|
23.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/316 |
P8_TA(2017)0120
L-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fis-Slovakkja, il-Bulgarija, Franza, ir-Repubblika Ċeka, il-Litwanja, in-Netherlands, l-Ungerija, Ċipru, l-Estonja, Malta, ir-Rumanija u l-Finlandja *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar l-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fis-Slovakkja, il-Bulgarija, Franza, ir-Repubblika Ċeka, il-Litwanja, in-Netherlands, l-Ungerija, Ċipru, l-Estonja, Malta, ir-Rumanija u l-Finlandja u li tissostitwixxi d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/682/UE, 2010/758/UE, 2011/355/UE, 2011/434/UE, 2011/888/UE, 2012/46/UE, 2012/446/UE, 2012/672/UE, 2012/710/UE, 2013/153/UE, 2013/229/UE u 2013/792/UE (13526/2016 – C8-0520/2016 – 2016/0820(CNS))
(Konsultazzjoni)
(2018/C 298/40)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (13526/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0520/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 78(c) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0092/2017), |
|
1. |
Japprova l-abbozz tal-Kunsill; |
|
2. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |