12.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/74


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni — Il-klassifikazzjoni u t-tipoloġiji territorjali

(2017/C 342/11)

Relatur:

Is-Sur Struk (PL/PPE), President tar-Reġjun tal-Pomeranja

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 fir-rigward tat-tipoloġiji territorjali (Tercet)

COM(2016) 788 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI

Emenda 1

COM(2016) 788 final

Artikolu 1(1)

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 1

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 huwa emendat kif ġej:

Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

“Artikolu 1

Suġġett

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), biex ikunu jistgħu jsiru l-ġbir, il-kumpilazzjoni u t-tixrid ta’ statistika armonizzata fil-livelli territorjali differenti tal-UE.

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), biex ikunu jistgħu jsiru l-ġbir, il-kumpilazzjoni u t-tixrid ta’ statistika armonizzata fil-livelli territorjali differenti tal-UE.

2.   Il-klassifikazzjoni NUTS hija stabbilita fl-Anness I.

2.   Il-klassifikazzjoni NUTS hija stabbilita fl-Anness I.

3.   L-unitajiet amministrattivi lokali (LAU), kif imsemmi fl-Artikolu 4, għandhom jikkumplimentaw il-klassifikazzjoni NUTS.

3.   L-unitajiet amministrattivi lokali (LAU), kif imsemmi fl-Artikolu 4, għandhom jikkumplimentaw il-klassifikazzjoni NUTS.

4.   Il-grilji tal-istatistika, kif imsemmi fl-Artikolu 4a, għandhom jikkumplimentaw il-klassifikazzjoni NUTS. Dawn għandhom jintużaw sabiex jiġu kkalkulati tipoloġiji territorjali bbażati fuq il-popolazzjoni .

4   Il-grilji tal-istatistika, kif imsemmi fl-Artikolu 4a, għandhom jikkumplimentaw il-klassifikazzjoni NUTS. Dawn għandhom jintużaw sabiex jiġu kkalkulati tipoloġiji territorjali bbażati fuq it-tqassim u d-densità tal-popolazzjoni .

5.   It-tipoloġiji territorjali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 4b, għandhom jikkumplimentaw il-klassifikazzjoni NUTS billi jattribwixxu tipi għall-unitajiet territorjali.”;

5.   It-tipoloġiji territorjali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 4b, għandhom jikkumplimentaw il-klassifikazzjoni NUTS billi jattribwixxu tipi għall-unitajiet territorjali.”;

Raġuni

Formulazzjoni aktar preċiża.

Emenda 2

COM(2016) 788 final

Artikolu 1(5)

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(5)   jiżdiedu l-Artikoli 4a u 4b li ġejjin:

(5)   jiżdiedu l-Artikoli 4a u 4b li ġejjin:

(…)

(…)

Artikolu 4b

Artikolu 4b

Tipoloġiji territorjali tal-Unjoni

Tipoloġiji territorjali tal-Unjoni

(…)

(…)

3.   It-tipoloġiji li ġejjin għandhom ikunu stabbiliti fil-livell tal-LAU:

3.   It-tipoloġiji li ġejjin għandhom ikunu stabbiliti fil-livell tal-LAU:

(a)

il-grad ta’ urbanizzazzjoni (DEGURBA):

(a)

il-grad ta’ urbanizzazzjoni (DEGURBA):

 

“Żoni urbani”:

 

“Żoni urbani”,

 

“Bliet” jew “Żoni b’densità għolja ta’ popolazzjoni”,

 

Żoni b’densità għolja ta’ popolazzjoni,

 

“Bliet żgħar u subborgi” jew “Żoni b’densità intermedja ta’ popolazzjoni”,

 

“Żoni b’densità intermedja ta’ popolazzjoni”,

 

“Żoni rurali” jew “Żoni b’popolazzjoni baxxa ”;

 

“Żoni b’popolazzjoni mhux iffullata ”,

(b)

żoni urbani funzjonali:

(b)

żoni urbani funzjonali:

 

“Bliet” flimkien maż-“Żoni għall-ivvjaġġar” tagħhom;

 

Żoni urbani ” flimkien maż-“Żoni għall-ivvjaġġar” tagħhom;

(c)

żoni kostali:

(c)

żoni kostali:

 

“Żoni kostali”,

 

“Żoni kostali”,

 

“Żoni mhux kostali”.

