|
23.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 91/1 |
OPINJONI Nru 1/2017
(skont l-Artikolu 322, TFUE)
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002, ir-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Reviżjoni tar-“Regolament Finanzjarju” — ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(2017/C 91/01)
WERREJ
|
|
Paragrafu |
Paġna |
|
SOMMARJU |
I - IX |
3 |
|
INTRODUZZJONI |
1 - 4 |
4 |
|
IL-BAŻI GĦALL-PROPOSTA |
5 - 6 |
4 |
|
Valutazzjoni tal-Impatt |
5 - 6 |
4 |
|
PUNTI EWLENIN LI MHUMIEX INKLUŻI FIL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI |
7 - 27 |
5 |
|
Governanza |
7 - 15 |
5 |
|
Rapport uniku dwar l-akkontabbiltà |
7 - 11 |
5 |
|
Pubblikazzjoni ta' stima tal-livell ta' żball |
12 - 13 |
6 |
|
Kumitat tal-Awditjar |
14 - 15 |
6 |
|
Awditjar estern |
16 - 27 |
6 |
|
Dritt ta' aċċess tal-Qorti tal-Awdituri |
16 - 17 |
6 |
|
Rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri |
18 - 20 |
6 |
|
Rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri |
21 - 22 |
7 |
|
Aġenziji u korpi ta' sħubija pubblika-privata (korpi tal-Unjoni) |
23 - 27 |
7 |
|
MODIFIKI PROPOSTI MILL-KUMMISSJONI |
28 - 108 |
7 |
|
Simplifikazzjoni għar-riċevituri ta' fondi tal-UE |
28 - 34 |
7 |
|
Sett uniku ta' regoli applikati għal azzjonijiet ibridi jew għal taħlita ta' miżuri u strumenti |
35 - 41 |
8 |
|
Interventi finanzjarji |
42 - 50 |
9 |
|
Flessibbiltà baġitarja |
51 - 63 |
11 |
|
Fondi fiduċjarji |
64 - 68 |
12 |
|
Dħul assenjat |
69 - 76 |
13 |
|
Pagament ibbażat fuq kundizzjonijiet issodisfati jew riżultati miksubin |
77 - 84 |
14 |
|
Qafas tal-prestazzjoni |
85 - 89 |
14 |
|
Simplifikazzjoni tar-rappurtar |
90 - 99 |
15 |
|
Arranġamenti għall-awditjar |
100 - 108 |
17 |
|
Kontrodipendenza fuq l-awditi |
100 - 105 |
17 |
|
Ir-regoli u l-proċedura dwar l-awditjar |
106 - 108 |
17 |
|
PUNTI OĦRA LI TQIESU |
109 - 148 |
18 |
|
Kontijiet annwali |
109 - 112 |
18 |
|
Sponsorizzar korporattiv |
113 - 116 |
18 |
|
Ftehimiet dwar il-livell ta' servizz |
117 - 119 |
19 |
|
Regoli tal-akkwist pubbliku |
120 - 123 |
19 |
|
It-tgħaqqid tal-Bord dwar l-“Irregolarità Finanzjarja” mal-Bord dwar is-“Sistema ta' Identifikazzjoni Bikrija u ta' Esklużjoni” |
124 - 128 |
20 |
|
Trattament differenzjat tal-investituri |
129 - 131 |
21 |
|
Bidla tal-perjodu ta' eliġibbiltà għal strumenti finanzjarji b'ġestjoni kondiviża |
132 - 133 |
21 |
|
Regoli dwar l-irkupru |
134 - 136 |
21 |
|
Status ta' “bidwi attiv” |
137 - 139 |
21 |
|
Pagament għall-bdiewa żgħażagħ |
140 - 142 |
22 |
|
Definizzjonijiet |
143 - 148 |
22 |
|
ANNESS I - TEST MODIFIKAT TAL-KUMMISSJONI, U SUĠĠERIMENTI TAL-QORTI |
|
24 |
|
ANNESS II - RAPPURTAR |
|
28 |
IL-QORTI TAL-AWDITURI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 322 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 (1), ir-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013 (2), (UE) Nru 1301/2013 (3), (UE) Nru 1303/2013 (4), (UE) Nru 1304/2013 (5), (UE) Nru 1305/2013 (6), (UE) Nru 1306/2013 (7), (UE) Nru 1307/2013 (8), (UE) Nru 1308/2013 (9), (UE) Nru 1309/2013 (10), (UE) Nru 1316/2013 (11), (UE) Nru 223/2014 (12), (UE) Nru 283/2014 (13), (UE) Nru 652/2014 (14) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (15) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16),
Wara li kkunsidrat it-talba tal-Kunsill għal opinjoni dwar il-proposta tad-9 ta' Diċembru 2016 imsemmija hawn fuq,
ADOTTAT L-OPINJONI LI ĠEJJA:
SOMMARJU
|
I. |
Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi l-prinċipji u l-proċeduri li jirregolaw l-istabbiliment u l-infiq tal-baġit tal-Unjoni Ewropea (UE) u l-kontroll tal-fondi tal-UE. |
|
II. |
Aħna nqisu li jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża r-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju biex iġġib l-arranġament ta' governanza tagħha f'konformità mal-aħjar prattika internazzjonali. B'mod partikolari, aħna nindirizzaw il-kwistjonijiet ta' rappurtar integrat, ta' stimar tal-livell ta' żball u tal-kumitat tal-awditjar (il-paragrafi 7 sa 15). |
|
III. |
Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li l-mod kif aħna nippreżentaw ir-rapporti speċjali tagħna jinbidel għal mod li aħna nqisu li x'aktarx irendihom anqas faċli biex jinqraw. Aħna ninsabu mħassbin dwar din it-tentattiva biex kwistjoni li hija fundamentali għall-awtonomija tagħna tiġi rregolata (il-paragrafi 18 sa 22). |
|
IV. |
Inġenerali, aħna nappoġġaw is-simplifikazzjonijiet proposti għar-riċevituri ta' fondi tal-UE (il-paragrafi 28 sa 34) u nissuġġerixxu li l-Kummissjoni tikkjarifika l-proposti dwar il-kombinament ta' metodi jew strumenti ta' implimentazzjoni tal-baġit (il-paragrafi 35 sa 41). Ninnutaw il-fatt li l-modifiki proposti dwar l-istrumenti finanzjarji huma potenzjalment pożittivi, iżda jeħtieġ li dawn jiġu kkjarifikati (il-paragrafi 42 sa 50). |
|
V. |
Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi modifiki dettaljati għall-operazzjonijiet ta' ġestjoni baġitarja mingħajr ma tistħarreġ dwar jekk il-mekkaniżmi eżistenti għadhomx xierqa. Aħna nqisu li hemm lok għal simplifikazzjoni sinifikanti tal-arranġamenti baġitarji (il-paragrafi 51 sa 63). Ma nappoġġawx il-modifiki proposti għall-użu tad-dħul assenjat, u nqisu li mhuwiex meħtieġ li tinżamm il-kategorija ta' dħul assenjat intern (il-paragrafi 69 sa 76). |
|
VI. |
L-estensjoni prematura tal-użu ta' fondi fiduċjarji għal politiki interni tqajjem problemi ta' amministrazzjoni, kost u akkontabbiltà (il-paragrafi 64 sa 68). |
|
VII. |
Aħna nappoġġaw l-użu akbar ta' pagamenti bbażati fuq kundizzjonijiet issodisfati jew riżultati miksubin, u nitolbu li l-qafas tal-prestazzjoni propost jiġi kkjarifikat aktar (il-paragrafi 77 sa 89). |
|
VIII. |
Filwaqt li nilqgħu l-prospett li r-rapporti mħejjija mill-Kummissjoni jiġu kkonsolidati, aħna nqisu li l-implikazzjonijiet ta' dawn il-bidliet ma ġewx ivvalutati kompletament. Il-“Pakkett ta' rappurtar finanzjarju integrat”, li l-Kummissjoni qed tipproponi, ikun jammonta għal eluf ta' paġni u jkun jinkludi duplikazzjoni sinifikanti (il-paragrafi 90 sa 99). |
|
IX. |
Aħna nindirizzaw ukoll modifiki oħra li ġew proposti iżda li ma ġewx enfasizzati fil-memorandum ta' spjegazzjoni, inklużi punti li ġejjin minn modifiki għar-regoli settorjali (il-paragrafi 109 sa 148). |
INTRODUZZJONI
|
1. |
Ir-Regolament Finanzjarju jipprovdi l-prinċipji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-UE. Ir-reviżjoni tiegħu se taffettwa l-proċess ta' stabbiliment tal-baġit u tal-użu tal-fondi, u se tipprovdi opportunità biex tittejjeb il-ġestjoni finanzjarja tal-UE. |
|
2. |
Xi wħud mill-modifiki li l-Kummissjoni qiegħda tipproponi, bħal li jiġi promoss l-użu ta' forom issimplifikati ta' kontribuzzjonijiet u ta' pagamenti bbażati fuq il-kundizzjonijiet jew ta' objettivi fil-modi kollha ta' ġestjoni, jistgħu jwasslu għal simplifikazzjoni fil-ġestjoni u fir-riċeviment tal-fondi tal-UE. Ħafna minnhom jirriflettu rakkomandazzjonijiet tal-Qorti minn rapporti annwali reċenti. Madankollu, regoli dettaljati mhumiex sostitut għal governanza tajba u ġestjoni soda. Sabiex jirnexxu, dawn il-modifiki se jkollhom jitpoġġew fil-prattika minn persunal responsabbli u jiġu mmonitorjati mill-korpi ta' governanza. |
|
3. |
Il-Kummissjoni tiddeskrivi l-proposta tagħha bħala “reviżjoni ambizzjuża tar-regoli finanzjarji ġenerali akkumpanjata minn bidliet korrispondenti fir-regoli finanzjarji settorjali” (17). Hija tiddikjara wkoll li l-proposta tikkontribwixxi għal tnejn mill-objettivi ewlenin tal-analiżi tal-QFP: simplifikazzjoni u flessibbiltà. Hija tintroduċi għadd kbir ta' modifiki dettaljati li jirrigwardaw, notevolment:
|
|
4. |
L-ewwel parti tal-opinjoni tagħna (il-paragrafi 7 sa 27) tindirizza kwistjonijiet li aħna nqisu li kien imisshom ġew inklużi fir-Regolament Finanzjarju propost (RFP). Il-paragrafi 28 sa 148 hawn taħt jindirizzaw modifiki li l-Kummissjoni qiegħda tipproponi, u huma strutturati fuq il-linji tal-memorandum ta' spjegazzjoni. |
IL-BAŻI GĦALL-PROPOSTA
Valutazzjoni tal-Impatt
|
5. |
Skont il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet tal-impatt tal-inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi tagħha, l-atti delegati tagħha u l-miżuri tagħha ta' implimentazzjoni, li huma mistennija li jkollhom impatti ekonomiċi, ambjentali jew soċjali li jkunu sinifikanti. Aħna nqisu li l-Kummissjoni kien imissha wettqet valutazzjoni tal-impatt qabel ma ppubblikat il-proposta (18). |
|
6. |
Sabiex ikun jista' jintlaħaq l-objettiv tal-ftehim interistituzzjonali, aħna qegħdin nipproponu li fir-Regolament Finanzjarju jiddaħħal ir-rekwiżit li jsiru valutazzjonijiet tal-impatt għall-inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi, l-atti delegati u l-miżuri ta' implimentazzjoni li huma mistennija li jkollhom impatt ekonomiku, ambjentali jew soċjali li jkun sinifikanti. |
PUNTI EWLENIN LI MHUMIEX INKLUŻI FIL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI
Governanza (19)
Rapport uniku dwar l-akkontabbiltà
|
7. |
Il-Kummissjoni ma tapplikax qafas ta' governanza rikonoxxut, u lanqas ma tindika, fir-rapporti annwali tagħha, kemm qafas ta' dan it-tip jiġi segwit (20). Filwaqt li l-kontijiet jitħejjew skont l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS), ma hemm l-ebda rapport li jakkumpanjahom u li jipprovdi stampa kumplessiva tal-governanza, il-prestazzjoni u l-istrateġija tal-Kummissjoni mqabbla mar-riskji għall-ilħuq tal-għanijiet tagħha. Il-Kummissjoni tipprovdi stima tal-livell ta' tranżazzjonijiet illegali u irregolari (ara wkoll il-paragrafu 12) fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni (AMPR) (sar-Rapport tal-2015, fir-“rapport ta' sinteżi”), iżda din ma tintbagħatx lill-partijiet interessati, inkluż lilna, qabel ma jkun ġie kkompletat l-awditu annwali. L-informazzjoni tixtered (u xi drabi tiġi ripetuta) fid-dokumenti fil-livell tal-Kummissjoni u dawk fil-livell tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) li jiġu ppreżentati separatament matul is-sena (ta' spiss tard wisq biex jitqiesu flimkien mal-awditu tal-kontijiet annwali jew biex jiġu ttrattati fir-rapport annwali tagħna). |
|
8. |
Aħna nqisu li jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża r-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju bħala opportunità biex taġġorna l-arranġamenti ta' governanza tagħha. Ir-Regolament Finanzjarju propost jintroduċi xi modifiki li jindirizzaw il-governanza; madankollu, dawn mhux dejjem jikkonformaw mal-aħjar prattika internazzjonali, u l-proposta ma tindirizzax xi elementi ewlenin tal-governanza. |
|
9. |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tissimplifika aktar ir-rappurtar, billi toħroġ rapport uniku dwar l-akkontabbiltà (preferibbilment) jew sensiela ta' rapporti (alternattivament). Jenħtieġ li l-awtorità ta' kwittanza jkollha dokument ċar u uniku fejn il-Kummissjoni tagħti kont tal-azzjoni tagħha, tal-użu li tagħmel mill-baġit, u tar-riżultati miksubin. Aħna nilqgħu l-pass li l-Kummissjoni għamlet biex tikkonsolida għadd ta' rapporti fil-“pakkett ta' rappurtar finanzjarju integrat” (IFRP). Madankollu, sabiex dan il-pakkett isir rapport uniku dwar l-akkontabbiltà (u sabiex tabilħaqq ikun jirrappreżenta pakkett ġenwinament integrat) jenħtieġ li dan:
|
|
10. |
Bħalma nirrakkomandaw fir-Rapport Speċjali Nru 27/2016, dan ir-rapport ikun jinkludi:
Parti minn din l-informazzjoni hija diġà disponibbli. Fl- Anness II , aħna nippreżentaw ir-rapporti eżistenti, il-proposta tal-Kummissjoni u l-proposta tagħna. |
|
11. |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta dan ir-rapport uniku dwar l-akkontabbiltà jew sensiela ta' rapporti f'ħin debitu għall-awditjar tal-kontijiet u għal kontrolli mill-awditur li informazzjoni oħra ppreżentata fih tkun konsistenti mal-informazzjoni kontabilistika. Hawn taħt, aħna niddiskutu emendi potenzjali għall-proposti tal-Kummissjoni li jkunu jippermettu li r-rappurtar li jsir mill-UE jimxi lejn struttura aħjar (u aktar integrata). |
Pubblikazzjoni ta' stima tal-livell ta' żball
|
12. |
Fejn ikun hemm riskju għoli ta' irregolarità, l-aħjar prattika (21) hija kemm li r-riskju jiġi diskuss kif ukoll li l-livell u l-impatt probabbli jiġu kkwantifikati. Il-Kummissjoni għandha ħafna membri tal-persunal li jaħdmu fil-qasam tal-awditjar u l-kontroll, u l-leġiżlazzjoni tal-UE tirrikjedi ukoll li jsiru kontrolli estensivi fuq l-infiq mill-korpi li jimmaniġġjaw il-fondi tal-UE. Ir-rappurtar tal-Kummissjoni dwar dan is-suġġett jagħti attenzjoni sinifikanti ħafna lill-“kapaċità korrettiva” (il-possibbiltà li l-klejms għall-infiq jiġu rifjutati wara li jkunu ġew inizjalment aċċettati mill-Kummissjoni) aktar milli lill-kwantifikazzjoni u l-analiżi tan-natura tal-iżbalji li hija tidentifika. Id-dokument ewlieni dwar dan (“Il-Protezzjoni tal-Baġit tal-UE”) ma jipprovdi l-ebda stima tal-livell ta' irregolarità li huwa preżenti fi klejms inizjali jew fil-klejms li jkunu ġew approvati għar-rimborż. |
|
13. |
Aħna nirrakkomandaw li fir-Regolament Finanzjarju propost jiddaħħal ir-rekwiżit li l-Kummissjoni (22) tippubblika, bħala parti mill-kontijiet annwali jew mill-informazzjoni li takkumpanjahom, stima tal-livell ta' żball ibbażata fuq metodoloġija konsistenti u li tippreżenta din l-informazzjoni lilna flimkien mal-kontijiet proviżorji (jiġifieri fl-abbozz ta' rapport uniku dwar l-akkontabbiltà). |
Kumitat tal-Awditjar
|
14. |
L-aħjar prattika fil-qasam tal-korpi ta' governanza tas-settur pubbliku tirrikjedi li jiġi stabbilit kumitat tal-awditjar jew grupp jew funzjoni ekwivalenti (23). Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħna, jidher li l-Kumitat tal-Progress tal-Awditjar, tal-Kummissjoni, jitbiegħed mill-aħjar prattika fis-sens li minoranza żgħira biss mis-sħubija tiegħu hija indipendenti mill-istituzzjoni (24), u l-mandat tiegħu ma jkoprix ir-rappurtar finanzjarju, l-irregolaritajiet u l-ġestjoni tar-riskju (25). |
|
15. |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-opportunità li tirrevedi r-Regolament Finanzjarju biex tintroduċi rekwiżiti speċifiċi għall-ħolqien u l-funzjonament ta' kumitat tal-awditjar fi ħdan dawk l-istituzzjonijiet tal-UE li għandhom rwol ta' nfiq u li tallinja l-kompożizzjoni tiegħu u l-ambitu ta' xogħlu mal-aħjar prattika internazzjonali. |
Awditjar estern
Dritt ta' aċċess tal-Qorti tal-Awdituri
|
16. |
Huwa importanti li l-informazzjoni li aħna neħtieġu biex inwettqu l-awditu tagħna ssir disponibbli b'mod f'waqtu u effiċjenti. Jeħtieġ li aħna jkollna aċċess dirett għad-data tal-Kummissjoni, u li nkunu nistgħu nanalizzaw din id-data fil-bini proprju tagħna, bl-għodod proprji tagħna għall-analiżi tad-data, fejn ikun meħtieġ. Jeħtieġ ukoll li d-dokumenti li aħna suppost neżaminaw ikunu disponibbli għalina minn kmieni (u bħala abbozz) biex b'hekk inkunu nistgħu niżguraw li r-rappurtar isir f'waqtu. |
|
17. |
L-Artikolu 249 tar-Regolament Finanzjarju propost jinkludi dispożizzjonijiet rigward l-aċċess tagħna għal dokumenti u għal data maħżuna elettronikament. Aħna nqisu li jeħtieġ li jsiru aktar kjarifiki, b'mod partikolari rigward id-dispożizzjonijiet dwar id-dritt ta' aċċess għas-sistemi tal-IT. Qegħdin ninkludu l-proposta tagħna għall-modifika tal-Artikolu 249 fl- Anness I . |
Rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri
|
18. |
Fl-Artikolu 250, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li tnaqqas iż-żmien li għandna għad-dispożizzjoni tagħna biex nibagħtu osservazzjonijiet li jkunu jidhru fir-rapport annwali, billi tibdel l-iskadenza tagħna mit-30 ta' Ġunju għall-15 ta' Ġunju. Madankollu, ma hi qed tipproponi l-ebda modifika korrispondenti għal meta aħna nirċievu l-informazzjoni mill-Kummissjoni. Sabiex inkomplu bis-suċċess li ksibna fl-2016, meta r-rapport annwali tagħna ġie ppubblikat xahar qabel ma kien rikjest, jenħtieġ li l-iskadenzi li jingħataw lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet l-oħra biex jibagħtu l-kontijiet annwali tagħhom u l-informazzjoni relatata jiġu aġġustati skont dan. Pereżempju, jenħtieġ li l-iskadenza biex jintbagħtu l-kontijiet kkonsolidati finali (l-Artikolu 238(5)) tinbidel mill-31 ta' Lulju għat-30 ta' Ġunju, u li l-iskadenza biex aħna nirċievu r-risposti dwar l-osservazzjonijiet għar-rapport annwali mingħand l-istituzzjonijiet tinbidel mill-15 ta' Ottubru għall-15 ta' Lulju (l-Artikolu 250(1)) (ara wkoll l- Anness II ). |
|
19. |
Biex ikun hemm riflessjoni aħjar tal-iskop u n-natura tal-“proċedura kontradittorja”, aħna qegħdin nissuġġerixxu li l-ewwel żewġ sentenzi tal-Artikolu 250 jinbidlu kif propost fl- Anness I . |
|
20. |
Għal dak li jirrigwarda l-pożizzjonament tar-risposti tal-istituzzjonijiet fir-rapporti tagħna, aħna nqisu li huwa intrinsiku għall-awtonomija amministrattiva tal-QEA li din ikollha s-setgħa li tiddeċiedi kif għandha tippreżentata r-rapporti tagħna skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar. Aħna nqisu li l-pubblikazzjoni tar-risposti ta' kull istituzzjoni “maġenb” l-osservazzjonijiet tagħna ttellef mill-istil mexxej u mil-leġibbiltà tat-test, notevolment meta r-risposti jkunu itwal mit-test proprju tagħna. Fuq din il-bażi, aħna qegħdin nipproponu li nippubblikaw ir-risposti għar-rapport annwali fi tmiem it-test tagħna għal kull kapitolu, fuq bażi simili għall-prattika attwali li attwalment nużaw għar-rapporti speċjali. |
Rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri
|
21. |
Il-kumment tagħna dwar il-“proċedura kontradittorja” (ara l-paragrafu 19) japplika wkoll għar-rapporti speċjali msemmijin fl-Artikolu 251. Fir-rigward tal-iskadenza ta' sitt ġimgħat biex l-istituzzjonijiet awditjati jikkomunikaw ir-risposti tagħhom, aħna nqisu li ma hemmx ħtieġa li ssir referenza għas-sospensjoni tal-iskadenza, jew li tingħata ġustifikazzjoni possibbli għaliha f'dan il-livell ta' leġiżlazzjoni. |
|
22. |
Fir-rigward tal-modifika li ġiet proposta fil-paragrafu dwar il-pożizzjonament tar-risposti fir-rapporti speċjali, aħna ntennu l-pożizzjoni tagħna kif iddikjarata fil-paragrafu 20 hawn fuq li dan imur kontra l-awtonomija amministrattiva leġittima tal-Qorti. Barra minn hekk, wara li reċentement qlibna għal pubblikazzjoni mingħajr karti, aħna qed niżviluppaw modi ġodda ta' kif nippreżentaw is-sejbiet tagħna. Dan jinkludi l-esplorazzjoni tad-diversi possibbiltajiet li l-pubblikazzjoni elettronika toffri, inkluż li nagħtu lill-qarrej il-flessibbiltà fil-mod kif huwa jkun jixtieq jara t-test. Għalhekk aħna qegħdin nipproponu li tinżamm il-formulazzjoni attwali “jiġu ppubblikati […] flimkien mar-rapport speċjali”. |
Aġenziji u korpi ta' sħubija pubblika-privata (korpi tal-Unjoni)
|
23. |
L-Artikolu 69(6) tar-Regolament Finanzjarju propost jipprovdi li l-kontijet tal-korpi li ġew stabbiliti skont it-TFUE u t-Trattat tal-Euratom u li jirċievu kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-UE (jiġifieri l-aġenziji) jkomplu jkunu awditjati minn awdituri indipendenti esterni qabel ma ssir il-konsolidazzjoni fil-kontijiet tal-UE. B'hekk inkunu nistgħu nkomplu nieħdu r-riżultati tal-awditjar tagħhom inkunsiderazzjoni għat-tħejjija tar-rapporti proprji tagħna. L-arranġament li mhux biss il-kontijiet jiġu awditjati minn awdituri independenti esterni, iżda wkoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ikun jikkostitwixxi titjib sew meta mqabbel mal-arranġamenti preċedenti. |
|
24. |
Il-baġits totali tal-aġenziji jirrappreżentaw inqas minn 2 % tal-baġit tal-UE fl-intier tiegħu. Minkejja l-infiq limitat tagħhom, l-aġenziji għandhom rwol sinifikanti fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE, u arranġamenti aktar effiċjenti għall-aspetti rikorrenti tal-awditu annwali jippermettulna niffukaw aktar fuq il-prestazzjoni tagħhom. |
|
25. |
Attwalment aħna noħorġu rapport annwali speċifiku dwar kull aġenzija. Ir-rapporti jinkludu dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (opinjoni dwar il-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet) u, jekk meħtieġ, kummenti dwar punti ta' importanza partikolari. Fl-2016, ġew ippubblikati 41 rapport ta' dan it-tip, bi 82 opinjoni u madwar 90 kumment speċifiku. Biex l-effiċjenza tittejjeb, aħna qegħdin nipproponu li r-regoli dwar ir-rappurtar annwali jiġu emendati. Qegħdin nipproponu li, fil-ġejjieni, nikkunsidraw il-possibbiltà li noħorġu rapport tal-awditjar ikkonsolidat uniku li jkun ikopri l-aġenziji kollha. |
|
26. |
Għall-awditjar ta' dawn il-korpi aħna qegħdin nipproponu l-arranġament li ġej. Minbarra li jivverifika l-kontijiet, jenħtieġ li awditur indipendenti estern jivverifika wkoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, għalkemm aħna nibqgħu responsabbli għall-ħruġ tad-dikjarazzjonijiet ta' assigurazzjoni finali għall-korpi kollha. Dan il-mudell ikun jippermettilna noqogħdu kemm jista' jkun fuq ix-xogħol li jitwettaq mill-awdituri indipendenti esterni kif ukoll fuq ix-xogħol li jitwettaq mis-Servizz tal-Awditjar Intern. Qegħdin ninkludu l-proposta tagħna għall-modifika tal-artikoli relatati fl- Anness I . |
|
27. |
Jenħtieġ li s-soluzzjoni adottata tiġi applikata wkoll għall-korpi ta' sħubija pubblika-privata li jissemmew fl-Artikolu 70. |
MODIFIKI PROPOSTI MILL-KUMMISSJONI
Simplifikazzjoni għar-riċevituri ta' fondi tal-UE
|
28. |
Il-miżuri introdotti mill-Kummissjoni huma relatati ma' għotjiet u ma' forom issimplifikati ta' kontribuzzjoni tal-UE. |
Il-proposta tal-Kummissjoni
|
29. |
Il-modifiki ewlenin li qegħdin jiġu proposti jirrigwardaw:
|
L-analiżi tagħna
|
30. |
Ir-Regolament Finanzjarju propost ma jipprovdix istruzzjonijiet dwar it-tfassil tal-iskemi ta' nfiq. Dan jagħmilha diffiċli li jiġu identifikati liema tipi ta' proġetti se jibbenefikaw minn din is-simplifikazzjoni. B'mod simili, f'dan l-istadju mhuwiex ċar kif fil-prattika se tinkiseb l-aspirazzjoni tal-Kummissjoni li ssir enfasi akbar fuq il-kwalità tar-riżultati tanġibbli (eżiti) u fuq il-kwalità tal-valutazzjoni li l-uffiċjal awtorizzanti jwettaq tal-prattiki kontabilistiċi tal-kostijiet. |
|
31. |
Attwalment ftit hemm każijiet fejn il-Kummissjoni teżerċita d-dritt tagħha li tirkupra l-profitti. Il-Kummissjoni tinnota (27) li l-għażla prestabbilita għall-finanzjament ta' proġetti li jiġġeneraw id-dħul għandha tkun l-użu ta' strumenti finanzjarji aktar milli għotjiet. |
|
32. |
Ir-rikonoxximent tax-xogħol tal-voluntiera bħala “kostijiet eliġibbli” għall-iskop ta' kofinanzjament iħeġġeġ lill-benefiċjarji biex jagħmlu aktar użu minn dan l-input bl-effett li dawn jiġu rimborżati kompletament għall-kostijiet l-oħra kollha li jġarrbu, u b'hekk ir-riskju ta' nfiq mhux xieraq jiġġarrab kollu kemm hu mill-baġit tal-UE. Il-proposta tikkumplika l-verifika tal-kofinanzjament mill-Kummissjoni u l-kalkolu tal-kostijiet indiretti. Fid-dawl tal-proposta biex jiżdied il-finanzjament ibbażat fuq ir-riżultati aktar milli r-rimborż tal-kostijiet eliġibbli, aħna nqisu li din il-proposta hija kumplikazzjoni żejda li żżid ir-riskju ta' żball. |
|
33. |
Il-proposta għandha l-għan li tissimplifika l-ġestjoni tal-għotjiet li jitħallsu lill-persuni fiżiċi msemmijin fl-Artikolu 185 billi tippermetti li tip speċifiku ta' benefiċjarji jirċievu aktar minn għotja waħda, u li l-istess kostijiet jiġu ffinanzjati aktar minn darba mill-baġit tal-UE. |
Konklużjoni
|
34. |
F'konformità mal-analiżi tagħna hawn fuq:
|
Sett uniku ta' regoli applikati għal azzjonijiet ibridi jew għal taħlita ta' miżuri u strumenti
Il-proposta tal-Kummissjoni
|
35. |
Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li tapplika sett uniku ta' regoli:
|
|
36. |
Il-modifiki għar-regolamenti settorjali jinkludu wkoll il-possibbiltà li l-fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (SIE) jingħaqdu ma' strument appoġġat mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS). |
|
37. |
Il-Kummissjoni qiegħda tintroduċi l-ftehimiet qafas ta' sħubija finanzjarja f'implimentazzjoni diretta u indiretta. Dawn ikunu jagħtu l-possibbiltà li jiġu konklużi ftehimiet tal-awditjar ma' persuni u entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni jew ma' benefiċjarji ta' għotjiet. |
L-analiżi tagħna
|
38. |
Il-Kummissjoni ħolqot titolu ġdid “Regoli Komuni” li għandu l-għan li jiġbor flimkien ir-regoli kollha li huma applikabbli għal aktar minn metodu wieħed ta' implimentazzjoni tal-baġit. Aħna nappoġġaw l-ambizzjoni li tinsab wara dan. Madankollu, bħal fil-każ ta' titoli oħra (akkwist, għotjiet — ara l-paragrafi 120 sa 123) dawn is-suġġetti jiġu ttrattati wkoll fi bnadi oħra fil-proposta. B'riżultat ta' dan, ma tinkisibx is-simplifikazzjoni mixtieqa tat-test. |
|
39. |
Taħlitiet ta' strumenti differenti ta' finanzjament jistgħu jinvolvu riskji bħal finanzjament doppju jew esklużjoni (crowding out), li jkun meħtieġ li jiġu mmaniġġjati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se jkollha tiżgura li dawn it-taħlitiet jirrispettaw il-prinċipju ta' kofinanzjament u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Aħna nqisu li jenħtieġ li t-taħlita ta' strumenti ta' finanzjament tiġi mmonitorjata b'mod adegwat, inkluż f'termini ta' riżultati miksubin u objettivi milħuqa, u li tiġi rreġistrata u rrappurtata b'mod xieraq, biex jiġu żgurati t-trasparenza u l-akkontabbiltà. |
|
40. |
Aħna qegħdin nifhmu li l-proposta fl-Artikolu 126(3) rigward ftehimiet tal-awditjar tikkonċerna l-Kummissjoni. Fl-interess taċ-ċarezza, jenħtieġ li jiġi speċifikat li l-ftehimiet ta' awditjar jew ta' verifika ma għandhomx jirrestrinġu l-aċċess tagħna għall-informazzjoni li tkun meħtieġa għall-awditjar tal-fondi tal-Unjoni. Barra minn hekk, aħna nqisu li r-referenza li ssir fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 126(3) għall-ftehim tripartitiku bejn il-Qorti tal-Awdituri, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Kummissjoni (prevista fl-Artikolu 287(3) (TFUE) hija żejda u jenħtieġ li titħassar. |
Konklużjoni
|
41. |
Aħna nirrakkomandaw li:
|
Interventi finanzjarji
Il-proposta tal-Kummissjoni
|
42. |
Il-modifiki ewlenin li ġew introdotti f'dan il-qasam jinkludu:
|
|
43. |
L-Artikolu 203 jinkwadra l-ammonti massimi tal-obbligazzjoni finanzjarja tal-UE għat-tliet tipi ta' operazzjonijiet finanzjarji. Aħna ninnutaw li l-garanziji baġitarji u l-assistenza finanzjarja jistgħu wkoll jiġġeneraw obbligazzjonijiet kontinġenti għall-UE, u li l-ammont miżmum f'assi finanzjarji mhux neċessarjament ikun suffiċjenti biex ikopri l-obbligazzjonijiet finanzjarji. |
|
44. |
Ir-riskji finanzjarji li jirriżultaw minn garanzija baġitarja jew minn assistenza finanzjarja huma koperti minn provvediment li jirrappreżenta perċentwal (rata ta' proviżjonament) mill-ammont tal-obbligazzjoni finanzjarja awtorizzata. Il-provvedimenti għall-istrumenti finanzjarji jindirizzaw il-pagamenti futuri relatati mal-impenn baġitarju tal-istrument. Qiegħed jiġi propost li dawn il-provvedimenti jinżammu f'fond ta' proviżjonament komuni li jiġi mmaniġġjat b'mod dirett mill-Kummissjoni (l-Artikolu 205). Ir-Regolament Finanzjarju propost jippermetti wkoll it-trasferiment ta' eċċess ta' provvedimenti bejn il-garanziji baġitarji jew l-operazzjonijiet ta' assistenza finanzjarja (l-Artikolu 206(3)(a)). |
L-analiżi tagħna
|
45. |
Aħna nilqgħu l-proposta tal-Kummissjoni biex il-garanziji baġitarji u l-assistenza finanzjarja jiġu inklużi taħt ir-Regolament Finanzjarju u wkoll biex it-tipi differenti ta' operazzjonijiet finanzjarji tal-UE jinġabru taħt l-istess titolu. |
|
46. |
Il-proposta dwar il-ħolqien tal-fond ta' proviżjonament komuni ma tispjegax il-funzjonament ta' dan il-fond, il-kalkolu tar-rata ta' proviżjonament effettiva u r-relazzjonijiet bejn ir-rata ta' proviżjonament stabbilita mill-att bażiku u r-rata ta' proviżjonament effettiva. |
|
47. |
Aħna nqisu li t-tariffi bbażati fuq il-prestazzjoni (l-Artikolu 202(1)(g)) jirrappreżentaw żvilupp pożittiv iżda ninnutaw li l-ftehimiet u l-miżuri ta' prestazzjoni se jkollhom jitfasslu tajjeb u jiġu implimentati b'attenzjoni. Madankollu, jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tippermettix li t-tariffi amministrattivi jiġu kkalkulati bħala perċentwal tal-kontribuzzjoni kumulattiva mill-UE li tkun ġiet impenjata (inklużi l-impenji baġitarji mhux eżerċitati). |
|
48. |
Aħna nappoġġaw ir-rekwiżit li jitwettqu evalwazzjonijiet ex ante għall-operazzjonijiet finanzjarji tal-UE, u nqisu li jenħtieġ li jsiru provvedimenti biex l-evalwazzjonijiet interim ikunu jistgħu jieħdu kont tal-kundizzjonijiet tas-suq li qegħdin jinbidlu (29). |
|
49. |
Attwalment, l-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet finanzjarji tal-UE tinstab f'rapporti differenti (30). Aħna nilqgħu l-proposta tal-Kummissjoni biex ir-rekwiżiti (l-obbligi) ta' rappurtar kollha jinġabru flimkien (minbarra r-rekwiżit għad-divulgazzjoni fil-kontijiet annwali u fl-informazzjoni ta' akkumpanjament) f'dokument wieħed li jkun mehmuż mal-abbozz ta' baġit (31). Nassumu li b'dan il-mod jiġi pprovdut mill-inqas l-istess livell ta' informazzjoni bħal dak li jinsab fir-rapporti attwali u li din l-informazzjoni tkun tkopri s-sitwazzjoni eżistenti fit-30 ta' Ġunju tas-sena tal-pubblikazzjoni. |
Konklużjoni
|
50. |
Aħna nirrakkomandaw li:
|
Flessibbiltà baġitarja
Il-proposta tal-Kummissjoni
|
51. |
Il-Kummissjoni pproponiet miżuri għat-titjib tal-“flessibbiltà” baġitarja. Dawn jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:
|
L-analiżi tagħna
Kuxin ta' flessibbiltà
|
52. |
Il-proposta żżid il-kumplessità tas-sistema baġitarja billi toħloq riżerva addizzjonali u żżid eċċezzjoni oħra għall-Artikolu 12(2) li jittratta r-riporti (ara wkoll il-paragrafi 57 sa 60). |
Riżerva negattiva
|
53. |
Ir-“riżerva negattiva” intużat biss fl-2011. Il-proposta ma tipprovdix ġustifikazzjoni b'saħħitha għat-talba biex il-kapaċità tagħha tiġi rduppjata għal EUR 400 miljun. |
Trasferimenti minn ġestjoni kondiviża għal-livell tal-Unjoni
|
54. |
Mingħajr dan il-provvediment il-ġdid, ir-riżorsi inkwistjoni jitreġġgħu lura għall-baġit tal-UE jekk ma jintużawx qabel id-data dovuta. Trasferimenti minn strumenti taħt implimentazzjoni kondiviża għal strumenti permezz taħt implimentazzjoni diretta jew indiretta jistgħu effettivament jikkostitwixxu trasferimenti ta' approprjazzjonijiet mhux biss bejn l-Istati Membri (34), iżda wkoll bejn it-titoli tal-baġit u jistgħu jibdlu l-allokazzjoni tar-riżorsi bejn l-intestaturi tal-QFP. |
|
55. |
Jidher li ma sar l-ebda provvediment għall-involviment tal-awtorità baġitarja. Billi dan il-provvediment jista' jitqies bħala mekkaniżmu ta' trasferiment, jenħtieġ li jżomm l-istess proċeduri, rekwiżiti tat-trasparenza u opportunitajiet għal skrutinju pubbliku. |
|
56. |
Fl-istess artikolu, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li tissaħħaħ il-kapaċità ta' rfigħ tar-riskji tal-FSIE. Mhuwiex ċar kif dan jinkiseb. |
Riporti, derogi għall-annwalità u speċifikazzjoni
|
57. |
Ir-regola ġenerali attwali hija li l-approprjazzjonijiet li ma jkunux intużaw sa tmiem is-sena finanzjarja għandhom jitħassru. Madankollu, hemm għadd ta' eċċezzjonijiet għal din ir-regola. Aktar provvedimenti huma inklużi għall-approprjazzjonijiet mhux differenzjati (NDAs) li jintużaw għal proġetti ta' bini, u għall-approprjazzjonijiet ta' pagament li jintużaw għal impenji eżistenti jew għall-approprjazzjonijiet ta' impenn riportati, meta l-linji rilevanti fil-baġit għas-sena ta' wara ma jkunux ikopru r-rekwiżiti. |
|
58. |
Ir-Regolament Finanzjarju propost ineħħi mill-Artikolu 12(3) ir-regola li tirrikjedi li l-approprjazzjonijiet ta' pagament tas-sena attwali jintużaw qabel dawk riportati. Dan ifisser li jkun l-uffiċjal awtorizzanti li jkollu r-responsabbiltà jiddeċiedi liema approprjazzjonijiet ta' pagament jintużaw l-ewwel. Ibbażat fuq l-informazzjoni li rċevejna mingħand il-Kummissjoni, li kieku dan il-provvediment kien ġie applikat għall-2014 u l-2015 l-ammonti involuti kienu jkunu insinifikanti, u ma narawx il-ħtieġa għall-modifika li qiegħda tiġi proposta. |
|
59. |
Il-modifika ewlenija implikata fl-Artikolu 12(2) hija relatata mal-approprjazzjonijiet mhux differenzjati, li fil-biċċa l-kbira huma għan-nefqa amministrattiva. Skont ir-Regolament Finanzjarju attwali, huma biss l-approprjazzjonijiet mhux differenzjati li jistgħu jiġu riportati b'deċiżjoni tal-istituzzjoni, f'ċerti kundizzjonijiet. Il-proposta qed issir biex l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jirriportaw, b'deċiżjoni, kull approprjazzjoni mhux differenzjata. Jekk jiġi applikat b'mod wiesa', dan il-provvediment il-ġdid jimmina konsiderevolment l-annwalità tan-nefqa amministrattiva. Mill-proposta mhuwiex ċar x'benefiċċji speċifiċi jistgħu jirriżultaw permezz ta' din il-modifika, u kemm mill-infiq x'aktarx se jintlaqat. Barra minn hekk, it-trattament ta' approprjazzjonijiet differenzjati u mhux differenzjati, u l-każ speċifiku tal-bini, fl-istess artikolu jikkumplika t-test. |
|
60. |
