjonijiet. Din l-interpretazzjoni ħażina ġiet rettifikata fir-rapport tal-2014.
Diversi Stati Membri bagħtu rapporti li fihom it-total ta’ ksur huwa differenti mill-għadd ta’ unitajiet ta’ trasport li mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet. Dan ma għandux ikun il-każ peress li għal kull unità ta’ trasport għandha tiġi rrappurtata biss il-kategorija ta’ ksur l-aktar serja.
5. Rakkomandazzjoni dwar ir-rappurtar ta’ verifiki li jikkonċernaw it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq
Ir-rapporti preċedenti tal-Kummissjoni indikaw ċerti inkonsistenzi sistematiċi fir-rapporti statistiċi tal-Istati Membri. Peress li r-rappurtar uniformi mill-Istati Membri huwa kruċjali għall-kwalità, il-komparabilità u l-affidabilità tar-rapporti tal-Kummissjoni, fl-2011 il-Kummissjoni adottat rakkomandazzjoni
li tfittex li ttejjeb il-kwalità ta’ dawn ir-rapporti.
Wara l-pubblikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni, ir-rapporti tjiebu b’mod sostanzjali u ġew innutati biss xi inkonsistenzi okkażjonali u żgħar.
Uħud minn dawn l-inkonsistenzi, li għandhom it-tendenza li jonqsu, huma relatati mal-għadd ta’ ksur skont il-kategorija ta’ riskju
. Il-paragrafu 1.4 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni jenfasizza li l-ksur l-aktar serju biss għandu jiġi rrappurtat anke jekk jinstabu diversi ksur. Għalhekk, it-total ta’ ksur skont il-kategorija ta’ riskju għandu jkun daqs l-għadd ta’ unitajiet ta’ trasport mhux konformi mad-dispożizzjonijiet.
Jidher li dan il-prinċipju għad mhuwiex applikat b’mod korrett fl-Istati Membri kollha peress li għad qed jiġi rrappurtat diversi ksur għal kull unità ta’ trasport.
Kwistjoni ewlenija oħra indirizzata permezz tar-Rakkomandazzjoni kienet il-kunċett tal-penali imposti meta jiġi identifikat ksur matul xi verifika mal-ġenb tat-triq. Minħabba d-differenzi fl-arranġamenti legali u amministrattivi xi Stati Membri ma setgħux isegwu l-eżitu tal-proċess ġuridiku wara verifiki li fihom ġie identifikat ksur suspettat. Ir-Rakkomandazzjoni pproponiet kompromess komuni li jista’ jintuża fl-Istati Membri kollha, jiġifieri r-reġistrazzjoni tad-deċiżjoni meħuda mill-uffiċjal ta’ infurzar wara l-verifika fuq il-post. Madankollu, għad hemm Stati Membri li ma jistgħux jirrappurtaw din id-dejta (jiġifieri Franza u Malta).
6. Kalkolu tad-dejta
L-Istati Membri huma mitluba li jipprovdu, jekk ikun possibbli, l-istima tagħhom tal-ammont ta’ trasport annwali ta’ merkanzija perikoluża f’tunnellati jew f’tunnellati-kilometri li twettaq fit-territorju tagħhom. Bejn l-2012 u l-2014, kien hemm 15-il Stat Membru li pprovdew stima.
Sabiex ikun jista’ jsir tqabbil oġġettiv bejn l-Istati Membri, il-volum tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża huwa bbażat fuq l-informazzjoni fil-bażi tad-dejta tal-Eurostat
. Din l-informazzjoni tintuża biex tingħata stima tal-frekwenza tal-verifiki meta mqabbla mal-volum ta’ trasport. Il-Eurostat ma għandu l-ebda statistika dwar Malta, peress li ngħatat deroga fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 70/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar prospetti tal-istatistika rigward it-trasport ta’ merkanzija bit-triq. Il-volum tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża f’Malta huwa stmat abbażi tad-dejta pprovduta mill-awtorità kompetenti Maltija.
L-istatistika mill-Eurostat hija ppreżentata fl-Anness IX ta’ dan ir-rapport.
7. Evoluzzjoni tal-verifiki u r-riżultati tagħhom
L-Anness I jippreżenta l-evoluzzjoni tal-għadd ta’ verifiki mwettqa mill-Istati Membri, il-proporzjon tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi mad-dispożizzjonijiet u l-proporzjon ta’ ksur tal-kategorija ta’ riskju I.
Fl-aħħar tat-tabella hemm irrappurtati l-medji għall-Unjoni Ewropea u l-istatistika min-Norveġja.
Għandu jiġi nnutat li:
- hemm ċertu żbilanċ bejn id-dejta rrappurtata għall-għadd ta’ unitajiet tat-trasport ivverifikati u l-għadd ta’ unitajiet ta’ trasport li huma konformi mal-ADR - pereżempju fl-2014 il-Greċja rrappurtat li vverifikat 521 unità ta’ trasport, u ġie nnutat li kienet biss unità waħda ta’ trasport li kienet tippreżenta ksur tal-kategorija ta’ riskju I u ngħatat multa waħda biss;
- hemm diversi Stati Membri li ma rrappurtaw l-ebda immobilizzazzjoni matul il-perjodu ta’ tliet snin: l-Estonja, Spanja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja u s-Slovakkja. F’każijiet oħra, pereżempju d-Danimarka, Malta u l-Greċja dan ġara biss darba jew darbtejn fil-perjodu ta’ referenza;
- is-sehem ta’ Ċipru tal-kategorija ta’ riskju I huwa nieqes għall-2012 u l-2014 u fil-każ tas-Slovakkja dan jgħodd għall-perjodu kollu tar-rapport.
L-indikatur tas-sehem tal-ksur tal-kategorija ta’ riskju I huwa partikolarment sensittiv għar-rappurtar korrett. Jekk ġie rreġistrat aktar minn ksur wieħed għal kull unità ta’ trasport, is-sehem tal-ksur tal-kategorija I huwa aktar baxx mill-valur korrett.
Uħud mill-Istati Membri rrappurtaw ammont totali ta’ ksur anqas milli kemm kien hemm unitajiet tat-trasport li nstabu li ma kinux konformi. Dan kien il-każ fl-2012 għall-Ungerija, fl-2013 għall-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, l-Ungerija, in-Netherlands, il-Finlandja u r-Renju Unit, fl-2014 għar-Rumanija u r-Renju Unit. Hemm każijiet fejn l-awtoritajiet ta’ infurzar irrappurtaw biss li nstab ksur, iżda ma pprovdew l-ebda informazzjoni addizzjonali dwar il-ksur jew il-penali. Għalkemm dan jirriżulta fi statistika mhux kompleta, ma hemm l-ebda impatt sistematiku fuq l-analiżi. Din il-kwistjoni hija diskussa f’aktar dettall f’§ 8.6.
8. Tqabbil tad-dejta
L-għadd totali ta’ verifiki matul il-perjodu inkluż f’dan ir-rapport ma kienx kostanti fuq bażi annwali. L-għadd ta’ kontrolli kien ivarja kif ġej: 2012: 153,362; 2013: 157,455; 2014: 153,348. Għalkemm fl-2013 tista’ tiġi osservata żieda ta’ 2.6 %, l-2014 kienet ikkaratterizzata minn ritorn lejn il-valuri osservati fl-2012.
It-tendenzi nazzjonali jvarjaw, peress li tmien Stati Membri biss żiedu l-verifiki tagħhom matul il-perjodu. L-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja u r-Rumanija kellhom l-ogħla perċentwali ta’ żieda ta’ verifiki matul il-perjodu ta’ rappurtar, filwaqt li l-Bulgarija, l-Italja, in-Netherlands u l-Iżvezja kellhom l-ogħla tnaqqis.
F’termini ta’ għadd assolut ta’ verifiki fl-UE, fl-2014 il-Ġermanja kellha l-ogħla sehem (32.5 %) segwita mill-Polonja (15.19 %) u l-Awstrija (9.21 %), filwaqt li l-Estonja (0.02 %), Ċipru (0.03 %) u Malta (0.05 %) kellhom l-ishma l-aktar baxxi. Fil-biċċa l-kbira dan l-indikatur huwa relatat mad-daqs tal-Istat Membru, iżda ma kienx hemm bidliet notevoli matul il-perjodu ta’ rappurtar. Fl-2012, is-sehem tal-Ġermanja kien l-ogħla (35.99 %), il-Polonja kienet fit-tieni post (13 %) u l-Awstrija reġgħet kienet fit-tielet post (7.80 %). It-tliet Stati Membri li għamlu l-inqas verifiki kienu l-Estonja u Malta (0.05 %), kif ukoll Ċipru (0.06 %).
8.1 Frekwenza tal-verifiki
L-Anness II jagħti ħarsa ġenerali tal-frekwenza tal-verifiki mal-ġenb tat-toroq fl-Istati Membri għas-snin 2012 u 2014. Il-frekwenza hija kkalkulata bħala l-proporzjon tal-għadd ta’ verifiki għal kull miljun tunnellata-kilometru ta’ merkanzija perikoluża trasportata f’kull Stat Membru.
Fl-2012, il-medja fl-UE kienet ta’ 0.52 verifiki għal kull miljun tunnellata-kilometru; fl-2013 din naqset għal 0.48, li jimplika li kien hemm tnaqqis annwali ta’ 9.6 %, filwaqt li fl-2014 reġgħet lura għal 0.49. Fl-2012 l-ogħla frekwenza ta’ verifiki ġiet irreġistrata fl-Awstrija (12.89 %), l-Ungerija (7 %) u l-Bulgarija (5.84 %). Fl-2013, l-ogħla valuri ġew osservati fl-Awstrija (12.34 %), is-Slovakkja (10.10 %) u l-Iżvezja (6.72 %) u, fl-2014, fl-Awstrija (14.85 %), is-Slovakkja (10.73 %) u l-Ungerija (9.47 %). Fl-2012, il-frekwenza tal-verifiki fl-Awstrija kienet kważi 24.78 darba aktar mill-medja tal-UE, fl-Ungerija kienet 13.46-il darba aktar mill-medja tal-UE u fil-Bulgarija kienet 11.23-il darba aktar mill-medja tal-UE.