 

“Żoni mhux kostali”.

Jekk ikun hemm aktar minn livell amministrattiv wieħed tal-LAU fi Stat Membru, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkonsulta ma' dak l-Istat Membru biex jiġi stabbilit il-livell amministrattiv tal-LAU li għandu jintuża għall-attribuzzjoni tat-tipoloġiji.

Jekk ikun hemm aktar minn livell amministrattiv wieħed tal-LAU fi Stat Membru, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkonsulta ma’ dak l-Istat Membru biex jiġi stabbilit il-livell amministrattiv tal-LAU li għandu jintuża għall-attribuzzjoni tat-tipoloġiji.

4.   It-tipoloġiji u t-tikketti li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti fil-livell NUTS 3.

4.   It-tipoloġiji u t-tikketti li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti fil-livell NUTS 3.

(a)

tipoloġija urbana-rurali:

a)

tipoloġija urbana-rurali:

 

“Reġjuni fil-biċċa l-kbira urbani”,

 

“Reġjuni fil-biċċa l-kbira urbani”,

 

“Reġjuni intermedji”,

 

“Reġjuni intermedji”,

 

“Reġjuni fil-biċċa l-kbira rurali”;

 

“Reġjuni fil-biċċa l-kbira rurali”;

(b)

tipoloġija metropolitana:

b)

tipoloġija metropolitana:

 

“Reġjuni metropolitani”,

 

“Reġjuni metropolitani”,

 

“Reġjuni mhux metropolitani”;

 

“Reġjuni mhux metropolitani”;

(c)

tipoloġija kostali:

c)

tipoloġija kostali:

 

“Reġjuni kostali”

 

“Reġjuni kostali”

 

- “Reġjuni mhux kostali”.

 

“Reġjuni mhux kostali”;

 

d)

tipoloġija insulari:

“Reġjuni insulari”,

“Reġjuni mhux insulari”;

e)

tipoloġija tal-muntanji:

“Reġjuni muntanjużi”,

“Reġjuni mhux muntanjużi”;

f)

tipoloġija tal-fruntieri:

“Reġjuni mal-fruntieri”,

“Reġjuni mhux mal-fruntieri”;

g)

tipoloġija tal-popolazzjoni:

“Reġjuni b’popolazzjoni baxxa”,

“Reġjuni li m’għandhomx popolazzjoni baxxa”;

“Reġjuni li qed jixjieħu”,

“Reġjuni li mhux qed jixjieħu”,

“Reġjuni fejn qed tonqos il-popolazzjoni”,

“Reġjuni fejn mhux qed tonqos il-popolazzjoni”

h)

tipoloġija periferika:

“Reġjuni periferiċi”;

“Reġjuni mhux periferiċi”.

Raġuni

It-territorji b’karatteristiċi speċifiċi (ġeografiċi, ekonomiċi, soċjali u demografiċi) ser ikunu jistgħu jużaw l-indikaturi rilevanti biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-politiki pubbliċi li jindirizzaw l-isfidi li qed jiffaċċjaw.

Emenda 3

COM(2016) 788 final

Artikolu 1(5)

Ibdel it-test kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(5)   jiżdiedu l-Artikoli 4a u 4b li ġejjin:

(5)   jiżdiedu l-Artikoli 4a u 4b li ġejjin:

(…)

(…)

Artikolu 4b

Artikolu 4b

Tipoloġiji territorjali tal-Unjoni

Tipoloġiji territorjali tal-Unjoni

(…)

(…)

5.    Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni , il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni armonizzata tat-tipoloġiji fl-Istati Membri kollha u fil-livell tal-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 7.

5.    Wara li tikkonsulta l-Istati Membri u r-reġjuni , il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni armonizzata tat-tipoloġiji fl-Istati Membri kollha u fil-livell tal-Unjoni.