Fl-Artikolu 12, ir-regoli għar-riporti joħolqu proċedura kkumplikata li tieħu fit-tul u li tista' twassal għal dewmien fil-proċedura baġitarja. Aħna nqisu li r-Regolament Finanzjaru propost kien imissu ssimplifika din il-proċedura billi analizza, pereżempju, jekk dritt ġenerali (iżda mhux kumulattiv) ta' riport tal-approprjazzjonijiet jistax jiddaħħal għal-linji baġitarji li mhumiex relatati mal-persunal (pereżempju sa massimu ta' 5 % tal-linja baġitarja kkonċernata). Dan jista' jiġi marbut ma' tnaqqis fil-baġits għall-amministrazzjoni, biex jittieħed kont tal-flessibbiltà addizzjonali li ngħatat. |
Trasferimenti baġitarji
|
61. |
Il-modifika li qiegħda tiġi proposta fl-Artikolu 27 tqiegħed is-setgħat deċiżjonali baġitarji tal-istituzzjonijiet l-oħra, fir-rigward ta' trasferimenti bejn it-titoli jew il-kapitoli tal-baġit, fuq l-istess livell bħal dawk tal-Kummissjoni. Skont l-emenda għall-Artikolu 28 li qiegħda tiġi proposta, il-Kummissjoni tkun tista' ċċaqlaq il-fondi bejn il-linji baġitarji mingħajr ma tagħmel talba lill-awtorità baġitarja, fejn il-linji jkunu relatati mal-istess programm jew skema u jkunu koperti mill-istess att bażiku (jiġifieri fejn ikun hemm aktar minn DĠ wieħed involut fl-operat tal-iskema). Aħna nqisu li l-modifiki li qegħdin jiġu proposti huma raġonevoli. |
Konklużjoni
|
62. |
Il-Kummissjoni ma tikkwantifikax l-implikazzjonijiet baġitarji probabbli tal-proposta tagħha. Minbarra dan, filwaqt li l-proposta għandha l-għan li ttejjeb il-flessibbiltà, hija tintroduċi wkoll riskji għall-annwalità, l-ispeċifikazzjoni u t-trasparenza tal-baġit tal-UE. Il-proposta ma tindirizzax dawn ir-riskji b'mod suffiċjenti. Ir-rappurtar attwali dwar il-ġestjoni baġitarja ma jiħux kont adegwat tal-istokks u l-flussi tal-fondi riżervati, tar-riporti jew tad-dħul assenjat, u għalhekk ikun jeħtieġ li jsir aħjar. |
|
63. |
Aħna nirrakkomandaw li:
|
Fondi fiduċjarji
Il-proposta tal-Kummissjoni
|
64. |
Skont il-proposta, il-fondi fiduċjarji jkunu jistgħu joperaw fi ħdan l-UE b'finanzjament permezz ta' strumenti ta' politika interna. Din l-estensjoni fl-użu ta' fondi fiduċjarji tinkiseb bit-trasferiment tal-artikolu li jirreferi għall-fondi fiduċjarji (l-Artikolu 227) mit-titolu ddedikat esklussivament għall-azzjonijiet esterni għat-Titolu XII “Strumenti oħrajn għall-implimentazzjoni tal-baġit” li għandu applikazzjoni ġenerali. |
L-analiżi tagħna
|
65. |
L-Opinjoni Nru 6/2010 tagħna qajmet kwistjonijiet dwar amministrazzjoni, spejjeż (kost), awditjar u obbligu ta' rendikont (akkontabbiltà) relatati mal-ħolqien ta' fondi fiduċjarji għall-azzjonijiet esterni. Dawn il-kwistjonijiet għadhom validi. Attwalment hemm tliet fondi fiduċjarji biss u dawn qegħdin joperaw għal perjodu limitat. Għalhekk, fil-fehma tagħna, huwa prematur li jitqies li l-użu tagħhom huwa suċċess. |
|
66. |
Jeħtieġ li tingħata l-attenzjoni dovuta biex jiġi żgurat li jkun hemm provvediment suffiċjenti għar-rappurtar pubbliku, is-sorveljanza u l-awditjar tal-attivitajiet u l-prestazzjoni ta' dawn il-fondi, billi huma joperaw barra mill-baġit. Aħna nilqgħu r-rekwiżiti ta' rappurtar skont l-Artikolu 244 u r-rekwiżit il-ġdid skont l-Artikolu 39(6) biex l-informazzjoni dwar l-attivitajiet u l-prestazzjoni tal-fondi fiduċjarji tiġi pprovduta fil-proċedura ta' adozzjoni tal-baġit. Madankollu, l-użu estensiv ta' fondi fiduċjarji jimmina l-kunċett tal-unità tal-baġit tal-UE. |
|
67. |
L-Artikolu 227 jiddikjara wkoll li l-fondi fiduċjarji jistgħu jinħolqu wkoll għall-azzjonijiet tematiċi. Mhuwiex ċar dawn l-“azzjonijiet tematiċi” xi jfissru fil-kuntest tal-politiki interni. |
Konklużjoni
|
68. |
Aħna ma nappoġġawx il-proposta biex l-użu ta' fondi fiduċjarji jiġi estiż. |
Dħul assenjat
Il-proposta tal-Kummissjoni
|
69. |
F'konformità mal-prinċipju tal-universalità, id-dħul baġitarju ma jistax jiġi assenjat għal partiti speċifiċi tan-nefqa, u ma jistax ikun hemm tpaċija bejn id-dħul u n-nefqa. B'riżultat ta' dan, id-dħul jintuża mingħajr distinzjoni biex jiffinanzja n-nefqa kollha. |
|
70. |
Bħala eċċezzjoni, ir-Regolament Finanzjarju attwali jippermetti li jiġu assenjati ċerti tipi ta' dħul. Dan iwassal biex ikun hemm approprjazzjonijiet ta' pagament ġodda fl-istess linja baġitarja (35) u, inġenerali, jistgħu jiġu riportati għal sena waħda biss (36). Ir-Regolament Finanzjarju attwali jagħmel distinzjoni bejn “dħul assenjat estern” (minn Stati Membri, pajjiżi terzi eċċ.) u “dħul assenjat intern” li jirriżulta minn, pereżempju, rikavati mill-bejgħ ta' vetturi, ta' tagħmir, pagamenti żborżati mill-assigurazzjonijiet, u ripagamenti għall-istrumenti finanzjarji. |
|
71. |
Fir-Regolament Finanzjarju propost, il-Kummissjoni qiegħda tfittex li twessa' l-użu ta' rimborżi ta' dan it-tip u tippermetti li dawn jintużaw biex jinħolqu approprjazzjonijiet ta' pagament f'linji baġitarji differenti (l-Artikolu 30). |
|
72. |
Rikavati mill-bejgħ ta' bini huma wkoll inklużi taħt id-dħul assenjat intern (l-Artikolu 20) u dan id-dħul għandu jiġi riportat awtomatikament sakemm jintuża għalkollox (l-Artikolu 12(3)). |
|
73. |
Id-dħul u ripagamenti li jirriżultaw minn operazzjonijiet finanzjarji jiġu inklużi wkoll taħt id-dħul assenjat intern, u l-Kummissjoni qiegħda tipproponi li dan id-dħul jintuża għall-istess strument finanzjarju jew għall-istess garanzija baġitarja matul il-perjodu sħiħ tal-implimentazzjoni tiegħu u li fi tmiem dan il-perjodu kwalunkwe ammont pendenti li joriġina mill-baġit tal-UE għandu jitreġġa' lura għall-baġit (l-Artikolu 202). |
L-analiżi tagħna
|
74. |
Id-dħul assenjat jirrappreżenta eċċezzjoni mill-prinċipju tal-universalità. Bħalma kkonkludejna fl-2010 (37), id-dħul assenjat estern jaqdi rwol utli, iżda mhuwiex neċessarju li tinżamm kategorija ta' dħul assenjat intern. Fatturi ġġenerati internament jistgħu jiġu ttrattati permezz tal-proċess baġitarju normali. Il-proposta attwali tipprevedi eċċezzjonijiet ħafna aktar ġenerali għall-universalità, billi tippermetti l-użu ta' dħul assenjat intern għal skopijiet oħra minbarra dawk assenjati inizjalment. |
|
75. |
Ikun hemm simplifikazzjoni sinifikanti li kieku d-dħul assenjat intern jitneħħa biex b'hekk dawn ir-rimborżi kollha jiġu ttrattati bħala dħul ġenerali. L-użu ta' dawn ir-riżorsi jkun imbagħad deċiż mill-awtorità baġitarja f'konformità mal-prijoritajiet attwali. |
Konklużjoni
|
76. |
Aħna nirrakkomandaw li ma għandhiex issir espansjoni fl-użu ta' dħul assenjat intern u li d-dħul kollu li jiġi ġġenerat internament ikun kontabilizzat bħala dħul ġenerali. |
Pagament ibbażat fuq kundizzjonijiet issodisfati jew riżultati miksubin
Il-proposta tal-Kummissjoni
|
77. |
Fl-Artikolu 121(1)(e) il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li tiddaħħal forma ġdida ta' finanzjament ibbażat fuq kundizzjonijiet issodisfati jew riżultati miksubin mingħajr il-ħtieġa ta' dikjarazzjonijiet tal-kostijiet, għall-programmi b'implimentazzjoni diretta, indiretta u kondiviża, minbarra r-rimborż tal-kostijiet u l-għażliet tal-kost issimplifikati li huma diġà disponibbli. |
|
78. |
Il-kisba ta' eżiti konkreti tkun il-kundizzjoni prestabbilita li tiskatta l-pagament ta' forom issimplifikati ta' għotjiet li jingħataw b'implimentazzjoni diretta (l-Artikolu 175(4)(f)) u indiretta (l-Artikolu 150(3)), ħlief għal każijiet li ma jkunux adatti għal dan l-approċċ, li għalihom ikun jeħtieġ li ssir ġustifikazzjoni. Il-kontrolli fuq benefiċjarji relatati mal-forom issimplifikati ta' għotjiet iridu jkunu ffukati fuq l-eżitu (l-Artikolu 177) u l-kontrolli ex post ma jippermettux aktar li l-pagament jiġi kkontestat ladarba l-uffiċjal awtorizzanti jkun ivvaluta l-konformità ex ante u jkun awtorizza li jsir rikors għall-prattiki kontabilistiċi komuni fid-deċiżjoni tiegħu (l-Artikolu 179). |
|
79. |
Fl-Artikolu 176, il-Kummissjoni tippreżenta s-somma waħda f'daqqa bħala l-għażla l-ġdida għall-finanzjament ta' forom issimplifikati ta' għotjiet b'implimentazzjoni diretta u indiretta fuq il-bażi ta' stima tal-baġit li tkun tkopri l-kostijiet eliġibbli kollha li l-konformità tagħhom mal-prinċipji tal-ekonomija, tal-effiċjenza u tal-effettività tkun ġiet suġġetta għal valutazzjoni ex ante. |
|
80. |
L-Artikolu 219(1)(e), li huwa wieħed ġdid, jestendi wkoll għall-kontribuzzjonijiet li jsiru lil partiti politiċi Ewropej, il-possibbiltà li jintużaw forom ta' finanzjament li ma jkunux marbuta ma' kostijiet tal-operazzjonijiet rilevanti fuq il-bażi tal-issodisfar ta' ċerti kundizzjonijiet ex ante jew fuq il-kisba tar-riżultati. |
L-analiżi tagħna
|
81. |
Ir-riżultati tal-awditjar tagħna (38) wrew li l-infiq fuq rimborż, fejn l-UE tirrimborża l-kostijiet eliġibbli għal attivitajiet eliġibbli, huwa milqut minn livelli ta' żball li huma ħafna ogħla mill-infiq ibbażat fuq intitolament, fejn il-pagament ikun ibbażat fuq l-issodisfar ta' ċerti kundizzjonijiet. |
|
82. |
Żvilupp pożittiv huwa l-għażla prestabbilita li proġetti jiġu ffinanzjati bl-użu ta' għotjiet dment li jissodisfaw kundizzjonijiet jew jiksbu riżultati li jkunu ġew stabbiliti minn qabel, jiġifieri fejn il-finanzjament ma jibqax marbut mal-kostijiet imġarrbin mill-benefiċjarji. |
|
83. |
Aħna nappoġġaw dan il-pass f'konformità mal-paragrafu 78 hawn fuq u nqisu li l-Artikolu 121 jeħtieġ li jiġi emendat biex jirrifletti l-prijorità ta' kontribuzzjonijiet li huma bbażati fuq ir-riżultati. |
Konklużjoni
|
84. |
B'kont meħud tal-osservazzjonijiet tagħna hawn fuq, aħna nirrakkomandaw li l-pagamenti bbażati fuq kundizzjonijiet issodisfati jew riżultati miksubin isiru l-għażla ppreferuta fil-baġit kollu tal-UE. |
Qafas tal-prestazzjoni
Il-proposta tal-Kummissjoni
|
85. |
Il-Kummissjoni tipproponi, fost l-oħrajn, il-modifiki li ġejjin għall-artikoli dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba:
|
L-analiżi tagħna
|
86. |
Il-proposta tintroduċi l-kunċett ta' prestazzjoni iżda hija ma tiddefinihiex, u tħalli ambigwità rigward jekk din għandhiex titqies bħala identika għal ġestjoni finanzjarja tajba, jew le. |
|
87. |
It-terminoloġija li tintuża għall-evalwazzjoni mhijiex allinjata kompletament mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet jew fil-Linji Gwida dwar Regolamentazzjoni Aħjar. |
|
88. |
L-Artikolu 32 jintroduċi flessibbiltà akbar fit-twettiq ta' evalwazzjonijiet, li toffri lill-Kummissjoni l-opportunità li tagħmel għażliet aħjar rigward il-kamp ta' applikazzjoni u t-twaqqit tal-evalwazzjonijiet. F'xi aspetti, madankollu, dan ma jikkontribwix għall-għan iddikjarat li jinkiseb baġit iffukat fuq ir-riżultati:
|
Konklużjoni
|
89. |
Aħna nirrakkomandaw li:
|
Simplifikazzjoni tar-rappurtar
Il-proposta tal-Kummissjoni
|
90. |
Id-dikjarazzjonijiet tal-programmi jakkumpanjaw l-abbozz ta' baġit u fihom informazzjoni dwar il-prestazzjoni biex tiġi ġġustifikata n-nefqa operazzjonali. L-Artikolu 39(3)(h) jippreżenta aġġornamenti formali (is-sostituzzjoni ta' “dikjarazzjonijiet tal-attività” b'“dikjarazzjonijiet tal-programm”) kif ukoll modifiki għall-kontenut tad-dikjarazzjonijiet tal-programm: jenħtieġ li dawn jagħtu informazzjoni dwar il-kontribut tal-programm għall-politiki u l-objettivi tal-Unjoni kif ukoll li jikkomunikaw l-ilħuq tal-objettivi tal-programm. Tħassar ir-rekwiżit li jiġi inkluż sommarju tar-riżultati tal-evalwazzjonijiet. |
|
91. |
Il-proposta tal-Kummissjoni biex l-Artikolu 73(9) jiġi modifikat issegwi l-approċċ li hija diġà bdiet timplimenta bl-introduzzjoni ta' pjanijiet strateġiċi għal kull DĠ u bl-aġġornament tar-rwol tar-rapport annwali tal-attività (40) (RAA) biex jinkludi informazzjoni dwar l-operazzjonijiet imwettqa. |
|
92. |
L-Artikolu 239(1) jintroduċi l-AMPR fir-Regolament Finanzjarju propost bħala parti mir-“Rappurtar finanzjarju u akkontabilistiku integrat” iddestinat għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill. L-AMPR se jkun jikkonsisti f':
|
L-analiżi tagħna
|
93. |
Fil-prinċipju mhuwiex meħtieġ li r-rapporti annwali tal-attività jkunu koperti fir-Regolament Finanzjarju. Ir-RAA huwa essenzjalment dokument intern, u b'hekk jista' jinħareġ u jiġi emendat kif jidhrilha l-Kummissjoni, skont il-prinċipju tal-awtonomija amministrattiva. Mhuwiex mixtieq li l-produzzjoni ta' dan id-dokument tnaqqas ir-ritmu tal-produzzjoni tar-rapporti fil-livell tal-Kummissjoni. |
|
94. |
Ir-Regolament Finanzjarju propost ineħħi mill-Artikolu 73(9) l-obbligu li “r-riżultati tal-operazzjonijiet b'referenza għall-objettivi stabbiliti” u “tagħrif dwar il-prestazzjoni ġenerali ta' dawk l-operazzjonijiet” jiġu rrappurtati fir-RAA, kif meħtieġ mill-Artikolu 66(9) tar-Regolament Finanzjarju attwali. Minflok, huwa jirreferi għal “informazzjoni dwar l-operazzjonijiet imwettqin”, li hija anqas speċifika u tista' tinftiehem bħala li tippermetti li jsir rappurtar aktar limitat dwar il-prestazzjoni fir-rapporti annwali tal-attività. |
|
95. |
Minkejja r-reviżjoni tar-rwol tar-RAA u d-dikjarazzjoni li “s-sorveljanza (għall-ħidma tas-servizzi tagħha) seħħ […] permezz ta' rappurtar ċar mill-uffiċjali awtorizzanti lill-Kummissjoni permezz tal-AARs (RAA) u d-Dikjarazzjoni tal-Assigurazzjoni mill-uffiċjali awtorizzanti” (41), l-Artikolu 73(1) tar-Regolament Finanzjarju rrevedut ma jestendix ir-responsabbiltà tal-uffiċjali awtorizzanti biex ikopru l-affidabbiltà, il-kompletezza u l-korrettezza tal-informazzjoni rrappurtata dwar il-prestazzjoni li tiġi rrappurtata. |
|
96. |
Fil-forma li qiegħda tiġi proposta, ir-rekwiżiti biex l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tiġi inkluża fid-dikjarazzjonijiet tal-programm mhumiex speċifiċi biżżejjed billi:
|
|
97. |
Billi tippubblika l-“Pakkett ta' rappurtar finanzjarju integrat” sal-31 ta' Lulju tas-sena ta' wara (l-Artikolu 239), il-Kummissjoni se tittardja l-pubblikazzjoni:
Il-Qorti tqis li l-proposti dwar ir-rappurtar mhumiex xierqa. Il-“Pakkett ta' rappurtar finanzjarju integrat” se jkun jammonta għal eluf ta' paġni u jkun jinkludi duplikazzjoni sinifikanti. |
Konklużjoni
|
98. |
Aħna nirrakkomandaw li r-Regolament Finanzjarju jkun jirrikjedi li:
|
|
99. |
Jekk dawn il-modifiki jsiru, ikun jista' jinkiseb pakkett ta' rappurtar komplet, li jinkludi l-informazzjoni mir-rapporti annwali tal-attività li tkun sinifikanti għall-partijiet interessati esterni. B'dan il-mod, tkun tista' tinkiseb simplifikazzjoni sinifikanti fir-rappurtar. |
Arranġamenti għall-awditjar
Kontrodipendenza fuq l-awditi
Il-proposta tal-Kummissjoni
|
100. |
L-Artikolu 123 qiegħed jipproponi li jenħtieġ li l-Kummissjoni toqgħod fuq awditi preċedenti meta dawn:
|
L-analiżi tagħna
|
101. |
L-argument ewlieni ppreżentat mill-Kummissjoni għall-introduzzjoni ta' din il-modifika huwa biex jiġu evitati ħafna awditi tal-entitajiet li jirċievu kontribuzzjonijiet tal-UE, b'mod partikolari organizzazzjonijiet internazzjonali li jiġu awditjati minn awdituri indipendenti esterni. Aħna naqblu li jenħtieġ li l-Kummissjoni tissimplifika r-relazzjoni tagħha mal-organizzazzjonijiet internazzjonali billi toqgħod fuq l-arranġamenti eżistenti tagħhom għall-awditjar kull fejn possibbli. B'hekk ikun jista' jiġi evitat li jsiru ħafna awditi fuq l-istess proġetti u jkun jista' jsir użu aktar adegwat tar-riżorsi finanzjarji u umani. |
|
102. |
Jenħtieġ li tingħata prijorità biex ikun hemm relazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali li tkun ibbażata fuq il-prestazzjoni, kif ukoll ftehimiet li jkunu jorbtu l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Kummissjoni mat-twettiq ta' attività kkompletata. Aħna nappoġġaw l-objettiv li l-verifiki jiġu ssimplifikati kemm jista' jkun u li l-Kummissjoni tagħmel użu mill-mekkaniżmi ta' kontroll intern tal-korp l-ieħor. Dan jista' jirrikjedi wkoll l-allinjament tal-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà tal-Kummissjoni mal-kundizzjonijiet ġenerali tal-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata. |
|
103. |
Aħna nqisu li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 123 mhumiex ċari biżżejjed. Jistgħu jiġu interpretati li qegħdin jgħidu li fejn l-erba' rekwiżiti jiġu ssodisfati, il-kontrodipendenza tkun obbligatorja (“dak l-awditu għandu jifforma l-bażi tal-garanzija kumplessiva”) u li l-possibbiltà li jsir awditjar ulterjuri tal-proġett tkun eskluża, indipendentement minn x'jirriżulta mill-awditu inizjali. |
|
104. |
Madankollu, aħna ninnutaw li l-artikolu ma jiżgurax aċċess għad-dokumenti ta' ħidma tal-awdituri biex tkun tista' ssir valutazzjoni ta' kemm ir-rekwiżiti ġew issodisfati, u jekk ix-xogħol tal-awditjar kienx suffiċjenti biex ikopri l-aspetti kollha li s-soltu jiġu koperti. |
Konklużjoni
|
105. |
Aħna nirrakkomandaw li:
|
Ir-regoli u l-proċedura dwar l-awditjar
Il-proposta tal-Kummissjoni
|
106. |
Sentenza ġdida li ddaħħlet fi tmiem l-Artikolu 247(1) tiddikjara li l-eżaminazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri dwar jekk id-dħul kollu kienx riċevut u n-nefqa kollha ntefqitx b'manjiera legali u xierqa “għandha tqis il-karattru pluriennali tal-programmi u s-sistemi superviżorji u ta' kontroll relatati”. |
L-analiżi tagħna
|
107. |
L-approċċ tal-awditjar u l-evidenza għall-awditjar li jintużaw biex jinkiseb livell raġonevoli ta' aċċertament huma elementi li għandhom jiġu deċiżi mill-awditur indipendenti. Is-suġġeriment li sar mill-Kummissjoni jolqot il-metodoloġija tal-awditjar tagħna li, skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar, hija r-responsabbiltà unika tal-Qorti. Attwalment, il-Kummissjoni qiegħda tikkomunika l-informazzjoni dwar korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri f'ħames rapporti differenti: ir-rapport dwar l-azzjonijiet preventivi u korrettivi li jkopru l-baġit tal-UE, id-Diskussjoni u l-Analiżi tar-Rapporti Finanzjarji (FSDA), ir-rapporti annwali tal-attività, in-noti għar-rapporti finanzjarji u l-AMPR, li jsiru disponibbli f'dati differenti (42). |
Konklużjoni
|
108. |
L-impatt li l-karattru pluriennali tal-programmi u s-sistemi ta' superviżjoni u kontroll relatati jista' jkollhom fuq l-awditjar tagħna jrid jiġi vvalutat minna fir-rwol tagħna ta' awditur indipendenti estern u ma jridx jiġi inkluż fir-Regolament Finanzjarju. Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tkun mitluba tikkonsolida l-informazzjoni kollha rigward rkupri u korrezzjonijiet f'dokument wieħed li jiġi ppreżentat lilna flimkien mal-kontijiet proviżorji (l-Artikolu 237). |
PUNTI OĦRA LI TQIESU
Kontijiet annwali
Il-proposta tal-Kummissjoni
|
109. |
Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li jinbidel l-Artikolu 234, sabiex fil-ġejjieni l-kontijiet annwali jkunu ddefiniti bħala li jinkludu r-rapporti finanzjarji, il-kontijiet baġitarji u l-kontijiet annwali kkonsolidati. Hija qiegħda ddaħħal ukoll referenza għall-prinċipju tal-materjalità fir-rigward tal-proċess ta' konsolidazzjoni. |
L-analiżi tagħna
|
110. |
Aħna nqisu li l-istruttura l-ġdida mhijiex ċara. |
|
111. |
Bħalma diġà ssemma fir-rapporti annwali tagħna (43), previżjoni fit-tul tal-fluss tal-flus tassisti lill-partijiet interessati biex jivvalutaw ir-rekwiżiti ta' pagament futuri kif ukoll il-prijoritajiet baġitarji. Hija tgħin ukoll lill-Kummissjoni biex tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex tiżgura li l-pagamenti essenzjali jkunu jistgħu jiġu ssodisfati permezz tal-baġits annwali li jkunu ġew approvati. Minbarra dan, tista' tiddaħħal dikjarazzjoni kkonsolidata speċifika għall-aġenziji, bil-għan kemm li tittejjeb it-trasparenza kif ukoll li jiġi razzjonalizzat l-isforz tal-awditjar. Barra minn hekk, dikjarazzjonijiet speċifiċi simili jistgħu jkopru l-impriżi konġunti u l-fondi fiduċjarji. |
Konklużjoni
|
112. |
Aħna nirrakkomandaw li:
|
Sponsorizzar korporattiv
Il-proposta tal-Kummissjoni
|
113. |
Taħt il-kapitolu dwar il-prinċipju baġitarju tal-universalità, il-Kummissjoni introduċiet l-Artikolu 24 il-ġdid li jipprovdi tip ġdid ta' ftehim li jista' jiġi konkluż bejn entità ġuridika u l-istituzzjonijiet, u li jkun jikkonsisti fi ftehim li bih persuna ġuridika tappoġġa in natura avveniment jew attività għal skopijiet promozzjonali jew ta' responsabbiltà soċjali korporattiva. |
L-analiżi tagħna
|
114. |
Aħna nqisu li l-jenħtieġ li l-qafas legali li jirregola l-isponsorizzar korporattiv jissaħħaħ u joffri aktar salvagwardji. Il-linji gwida dwar l-etika mhumiex suffiċjenti f'dan ir-rigward. Salvagwardji potenzjali jistgħu jinkludu li:
|
|
115. |
Jenħtieġ li jiġi pprovdut ukoll li l-ftehim ta' sponsorizzazzjoni ma jista' jkollu l-ebda impatt finanzjarju negattiv, attwali jew futur, għall-istituzzjoni jew għall-korpi li jkunu qegħdin jirċievu l-isponsorizzazzjoni. Għalkemm dawn il-kontribuzzjonijiet in natura ma jitqisux bħala dħul għal skopijiet baġitarji, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni:
|
Konklużjoni
|
116. |
Aħna nqisu li mhuwiex probabbli li l-isponsorizzar korporattiv jirrappreżenta mekkaniżmu kosteffettiv, u ma nappoġġawx il-proposti li saru. |
Ftehimiet dwar il-livell ta' servizz
Il-proposta tal-Kummissjoni
|
117. |
L-Artikolu 57 jintroduċi l-bażi ġuridika għall-ftehimiet dwar il-livell ta' servizz bejn l-istituzzjonijiet tal-UE jew korpi oħrajn, u jiddikjara li dawk il-ftehimiet għandhom jippermettu li jiġu rkuprati l-kostijiet imġarrbin minħabba l-implimentazzjoni tagħhom. |
L-analiżi tagħna
|
118. |
Il-ftehimiet dwar il-livell ta' servizz huma relatati mal-funzjonament intern tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE. Għalhekk, huwa dubjuż jekk għandhomx jiġu inklużi fir-Regolament Finanzjarju. Jista' jiġi previst li dawn jitqiesu separatament u li tingħata gwida addizzjonali dwar id-dettalji tekniċi tal-implimentazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, aħna nqisu li jenħtieġ li l-iskop ewlieni tagħhom ikun li jippromwovu l-ġestjoni finanzjarja tajba billi jiġġeneraw ekonomiji ta' skala, u mhux biss li jippermettu l-irkuprar tal-kostijiet. |
Konklużjoni
|
119. |
Aħna nirrakkomandaw li l-proposta tal-Kummissjoni tiġi aċċettata, filwaqt li jittieħed kont tal-osservazzjonijiet tagħna ta' hawn fuq. |
