|
25.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/362 |
P8_TA(2017)0080
It-tnedija fil-Greċja tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija fil-Greċja tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA (12211/2016 – C8-0477/2016 – 2016/0816(CNS))
(Konsultazzjoni)
(2018/C 263/35)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (12211/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0477/2016), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 78(c) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0053/2017), |
|
1. |
Japprova l-abbozz tal-Kunsill; |
|
2. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
3. |
Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |