27.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/249


P8_TA(2017)0388

Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'Bażi Bijoloġika: kontribuzzjonijiet finanzjarji *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika (COM(2017)0068 – C8-0118/2017 – 2017/0024(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2018/C 346/43)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2017)0068),

wara li kkunsidra l-Artikolu 187 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C8-0118/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0293/2017),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 (37) stabbilixxa l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika (“l-Impriża Konġunta BBI”).

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 (37) stabbilixxa l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika (“l-Impriża Konġunta BBI”) bil-għan li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (“Orizzont 2020”) permezz ta' żieda fl-investiment fl-iżvilupp ta' settur sostenibbli tal-industriji b'bażi bijoloġika fl-Unjoni .

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

L-Artikolu 12(4) tal-Istatuti tal-Impriża Konġunta BBI, stabbilita fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 560/2014 (“l-Istatuti”), jiddikjara li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-membri tal-Impriża Konġunta BBI għajr l-Unjoni għall-ispejjeż operattivi għandha tkun tal-anqas ta' EUR 182 500 000 tul il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 560/2014, jiġifieri mill-istabbiliment tal-Impriża Konġunta BBI sal-31 ta' Diċembru 2024.

(2)

L-Artikolu 12(4) tal-Istatuti tal-Impriża Konġunta BBI, stabbilita fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 560/2014 (“l-Istatuti”), jiddikjara li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-membri tal-Impriża Konġunta BBI għajr l-Unjoni għall-ispejjeż operattivi għandha tkun tal-anqas ta' EUR 182 500 000 tul il-perjodu ta' għaxar snin stabbilit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 560/2014, jiġifieri mill-istabbiliment tal-Impriża Konġunta BBI sal-31 ta' Diċembru 2024.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)

Dan ir-Regolament iwieġeb għal proposta magħmula mill-Konsorzju tal-Industriji b'bażi Bijoloġika Aisbl (BIC) u jirrifletti l-aħjar prattiki f'impriżi konġunti oħra. It-twettiq effettiv tal-programmi mill-Impriża Konġunta BBI u r-regolamentazzjoni ġenerali aħjar għandhom ikomplu jinkisbu permezz ta' kooperazzjoni mtejba, kollaborazzjoni u impenn mal-partijiet ikkonċernati kollha, b'mod partikolari mal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fil-katina b'bażi bijoloġika.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Il-Konsorzju tal-Industriji b'bażi Bijoloġika Aisbl (“BIC”), li huwa membru tal-Impriża Konġunta BBI minbarra l-Unjoni, għadu lest li jappoġġja l-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta BBI bl-ammont stabbilit fl-Artikolu 12(4) tal-Istatuti. Madankollu, ippropona modalità alternattiva ta' finanzjament permezz ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmulin mill-entitajiet kostitwenti tiegħu fil-livell tal-azzjonijiet indiretti.

(3)

Il-Konsorzju tal-Industriji b'bażi Bijoloġika Aisbl (“BIC”), li huwa membru tal-Impriża Konġunta BBI minbarra l-Unjoni, jibqa' obbligat, u għadu lest li jappoġġja l-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta BBI bl-ammont stabbilit fl-Artikolu 12(4) tal-Istatuti. Madankollu, ippropona modalità alternattiva ta' finanzjament permezz ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmulin mill-entitajiet kostitwenti tiegħu fil-livell tal-azzjonijiet indiretti.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

Il-modalità alternattiva ta' finanzjament proposta mill-BIC hija l-bażi ta' dan ir-Regolament, filwaqt li rrikonoxxiet il-karatteristiċi uniċi tal-Impriża Konġunta BBI. Il-Kummissjoni se teżamina kif dik il-modalità alternattiva ta' finanzjament tista' tapplika għal impriżi konġunti oħra, u, b'mod partikolari, għall-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

L-objettiv tal-Inizjattiva BBI li jitwettqu attivitajiet permezz ta' kollaborazzjoni tal-partijiet ikkonċernati tul il-ktajjen tal-valur sħaħ b'bażi bijoloġika, inklużi l-SMEs, iċ-ċentri tar-riċerka u tat-teknoloġija u tal-universitajiet jista' jinkiseb biss billi l-BIC u l-entitajiet kostitwenti tiegħu jitħallew ifornu l-kontribuzzjoni finanzjarja mhux biss bħala pagamenti għall-Impriża Konġunta BBI iżda anki bħala kontribuzzjonijiet finanzjarji għal azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta BBI .

(4)

L-objettiv tal-Inizjattiva BBI li jitwettqu , b'mod konformi mal-prijoritajiet tal-Orizzont 2020, attivitajiet permezz ta' kollaborazzjoni tal-partijiet ikkonċernati tul il-ktajjen tal-valur sħaħ b'bażi bijoloġika, inklużi l-SMEs, iċ-ċentri tar-riċerka u tat-teknoloġija u tal-universitajiet , bil-għan li l-Unjoni ssir protagonista tar-riċerka, tad-dimostrazzjoni, u tal-mobilizzazzjoni ewlenija fis-suq ta' prodotti b'bażi bijoloġika u l-bijofjuwils, jista' jinkiseb biss billi l-BIC u l-entitajiet kostitwenti tiegħu jitħallew ifornu l-kontribuzzjoni finanzjarja mhux biss bħala pagamenti għall-Impriża Konġunta BBI . Dak il-mezz ġdid ta' eżekuzzjoni għandu jiżgura li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji jsiru aktar kummerċjalment vijabbli għall-BIC u għall-entitajiet kostitwenti tiegħu, li minn naħa tiegħu jenħtieġ li jiffaċilità t-twettiq tal-obbligi finanzjarji tagħhom fit-terminu stabbilit .

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

Matul il-proċess tagħha tal-istabbiliment tal-impriża konġunta, il-Kummissjoni stabbiliet l-impatt u l-effikaċja ta’ u l-lezzjonijiet meħuda mill-emendi proposti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jevalwa l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, fid-dawl tal-obbligu tal-BIC li jagħti l-kontribuzzjoni finanzjarja tiegħu sal-31 ta' Diċembru 2024.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

F'każijiet futuri, il-Kummissjoni jenħtieġ li dejjem twettaq konsultazzjoni pubblika sabiex tiżgura li kwalunkwe tibdiliet proposti jkunu aċċettati mill-partijiet kollha interessati, u jkunu żviluppati bl-aktar mod trasparenti u miftuħ possibbli. Bl-istess mod, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq valutazzjonijiet tal-impatt tal-miżuri proposti sakemm il-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar ma jiddikjarawx biċ-ċar mod ieħor.


(37)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130).

(37)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'bażi Bijoloġika (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 130).