|
8.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 164/62 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw
(2018/C 164/11)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI
Emenda 1
Premessa 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
Fil-livell tal-Unjoni, diversi Direttivi fl-oqsma tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol diġà jindirizzaw uħud mill-kwistjonijiet li huma rilevanti għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, b’mod partikolari d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE (18), id-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE (19) u d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (20). |
Fil-livell tal-Unjoni, diversi Direttivi fl-oqsma tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol diġà jindirizzaw uħud mill-kwistjonijiet li huma rilevanti għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, b’mod partikolari d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE (18), id-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE (19) u d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (20). Barra minn hekk, il-Kunsill iħeġġeġ lill-Istati Membri, u fejn ikun rilevanti lill-Unjoni Ewropea, permezz tal-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020) u d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar il-promozzjoni ta’ bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, biex jieħdu passi sabiex itejbu l-provvista ta’ servizzi ta’ kura tat-tfal li jkunu adegwati, bi prezz raġonevoli u ta’ kwalità għat-tfal taħt l-età obbligatorja tal-iskola, bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stabbiliti fil-Kunsill Ewropew ta’ Barċellona f’Marzu 2002. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/112/UE (21) tisħaq ukoll fuq il-ħtieġa li jittejjeb l-aċċess għal riżorsi suffiċjenti u li jintlaħqu l-miri ta’ Barċellona. |
Raġuni
Ir-referenza għall-objettivi ta’ Barċellona, imsemmija fl-Istrateġija Ewropa 2020, hija importanti fil-kuntest ta’ miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol.
Emenda 2
Premessa 16
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
Biex ikun iffaċilitat ir-ritorn għax-xogħol wara l-liv tal-ġenituri, il-ħaddiema u l-impjegaturi jenħtieġ li jkunu mħeġġa jżommu kuntatt matul il-perjodu tal-liv u jistgħu jagħmlu arranġamenti għal kwalunkwe miżura xierqa ta’ integrazzjoni mill-ġdid, li għandhom jiġu deċiżi bejn il-partijiet ikkonċernati, b’kunsiderazzjoni għal-liġi, għall-ftehimiet kollettiv u għall-prattika nazzjonali. |
Biex ikun iffaċilitat ir-ritorn għax-xogħol wara l-liv tal-ġenituri, il-ħaddiema u l-impjegaturi jenħtieġ li jkunu mħeġġa jżommu kuntatt matul il-perjodu tal-liv , mingħajr preġudizzju, madankollu, għad-dritt tal-ħaddiema li jirrilassaw, u jistgħu jagħmlu arranġamenti għal kwalunkwe miżura xierqa ta’ integrazzjoni mill-ġdid, li għandhom jiġu deċiżi bejn il-partijiet ikkonċernati, b’kunsiderazzjoni għal-liġi, għall-ftehimiet kollettiv u għall-prattika nazzjonali. |
Raġuni
Filwaqt li meta ħaddiem jibqa’ f’kuntatt matul il-perjodu tal-liv ifisser li dan jibqa’ konness mas-suq tax-xogħol, dan il-kuntatt m’għandux ikun obbligu għall-ħaddiem u lanqas jiddeġenera f’forma ta’ teleħidma.
Emenda 3
Premessa ġdida wara l-Premessa 27
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
|
Bl-istess mod, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, li għandhom rwol ċentrali fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki fl-oqsma li ħafna drabi jkollhom fihom kompetenzi kruċjali, bħall-għajnuna lit-tfal (inklużi arranġamenti għall-kura tat-tfal), il-kura lill-anzjani u lill-persuni b’diżabbiltà, l-edukazzjoni, is-servizzi soċjali jew l-impjiegikif ukoll l-integrazzjoni soċjali u tax-xogħol, għandhom ikunu inklużi fir-riflessjoni u l-implimentazzjoni tad-dispożittivi pproposti. Barra minn hekk, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu involuti wkoll fil-promozzjoni tal-prattiki tajba u t-tagħlim reċiproku dwar il-mod kif tiġi ffaċilitata aħjar ir-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. |
Raġuni
Minħabba l-qrubija tagħhom maċ-ċittadini kif ukoll ma’ min iħaddem u negozji lokali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, anki huma impjegaturi, huma f’pożizzjoni li jsolvu b’mod effettiv il-problemi li jiffaċċjaw dawn tal-aħħar biex jirrikonċiljaw ix-xogħol u l-ħajja privata. F’dan ir-rigward, dawn għandhom jiġu inklużi bis-sħiħ fl-implimentazzjoni tad-direttiva.