 

6.     It-tipoloġiji msemmija fil-punti 3 u 4 hawn fuq jistgħu jiġu kkomplementati b’oħrajn ġodda, jekk ikun hemm ħtieġa ġustifikata identifikata mill-Istati Membri jew mill-Kumitat tar-Reġjuni u kkonfermata mill-Kummissjoni.

Raġuni

It-territorji b’karatteristiċi speċifiċi (ġeografiċi, ekonomiċi, soċjali u demografiċi) ser ikunu jistgħu jużaw l-indikaturi rilevanti biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-politiki pubbliċi li jindirizzaw l-isfidi li qed jiffaċċjaw.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)

1.

jenfasizza l-importanza tal-istatistika reġjonali Ewropea bħala strument importanti għal tfassil immirat ta’ politika u għodda utli sabiex jinftiehem u jiġi kkwantifikat l-impatt tad-deċiżjonijiet politiċi f’territorji speċifiċi. Din l-istatistika tintuża għal firxa wiesgħa ta’ skopijiet minn numru ta’ utenti pubbliċi u privati, inklużi l-awtoritajiet reġjonali u lokali, u tipprovdi bażi oġġettiva biex jiġu appoġġjati l-proċessi għat-teħid tad-deċiżjonijiet f’bosta oqsma ta’ intervent pubbliku, bħall-appoġġ għall-SMEs, il-politika tal- innovazzjoni, l-edukazzjoni, is-suq tax-xogħol, it-trasport, it-turiżmu u l-industriji marittimi;

2.

jikkonferma li t-tipoloġiji territorjali li jirriżultaw minn statistika Ewropea għandhom rwol importanti fil-politika reġjonali peress li dawn jistgħu jikkontribwixxu għal interventi ta’ politika bbażati fuq l-evidenza u approċċi territorjali aktar integrati li jirriflettu d-diversità tar-reġjuni tal-UE;

3.

jieħu nota tal-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea biex jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 fir-rigward tat-tipoloġiji territorjali (Tercet). Il-kodifikazzjoni ta’ dawn it-tipoloġiji f’test ġuridiku wieħed tista’ tagħmilha possibbli li tiġi aggregata d-data għal tipi differenti ta’ territorji, u b’hekk tiġi żgurata l-applikazzjoni armonizzata u trasparenti tal-metodoloġiji eżistenti kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak tal-Istati Membri. Madankollu, dan m’għandux iwassal f’li l-klassifikazzjoni l-ġdida Tercet tiġi tradotta f’regoli tal-eliġibbiltà għal kwalunkwe politika tal-UE, inkluża l-politika ta’ koeżjoni;

4.

jikkonkludi li l-proposta leġislattiva biex jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, peress li l-għan li jiġu stabbiliti, ikkoordinati u miżmuma klassifikazzjonijiet statistiċi armonizzati għal skopijiet ta’ statistika fil-livell tal-UE ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom. Min-naħa l-oħra, madankollu, is-sussidjarjetà tista’ tkun salvagwardjata biss jekk it-tipoloġiji territorjali jkunu kkoordinati fi djalogu intensiv mal-Istati Membri u r-reġjuni. Barra minn hekk, il-proposta ma tmurx, bi prinċipju, lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tagħha u għaldaqstant tista’ titqies bħala li tikkonforma wkoll mal-prinċipju tal-proporzjonalità;

5.

jenfasizza l-bżonn għal djalogu aktar mill-qrib bejn l-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika u l-awtoritajiet reġjonali (lokali) biex jiġi żgurat li l-iżvilupp tal-klassifikazzjoni l-ġdida Tercet iqis b’mod adegwat l-ispeċifiċitajiet amministrattivi, spazjali u soċjoekonomiċi tat-territorji differenti;

6.

jenfasizza l-importanza li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni speċifika tat-territorji b’karatteristiċi ġeografiċi, ekonomiċi, soċjali u demografiċi partikolari, li għandha tkun koperta b’mod adegwat fil-qafas ta’ statistika reġjonali Ewropea bil-għan li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif imfissra fl-Artikolu 174 tat-TFUE;

