13.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 247/43 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Proposta għal Fond Ewropew għad-Difiża
(2018/C 247/08)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI
Emenda 1
Żid konsiderazzjoni ġdida wara l-aħħar konsiderazzjoni:
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
Wara li kkunsidra l-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti fis-Sigurtà u d-Difiża (PESCO) maqbula minn 23 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fit-13 ta’ Novembru 2017, kif deskritt fit-Trattat tal-UE, fl-Artikoli 42 (6) u 46, kif ukoll fil-Protokoll 10 tal-istess Trattat; |
Emenda 2
Premessa 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Emenda 3
Premessa 3
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Emenda 4
Premessa 4
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Evidenti.
Emenda 5
Premessa 5
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Mhux applikabbli
Emenda 6
Premessa 10
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Emenda 7
Premessa 13
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Emenda 8
Premessa 21
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Emenda 9
Premessa ġdida wara Premessa 25
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
Emenda 10
Artikolu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
||||
L-għanijiet |
L-għanijiet |
||||
Il-Programm għandu ikollu dawn l-għanijiet: |
Il-Programm għandu ikollu dawn l-għanijiet: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Il-programm għandu jkun inklużiv u miftuħ għal benefiċjarji minn kull Stat Membru, li jkisser is-sajlos ġeografiċi. Sabiex jimplimentaw l-obbligazzjonijiet fil-kontroll u d-difiża tal-fruntieri esterni tal-UE, l-Istati Membri rispettivi għandu jkollhom il-possibbiltà li jiżviluppaw speċjalizzazzjonijiet intelliġenti fil-kuntest tal-industrija tad-difiża.
Emenda 11
Artikolu 3
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Il-baġit |
Il-baġit |
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2019-2020 hu stabbilit għal EUR 500 miljun bil-prezzijiet attwali. |
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2019-2020 hu stabbilit għal EUR 500 miljun bil-prezzijiet attwali , li għandhom jittieħdu esklużivament minn marġnijiet mhux allokati u mhux minn riallokazzjonijiet baġitarji . |
Raġuni
Ma jistax jiġi immaġinat li l-baġit allokat għal dan il-programm, li ma kienx previst fil-mument tal-istabbiliment tal-qafas finanzjarju pluriennali, jittieħed minn mezzi li kienu diġà allokati għall-programmi attwali tal-UE.
Emenda 12
Artikolu 4(1)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||
Id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-finanzjament |
Id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-finanzjament |
||||||
L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni tista’ tingħata bit-tipi ta’ finanzjament previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u b’mod partikolari:
|
L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni tista’ tingħata bit-tipi ta’ finanzjament previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, b’mod partikolari għotjiet, u possibbilment ukoll permezz ta’ strumenti finanzjarji, u akkwist pubbliku. Tista’ tingħata għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għal assistenza teknika għall-iżvilupp ta’ proġetti mill-SMEs. |
Emenda 13
Artikolu 7(1)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
L-entitajiet eliġibbli |
L-entitajiet eliġibbli |
Il-benefiċjarji għandhom ikunu impriżi stabbiliti fl-Unjoni, fejn Stati Membri u/jew iċ-ċittadini ta’ Stati Membri jkollhom sjieda ta’ fuq aktar minn 50 % tal-impriża u effettivament jikkontrollawha skont it-tifsira tal-Artikolu 6(3), direttament jew indirettament b’impriża intermedja waħda jew aktar. Barra minn hekk, l-infrastrutturi, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi użati mill-parteċipanti, inkluż mis-subkuntratturi u minn partijiet terzi oħra, f’azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm għandhom ikunu fit-territorju tal-Unjoni matul il-perjodu kollu tal-azzjoni. |
