|
20.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 337/344 |
P8_TA(2017)0356
Fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju u fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2017 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej (COM(2016)0461 – C8-0320/2016 – 2016/0221(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2018/C 337/43)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0461), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0320/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2016 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 2017, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0120/2017), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P8_TC1-COD(2016)0221
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-14 ta' Settembru 2017 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2017/…tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2017/1991.)