Emenda 4
Artikolu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
Kamp ta’ Applikazzjoni Din id-Direttiva tapplika għall-ħaddiema kollha, irġiel u nisa, li għandhom kuntratt tal-impjieg jew relazzjoni tal-impjieg. |
Kamp ta’ Applikazzjoni Din id-Direttiva tapplika għall-ħaddiema kollha, irġiel u nisa, li għandhom kuntratt tal-impjieg jew relazzjoni tal-impjieg kif ukoll għall-ħaddiema atipiċi, inklużi dawk li jaħdmu għal rashom . |
Raġuni
B’konsistenza mad-Direttiva 2010/41/UE dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f’attività li fiha jaħdmu għal rashom.
Emenda 5
Artikolu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
Definizzjonijiet |
Definizzjonijiet |
||||
|
Għall-fini ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet: |
Għall-fini ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Id-Direttiva għandha tqis l-iżviluppi fl-istrutturi tal-familja.
Emenda 6
Artikolu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
Liv tal-paternità |
Liv tal-paternità |
|
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-missirijiet ikollhom id-dritt li jieħdu tal-inqas għaxart ijiem xogħol liv tal-paternità fl-okkażjoni tat-twelid ta’ wild. |
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-missier/il-persuna rikonoxxuta legalment bħala tali jkollhom id-dritt li jieħdu tal-inqas għaxart ijiem xogħol liv tal-paternità fl-okkażjoni tat-twelid ta’ wild , li jrid jittieħed fil-perjodu ta’ tliet xhur wara t-twelid . |
|
2. Id-dritt għal-liv tal-paternità msemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata indipendentement mill-istat ċivili jew tal-familja fil-liġi nazzjonali. |
2. Id-dritt għal-liv tal-paternità msemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata indipendentement mill-istat ċivili jew tal-familja fil-liġi nazzjonali. |
Raġuni
Id-Direttiva għandha tqis l-iżviluppi fl-istrutturi tal-familja. Fl-istess waqt, il-liv tal-paternità huwa maħsub li jittieħed madwar iż-żmien tat-twelid u jrid ikun marbut b’mod ċar ma’ dan l-avveniment. Huwa għalhekk li l-emenda tindika limitu fil-perjodu ta’ żmien.
Emenda 7
Artikolu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
Liv tal-ġenituri |
Liv tal-ġenituri |
|
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema għandhom dritt individwali għal tal-inqas erba’ xhur liv tal-ġenituri li jridu jittieħdu qabel mal-wild jilħaq età partikolari li tal-inqas għandha tkun ta’ tnax-il sena. |
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema għandhom dritt individwali għal tal-inqas erba’ xhur liv tal-ġenituri li jridu jittieħdu qabel mal-wild jilħaq età partikolari li tal-inqas għandha tkun ta’ tnax-il sena. |
|
2. Meta l-Istati Membri jippermettu lil ġenitur wieħed jittrasferixxi l-intitolament tiegħu għal-liv tal-ġenituri lill-ġenitur l-ieħor, dawn għandhom jiżguraw li tal-inqas erba’ xhur liv tal-ġenituri ma jkunux jistgħu jiġu ttrasferiti. |
2. Meta l-Istati Membri jippermettu lil ġenitur wieħed jittrasferixxi l-intitolament tiegħu għal-liv tal-ġenituri lill-ġenitur l-ieħor, dawn għandhom jiżguraw li tal-inqas erba’ xhur liv tal-ġenituri ma jkunux jistgħu jiġu ttrasferiti. |
|
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-perjodu ta’ avviż li għandu jingħata mill-ħaddiema lill-impjegaturi meta jeżerċitaw id-dritt għal-liv tal-ġenituri. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ħtiġijiet kemm tal-impjegaturi kif ukoll tal-ħaddiema. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-talba tal-ħaddiem tispeċifika l-bidu maħsub u tmiem tal-perjodu tal-liv. |
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-perjodu ta’ avviż li għandu jingħata mill-ħaddiema lill-impjegaturi meta jeżerċitaw id-dritt għal-liv tal-ġenituri. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ħtiġijiet kemm tal-impjegaturi kif ukoll tal-ħaddiema. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-talba tal-ħaddiem tispeċifika l-bidu maħsub u tmiem tal-perjodu tal-liv. |
|
4. L-Istati Membri jistgħu jissoġġettaw id-dritt għal-liv tal-ġenituri għal kwalifikazzjoni tal-perjodu tax-xogħol jew għal kwalifikazzjoni tat-tul tas-servizz li m’għandux ikun itwal minn sena. Fil-każ ta’ kuntratti suċċessivi b’terminu fiss, skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (21), mal-istess impjegatur, it-total ta’ dawk il-kuntratti għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-perjodu li jikkwalifika. |