8.2 Tqassim tal-verifiki skont il-post tal-oriġini
L-Anness III ta’ dan ir-rapport juri t-tqassim tal-verifiki skont il-post tal-oriġini tal-unità ta’ trasport.
L-indikatur huwa affettwat mhux biss mid-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ta’ infurzar iżda wkoll mill-ġeografija tal-Istat Membru; pereżempju fuq il-gżejjer hemm inqas tranżitu internazzjonali bit-triq. Bejn l-2012 u l-2014, Malta u Ċipru ma vverifikaw l-ebda unità ta’ trasport irreġistrata barra l-UE.
Is-sehem tal-unitajiet ta’ trasport irreġistrati fil-pajjiż tal-verifiki kien ta’ 65 % matul il-perjodu ta’ rappurtar. Mill-2012 sal-2014 is-sehem tal-unitajiet ivverifikati li ġejjin minn pajjiżi oħra tal-UE żdied minn 28 % għal 30 %. Fl-2013 is-sehem tal-verifiki li jikkonċernaw l-unitajiet irreġistrati barra l-UE naqas meta mqabbel mal-2012, minn 5 % għal 4 %, filwaqt li fl-2014 żdied għal 6 %
8.3 Proporzjon tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi
Is-sehem tal-unitajiet ta’ trasport ivverifikati li għandhom mill-inqas ksur wieħed huwa ppreżentat fl-Anness IV.
Il-proporzjon ta’ unitajiet li mhumiex konformi naqas minn 22.12 % fl-2012 għal 19.73 % fl-2014, bi tnaqqis kbir li b’mod partikolari seħħ f’Ċipru, is-Slovenja, il-Polonja, u l-Litwanja. Madankollu, hemm xi Stati Membri fejn dan il-proporzjon żdied – is-Slovakkja, il-Greċja, l-Ungerija u n-Netherlands.
8.4 Tqassim tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi skont il-post tal-oriġini
Il-graffs fl-Anness V juru d-distribuzzjoni tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi mad-dispożizzjonijiet skont il-post tal-oriġini tal-unità ta’ trasport.
Kif ġie nnutat f’§ 8.2 hawn fuq, il-ġeografija tal-Istat Membru taffettwa wkoll lil dan l-indikatur b’mod konsiderevoli.
8.5 Frekwenza tal-immobilizzazzjoni tal-unitajiet ta’ trasport
Il-graff fl-Anness VI turi s-sehem tal-vetturi immobilizzati fost dawk li kienu rrappurtati li kellhom ksur.
It-tendenza oxxillanti msemmija hawn fuq inżammet b’rabta mal-frekwenza tal-immobbilizzazzjoni tal-unitajiet ta’ trasport: fl-2012 il-proporzjon tal-vetturi immobilizzati kienet ta’ 26.16 %, u din żdiedet għal 28.06 % fl-2013 u fl-2014 naqset ftit għal 27.72 %.
Fl-2012, fil-Bulgarija (84.38 %), is-Slovenja (57.89 %) u l-Irlanda (54.84 %) ġew irreġistrati l-ogħla frekwenzi ta’ immobilizzazzjoni. Fin-Norveġja, 71.07 % tal-ksur wassal għall-immobilizzazzjoni fl-2014. L-Estonja, Spanja, l-Italja, Ċipru, Malta u s-Slovakkja ma rrappurtaw l-ebda immobilizzazzjoni bejn l-2012 u l-2014.
8.6 Tqassim skont il-kategoriji ta’ riskju
Il-graffs fl-Anness VII juru d-distribuzzjoni tas-severità tal-ksur. Għandu jiġu rrapportat biss il-ksur tal-ogħla kategorija ta’ riskju li ġie identifikat matul il-verifika.
L-Istati Membri kollha rrappurtaw mill-inqas kategorija waħda ta’ ksur għal kull unità ta’ trasport ivverifikata. Uħud mill-Istati Membri ma rrappurtaw l-ebda dejta għal xi kategoriji. Fl-2012, Ċipru u s-Slovakkja ma rrappurtaw l-ebda ksur skont il-kategoriji ta’ riskju I u II. Barra minn hekk, matul il-perjodu kollu l-Ġreċja ma rrappurtat l-ebda ksur skont il-kategorija ta’ riskju III u l-ebda ksur fil-kategorija ta’ riskju II fl-2014 u l-2013.
Fost il-verifiki mwettqa fl-UE fl-2012, f’42.69 % tal-każijiet li fihom instab xi ksur, l-aktar wieħed serju kien ikklassifikat fil-kategorija ta’ riskju I. Il-ksur tal-kategorija ta’ riskju I jimplika nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar is-sikurezza li joħolqu livell għoli ta’ riskju ta’ mewt, korriment personali serju jew ħsara sinifikanti lill-ambjent. Dan il-ksur jirrikjedi miżuri korrettivi immedjati u xierqa bħall-immobilizzazzjoni tal-vettura.
Il-biċċa l-kbira tal-ksur serju rrappurtat fil-kategorija ta’ riskju II kien jirrappreżenta 33.48 % tal-verifiki li fihom instab xi ksur. Il-kategorija ta’ riskju III tkopri t-23.83 % li jifdal.
8.7 Tipi ta’ penali
Il-graffs fl-Anness VIII juru d-distribuzzjoni tal-penali skont l-Istat Membru.
Qabel il-pubblikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni msemmija f’§ 5 ta’ dan ir-rapport, kien hemm diffikultajiet fundamentali fil-ġbir ta’ din l-informazzjoni. Wara r-Rakkomandazzjoni s-sitwazzjoni tjiebet b’mod drammatiku u fl-2012-2014 kienu Franza u Malta biss li ma rrappurtaw l-ebda statistika dwar il-penalitajiet. Għalkemm fl-2012 is-Slovakkja ma rrappurtat l-ebda penali, hija bdiet tirrapporta din id-dejta fis-snin ta’ wara.
Fl-2014, matul l-ispezzjonijiet imwettqa fl-UE nħarġu 5,066 każ ta’ twissija; f’29,206 każ ġew imposti multi; u 2,963 każ wasslu għal penali oħra, inklużi proċessi ġuridiċi kriminali u amministrattivi. Għalkemm f’termini ġenerali tliet kwarti tal-penalitajiet fl-UE huma multi, hemm varjazzjoni kbira bejn l-Istati Membri.
Fl-2014 kien hemm b’kollox madwar 10.50 % penali anqas mill-2012. Filwaqt li l-għadd ta’ twissijiet naqas bi 18.1 % matul il-perjodu u l-għadd ta’ multi naqas b’10 %, il-penali l-oħra żdiedu b’9.8 %.
9. Konklużjonijiet
Id-Direttiva 95/50/KE ġiet trasposta fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri mill-1 ta’ Jannar 1997. Id-dettalji dwar ir-rappurtar ġew emendati fl-2004 u d-dispożizzjonijiet ta’ rappurtar emendati saru applikabbli fl-14 ta’ Diċembru 2005. Wara ċerti inkonsistenzi sistematiċi fir-rappurtar, fl-2011 il-Kummissjoni ppubblikat Rakkomandazzjoni dwar din il-kwistjoni.
L-Istati Membri kollha jwettqu verifiki fuq il-vetturi li jittrasportaw merkanzija perikoluża u b’mod ġenerali jirrappurtaw dawn il-verifiki b’mod pjuttost preċiż. Madankollu, għad hemm xi inkonsistenzi u l-Kummissjoni qed tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżgura li r-rekwiżiti ta’ rappurtar skont id-Direttiva 95/50/KE jiġu rispettati, u li l-konformità titjieb b’mod progressiv kull sena. B’mod ġenerali jista’ jiġi konkluż li d-Direttiva 95/50/KE tiġi applikata b’mod korrett.
Madankollu, l-aħħar rapporti juru biċ-ċar li d-disponibilità tar-riżorsi għal dawn il-verifiki qed issir aktar limitata. Meta mqabbel mal-perjodu ta’ referenza fir-rapport preċedenti (2008-2011), kull sena kien hemm tnaqqis fl-għadd ta’ verifiki rrappurtati. Billi huwa fl-interess tal-Istati Membri li jidentifikaw u jevitaw kwalunkwe periklu li jista’ jinqala’ fit-trasport ta’ din il-merkanzija, il-Kummissjoni tixtieq tħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki u aktar investiment f’dan il-qasam.
Matul il-perjodu ta’ referenza l-għadd ta’ każijiet ta’ ksur baqa’ relattivament stabbli: fl-2014, verifika minn kull ħamsa tat konferma jew suspett ta’ ksur fit-trasport ta’ merkanzija perikoluża, filwaqt li fl-2012 dan l-ammont naqas għal verifika minn kull 4.5.
Fi 42.69 % tal-każijiet meta ġie identifikat xi ksur dan kien tat-tip l-aktar serju. Konsegwentement, fl-2012 ġew immobilizzati madwar 8,875 vettura.
B’konklużjoni, fl-UE jiġi applikat sett ta’ dispożizzjonijiet komuni għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża. Dawn id-dispożizzjonijiet jintużaw ukoll bl-istess mod f’ħafna pajjiżi barra mill-UE. Madankollu, kważi 32,000 minn madwar 150,000 verifika annwali mal-ġenb tat-triq, jirriżultaw fil-konklużjoni li t-trasport mhuwiex konformi mar-rekwiżiti obbligatorji ta’ sikurezza.
Madankollu, l-għadd kbir ta’ ksur irrappurtat mill-Istati Membri jista’ jkun dovut ukoll għall-politika ta’ verifika speċifika tagħhom, li għandha l-għan li tidentifika u tissanzjona lill-operaturi tat-trasport li għandhom l-agħar prestazzjoni sabiex tiġi massimizzata l-effiċjenza tar-riżorsi skarsi disponibbli. Dan jimplika li l-istatistika ppreżentata mhix kompletament rappreżentattiva tas-suq tal-UE għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża, li fil-prattika huwa ħafna aktar sikur milli jidher mid-dejta rrappurtata.
Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni flimkien mal-awtoritajiet rilevanti bdiet tanalizza l-possibilitajiet li jiġu emendati l-Annessi tad-Direttiva sabiex jitjieb il-mod kif id-dejta dwar il-verifiki u s-sanzjonijiet tiġi rreġistrata u rrappurtata mill-Istati Membri.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 6.3.2017
COM(2017) 112 final
ANNESSI
tar-
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-applikazzjoni mill-Istati Membri tad-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq
Anness I
Evoluzzjoni tal-għadd ta’ verifiki, tan-nuqqas ta’ konformità u tal-ksur tal-kategorija I
Aktar informazzjoni dwar din it-tabella hija pprovduta f’§ 7 tar-rapport.
PAJJIŻ
|
2008
|
2009
|
2010
|
2011
|
2012
|
2013
|
2014
|
BE
|
Nru ta’ Verifiki
|
5178
|
6033
|
5464
|
4188
|
4504
|
4001
|
4095
|
|
% Mhux konformi
|
17.671 %
|
21.76 %
|
22.16 %
|
12.32 %
|
17.94 %
|
19.80 %
|
19.88 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
24.07 %
|
37.49 %
|
37.05 %
|
26.42 %
|
48.51 %
|
42.93 %
|
42.26 %
|
BG
|
Nru ta’ Verifiki
|
28106
|
28455
|
7756
|
6203
|
5424
|
4237
|
3212
|
|
% Mhux konformi
|
0.71 %
|
4.85 %
|
0.81 %
|
1.00 %
|
0.59 %
|
1.06 %
|
0.72 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
34.33 %
|
27.78 %
|
57.41 %
|
55.74 %
|
84.38 %
|
31.11 %
|
30.43 %
|
CZ
|
Nru ta’ Verifiki
|
3977
|
3471
|
2816
|
2491
|
1932
|
1743
|
1640
|
|
% Mhux konformi
|
5.53 %
|
6.60 %
|
11.51 %
|
11.92 %
|
11.39 %
|
10.27 %
|
12.6 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
21.36 %
|
25.33 %
|
17.59 %
|
55.74 %
|
25.00 %
|
21.79 %
|
30.92 %
|
DK
|
Nru ta’ Verifiki
|
755
|
721
|
604
|
646
|
531
|
323
|
675
|
|
% Mhux konformi
|
58.15 %
|
61.44 %
|
57.12 %
|
58.98 %
|
50.28 %
|
0.31 %
|
34.67 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
38.27 %
|
35.21 %
|
38.26 %
|
35.43 %
|
35.58 %
|
83.00 %
|
71.79 %
|
DE
|
Nru ta’ Verifiki
|
79664
|
62085
|
67356
|
58270
|
55195
|
55344
|
49851
|
|
% Mhux konformi
|
22.69 %
|
23.64 %
|
21.69 %
|
27.02 %
|
25.52 %
|
24.44 %
|
26.23 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
48.14 %
|
45.23 %
|
49.96 %
|
49.55 %
|
47.65 %
|
48.65 %
|
50.97 %
|
EE
|
Nru ta’ Verifiki
|
117
|
152
|
154
|
44
|
73
|
14
|
34
|
|
% Mhux konformi
|
46.15 %
|
39.47 %
|
50.00 %
|
25.00 %
|
17.81 %
|
42.86 %
|
50.00 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
25.93 %
|
30.00 %
|
25.97 %
|
45.45 %
|
53.85 %
|
66.67 %
|
76.47 %
|
IE
|
Nru ta’ Verifiki
|
783
|
892
|
751
|
674
|
437
|
370
|
296
|
|
% Mhux konformi
|
38.19 %
|
28.36 %
|
26.23 %
|
24.93 %
|
21.28 %
|
25.68 %
|
23.31 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
13.71 %
|
25.20 %
|
33.33 %
|
12.64 %
|
35.48 %
|
23.16 %
|
37.68 %
|
EL
|
Nru ta’ Verifiki
|
1202
|
413
|
1094
|
650
|
757
|
596
|
437
|
|
% Mhux konformi
|
3.83 %
|
10.65 %
|
3.93 %
|
5.54 %
|
0.53 %
|
0.17 %
|
0.23 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
69.57 %
|
61.36 %
|
55.81 %
|
30.56 %
|
75.00 %
|
100.00 %
|
100.00 %
|
ES
|
Nru ta’ Verifiki
|
42771
|
40782
|
36004
|
19707
|
9480
|
10382
|
9635
|
|
% Mhux konformi
|
0.27 %
|
10.63 %
|
11.44 %
|
29.60 %
|
67.90 %
|
56.88 %
|
49.77 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
63.64 %
|
65.28 %
|
64.82 %
|
75.63 %
|
67.07 %
|
58.54 %
|
46.24 %
|
FR
|
Nru ta’ Verifiki
|
6572
|
5788
|
6178
|
6930
|
7546
|
7345
|
7746
|
|
% Mhux konformi
|
21.67 %
|
16.48 %
|
16.48 %
|
14.68 %
|
13.86 %
|
13.41 %
|
13.16 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
24.30 %
|
25.05 %
|
29.08 %
|
28.32 %
|
28.30 %
|
27.31 %
|
26.50 %
|
|
Nru ta’ Verifiki
|
Mhux disponibbli
|
Mhux disponibbli
|
Mhux disponibbli
|
Mhux disponibbli
|
243
|
394
|
484
|
HR
|
% Mhux konformi
|
Mhux disponibbli
|
Mhux disponibbli
|
Mhux disponibbli
|
Mhux disponibbli
|
22.22 %
|
13.96 %
|
20.87 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
Mhux disponibbli
|
Mhux disponibbli
|
Mhux disponibbli
|
Mhux disponibbli
|
12.96 %
|
16.36 %
|
16.83 %
|
IT
|
Nru ta’ Verifiki
|
4960
|
5180
|
6253
|
6260
|
6235
|
4789
|
3120
|
|
% Mhux konformi
|
16.73 %
|
16.16 %
|
13.58 %
|
11.04 %
|
5.21 %
|
4.34 %
|
5.00 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
17.33 %
|
15.85 %
|
14.65 %
|
14.18 %
|
26.77 %
|
25.96 %
|
29.49 %
|
CY
|
Nru ta’ Verifiki
|
224
|
232
|
168
|
188
|
88
|
80
|
42
|
|
% Mhux konformi
|
1.34 %
|
1.72 %
|
1.19 %
|
1.60 %
|
2.27 %
|
22.50 %
|
28.57 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
0.00 %
|
0.00 %
|
0.00 %
|
0.00 %
|
0.00 %
|
5.56 %
|
0.00 %
|
LV
|
Nru ta’ Verifiki
|
1230
|
996
|
703
|
89
|
197
|
182
|
259
|
|
% Mhux konformi
|
7.15 %
|
10.14 %
|
8.25 %
|
15.73 %
|
19.29 %
|
20.88 %
|
10.81 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
56.82 %
|
59.41 %
|
55.17 %
|
78.57 %
|
60.53 %
|
63.16 %
|
53.57 %
|
LT
|
Nru ta’ Verifiki
|
529
|
487
|
491
|
560
|
531
|
577
|
610
|
|
% Mhux konformi
|
17.01 %
|
18.07 %
|
21.59 %
|
6.07 %
|
9.60 %
|
13.00 %
|
13.61 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
6.67 %
|
15.91 %
|
16.04 %
|
7.41 %
|
21.57 %
|
10.67 %
|
26.51 %
|
LU
|
Nru ta’ Verifiki
|
210
|
293
|
233
|
341
|
222
|
186
|
98
|
|
% Mhux konformi
|
59.05 %
|
50.51 %
|
48.50 %
|
57.77 %
|
52.25 %
|
37.10 %
|
46.94 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
44.35 %
|
6.08 %
|
5.31 %
|
0.00 %
|
3.45 %
|
2.90 %
|
4.35 %
|
HU
|
Nru ta’ Verifiki
|
27225
|
15613
|
4158
|
1589
|
6184
|
6588
|
9692
|
|
% Mhux konformi
|
3.49 %
|
5.72 %
|
3.42 %
|
4.85 %
|
22.93 %
|
6.27 %
|
3.96 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
30.77 %
|
29.56 %
|
34.18 %
|
17.74 %
|
4.51 %
|
32.20 %
|
42.45 %
|
MT
|
Nru ta’ Verifiki
|
81
|
76
|
79
|
78
|
77
|
78
|
72
|
|
% Mhux konformi
|
54.32 %
|
67.11 %
|
63.29 %
|
69.23 %
|
63.64 %
|
51.28 %
|
81.94 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
25.00 %
|
21.57 %
|
42.00 %
|
24.07 %
|
12.24 %
|
15.00 %
|
38.98 %
|
NL
|
Nru ta’ Verifiki
|
4820
|
5717
|
4068
|
5480
|
4023
|
3451
|
2956
|
|
% Mhux konformi
|
17.45 %
|
10.02 %
|
28.61 %
|
30.99 %
|
30.75 %
|
30.48 %
|
14.14 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
60.57 %
|
55.79 %
|
59.39 %
|
53.86 %
|
97.49 %
|
132.41 %
|
353.11 %
|
AT
|
Nru ta’ Verifiki
|
6883
|
9824
|
10220
|
11300
|
11966
|
11676
|
13851
|
|
% Mhux konformi
|
35.70 %
|
30.99 %
|
28.72 %
|
32.50 %
|
30.32 %
|
30.44 %
|
27.10 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
23.40 %
|
20.70 %
|
21.87 %
|
20.40 %
|
19.38 %
|
17.45 %
|
16.49 %
|
PL
|
Nru ta’ Verifiki
|
14438
|
19537
|
20324
|
16363
|
19940
|
23607
|
22838
|
|
% Mhux konformi
|
7.60 %
|
6.68 %
|
5.32 %
|
6.17 %
|
3.08 %
|
3.81 %
|
4.22 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
14.65 %
|
19.03 %
|
23.39 %
|
27.68 %
|
36.59 %
|
36.89 %
|
35.41 %
|
PT
|
Nru ta’ Verifiki
|
425
|
566
|
1065
|
601
|
657
|
834
|
633
|
|
% Mhux konformi
|
58.35 %
|
33.75 %
|
29.67 %
|
40.72 %
|
29.68 %
|
27.82 %
|
44.39 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
50.81 %
|
41.88 %
|
41.14 %
|
41.11 %
|
49.74 %
|
61.64 %
|
45.20 %
|
RO
|
Nru ta’ Verifiki
|
5257
|
5969
|
7352
|
11525
|
2417
|
4528
|
5516
|
|
% Mhux konformi
|
4.13 %
|
2.31 %
|
3.99 %
|
3.64 %
|
4.43 %
|
5.96 %
|
4.82 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
32.82 %
|
25.16 %
|
29.69 %
|
29.36 %
|
16.82 %
|
23.70 %
|
27.44 %
|
SI
|
Nru ta’ Verifiki
|
291
|
315
|
253
|
601
|
1548
|
1878
|
1494
|
|
% Mhux konformi
|
48.11 %
|
46.03 %
|
39.53 %
|
5.99 %
|
2.45 %
|
2.29 %
|
3.48 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
28.57 %
|
38.62 %
|
36.00 %
|
38.89 %
|
57.89 %
|
46.51 %
|
46.15 %
|
SK
|
Nru ta’ Verifiki
|
351
|
572
|
561
|
194
|
217
|
2302
|
3531
|
|
% Mhux konformi
|
2.28 %
|
12.41 %
|
16.40 %
|
0.52 %
|
1.38 %
|
0.13 %
|
0.08 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
75.00 %
|
4.23 %
|
4.35 %
|
0.00 %
|
0.00 %
|
0.00 %
|
0.00 %
|
FI
|
Nru ta’ Verifiki
|
3353
|
3589
|
3273
|
3100
|
3073
|
2302
|
2434
|
|
% Mhux konformi
|
41.10 %
|
34.35 %
|
32.26 %
|
30.03 %
|
27.43 %
|
27.15 %
|
25.43 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
12.48 %
|
12.09 %
|
10.21 %
|
11.08 %
|
12.22 %
|
17.44 %
|
17.61 %
|
SE
|
Nru ta’ Verifiki
|
4049
|
3733
|
4076
|
4929
|
6903
|
7147
|
5332
|
|
% Mhux konformi
|
20.87 %
|
16.98 %
|
18.84 %
|
20.15 %
|
15.89 %
|
15.49 %
|
21.85 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
21.42 %
|
19.24 %
|
22.01 %
|
17.15 %
|
19.78 %
|
17.89 %
|
23.78 %
|
UK
|
Nru ta’ Verifiki
|
9181
|
7251
|
8427
|
4277
|
2962
|
3217
|
2765
|
|
% Mhux konformi
|
36.99 %
|
41.26 %
|
22.99 %
|
38.23 %
|
37.31 %
|
25.46 %
|
58.34 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
29.68 %
|
17.88 %
|
19.05 %
|
16.64 %
|
22.35 %
|
20.51 %
|
11.41 %
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
UE
|
Nru ta’ Verifiki
|
252632
|
228742
|
199881
|
167340
|
153362
|
157455
|
150348
|
|
% Mhux konformi
|
13.67 %
|
15.80 %
|
16.54 %
|
21.39 %
|
22.12 %
|
20.08 %
|
20.80 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
40.29 %
|
37.16 %
|
42.10 %
|
44.04 %
|
44.15 %
|
45.00 %
|
42.65 %
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
NO
|
Nru ta’ Verifiki
|
712
|
767
|
515
|
617
|
563
|
755
|
793
|
|
% Mhux konformi
|
25.70 %
|
22.16 %
|
20.97 %
|
25.12 %
|
25.75 %
|
34.70 %
|
35.31 %
|
|
% Riskju tal-Kategorija I
|
19.13 %
|
17.65 %
|
29.63 %
|
31.21 %
|
26.90 %
|
25.19 %
|
25.00 %
|
Anness II
Frekwenza tal-verifiki għal kull miljun tunnellata-kilometru
Aktar informazzjoni dwar dawn il-graffs hija pprovduta f’§ 8.1 tar-rapport.
Anness III - Tqassim tal-verifiki skont il-post tal-oriġini
Aktar informazzjoni dwar dawn il-graffs hija pprovduta f’§ 8.2 tar-rapport.
|
Nazzjonali
|
|
UE
|
|
Mhux tal-UE
|
Anness IV
Proporzjon tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi mad-dispożizzjonijiet
Aktar informazzjoni dwar dawn il-graffs hija pprovduta f’§ 8.3 tar-rapport.
Anness V - Tqassim tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi mad-dispożizzjonijiet skont il-post tal-oriġini
Aktar informazzjoni dwar dawn il-graffs hija pprovduta f’§ 8.4 tar-rapport.
|
Nazzjonali
|
|
UE
|
|
Mhux tal-UE
|
Anness VI
Frekwenza tal-immobbilizzazzjoni tal-unitajiet ta’ trasport mhux konformi mad-dispożizzjonijiet
Aktar informazzjoni dwar dawn il-graffs hija pprovduta f’§ 8.5 tar-rapport.
Anness VII
Tqassim skont il-kategoriji ta’ riskju
Aktar informazzjoni dwar dawn il-graffs hija pprovduta f’§ 8.6 tar-rapport.
Anness VIII - Tqassim għal kull tip ta’ penali
Aktar informazzjoni dwar dawn il-graffs hija pprovduta f’§ 8.7 tar-rapport.
Anness IX
Trasport annwali tal-merkanzija perikoluża bit-triq f’miljun tunnellata-kilometru
Aktar informazzjoni dwar din it-tabella hija pprovduta f’§ 6 tar-rapport.
|
2009
|
2010
|
2011
|
2012
|
2013
|
2014
|
UE-28
|
:
|
:
|
81,024
|
80,803
|
73,945
|
75,024
|
UE-27
|
77,688
|
78,625
|
80,491
|
80,292
|
73,462
|
74,523
|
BE
|
1,832
|
1,853
|
1,973
|
1,985
|
2,124
|
1,694
|
BG
|
735
|
347
|
665
|
928
|
958
|
684
|
CZ
|
1,050
|
1,669
|
1,787
|
1,393
|
1,281
|
1,567
|
DK
|
1,015
|
772
|
730
|
767
|
760
|
690
|
DE
|
12,961
|
12,853
|
13,028
|
12,773
|
12,958
|
12,912
|
EE
|
82
|
171
|
189
|
133
|
163
|
172
|
IE
|
530
|
379
|
419
|
443
|
476
|
355
|
EL
|
3,283
|
2,708
|
1,989
|
2,268
|
1,169
|
1,010
|
ES
|
11,253
|
11,643
|
11,908
|
11,833
|
10,626
|
11,718
|
FR
|
7,755
|
7,325
|
7,785
|
8,900
|
8,158
|
7,976
|
HR
|
493
|
481
|
533
|
511
|
483
|
501
|
IT
|
11,270
|
11,342
|
9,556
|
8,313
|
8,037
|
7,358
|
CY
|
169
|
184
|
194
|
167
|
181
|
147
|
LV
|
215
|
114
|
234
|
219
|
213
|
227
|
LT
|
308
|
283
|
324
|
392
|
386
|
534
|
LU
|
359
|
413
|
482
|
581
|
700
|
839
|
HU
|
1,241
|
1,049
|
1,032
|
883
|
997
|
1,023
|
MT (1)
|
:
|
:
|
:
|
:
|
:
|
:
|
NL
|
2,408
|
3,432
|
2,749
|
2,232
|
1,342
|
957
|
AT
|
1,082
|
1,083
|
1,144
|
928
|
946
|
933
|
PL
|
5,697
|
5,880
|
6,848
|
6,801
|
7,024
|
8,778
|
PT
|
1,480
|
938
|
1,143
|
715
|
973
|
946
|
RO
|
2,250
|
1,369
|
1,182
|
1,453
|
1,704
|
1,664
|
SI
|
668
|
607
|
842
|
637
|
552
|
724
|
SK
|
278
|
498
|
361
|
289
|
228
|
329
|
FI
|
1,640
|
2,169
|
1,535
|
1,357
|
1,426
|
1,423
|
SE
|
1,162
|
1,387
|
1,304
|
1,251
|
1,064
|
1,283
|
UK
|
6,965
|
8,157
|
11,087
|
12,653
|
9,017
|
8,583
|
NO
|
976
|
1,321
|
778
|
1,319
|
1,141
|
1,029
|
CH
|
848
|
794
|
506
|
833
|
749
|
812
|
(1) Malta: Deroga skont ir-Regolament (UE) Nru 70/2012
Sors: Eurostat (online data code: road_go_ta_dg)