|
4.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 356/203 |
P8_TA(2017)0467
L-adeżjoni tal-Georgia u tal-Afrika t’Isfel mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil-Lussemburgu u lir-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Georgia u tal-Afrika t'Isfel mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2017)0357 – C8-0233/2017 – 2017/0148(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2018/C 356/48)
Il-Parlament Ewropew
|
— |
wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2017)0357), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 38(4) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt b, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0233/2017), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 78c u 108(8), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0361/2017), |
|
1. |
Japprova l-awtorizzazzjoni għal-Lussemburgu u r-Rumanija biex jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Georgia u tal-Afrika t'Isfel mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat. |
(1) Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.