4. L-Istati Membri jistgħu jissoġġettaw id-dritt għal-liv tal-ġenituri għal kwalifikazzjoni tal-perjodu tax-xogħol jew għal kwalifikazzjoni tat-tul tas-servizz li m’għandux ikun itwal minn sena. Fil-każ ta’ kuntratti suċċessivi b’terminu fiss, skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (21), mal-istess impjegatur, it-total ta’ dawk il-kuntratti għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-perjodu li jikkwalifika. |
|
5. L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu ċ-ċirkustanzi li fihom l-impjegatur, wara konsultazzjoni skont id-dritt nazzjonali, ftehimiet kollettivi u/jew prattika, jista’ jitħalla jipposponi l-għoti tal-liv tal-ġenituri għal perjodu ta’ żmien raġonevoli jekk dan ikun ixekkel serjament il-funzjonament tajjeb tal-istabbiliment. L-impjegaturi għandhom jiġġustifikaw kwalunkwe posponiment tal-liv tal-ġenituri bil-miktub. |
5. L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu ċ-ċirkustanzi li fihom l-impjegatur, wara konsultazzjoni skont id-dritt nazzjonali, ftehimiet kollettivi u/jew prattika, jista’ jitħalla jipposponi l-għoti tal-liv tal-ġenituri għal perjodu ta’ żmien raġonevoli jekk dan ikun ixekkel serjament il-funzjonament tajjeb tal-istabbiliment. L-impjegaturi għandhom jiġġustifikaw kwalunkwe posponiment tal-liv tal-ġenituri bil-miktub. |
|
6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema għandhom id-dritt li jitolbu liv tal-ġenituri fuq bażi part-time, fi blokok separati minn perjodi tax-xogħol jew f’forom flessibbli oħra. L-impjegaturi għandhom jikkunsidraw u jwieġbu għal dawn it-talbiet, b’konsiderazzjoni kemm għall-bżonnijiet tal-impjegaturi kif ukoll tal-ħaddiem. L-impjegaturi għandhom jiġġustifikaw kwalunkwe rifjut ta’ talba bħal din bil-miktub. |
6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema għandhom id-dritt li jitolbu liv tal-ġenituri fuq bażi part-time, fi blokok separati minn perjodi tax-xogħol jew f’forom flessibbli oħra. L-impjegaturi għandhom jikkunsidraw u jwieġbu għal dawn it-talbiet, b’konsiderazzjoni kemm għall-bżonnijiet tal-impjegaturi kif ukoll tal-ħaddiem. L-impjegaturi għandhom jiġġustifikaw kwalunkwe rifjut ta’ talba bħal din bil-miktub. |
|
7. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-ħtieġa għall-kundizzjonijiet ta’ aċċess u arranġamenti dettaljati għall-applikazzjoni tal-liv tal-ġenituri li jkunu adattati għall-ħtiġijiet tal-ġenituri adottivi, tal-ġenituri b’diżabilità, u tal-ġenituri ta’ tfal b’diżabilità jew b’marda fit-tul. |
7. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-ħtieġa għall-kundizzjonijiet ta’ aċċess u arranġamenti dettaljati għall-applikazzjoni tal-liv tal-ġenituri li jkunu adattati għall-ħtiġijiet tal-ġenituri adottivi, tal-ġenituri b’diżabilità, u tal-ġenituri ta’ tfal b’diżabilità jew b’marda fit-tul. |
|
|
8. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kunċett ta’ ġenitur u għandhom jivvalutaw il-bżonn li jiġu adattati l-kundizzjonijiet għall-aċċess u l-modalitajiet preċiżi ta’ applikazjoni tal-liv tal-ġenituri fil-każ li jkun hemm iktar minn żewġ domandi għal liv tal-ġenituri. |
Raġuni
Huwa l-Istat Membru li għandu jiddefinixxi l-impatt ta’ adottar evenwai tal-evoluzzjonijiet fil-kunċett ta’ x’inhu ġenitur.
Emenda 8
Artikolu 8
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
Dħul adegwat F’konformità maċ-ċirkostanzi nazzjonali, bħad-dritt nazzjonali, ftehimiet kollettivi u/jew prattika, b’kunsiderazzjoni tas-setgħat delegati lis-sħab soċjali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema li jeżerċitaw id-drittijiet għal-liv imsemmija fl-Artikolu 4, 5 jew 6 jirċievu pagament jew konċessjoni adegwata tal-inqas ekwivalenti għal dak li l-ħaddiem ikkonċernat jirċievi li kieku jieħu liv minħabba l-mard . |
Dħul adegwat F’konformità maċ-ċirkostanzi nazzjonali, bħad-dritt nazzjonali, ftehimiet kollettivi u/jew prattika, b’kunsiderazzjoni tas-setgħat delegati lis-sħab soċjali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema li jeżerċitaw id-drittijiet għal-liv imsemmija fl-Artikolu 4, 5 jew 6 jirċievu pagament jew konċessjoni adegwata f’konformità mas-sistemi differenti tas-sigurtà soċjali f’kull Stat Membru . |
Raġuni
Is-sistemi tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri huma kompetenza nazzjonali.
Emenda 9
Artikolu 10
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fi tmiem il-liv imsemmi fl-Artikolu 4, 5 jew 6, il-ħaddiema jkunu intitolati jirritornaw għall-impjiegi tagħhom jew għal karigi ekwivalenti b’termini u b’kundizzjonijiet li mhumiex inqas favorevoli għalihom, u li jibbenefikaw minn kwalunkwe titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol li jkunu intitolati għalihom matul l-assenza tagħhom. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fi tmiem il-liv imsemmi fl-Artikolu 4, 5 jew 6, il-ħaddiema jkunu intitolati li l-impjieg tagħhom ikun riżervat għalihom, jew jekk ikun xieraq, jingħataw karigi ekwivalenti b’termini u b’kundizzjonijiet li mhumiex inqas favorevoli għalihom, u li jibbenefikaw minn kwalunkwe titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol li jkunu intitolati għalihom matul l-assenza tagħhom. |
Raġuni
Ir-riformulazzjoni hija maħsuba biex issaħħaħ id-dritt tal-persuna li tieħu liv tal-ġenituri u li tieħu lura postha x-xogħol.
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
|
1. |
jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, b’koerenza u fil-kontinwità tad-dispożizzjonijiet eżistenti f’dan il-qasam ta’ politika, kif ukoll mal-inizjattiva tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li għandha l-għan li ssaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-Unjoni u ssaħħaħ il-konverġenza ’l fuq tal-Istati Membri fil-prestazzjoni soċjali. L-assoċjazzjoni tal-miżuri leġislattivi ma’ miżuri mhux leġislattivi tippermetti li jingħataw il-mezzi meħtieġa biex tiġi ggarantita konverġenza ’l fuq fl-Unjoni, li l-leġislazzjoni fis-seħħ sa issa ma rnexxilhiex tiżgura, filwaqt li tinżamm ċerta flessibbiltà; |
|
2. |
ifakkar li l-bażi legali tal-proposta għal direttiva tal-Kummissjoni – jiġifieri l-Artikolu 153 tat-TFUE – tindika kompetenzi kondiviżi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u li għalhekk japplika l-prinċipju tas-sussidjarjetà. Huwa tal-fehma li fid-dawl tal-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li timmodernizza l-qafas legali eżistenti sabiex jiġu pprovduti standards minimi komuni għall-politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, azzjoni fil-livell tal-UE hija neċessarja, xierqa u adatta. Jinnota f’dan il-kuntest l-Artikolu 153 TFUE li jipprevedi b’mod espliċitu li d-direttiva hija l-istrument legali użat sabiex jiġu stabbiliti preskrizzjonijiet minimi applikabbli b’mod progressiv mill-Istati Membri, li għandu jiggarantixxi intervent limitat għal minimu li jippermetti li jintlaħqu l-objettivi tal-proposta. Il-KtR jaqbel li dawn l-istandards minimi komuni huma partikolarment rilevanti fil-kuntest tal-moviment ħieles tal-ħaddiema u tal-libertà li jipprovdu servizzi fis-Suq Intern tal-UE. Jenfasizza, madankollu, li l-azzjoni tal-Unjoni għandha tħalli lok kemm jista’ jkun għal deċiżjonijiet fil-livell nazzjonali u individwali peress li hija prattika stabbilita għal dan il-qasam li jiġi regolat mill-imsieħba soċjali kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali. Ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet għandhom rwol doppju x’jaqdu fil-kapaċità tagħhom bħala impjegaturi u bħala awtoritajiet pubbliċi; |
|
3. |
isostni li r-responsabbiltà fil-qasam tar-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja għandha tkun kondiviża bejn il-ħaddiema, il-familji, is-sħab soċjali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-impjegaturi u l-fornituri tas-servizzi pubbliċi u privati kollha. Approċċ olistiku li jqis il-perspettivi kollha biss se jippermetti li tiġi stabbilita soċjetà soċjalment u ekonomikament sostenibbli u li tqiegħed lill-persuni u l-familji tagħhom fil-qalba tal-politiki tagħha; |
|
4. |
jikkonstata fil-fatt li, minħabba t-twemmin u n-normi kulturali, ix-xogħol tal-persuni li jindukraw mhux imħallas jikkostitwixxi piż imġarrab prinċipalment min-nisa. Din hija waħda mir-raġunijiet prinċipali għaliex dawn tal-aħħar jipparteċipaw anqas, meta mqabbla mal-irġiel, fis-suq tax-xogħol. Konsegwentement, il-KtR iqis li l-politiki ta’ rikonċiljazzjoni, b’mod partikolari l-liv relatat mal-familja, jistgħu jikkontribwixxu fl-istess ħin kemm għaż-żieda fir-rata tal-impjieg tan-nisa kif ukoll għaż-żieda fir-rata tal-fertilità, filwaqt li jiġu ġġenerati effetti konsegwenzjali ekonomiċi aħjar għal kulħadd. Fl-istess ħin, huwa importanti li jiġi żgurat li dan il-perjodu ta’ liv tal-familja ma jsirx nassa għan-nisa li jirrestrinġi iżjed l-għażliet tagħhom fis-suq tax-xogħol; għalhekk il-politiki ta’ rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja għandhom ikunu akkumpanjati minn politiki sabiex jiġi żgurat li r-responsabbiltajiet jiġu kondiviżi bejn iż-żewġ sessi. Politiki bħal dawn jippermettu bidla fl-istrutturi soċjali u patt soċjali ġdid li jippermetti li l-ħin tax-xogħol, ix-xogħol tad-dar, il-kura, id-divertiment u l-ħajja personali jkunu organizzati b’mod ugwali bejn in-nisa u l-irġiel; |
|
5. |
ifakkar li t-tendenzi demografiċi attwali jagħmluha essenzjali li jkun hemm ħsieb mill-ġdid tar-rwoli tal-ġeneru u li jiġu promossi arranġamenti ta’ xogħol aktar flessibbli u ugwali, u b’hekk tiġi ffaċilitata l-għażla li jitnaqqsu s-sigħat tax-xogħol u jittieħdu pawżi fil-karriera, kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, sabiex jieħdu ħsieb uliedhom jew familjari oħra; |
|
6. |
jiddispjaċih li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva huwa limitat għall-ħaddiema li għandhom kuntratt ta’ xogħol jew relazzjoni ta’ xogħol, u li dan ma jkoprix id-diversi forom atipiċi ta’ xogħol, bħal dawk li jaħdmu għal rashom, u li dan kieku jkun f’konsistenza mad-Direttiva 2010/41/UE dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f’attività fejn jaħdmu għal rashom. B’hekk ikunu koperti wkoll ir-relazzjonijiet ta’ impjieg moħbija jew ta’ impjiegi ekonomikament dipendenti (impjieg indipendenti fittizju); |
|
7. |
jaqbel mal-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-vantaġġi ekonomiċi u soċjali ta’ bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. Dan il-bilanċ mhuwiex biss kwistjoni ta’ ġustizzja, ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u tqassim aħjar tal-kompetenzi, iżda wkoll kwistjoni ta’ sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi tal-pajjiżi u ta’ kontribut għall-prijoritajiet fil-qasam tat-tkabbir u tal-impjiegi; |
|
8. |
jitlob għalhekk għal tranżizzjoni lejn kultura ġdida tax-xogħol li tirrikonoxxi l-benefiċċji kondiviżi, għan-nisa, għall-familji u għas-soċjetà, ta’ bilanċ aħjar bejn il-ħajja privata u x-xogħol, l-iżjed billi ż-żieda prevista fir-rata tal-impjiegi tan-nisa u t-tnaqqis tad-diverġenza tal-pagi bejn l-irġiel u n-nisa se jkollhom impatt pożittiv, kemm għan-nisa, mil-lat ta’ sodisfazzjon personali, id-dħul finanzjarju u l-pensjoni futura tagħhom bis-saħħa ta’ kontribuzzjonijiet iktar konsistenti u ekwitabbli, kif ukoll għall-prosperità ekonomika tal-familja tagħhom, l-inklużjoni soċjali u s-saħħa tagħhom, filwaqt li l-intrapriżi jibbenefikaw minn ġabra usa’ ta’ talenti u minn forza tax-xogħol aktar motivata u produttiva, kif ukoll minn inqas assenzi tagħhom mix-xogħol; |
|
9. |
ifakkar li l-ġenituri u l-persuni li jindukraw, kemm jekk ikunu nisa jew irġiel, żgħar jew akbar fl-età huma wkoll impjegati, imprendituri, li jirrisjedu fit-territorji rurali kif ukoll urbani, u jgħixu fihom; jinnota d-diffikultajiet li jinsabu persuni li jindukraw f’dawn iż-żoni minħabba r-rata ogħla ta’ tixjiħ tal-persuni li jgħixu hemm. Abbażi ta’ dan, tista’ tiġi kkunsidrata tikketta Ewropea għal bliet li jiffavorixxu l-familja, u li tingħata lil dawk il-bliet li jipprovdu infrastruttura favur il-familja, li tħajjar liċ-ċittadini jibqgħu fil-belt jew imorru jgħixu fiha, u b’hekk iżidu l-attraenza għall-investiment fil-belt kkonċernata (1); |
|
10. |
jikkonferma r-rwol li għandhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qasam tal-kompetenzi tagħhom fil-ħajja ta’ kuljum tal-familji bħall-għajnuna lit-tfal, il-kura lill-anzjani u lill-persuni b’diżabbiltà, l-edukazzjoni, is-servizzi soċjali jew l-impjiegi. Il-governanza f’diversi livelli hija għalhekk importanti għall-implimentazzjoni tad-Direttiva bl-aħjar mod possibbli (2); |
|
11. |
jinsisti konsegwentement sabiex l-awtoritajiet territorjali bħala impjegaturi kbar fis-settur pubbliku f’ħafna Stati Membri jiġu appoġġati fl-isforzi tagħhom biex jimplimentaw politiki xierqa fil-qasam soċjali u tal-impjiegi, u b’mod partikolari appoġġ u tisħiħ tal-kapaċitajiet bl-għan li jiġu implimentati politiki li jippromwovu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; |
|
12. |
jinsisti fuq l-importanza tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej bħala strumenti li jippermettu li jiġi ffaċilitat b’mod adegwat it-tfassil ta’ miżuri maħsuba għar-rikonċiljazzjoni aħjar tax-xogħol u tal-ħajja privata, b’mod partikolari mill-awtoritajiet lokali u reġjonali. B’mod partikolari, il-Fond Soċjali Ewropew għandu jiġi msaħħaħ biex jindirizza aħjar il-privazzjoni, il-faqar fost dawk li jaħdmu u l-inklużjoni soċjali flimkien ma’ appoġġ lill-impjegabbiltà; |
|
13. |
jippreċiża li diġà jeżistu għadd ta’ prattiki tajba fuq skala lokali u reġjonali, li għandhom jiġu kondiviżi, promossi u riprodotti fil-livelli kollha; dawk il-kumpaniji li jaħdmu biex jiżguraw bilanċ ġenwin bejn il-ħajja u x-xogħol għall-impjegati tagħhom għandhom jiġu ppremjati; |
|
14. |
jikkonstata li r-reġjuni u l-muniċipalitajiet jistgħu jiggarantixxu wkoll aċċess iffaċilitat għas-servizzi u għall-attivitajiet rikreattivi bit-tfassil u bl-implimentazzjoni ta’ politiki integrati relatati mal-kultura, mal-kummerċ u mat-trasport, li jqisu l-ħtieġa tar-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u tal-ħajja tal-familja; |
|
15. |
jiddispjaċih bin-nuqqas ta’ referenzi għall-objettivi ta’ Barċellona, li kienu intiżi għaż-żieda fir-rata ta’ attività tan-nisa u li fl-2002 stabilixxew mira, li ntlaħaq qbil dwarha mill-Kunsill Ewropew, li għandu jkun hemm kura tat-tfal għal mill-inqas 90 % tat-tfal bejn l-età ta’ 3 snin u l-età obbligatorja tal-iskola u li r-rata ta’ kustodja ta’ tfal taħt it-3 snin tkun ta’ 33 % għall-pajjiżi Ewropej. Dawn il-persentaġġi ma ntlaħqux mill-Istati Membri kollha, u għalhekk jeħtieġ li jirduppjaw l-isforzi biex jiġu implimentati dawn l-objettivi; |
|
16. |
jindika li s-Semestru Ewropew jikkostitwixxi għodda b’saħħitha ħafna għas-servizz tal-politika fiskali u li tista’ tkun utli ħafna biex tipprovdi gwida u rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri fir-rigward tal-fatturi ekonomiċi li jiddiswadu lit-tieni sors ta’ introjtu tal-familja milli jaħdem, kif ukoll biex tiggwida fil-qasam tas-servizzi tal-kura; |
|
17. |
jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu previsti organizzazzjonijiet flessibbli tax-xogħol u li jiġi ggarantit li dawn ma jkunux ġestiti b’mod li jsir sinonimu għal remunerazzjoni baxxa u għal perspettiva mnaqqsa ta’ progress, b’mod partikolari għan-nisa. Fl-istess ħin, arranġamenti tax-xogħol flessibbli bħal dawn għandhom ikunu diskussi sew ma’ min iħaddem sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ tfixkil, speċjalment f’dak li jirrigwarda l-SMEs; |
|
18. |
ifakkar fl-importanza li jkun possibbli aċċess iffaċilitat għat-taħriġ għall-ġenituri jew għall-persuni li jindukraw li jkollhom ikunu assenti għal perjodi twal minħabba obbligi tal-familja ta’ akkumpanjament u ta’ kura, kif ukoll il-ġid li jikkostitwixxi l-valorizzazzjoni tal-kompetenzi miksuba mill-persuni li jindukraw; |
|
19. |
jenfasizza li fis-suq tax-xogħol tal-lum, sabiex jitjiebu l-prospetti tal-impjieg għall-Ewropej kollha, iżda b’mod partikolari, iż-żgħażagħ, in-nisa u l-persuni li jindukraw, hemm bżonn ta’ miżuri li jżidu l-flessibbiltà u s-sigurtà ta’ mudelli ta’ negozju ġodda u tipi ġodda ta’ impjieg. Ladarba tkun regolata sew u akkumpanjata minn miżuri li jiżguraw ukoll iċ-ċertezza u ċ-ċarezza legali, flessibbiltà akbar tkun ta’ benefiċċju kemm għall-impjegati kif ukoll għal min iħaddem; |
|
20. |
jinnota li l-ġenituri waħedhom jiffaċċjaw sfidi partikolari fir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja tal-familja u jeħtieġu appoġġ partikolari. Dawn ta’ spiss jaħdmu f’xogħol part-time, ftit li xejn ikollhom oppportunitajiet ta’ karriera u jkolhom diffikultajiet speċifiċi fl-edukazzjoni u t-taħriġ. L-Istati Membri u l-imsieħba soċjali huma mitluba biex joffru lill-ħaddiema li jkunu ġenituri waħedhom mudelli ta’ ħinijiet tax-xogħol flessibbli, u joffrulhom taħriġ vokazzjonali skont ir-responsabbiltajiet tal-familja tagħhom; |
|
21. |
huwa importanti li l-esperjenza miksuba minn dawk li jindukraw fit-twettiq ta’ dan il-kompitu fil-ħajja privata tagħhom tista’ tiġi rikonoxxuta b’mod prattiku sabiex ikunu jistgħu jaċċessaw is-suq tax-xogħol fuq livell professjonali, bil-għan li jwettqu l-istess kompiti li għalihom żviluppaw il-ħiliet fil-ħajja privata tagħhom; |
|
22. |
jiddispjaċih bin-nuqqas ta’ proposti maħsuba biex isaħħu d-drittijiet marbuta mal-maternità, fir-rigward, pereżempju, tal-protezzjoni kontra t-tkeċċija fuq perjodu twil u b’mod aktar ġenerali tad-diskriminazzjoni marbuta max-xogħol. Din hija okkażjoni mitlufa, b’mod partikolari b’kunsiderazzjoni tal-objettiv tad-direttiva, li hija intiża biex tissostitwixxi d-direttiva dwar il-liv tal-maternità rtirata fl-2015; |
|
23. |
jilqa’ l-istabbiliment tal-liv tal-paternità, vantaġġuż kemm għall-ġenituri kif ukoll għat-tfal. Bidla kulturali għall-missirijiet li jħossu li huwa aċċettabbli għalihom li jieħdu ħin frank mix-xogħol biex jieħdu ħsieb tifel jew tifla hija meħtieġa, u għandha sseħħ aktar malajr jekk iż-żewġ ġenituri huma ttrattati b’mod aktar ugwali mill-bidu tat-tqala; |
|
24. |
jaqbel mal-proposta li jingħata l-liv tal-paternità mingħajr preġudizzju għall-istat ta’ żwieġ jew tal-familja, kif definit fil-liġi nazzjonali, sabiex tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni. Huwa r-rwol tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għall-aċċess u l-modalitajiet preċiżi ta’ applikazjoni tal-liv tal-ġenituri fil-każ li jkun hemm iktar minn żewġ domandi għal liv tal-ġenituri; |
|
25. |
iħeġġeġ l-istabbiliment ta’ liv tal-ġenituri, li l-ħlas tiegħu jkun determinat mill-Istati Membri, li għandhom kompetenza esklużiva f’dan il-qasam, bil-liġi jew permezz ta’ negozjar kollettiv, u tingħatalhom il-possibbiltà li jiġu definiti l-modalitajiet preċiżi. Il-KtR isostni li bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-ġenituri, filwaqt li tiġi żgurata disponibbiltà akbar f’termini ta’ żmien mingħajr ma toħloq diffikultà għall-impjiegi tagħhom, huwa kruċjali għall-benesseri tat-tfal u tas-soċjetà; |
|
26. |
jirrikonoxxi li l-istabbiliment ta’ liv imħallas għall-provvediment ta’ kura jikkostitwixxi proposta importanti li tippermetti l-leġittimazzjoni u l-appoġġ tal-persuni li jieħdu ħsieb b’mod spontanju u informali lill-familjari dipendenti, anzjani jew b’diżabbiltà, fl-impenn tagħhom favur is-solidarjetà interġenerazzjonali fi ħdan il-familji. Madankollu, għad iridu jsiru sforzi sabiex jiġi ggarantit li jkun hemm biżżejjed strutturi ta’ akkoljenza għal żmien twil li jissodisfaw il-ħtiġijiet emerġenti u li jiġu previsti fondi Ewropej biex jinħolqu servizzi ta’ teħid ta’ inkarigu għal żmien twil. Dawn iż-żewġ aspetti huma indispensabbli biex l-Istati Membri jiġu megħjuna jiġġestixxu t-tendenzi demografiċi attwali fl-Ewropa: it-tixjiħ tal-popolazzjoni, it-tnaqqis tar-rata tat-twelidu u ż-żieda fl-istennija tal-għomor. Il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata kif ukoll l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandhom ikunu akkumpanjati minn investimenti fil-kura għal żmien twil ta’ kwalità u diversifikazzjoni tas-servizzi fil-qasam; |
|
27. |
jilqa’ l-proposta li tiġi prodotta data fi kwantità akbar u ta’ kwalità aħjar, fil-qafas tal-miżuri mhux leġislattivi proposti mill-Kummissjoni Ewropea, u jinsisti fuq il-ħtieġa li tinġabar data fuq skala lokali u reġjonali, bl-għan li jitfasslu politiki li jkunu mmirati u ekonomiċi fir-riżorsi; |
|
28. |
għandu jkun hemm rikonoxximent espliċitu tal-importanza tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal żgħar u, għaldaqstant, il-miżuri ta’ appoġġ stabbiliti għandhom jikkunsidraw dan l-aspett sabiex jingħata valur lill-persuni impjegati u l-perċezzjoni soċjali tax-xogħol f’dan il-qasam partikolarment delikat; |
|
29. |
jenfasizza li minbarra li jsaħħaħ il-protezzjoni madwar il-liv, is-suċċess tad-Direttiva l-ġdida se jiddependi wkoll fuq l-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u tiġi żgurata ugwaljanza akbar fis-suq tax-xogħol; |
|
30. |
jipproponi l-ġbir ta’ data dwar il-ħin tax-xogħol li tinkludi disaggregazzjoni skont is-sessi u skont l-età sabiex tinkiseb informazzjoni dwar id-diskriminazzjoni intersezzjonali; |
|
31. |
jissuġġerixxi l-ħidma f’kooperazzjoni mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u l-korpi nazzjonali u reġjonali għall-ugwaljanza, biex jiġu aġġornati b’mod kostanti l-indikaturi ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, sabiex id-data tkun rilevanti u disponibbli fi żmien debitu; |
|
32. |
jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex fl-edukazzjoni obbligatorja u fl-edukazzjoni ta’ qabel dan l-istadju tiġi inkluża l-edukazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u biex ikomplu bl-isforzi biex tiġi pprovduta l-informazzjoni u jkun hemm għarfien min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi; |
|
33. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tiffoka l-isforzi tagħha biex tiżgura l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġislazzjoni Ewropea eżistenti u l-għanijiet eżistenti biex jiġi żgurat bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw. L-UE għandha tiżviluppa u tadotta strateġija Ewropea pluriennali ġdida dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, issegwi s-sitwazzjoni fl-Istati Membri, u tipprovdi informazzjoni u xxerred eżempji tajba fil-qasam tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. L-integrazzjoni usa’ ta’ kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sessi tista’ tħeġġeġ azzjoni fil-livell nazzjonali; |
|
34. |
jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw miżuri li jnaqqsu l-ispiża finanzjarja tal-kura tat-tfal, matul il-ġurnata tax-xogħol tal-ommijiet u l-missirijiet li jaħdmu, mit-twelid sal-bidu tal-iskola obbligatorja; |
|
35. |
jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkunsidraw is-sitwazzjoni tal-SMEs u l-SMEs mikro u biex jimplimentaw miżuri ekonomiċi sabiex ikunu jistgħu jippromovu bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol għall-ħaddiema tagħhom. |
Brussell, it-30 ta’ Novembru 2017.
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Karl-Heinz LAMBERTZ
(16) Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23).
(17) Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1).
(18) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1).
(19) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU L 14, 20.1.1998, p. 9).
(20) Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta’ Marzu 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li tħassar id-Direttiva 96/34/KE (ĠU L 68, 18.3.2010, p. 13).
(16) Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23).
(17) Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1).
(18) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1).
(19) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU L 14, 20.1.1998, p. 9).
(20) Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta’ Marzu 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li tħassar id-Direttiva 96/34/KE (ĠU L 68, 18.3.2010, p. 13).
(21) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/112/UE tal-20 ta’ Frar 2013“Ninvestu fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ” ( ĠU L 59, 2.3.2013, p. 5).
(21) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tikkonċerna l-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU L 175, 10.7.1999, p. 43).
(21) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tikkonċerna l-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU L 175, 10.7.1999, p. 43).
(1) Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt Territorjali dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata.
(2) Ibidem.