Il-benefiċjarji li jissodisfaw il-kriterji għal kooperazzjoni transkonfinali, u s-subkuntratturi tagħhom għandhom ikunu impriżi stabbiliti fl-Unjoni, fejn Stati Membri u/jew iċ-ċittadini ta’ Stati Membri jkollhom sjieda ta’ fuq aktar minn 50 % tal-impriża u effettivament jikkontrollawha skont it-tifsira tal-Artikolu 6(3), direttament jew indirettament b’impriża intermedja waħda jew aktar. Barra minn hekk, l-infrastrutturi, il-faċilitajiet, l-assi u r-riżorsi użati mill-parteċipanti, inkluż mis-subkuntratturi u minn partijiet terzi oħra, f’azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm għandhom ikunu fit-territorju tal-Unjoni matul il-perjodu kollu tal-azzjoni. |
Emenda 14
Artikolu 10
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
Il-kriterji tal-għoti |
Il-kriterji tal-għoti |
||||
L-azzjonijiet proposti għall-finanzjament mill-Programm għandhom jiġu evalwati abbażi ta’ dawn il-kriterji kumulattivi: |
L-azzjonijiet proposti għall-finanzjament mill-Programm għandhom jiġu evalwati abbażi ta’ dawn il-kriterji kumulattivi: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
L-azzjonijiet eliġibbli għall-finanzjament fil-qafas tal-parti tal-Programm bl-għan li jappoġġjaw ‘l-SMEs u t-tisħiħ tal-kapaċità fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà fir-reġjuni tal-fruntiera tal-UE, għandhom jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Mhux applikabbli
Emenda 15
Artikolu 13(3)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Il-programm ta’ ħidma |
Il-programm ta’ ħidma |
Il-programm ta’ ħidma għandu jiżgura li azzjonijiet li jippermettu l-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs jibbenefikaw minn proporzjon tal-baġit totali. |
Il-programm ta’ ħidma għandu jiżgura li azzjonijiet li jippermettu l-parteċipazzjoni transfruntiera tal-SMEs jibbenefikaw minn tal-anqas 20 % tal-baġit totali. |
Raġuni
Mhux applikabbli
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,
Introduzzjoni
1. |
jinnota li s-sigurtà globali qed tiġi mhedda minn firxa dejjem aktar usa’ ta’ theddid (gwerra, kunflitti armati, terroriżmu, immigrazzjoni illegali, korruzzjoni, populiżmu). Jeżistu problemi speċifiċi tas-sigurtà f’kull pajjiż tal-UE u f’kull reġjun. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) jappoġġa l-proposta għal “Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża” u l-objettivi tiegħu ta’: promozzjoni tal-kompetittività u l-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni, inkluż fil-qasam taċ-ċiberdifiża, l-isfruttar aħjar tar-riżultati mir-riċerka dwar id-difiża, il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni bejn impriżi fl-iżvilupp ta’ prodotti u teknoloġiii tad-difiża, kif ukoll proġetti ta’ kooperazzjoni fit-tul fl-Istati Membri. Jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll l-inizjattiva biex jiġi stabbilit Fond Ewropew għad-Difiża, li tiġbor fiha kemm il-“Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża” kif ukoll l-“Azzjoni preparatorja fuq ir-riċerka dwar id-Difiża”. |
2. |
jassumi li s-sigurtà ta’ kull pajjiż kif ukoll madwar l-UE sserraħ primarjament fuq żewġ pilastri: il-potenzjal ekonomiku, kif ukoll l-unità u l-koeżjoni tas-soċjetà. Sadattant, is-sigurtà ta’ kull Stat Membru individwali hija sinonima mas-sigurtà tal-UE kollha kemm hi. L-UE għandha tkun aktar viġilanti dwar is-sigurtà tagħha u tadotta profil aktar b’saħħtu bħala attur globali influenti favur il-paċi. |
Konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità
3. |
jirrikonoxxi l-Artikolu 173 tat-TFUE bħala l-bażi ġuridika xierqa għall-Programm għax jirrelata mal-kompetittività tal-industrija. |
4. |
jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-programm EDIDP ser tkun ġestita mill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża li topera bħala aġenzija regolatorja responsabbli biss lejn il-Kunsill. Barra minn hekk, mhijiex prattika komuni għal aġenzija regolatorja li timmaniġġja allokazzjonijiet tal-baġit daqshekk kbar. Il-KtR għalhekk jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura l-ogħla livell ta’ trasparenza fit-tħaddim tal-programm EDIDP u tieħdu eżempju dwar il-funzjonament tal-aġenziji eżekuttivi responsabbli lejn il-Parlament Ewropew. |
5. |
jistieden lill-Kummissjoni tisfrutta l-potenzjal tal-Istati Membri tal-UE kollha u mhux tiffoka fuq oqsma speċifiċi. M’għandux jiġi minsi li l-iżvilupp reġjonali huwa rilevanti wkoll għas-sigurtà interna tal-Istati Membri individwali tal-UE u huwa wieħed mill-għanijiet ta’ żvilupp tagħhom; |
6. |
jappella għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ sigurtà u ta’ difiża tar-reġjuni bi fruntieri esterni tal-UE; |
Enfasi fuq il-valur miżjud tal-UE
7. |
jinsisti li l-UE tista’ tilħaq il-paċi, il-libertà, l-ugwaljanza u l-istabbiltà permezz ta’ ħidma mill-qrib mal-gvernijiet tal-Istati Membri, fejn il-valur miżjud Ewropew jinsab fuq l-aġenda. Dan għandu jkun ukoll l-għan tal-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Difiża; |
8. |
jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tuża s-setgħat kollha tagħha biex isssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-Istati Membri tal-UE u biex titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri bil-għan li jiġu żgurati integrazzjoni aktar profonda u gwida ċara dwar id-direzzjoni tal-pjan ta’ appoġġ għall-ippjanar tal-kapaċitajiet ta’ difiża nazzjonali u t-twaqqif ta’ ktajjen ta’ provvista integrati u kompetittivi; |
9. |
jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-bini ta’ ktajjen ta’ provvista kompetittivi u integrati fl-UE jiddependi fuq ir-rieda politika tal-Istati Membri biex jimpenjaw ruħhom għaliha. Il-Fond Ewropew għad-Difiża għandu jfassal u jippromovi azzjonijiet bejn l-Istati Membri fil-qasam ta’ tagħmir u teknoloġiji tad-difiża; |
10. |
jenfasizza l-importanza ta’ ħidma attiva għall-awtonomija strateġika tal-UE u biex tiżdied il-kapaċità ta’ difiża tagħha. Il-kompetittività tal-industrija Ewropea tad-difiża għandha tingħata appoġġ, u għandha tingħata attenzjoni kbira biex jiġi vverifikat jekk l-applikanti joriġinawx effettivament mill-UE. Il-kuntratturi u s-sottokuntratturi prinċipali għandhom ikunu stabbiliti fl-Unjoni Ewropea, u tal-inqas in-nofs tal-impriża għandu jkun jappartjeni lill-Istati Membri jew persuni fiżiċi u legali tal-UE u li huma effettivament ikkontrollati mill-kapital Ewropew. Il-ġestjoni u l-kontroll effettiv ta’ dawn l-impriżi għandu jkun jista’ jiġi lokalizzat fl-Unjoni Ewropea. Barra dan, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura wkoll li l-ebda pajjiż terz ma jkollu kontroll effettiv fuq l-organizzazzjonijiet membri tal-konsorzju; |
11. |
jenfasizza li l-Fond Ewropew għad-Difiża ma jieħux post l-azzjonijiet tal-Istati Membri, iżda jintroduċi proġetti transkonfinali li Stat Membru ma jkunx jista’ jiffinanzja waħdu. Il-Fond Ewropew għad-Difiża, flimkien mal-Istati Membri, in-NATO u investimenti internazzjonali oħrajn – jikkomplementa l-azzjoni mwettqa mill-Istati Membri u jipprovdi valur miżjud Ewropew ċar għall-politika tad-difiża Ewropea; |
L-integrazzjoni tal-SMEs fil-ktajjen tal-provvista tal-industrija tad-difiża Ewropea
12. |
jilqa’ bi pjaċir l-approċċ ta’ “ċiklu tal-ħajja” għal Fond Ewropew għad-Difiża biex jingħata appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ prodotti/teknoloġiji tad-difiża u li għalihom huma previsti żewġ komponenti (twieqi) fil-Fond Ewropew għad-Difiża; |
13. |
jirrakkomanda bil-qawwa li jingħataw punti addizzjonali fl-analiżi tal-applikazzjonijiet għal proġetti ta’ konsorzji magħmulin minn numru kbir ta’ SMEs; |
14. |
jinnota li prijorità importanti għall-iżvilupp taż-żewġ oqsma ta’ Fond Ewropew għad-Difiża huwa mekkaniżmu effettiv għall-ippjanar tal-kapaċitajiet, li jistabbilixxi l-prijoritajiet għar-riċerka u l-ħiliet u jikkordina iż-żewġ oqsma mill-qrib; |
15. |
jemmen li għandu jintuża finanzjament addizzjonali tal-UE biex jappoġġa l-industrija tad-difiża fit-territorju tagħha stess, u jappoġġja d-definizzjoni tal-benefiċjarji kif tintuża mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha; |
16. |
jistieden lill-Istati Membri biex jipparteċipaw b’mod attiv fil-ġestjoni taż-żewġ setturi tal-Fond u biex jiddefinixxu l-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tagħhom; |
17. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-pjani tal-Kummissjoni li tippromovi użu aktar effiċjenti tal-applikazzjonijiet ċivili fil-qasam militari; iqis li għandu jkun hemm investiment f’dawn it-teknoloġiji bħala opportunità eċċellenti biex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku fl-UE u biex jinħolqu impjiegi ta’ kwalità għolja, peress li dan il-qasam għandu rabta trasversali ma’ diversi setturi: l-elettronika, l-ajruspazju, ir-robotika, l-informatika bi prestazzjoni għolja l-ispazju, it-tessuti, il-kostruzzjoni, it-telekomunikazzjoni, is-sorveljanza, l-enerġija, in-navigazzjoni, eċċ.; |
18. |
jirrimarka li l-kumpaniji li jaħdmu b’dawn it-teknoloġiji innovattivi huma fuq kollox l-istart-ups u l-SMEs li, b’appoġġ xieraq, jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-avvanz teknoloġiku fis-settur tad-difiża. Hija pożittiva u importanti d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li l-UE tipprovdi appoġġ speċifiku għall-SMEs f’dan is-settur; |
19. |
jappella għal koordinazzjoni aħjar bejn is-servizzi rilevanti sabiex il-partijiet interessati jiġu informati u jiġu promossi oġġetti u teknoloġiji ġodda b’użu doppju. L-UE għandha tisfrutta dan il-potenzjal enormi f’termini ta’ tkabbir u kompetittività; |
20. |
jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni Ewropea li tiffaċilita l-involviment tal-SMEs fi proġetti transkonfinali, li għandhom jingħataw appoġġ finanzjarju mill-Fond Ewropew tad-Difiża. Huwa importanti li jitfakkar li l-involviment tal-SMEs fil-katina tal-forniment tal-industrija tad-difiża Ewropea għandu jservi biex itejjeb is-sigurtà u d-difiża tal-UE, il-kompetittività u l-awtonomija strateġika. Il-Fond Ewropew għad-Difiża għandu jipprovdi inċentivi biex jintlaħqu dawn l-objettivi; |
21. |
huwa tal-fehma li l-Kummissjoni Ewropea għandha timmobilizza l-istrumenti kollha li għandha sabiex jiġi żgurat li l-SMEs jgawdu minn aċċess ugwali għall-Fond Ewropew għad-Difiża madwar l-UE. Il-progress fl-innovazzjoni ma jistax jitkejjel fuq perjodu ta’ żmien qasir, madankollu jeħtieġ li l-ewwel jinkisbu r-riżultati. Ċertament, l-introduzzjoni ta’ politika tal-innovazzjoni ppjanata tajjeb u koordinata fil-livelli kollha se sservi biex tħeġġeġ lil aktar kumpaniji innovattivi biex jagħmlu investimenti strateġiċi fl-SMEs; |
22. |
jappella lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-miżuri li ġejjin li jistgħu jżidu l-parteċipazzjoni tal-SMEs fi proġetti ta’ difiża:
|
Finanzjament
23. |
jirrimarka li l-grupp tal-BEI huwa msieħeb importanti għall-investimenti f’teknoloġiji b’użu doppju fejn l-SMEs jaqdu rwol importanti fl-oqsma ta’ tagħmir jew teknoloġija militari għal użu ċivili, is-sigurtà ċibernetika, it-tilqim, is-sigurtà bijoloġika, it-telekomunikazzjoni u l-infrastrutturi tal-informazzjoni; |
24. |
jenfasizza li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tad-difiża, is-servizzi bankarji mhumiex kollha adatti biex jappoġġjaw “l-SMEs; jilqa” bi pjaċir l-approċċ proattiv tal-BEI biex jintużaw strumenti oħrajn bħal self, garanziji u ekwità. |
25. |
iqis li l-adozzjoni ta’ Fond Ewropew għad-Difiża m’għandhiex isservi bħala pretest biex jinfluwenza b’xi mod jew jitnaqqsu l-allokazzjonijiet tal-politika ta’ koeżjoni, li għandhom jibqgħu l-għodda ewlenija ta’ investiment pubbliku tal-Unjoni Ewropea, bil-għan li titjieb l-integrazzjoni Ewropea permezz tal-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali. |
Brussell, it-23 ta’ Marzu 2018.
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Karl-Heinz LAMBERTZ
(6) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).