7.

f’dan ir-rigward, jiġbed l-attenzjoni:

a)

għall-Artikolu 174 tat-TFUE li jistipula li għandha tingħata attenzjoni partikolari lil żoni rurali, lil żoni milquta minn tranżizzjoni industrijali, u lil reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti, pereżempju r-reġjuni tat-Tramuntana mbiegħda b’densità ta’ popolazzjoni baxxa ħafna, kif ukoll reġjuni insulari, transkonfinali u muntanjużi.

b)

il-Green Paper dwar il-Koeżjoni Territorjali (COM(2008) 616 final) u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha (SEC(2008) 2550), li jsemmu tipoloġiji territorjali bħar-reġjuni tal-fruntiera, reġjuni muntanjużi, reġjuni insulari, u reġjuni b’popolazzjoni baxxa. Dawn it-tipoloġiji diġà ġew użati fi ħdan il-kuntest tal-Ħames rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (ippubblikat f’Novembru 2010);

c)

l-Opinjoni tal-KtR dwar il-Green Paper imsemmija hawn fuq (COTER-IV-020), li tappella lill-Kummissjoni Ewropea testendi r-riċerka tagħha biex jiġu żviluppati indikaturi rilevanti għall-problemi soċjoekonomiċi partikolari li jiffaċċjaw tipi speċifiċi ta’ reġjuni bħar-reġjuni muntanjużi, il-gżejjer, iż-żoni b’densità ta’ popolazzjoni baxxa u ż-żoni tal-fruntiera, u biex ittejjeb b’mod sinifikanti d-data statistika u r-rappreżentazzjoni kartografika tagħha, sabiex dawn jirriflettu s-sitwazzjoni reali;

d)

l-Opinjoni tal-KtR dwar “Is-sitt rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” (COTER-V-052), li titlob li l-Artikolu 174 tat-TFUE għandu jiġi rispettat aktar;

e)

l-Opinjoni tal-KtR dwar “L-indikaturi għal żvilupp territorjali – Il-PDG u lil hinn” (COTER-VI-009), li tindika li hemm nuqqas ta’ informazzjoni kwantitattiva dwar id-diversi territorji b’karatteristiċi (ġeografiċi, ambjentali, ekonomiċi u soċjali) partikolari li jinfluwenzaw l-iżvilupp tagħhom, kif ukoll li tissuġġerixxi li l-Kummissjoni (l-Eurostat) tadotta l-kategoriji territorjali identifikati mit-Trattat sabiex tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tajba tal-politiki tal-UE b’dimensjoni territorjali;

f)

l-abbozz ta’ Opinjoni tal-KtR dwar “L-intraprenditorija fil-gżejjer: kontribut għall-koeżjoni territorjali” (COTER-VI/022), li jissuġġerixxi li l-gżejjer jiżdiedu bħala kategorija addizzjonali fil-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Tercet;

8.

jiddispjaċih li l-proposta tal-Kummissjoni tinkludi għadd limitat ta’ tipoloġiji territorjali u ma tqisx tipoloġiji oħra relatati mat-territorji b’karatteristiċi ġeografiċi, ekonomiċi, soċjali u demografiċi speċifiċi li diġà ġew żviluppati u użati, jiġifieri t-tipoloġiji fir-reġjuni insulari, fir-reġjuni muntanjużi, fir-reġjuni fil-fruntiera, fir-reġjuni b’popolazzjoni baxxa jew fir-reġjuni periferiċi. Li jiġu adottati tipoloġiji territorjali li jipprovdu evidenza statistika tad-diversità u l-kumplessità ta’ dawn ir-reġjuni huwa konsiderevolment importanti sabiex tinkiseb stampa aħjar ta’ dawn it-territorji. Għaldaqstant, il-KtR jirrakkomanda li jiġu inklużi referenzi għat-tipoloġiji territorjali msemmija hawn fuq meta jiġi modifikat ir-Regolament Tercet bl-involviment tal-Istati Membri u r-reġjuni.

Brussell, it-13 ta’ Lulju 2017.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA