23.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/322


P8_TA(2017)0134

Il-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju (05925/2017 – C8-0102/2017 – 2016/0021(NLE))

(Approvazzjoni)

(2018/C 298/46)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05925/2017),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0102/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0067/2017),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lin-Nazzjonijiet Uniti.