Regoli tal-akkwist pubbliku
Il-proposta tal-Kummissjoni
|
120. |
Ir-Regolament Finanzjarju propost ma jiksibx l-objettivi ddikjarati ta' kjarifika u simplifikazzjoni. Id-dispożizzjonijiet ewlenin mhumiex ikkonsolidati fit-Titolu VII “Akkwist pubbliku u konċessjonijiet” iżda huma mifruxa bejn titoli differenti, fi ħdan l-Ewwel Parti tal-proposta u fl-Anness I. Ċerti suġġetti huma ttrattati f'bosta bnadi fit-test mingħajr l-ebda kontroreferenza għal xulxin. |
|
121. |
Id-diviżjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku bejn ir-Regolament Finanzjarju propost u l-Anness I tikkumplika aktar il-preżentazzjoni tagħhom. |
L-analiżi tagħna
|
122. |
Fir-Rapport Speċjali Nru 17/2016 tagħna, aħna enfasizzajna l-fatt li d-diviżjoni attwali tar-regoli tal-akkwist pubbliku bejn ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli tal-Applikazzjoni trendi l-fehim tar-regoli, li diġà huma kkumplikati, saħansitra aktar diffiċli. Bħalma enfasizzajna fl-Opinjoni Nru 1/2015 (45), skont l-Artikolu 290 TFUE, huma biss elementi mhux essenzjali tar-regoli finanzjarji li jistgħu jkunu s-suġġett ta' att iddelegat. B'hekk, jenħtieġ li ċerti termini u kunċetti ta' qofol li jinsabu fl-Anness I (att iddelegat) jiddaħħlu fir-Regolament Finanzjarju. Barra minn hekk, aħna nqisu wkoll li r-regoli kollha li jirriżultaw minn allinjament mad-Direttivi Dwar l-Akkwist Pubbliku huma elementi essenzjali tar-regoli finanzjarji (46). |
Konklużjoni
|
123. |
Aħna ntennu r-rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-Rapport Speċjali Nru 17/2016, b'mod partikolari r-Rakkomandazzjoni 2, fejn tlabna:
|
It-tgħaqqid tal-Bord dwar l-“Irregolarità Finanzjarja” mal-Bord dwar is-“Sistema ta' Identifikazzjoni Bikrija u ta' Esklużjoni”
Il-proposta tal-Kummissjoni
|
124. |
Il-proposta għandha l-għan li jingħaqdu flimkien il-bord iddedikat għas-sistema ta' identifikazzjoni bikrija u ta' esklużjoni (l-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju attwali) u l-bord li jittratta l-irregolaritajiet finanzjarji (l-Artikolu 73(6) tar-Regolament Finanzjarju attwali), jiġifieri kwalunkwe ksur ta' dispożizzjoni tar-Regolament Finanzjarju jew ta' dispożizzjoni relatata mal-ġestjoni finanzjarja jew mal-kontroll tal-operazzjonijiet li jirriżulta minn att jew ommissjoni ta' membru tal-persunal. Fil-proposta, huwa spjegat li dan qiegħed isir għat-titjib tal-effiċjenza. |
L-analiżi tagħna
|
125. |
Filwaqt li huwa ġġustifikat li jkun hemm approċċ komuni fost l-istituzzjonijiet tal-UE għas-sistema ta' sospensjoni u esklużjoni kif ukoll għall-valutazzjoni ta' irregolaritajiet finanzjarji, aħna ma narawx raġuni għala dawn iż-żewġ bordijiet, b'objettivi differenti, għandhom jingħaqdu flimkien. |
|
126. |
Aħna nirrakkomandaw li jiġi stabbilit bord konġunt separat u speċifiku, kif diġà previst fl-Artikolu 73(6) tar-Regolament Finanzjarju attwali. Peress li l-kwistjoni ta' irregolaritajiet finanzjarji hija marbuta mas-setgħat dixxiplinari tal-istituzzjoni u għalhekk intrinsikament konnessa mal-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjoni, jenħtieġ li l-karattru interistituzzjonali tal-bord jissaħħaħ, fil-livell tal-kompożizzjoni tiegħu. |
|
127. |
Aħna ninnutaw li, jekk isir iż-żewġ bordijiet jingħaqdu flimkien, il-fluss tax-xogħol li qiegħed jiġi propost fl-Artikolu 90 tar-Regolament Finanzjarju propost ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri dixxiplinari kif stabbiliti fl-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal. L-ebda proċedura dixxiplinari ma tista' tinbeda mingħajr ma jkun tfassal rapport tal-OLAF jew mingħajr ma tkun seħħet inkjesta amministrattiva. Madankollu, fil-fluss tax-xogħol propost, l-istituzzjoni għandha tiddeċiedi jekk tibdiex proċeduri għal azzjoni dixxiplinari fuq il-bażi tal-opinjoni tal-bord. B'din is-sistema, il-Bord Dixxiplinari għandu jiġi kkonsultat fil-każijiet kollha ta' irregolaritajiet filwaqt li skont l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness IX, skont xi tkun in-natura tas-sanzjoni, l-awtorità tal-ħatra tista' tiddeċiedi jekk għandhiex tikkonsulta lill-Bord Dixxiplinari. |
Konklużjoni
|
128. |
Aħna ma nappoġġawx il-proposta biex il-bordijiet jingħaqdu flimkien. |
Trattament differenzjat tal-investituri
Il-proposta tal-Kummissjoni
|
129. |
L-Artikolu 43a l-ġdid tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (l-Artikolu 265 tal-proposta) jintroduċi l-kunċett ta' trattament differenzjat tal-investituri. Dan jippermetti, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, li l-fondi SIE jistgħu jieħdu pożizzjoni subordinata għal investitur privat u għall-prodotti finanzjarji tal-BEI taħt Garanzija tal-UE tal-FEIS (47). |
L-analiżi tagħna
|
130. |
Dan jista' jiġi mifhum bħala li jipprovdi inċentiv għall-investituri privati u għall-BEI, billi jippermetti li l-fondi SIE jġarrbu kull telf qabel ma jaffettwaw lill-investituri privati u lill-BEI. |
Konklużjoni
|
131. |
Aħna nqisu li jenħtieġ li l-proposta tinkludi definizzjoni ċara tat-trattament differenzjat, u tiżgura li jinkiseb bilanċ bejn it-tħeġġiġ tal-investiment u r-riskju li l-investituri jiġu kkumpensati b'mod eċċessiv. |
Bidla tal-perjodu ta' eliġibbiltà għal strumenti finanzjarji b'ġestjoni kondiviża
|
132. |
F'April 2015 il-Kummissjoni ddeċidiet li testendi l-perjodu ta' eliġibbiltà tal-pagamenti għal strumenti finanzjarji b'ġestjoni kondiviża permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni minflok ma staqsiet lill-Parlament u lill-Kunsill biex jemendaw ir-regolament rilevanti (48). |
|
133. |
L-emendi għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li ddaħħlu fil-proposta attwali ma jindirizzawx il-kwistjoni tal-bidla tal-perjodu ta' eliġibbiltà. |
Regoli dwar l-irkupru
Il-proposta tal-Kummissjoni
|
134. |
Skont id-dispożizzjonijiet attwali tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, jekk l-irkupru ta' pagamenti mhux dovuti ma jseħħx fi ħdan skadenzi speċifiċi, dawn l-ammonti jinqasmu b'mod indaqs bejn il-baġit tal-Unjoni u l-Istat Membru kkonċernat (l-hekk imsejħa regola ta' “50/50”). Fil-modifika għall-Artikolu 54, il-paragrafu 2 (l-Artikolu 268 ta' COM(2016) 605), il-Kummissjoni ttenni l-proposta tagħha (49) li l-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta' rkupru għandhom jiġġarrbu għalkollox mill-Istat Membru kkonċernat. |
L-analiżi tagħna
|
135. |
Kif imsemmi fl-Opinjoni Nru 1/2012 tagħna (50), din il-modifika tippreżenta r-riskju li l-Istati Membri jimmaniġġjaw il-proċess ta' rappurtar u ta' tħassir biex b'hekk jevitaw li l-baġit nazzjonali jiġi ddebitat b'imposti finanzjarji. |
Konklużjoni
|
136. |
Sabiex il-piż amministrattiv jiġi minimizzat, il-Kummissjoni tista' tiddefinixxi livell limitu “de minimis” biex tevita l-ħtieġa li jingħata segwitu għal ħafna djun iżgħar. |
Status ta' “bidwi attiv”
Il-proposta tal-Kummissjoni
|
137. |
Il-modifiki għall-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 (l-Artikolu 269 ta' COM(2016) 605) jippermettu li l-Istati Membri:
|
L-analiżi tagħna
|
138. |
Fl-Opinjoni Nru 1/2012 tagħna, aħna osservajna li l-miżuri proposti mill-Kummissjoni għad-determinazzjoni tal-istatus ta' “bidwi attiv” kienu qegħdin jirriskjaw li jimponu piż amministrattiv eċċessiv fuq l-awtoritajiet maniġerjali u l-bdiewa. It-tnaqqis tal-kriterji li juru l-kwalità ta' “bidwi attiv” iwieġeb, sa ċertu punt, għat-tħassib tagħna. Madankollu, il-proposta biex l-Istati Membri jkunu jistgħu ma japplikawx id-dispożizzjonijiet li jirrikjedu li l-benefiċjarji jkunu “bdiewa attivi” mhijiex konformi mar-rakkomandazzjoni li għamilna fir-Rapport Speċjali Nru 5/2011 (51). |
Konklużjoni
|
139. |
Aħna nqisu li l-proposta biex tiġi ssimplifikata l-implimentazzjoni tal-kriterji għall-istatus ta' “bidwi attiv” hija raġonevoli, iżda ma naqblux li d-dispożizzjonijiet li jirrikjedu li l-benefiċjarji jkunu “bdiewa attivi” japplikaw. |
Pagament għall-bdiewa żgħażagħ
Il-proposta tal-Kummissjoni
|
140. |
Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li jitneħħa, mill-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 (l-Artikolu 269 tal-COM(2016) 605), il-limitu ta' 90 ettaru jew l-intitolamenti għal pagament, għall-pagamenti lill-bdiewa żgħażagħ. Jenħtieġ li l-limiti massimi speċifiċi f'termini ta' ettari u ta' intitolamenti għal pagament jiġu ssettjati u applikati biss mill-Istati Membri fejn il-fondi disponibbli ma jkunux jippermettu li l-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna jiġu ssodisfati. |
L-analiżi tagħna
|
141. |
Dawn il-pagamenti għandhom l-intenzjoni li jiffaċilitaw l-istabbiliment inizjali ta' bdiewa żgħażagħ u l-aġġustament strutturali tal-azjenda agrikola tagħhom wara l-istabbiliment inizjali. Aħna nqisu li, inġenerali, azjenda agrikola li jkun fiha aktar minn 90 ettaru ma titqiesx li għadha fi proċess ta' stabbiliment jew aġġustament strutturali. Azjendi agrikoli ta' dan it-tip huma mistennija li jkunu finanzjarjament vijabbli biżżejjed biex iġarrbu l-kost ta' kwalunkwe aġġustament strutturali li jkun għad fadal isir. |
Konklużjoni
|
142. |
Aħna nirrakkomandaw li jinżamm limitu massimu ta' ettari jew ta' intitolamenti għal pagament. |
Definizzjonijiet
Il-proposta tal-Kummissjoni
|
143. |
Fir-Regolament Finanzjarju propost, il-Kummissjoni tintroduċi xi definizzjonijiet ġodda u tibdel xi wħud li diġà kienu jeżistu. |
L-analiżi tagħna
|
144. |
Xi wħud minn dawn id-definizzjonijiet huma inkompleti jew inkonsistenti ma' dokumenti oħra tal-Kummissjoni jew mal-aħjar prattika aċċettata b'mod ġenerali. |
|
145. |
Pereżempju, jidher li d-definizzjoni tal-“garanzija baġitarja” (l-Artikolu 2(9)) ma tirriflettix il-fatt li obbligu finanzjarju potenzjali jibqa' għaddej sal-maturità tal-aħħar ftehim li jkun ġie ffirmat mar-riċevitur finali tal-garanzija tal-Unjoni. |
|
146. |
Bħalma diġà ssemma fir-Rapport Speċjali Nru 19/2016 tagħna (52), id-definizzjoni tal-“effett ta' ingranaġġ” mhijiex ċara u ma ssegwix il-linji gwida aċċettati internazzjonalment. L-Artikolu 2(33) tar-Regolament Finanzjarju propost ma jipprovdi l-ebda kjarifika ta' dan it-tip. Minbarra dan, tiddaħħal definizzjoni ġdida tal-“effett multiplikatur” li tqarrab għad-definizzjoni ta' ingranaġġ. (Fl-Artikolu 202(1)(d) iż-żewġ termini jintużaw b'mod interkambjabbli, li jrendi l-kunċett saħansitra anqas ċar.) |
|
147. |
Kemm ir-Regolament Finanzjarju kif ukoll ir-regolamenti settorjali jipproponu sensiela ta' miżuri li għandhom l-għan li jqiegħdu fokus aktar b'saħħtu fuq ir-riżultati u fuq l-eżiti. Madankollu, riżultati reċenti tal-awditjar (53) ġibdu l-attenzjoni għall-fatt li hemm differenzi sinifikanti fl-użu ta' dawn it-termini bejn l-attivitajiet tal-Kummissjoni. |
Konklużjoni
|
148. |
Aħna nirrakkomandaw:
|
Din l-Opinjoni ġiet adottata mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-26 ta' Jannar 2017.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Klaus-Heiner LEHNE
President
(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 238.
(3) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289.
(4) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.
(5) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470.
(6) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.
(7) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(8) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.
(9) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(10) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.
(11) ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129.
(12) ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1.
(13) ĠU L 86, 21.3.2014, p. 14.
(14) ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1.
(15) ĠU L 158, 27.5.2014, p. 227.
(16) COM(2016) 605 final.
(17) Memorandum ta' spjegazzjoni — p. 2.
(18) Aħna għamilna kummenti simili dwar, pereżempju, l-analiżi ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, ir-Regolament (UE) 2015/1017 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), u l-proposta COM(2016) 597 biex jiġi emendat ir-regolament dwar il-FEIS.
(19) Din it-taqsima hija bbażata fuq l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet mir-Rapport Speċjali Nru 27/2016 tagħna “Il-governanza fil-Kummissjoni Ewropea — l-aħjar prattika?”
(20) Ara wkoll l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 1).
(21) Eżempji tal-aħjar prattika jinkludu: Ir-Renju Unit, il-kontijiet annwali tad-Dipartiment tax-Xogħol u l-Pensjonijiet; l-Irlanda, il-kontijiet annwali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Soċjali.
(22) Ara r-Rakkomandazzjoni 2(f) tar-Rapport Speċjali Nru 27/2016. Il-Kummissjoni aċċettat din ir-rakkomandazzjoni.
(23) CIPFA, IFAC, “International Framework: Good Governance in the Public Sector” (Qafas Internazzjonali: Governanza Tajba fis-Settur Pubbliku), 2014, pp. 29-30. Il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni għandhom kumitati tal-awditjar, b'kompożizzjoni li tvarja, u b'rwoli differenti.
(24) Attwalment, il-Kummissjoni qiegħda tfittex li żżid membru indipendenti ieħor.
(25) Ir-Rapport Speċjali Nru 27/2016, il-paragrafu 65.
(26) L-Artikolu 125 tal-Regolament Finanzjarju attwali (RFA) jipprovdi li “l-għotjiet ma għandhomx ikollhom l-għan jew l-effett li jipproduċu profitt” (prinċipju ta' mingħajr skop ta' profitt) u “fejn isir profitt, il-Kummissjoni għandha jkollha d-dritt tirkupra l-perċentwal tal-profitt korrispondenti għall-kontribut mill-Unjoni”.
(27) Memorandum ta' spjegazzjoni — p. 6.
(28) Entitajiet li l-Kummissjoni tista' tibni relazzjoni ta' fiduċja akbar magħhom ibbażata fuq valutazzjoni ex ante jew fuq ir-rekwiżit li jintużaw proċeduri speċifiċi.
(29) Ara wkoll ir-Rakkomandazzjoni 1 tar-Rapport Speċjali Nru 19/2016 — L-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE permezz ta' strumenti finanzjarji — tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-perjodu tal-programm 2007-2013.
(30) Pereżempju: “Working document accompanying the Draft Budget 2017” (Dokument ta' ħidma li jakkumpanja l-Abbozz ta' Baġit 2017); “Annex on financial instruments accompanying the Budget 2017” (Anness dwar l-istrumenti finanzjarji li jakkumpanja l-Baġit 2017); “Annual report on the activities relating to financial instruments” (Rapport annwali dwar l-attivitajiet relatati mal-istrumenti finanzjarji); “Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' assistenza makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi fl-2015”; “Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-garanziji koperti mill-baġit ġenerali. Is-sitwazzjoni fil-31 ta' Diċembru 2015”, “Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet ta' teħid u għoti b'self tal-Unjoni Ewropea fl-2015”.
(31) Dan irid jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-1 ta' Settembru tas-sena ta' qabel dik li fiha l-baġit għandu jiġi implimentat.
(32) Permezz tal-“kuxin ta' flessibbiltà” il-Kummissjoni tkun tista' tirriporta, għas-sena ta' wara, sa 10 % tal-approprjazzjonijiet annwali ta' tliet strumenti baġitarji (l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI) u l-istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (SKŻ), biex b'hekk dawn ikunu jistgħu jintużaw f'rispons għal sitwazzjonijiet imprevisti.
(33) Ir-“riżerva negattiva” tipprovi mod kif l-approprjazzjonijiet għal pagament jistgħu jiġu ttrasferiti għal linja baġitarja qabel ma jkunu ġew identifikati approprjazzjonijiet eċċessivi minn linja oħra.
(34) L-Artikolu 125 jiddikjara li “Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi […], fejn possibbli għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.”
(35) Dawn jistgħu jiġu ttrasferiti għal linja baġitarja differenti fil-każ biss li jintużaw għall-iskop li għalih huma assenjati.
(36) Bl-eċċezzjoni ta' dħul minn kirjiet li għandu jiġi riportat awtomatikament.
(37) L-Opinjoni Nru 6/2010 — il-paragrafi 7 u 8.
(38) Il-paragrafu 1.61 u l-Figura 1.6 tar-Rapport Annwali 2014 u l-paragrafu 1.47, il-Figuri 1.5 u 1.6 tar-Rapport Annwali 2015.
(39) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
(40) Il-Pjanijiet Strateġiċi jiddeskrivu l-objettivi, tal-Kummissjoni u tad-Direttorati Ġenerali, fuq ħames snin, u li ta' spiss ikunu taħt l-influwenza ta' fatturi esterni, filwaqt li l-pjanijiet ta' ġestjoni u r-rapporti annwali tal-attività jiġu ppjanati bil-ħsieb li jiddefinixxu u jirrappurtaw l-inputs, l-azzjonijiet ewlenin u l-eżiti tagħhom li jkunu taħt il-kontroll tal-Kummissjoni.
(41) Ir-Rapport Speċjali Nru 27/2016, ir-risposta tal-Kummissjoni għall-paragrafu 21.
(42) Dawn kollha jkunu jkomplu jeżistu fil-“Pakkett ta' rappurtar finanzjarju integrat”.
(43) Ir-Rapport Annwali 2015, il-paragrafu 2.10, ir-Rapport Annwali 2014, il-paragrafu 2.22, ir-Rapport Annwali 2013, il-paragrafu 1.50, u r-Rapport Annwali 2012, il-paragrafu 1.59.
(44) Ara wkoll il-Linja Gwida Nru 1 dwar il-Prattika Rakkomandata tal-IPSAS, Reporting on the Long-Term Sustainability of an Entity's Finances (Ir-Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà fuq Terminu Twil tal-Finanzi ta' Entità).
(45) L-Opinjoni Nru 1/2015 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 rigward ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU C 52, 13.2.2015, p. 1).
(46) Id-diviżjoni tas-suġġett tal-akkwist pubbliku bejn, minn naħa waħda, ir-Regolament Finanzjarju u, min-naħa l-oħra, l-Anness I, tikser ir-regoli dwar il-proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet kif stipulati fit-Trattati u kkjarifikati bil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja.
(47) COM(2016) 605, il-premessa 188.
(48) Ir-Rapport Annwali 2014, il-paragrafu 6.52 u r-Rapport Annwali 2015, il-paragrafu 6.45.
(49) Kienet saret proposta simili f'COM(2011) 628 li wassal għar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Dik il-proposta ma ġietx aċċettata mil-leġiżlatur.
(50) L-Opinjoni Nru 1/2012 dwar ċerti proposti għal regolamenti dwar il-politika agrikola komuni għall-perjodu tal-2014-2020, il-paragrafi 43 u 44.
(51) Ir-Rapport Speċjali Nru 5/2011 — Skema ta' Pagament Uniku (l-SPS): kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati biex titjieb il-ġestjoni finanzjarja soda tagħha.
(52) Ir-Rapport Speċjali Nru 19/2016 — L-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE permezz ta' strumenti finanzjarji — tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-perjodu tal-programm 2007-2013, aħna nirrakkomandaw li, “fir-Regolament Finanzjarju (u sussegwentement f'regolamenti settorjali), jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi definizzjoni, għall-ingranaġġ ta' strumenti finanzjarji li hija applikabbli fl-oqsma kollha tal-baġit tal-UE, li tkun tiddistingwi b'mod ċar bejn l-ingranaġġ ta' kontribuzzjonijiet privati nazzjonali u kontribuzzjonijiet pubbliċi nazzjonali taħt il-programmi operazzjonali u/jew l-ingranaġġ ta' kontribuzzjonijiet kapitali privati jew pubbliċi addizzjonali, u tieħu inkunsiderazzjoni t-tip tal-istrument involut. Jenħtieġ li din id-definizzjoni tindika b'mod ċar kif jiġu ddeterminati l-ammonti mmobilizzati mill-UE u mill-kontribuzzjonijiet pubbliċi nazzjonali, possibbilment skont il-linji gwida tal-OECD dwar is-suġġett.”
(53) Ir-Rapport Annwali 2015, il-paragrafu 3.54 sa 3.59; ir-Rapport Annwali 2014, il-paragrafi 3.52 u 3.92.
ANNESS I
TEST MODIFIKAT TAL-KUMMISSJONI, U SUĠĠERIMENTI TAL-QORTI
|
Test fil-proposta |
Suġġeriment tal-Qorti |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 69 Korpi stabbiliti skont it-TFUE u t-Trattat tal-Euratom
|
Artikolu 69 Korpi stabbiliti skont it-TFUE u t-Trattat tal-Euratom
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 70 Korpi ta' sħubija pubblika-privata Il-korpi li għandhom personalità ġuridika u li huma stabbiliti b'att bażiku u fdati bl-implimentazzjoni ta' sħubija pubblika-privata għandhom jadottaw ir-regoli finanzjarji tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom jinkludu sett ta' prinċipji meħtieġa sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 261 sabiex dawn jissupplimentaw ir-Regolament Finanzjarju b'regolament finanzjarju mudell li jistabbilixxi l-prinċipji neċessarji sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni u li għandu jkun ibbażat fuq l-Artikolu 149. Ir-regoli finanzjarji ta' dawk il-korpi ma għandhomx imorru lil hinn mir-regolament finanzjarju ta' qafas għajr meta l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom jirrikjedu dan u bil-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni. Il-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 69 għandhom japplikaw għal korpi ta' sħubija pubblika-privata. |
Artikolu 70 Korpi ta' sħubija pubblika-privata Il-korpi li għandhom personalità ġuridika u li huma stabbiliti b'att bażiku u fdati bl-implimentazzjoni ta' sħubija pubblika-privata għandhom jadottaw ir-regoli finanzjarji tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom jinkludu sett ta' prinċipji meħtieġa sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 261 sabiex dawn jissupplimentaw ir-Regolament Finanzjarju b'regolament finanzjarju mudell li jistabbilixxi l-prinċipji neċessarji sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni u li għandu jkun ibbażat fuq l-Artikolu 149. Ir-regoli finanzjarji ta' dawk il-korpi ma għandhomx imorru lil hinn mir-regolament finanzjarju ta' qafas għajr meta l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom jirrikjedu dan u bil-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni. Il-paragrafi 2, 3 u 4 sa 6 tal-Artikolu 69 għandhom japplikaw għal korpi ta' sħubija pubblika-privata. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 123 Kontrodipendenza fuq l-awditi Meta awditur indipendenti jkun għamel awditu bbażat fuq standards aċċettati internazzjonalment li jipprovdu garanzija raġonevoli fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapporti li juru l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, dak l-awditu għandu jifforma l-bażi tal-garanzija kumplessiva, kif speċifikata aktar, fejn xieraq, fir-regoli speċifiċi għas-settur. |
Artikolu 123 Kontrodipendenza fuq l-awditi Meta awditur indipendenti jkun għamel awditu bbażat fuq standards aċċettati internazzjonalment li jipprovdu garanzija raġonevoli fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u r-rapporti li juru l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, dak l-awditu għandu jifforma l-bażi tal-garanzija kumplessiva jista' jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-awditjar tan-nefqa tal-Unjoni , kif speċifikata aktar, fejn xieraq, fir-regoli speċifiċi għas-settur. Għal din il-fini, ir-rapport tal-awditur indipendenti u d-dokumentazzjoni relatata tal-awditjar għandhom isiru disponibbli għall-Kummissjoni u għall-Qorti tal-Awdituri fuq talba tagħhom. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 126 Sħubijiet finanzjarji qafas
|
Artikolu 126 Sħubijiet finanzjarji qafas
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 211 Regoli għall-garanziji baġitarji
Ammont ta' finanzjament li jaqbeż l-ammont indikat fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jingħata f'isem l-Unjoni. Il-pagamenti għat-talbiet għal ħlas ta' garanzija għandhom isiru, fejn ikun hemm bżonn, mill-Istati Membri jew mill-partijiet terzi li jikkontribwixxu fuq bażi pari passu. Il-Kummissjoni għandha tiffirma ftehim mal-kontributuri li, b'mod partikolari, għandu jkun fih dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-pagament. |
Artikolu 211 Regoli għall-garanziji baġitarji
Ammont ta' finanzjament li jaqbeż l-ammont indikat fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jingħata f'isem l-Unjoni. Il-pagamenti għat-talbiet għal ħlas ta' garanzija għandhom isiru, fejn ikun hemm bżonn fil-prinċipju, mill-Istati Membri jew mill-partijiet terzi li jikkontribwixxu fuq bażi pari passu. Il-Kummissjoni għandha tiffirma ftehim mal-kontributuri li, b'mod partikolari, għandu jkun fih dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-pagament. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 247 Ir-regoli u l-proċedura dwar l-awditjar
|
Artikolu 247 Ir-regoli u l-proċedura dwar l-awditjar
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 249 Id-dritt tal-aċċess tal-Qorti tal-Awdituri
Il-korpi tal-awditjar intern u servizzi oħrajn tal-amministrazzjonijiet nazzjonali kkonċernati għandhom joffru lil-Qorti tal-Awdituri l-faċilitjiet kollha li hi tqis li jkunu meħtieġa għat-twettiq tal-kompitu tagħha.
L-informazzjoni fornita skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tista' tkun mitluba biss mill-Qorti tal-Awdituri.
|
Artikolu 249 Id-dritt tal-aċċess tal-Qorti tal-Awdituri
Il-korpi tal-awditjar intern u servizzi oħrajn tal-amministrazzjonijiet nazzjonali kkonċernati għandhom joffru lil-Qorti tal-Awdituri l-faċilitjiet kollha li hi tqis li jkunu meħtieġa għat-twettiq tal-kompitu tagħha.
L-informazzjoni fornita skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tista' tkun mitluba biss mill-Qorti tal-Awdituri.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 250 Ir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri
Il-Qorti tal-Awdituri għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li t-tweġibiet ta' kull istituzzjoni għall-osservazzjonijiet tagħha jkunu ppubblikati ħdejn jew wara kull osservazzjoni li jirreferu għaliha.
|
Artikolu 250 Ir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri
Il-Qorti tal-Awdituri għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li t-tweġibiet ta' kull istituzzjoni għall-osservazzjonijiet tagħha jkunu ppubblikati ħdejn jew wara kull osservazzjoni li jirreferu għaliha flimkien mar-rapport annwali.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 251 Ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri
L-istituzzjoni jew il-korp ikkonċernati għandhom jinformaw lill-Qorti tal-Awdituri, b'mod ġenerali, fi żmien sitt ġimgħat mit-trażmissjoni ta' dawk l-osservazzjonijiet, dwar kwalunkwe tweġiba li huma jkunu jixtiequ jagħtu rigward dawk l-osservazzjonijiet. Dak il-perjodu għandu jiġi sospiż, f'każijiet debitament iġġustifikati, b'mod partikolari meta, matul il-proċedura kontradittorja, ikun meħtieġ li l-istituzzjoni jew il-korp ikkonċernati jiksbu rispons mill-Istati Membri sabiex jiffinalizzaw it-tweġiba tagħhom. It-tweġibiet tal-istituzzjoni jew tal-korp ikkonċernat għandhom jindirizzaw l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri b'mod dirett u esklużiv. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tiżgura li r-rapporti speċjali jitfasslu u jiġu adottati f'perjodu ta' żmien adegwat, li ġeneralment ma għandux ikun itwal minn 13-il xahar. Ir-rapport speċjali, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet jew tal-korpi kkonċernati, għandhom jintbagħtu mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u kull wieħed minnhom għandu jiddeċiedi, meta xieraq flimkien mal-Kummissjoni, liema azzjoni għandha tittieħed bħala reazzjoni għal dan. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li t-tweġibiet għall-osservazzjonijiet tagħha minn kull istituzzjoni jew korp ikkonċernati jiġu ppubblikati qrib jew wara kull osservazzjoni li huma relatati magħha, u tippubblika l-iskeda ta' żmien għat-tfassil tar-rapport speċjali. |
Artikolu 251 Ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri
L-istituzzjoni jew il-korp ikkonċernati għandhom jinformaw lill-Qorti tal-Awdituri, b'mod ġenerali, fi żmien sitt ġimgħat mit-trażmissjoni ta' dawk l-osservazzjonijiet, dwar kwalunkwe tweġiba li huma jkunu jixtiequ jagħtu rigward dawk l-osservazzjonijiet. Dak il-perjodu għandu jiġi sospiż, f'każijiet debitament iġġustifikati, b'mod partikolari meta, matul il-proċedura kontradittorja, ikun meħtieġ li l-istituzzjoni jew il-korp ikkonċernati jiksbu rispons mill-Istati Membri sabiex jiffinalizzaw it-tweġiba tagħhom. It-tweġibiet tal-istituzzjoni jew tal-korp ikkonċernat għandhom jindirizzaw l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri b'mod dirett u esklużiv. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tiżgura li r-rapporti speċjali jitfasslu u jiġu adottati f'perjodu ta' żmien adegwat, li ġeneralment ma għandux ikun itwal minn 13-il xahar. Ir-rapport speċjali, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet jew tal-korpi kkonċernati, għandhom jintbagħtu mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u kull wieħed minnhom għandu jiddeċiedi, meta xieraq flimkien mal-Kummissjoni, liema azzjoni għandha tittieħed bħala reazzjoni għal dan. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li t-tweġibiet għall-osservazzjonijiet tagħha minn kull istituzzjoni jew korp ikkonċernati jiġu ppubblikati qrib jew wara kull osservazzjoni li huma relatati magħha, u tippubblika l-iskeda ta' żmien g ħat-tfassil tar- flimkien mar- rapport speċjali. |
ANNESS II
RAPPURTAR
|
|
Rappurtar perjodiku li jsir mill-Kummissjoni (ibbażat fuq ir-Regolament Finanzjarju attwali (RFA)) |
Rappurtar perjodiku propost li jsir mill-Kummissjoni (RFP) |
Modifika proposta tal-QEA |
|||||||
|
|
Data |
Rapport |
Data |
Rapport |
Ippreżentat għall-awditjar |
Rapport |
||||
|
1 |
1 ta' Marzu “n+1” |
Kontijiet proviżorji tal-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra għas-sena “n” |
1 ta' Marzu “n+1” |
Kontijiet proviżorji tal-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra għas-sena “n” |
1 ta' Marzu “n+1” |
Kontijiet proviżorji tal-istituzzjonijiet u l-korpi kollha għas-sena “n” |
||||
|
2 |
31 ta' Marzu “n+1” |
Kontijiet proviżorji tal-Kummissjoni u l-kontijiet proviżorji kkonsolidati tal-Unjoni għas-sena “n” |
31 ta' Marzu “n+1” |
Kontijiet proviżorji tal-Kummissjoni u l-kontijiet proviżorji kkonsolidati tal-Unjoni għas-sena “n” |
31 ta' Marzu “n+1” |
Kontijiet kkonsolidati proviżorji tal-Unjoni għas-sena “n” |
||||
|
3 |
31 ta' Marzu “n+1” |
Rapport dwar il-Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja għas-Sena “n” (l-Artikolu 142 RFA) |
31 ta' Marzu “n+1” |
Rapport dwar il-Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja għas-Sena “n” (l-Artikolu 241 RFP) |
1 ta' Marzu “n+1” |
Rapport dwar il-Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja għas-Sena “n” (l-Artikolu 241 RFP) |
||||
|
4 |
15 ta' Ġunju “n+1” |
Sommarju tar-rapporti annwali tal-attività (l-Artikolu 66(9) RFA) |
31 ta' Lulju “n+1” |
Inkluż fl-AMPR (bħala parti mill-IFRP) (l-Artikolu 239 RFP) |
31 ta' Marzu “n+1” |
Rapport Uniku dwar l-Akkontabbiltà |
||||
|
5 |
|
Evalwazzjoni tal-finanzi tal-Unjoni fuq il-bażi tar-riżultati miksubin (l-Artikolu 318 TFUE) |
31 ta' Lulju “n+1” |
Inkluż fl-AMPR (bħala parti mill-IFRP) (l-Artikolu 239 RFP) |
1 ta' Mejju “n+1” |
Rapport separat bi spjegazzjoni tal-firxa u s-sejbiet tal-evalwazzjonijiet fl-infiq kollu tal-UE u f'politiki oħra |
||||
|
6 |
1 ta' Lulju “n+1” |
Rapporti annwali tal-attività għas-sena “n” |
31 ta' Lulju “n+1” |
Inkluż fl-AMPR (bħala parti mill-IFRP) (l-Artikolu 239 RFP). L-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tiġi rrappurtata permezz tad-dikjarazzjonijiet tal-programmi mehmuża mal-abbozz ta' baġit |
|
Dokumenti interni tal-Kummissjoni. Ma hemmx għalfejn li dawn jiġu koperti fir-Regolament Finanzjarju. L-informazzjoni ewlenija dwar il-prestazzjoni tista' tiġi inkluża fir-Rapport ta' evalwazzjoni |
||||
|
7 |
1 ta' Lulju “n+1” |
Kontijiet finali tal-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra għas-sena “n” (l-Artikolu 148 RFA) |
1 ta' Lulju “n+1” |
Kontijiet finali tal-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra għas-sena “n” (l-Artikolu 238 RFP) |
15 ta' Ġunju “n+1” |
Kontijiet finali tal-istituzzjonijiet u l-korpi kollha għas-sena “n” |
||||
|
8 |
31 ta' Lulju “n+1” |
Kontijiet ikkonsolidati finali u kontijiet tal-Kummissjoni għas-sena “n” (l-Artikolu 148 RFA) |
31 ta' Lulju “n+1” |
Kontijiet annwali kkonsolidati (bħala parti mill-IFRP) (l-Artikoli 238(5) u 239 RFP) |
30 ta' Ġunju “n+1” |
Kontijiet annwali kkonsolidati |
||||
|
9 |
31 ta' Lulju “n+1” |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri: Il-protezzjoni tal-baġit tal-UE sa tmiem is-sena “n” |
31 ta' Lulju “n+1” |
Rapport dwar azzjonijiet preventivi u korrettivi li jkopru l-baġit tal-UE (bħala parti mill-IFRP) (l-Artikolu 239 RFP) |
31 ta' Marzu “n+1” |
Rapport dwar azzjonijiet preventivi u korrettivi li jkopru l-baġit tal-UE (bħala parti mill-IFRP) (l-Artikolu 239 RFP) |
||||
|
10 |
|
Rapport dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (ġlieda kontra l-frodi) (bħala parti mill-IFRP) (l-Artikolu 325 TFUE) |
31 ta' Lulju “n+1” |
Rapport dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (ġlieda kontra l-frodi) (bħala parti mill-IFRP) (l-Artikolu 325 TFUE) |
31 ta' Marzu “n+1” |
Rapport dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (ġlieda kontra l-frodi) (bħala parti mill-IFRP) (l-Artikolu 325 TFUE) |
||||
|
11 |
|
Rapport dwar l-awditi interni (l-Artikolu 99(5) RFA) |
31 ta' Lulju “n+1” |
Rapport dwar l-awditi interni (l-Artikolu 116(8) RFP) |
31 ta' Marzu “n+1” |
Inkluż fir-Rapport Uniku dwar l-Akkontabbiltà |
||||
|
12 |
|
Rapport dwar is-segwitu għall-kwittanza (l-Artikolu 165(3) RFA) |
31 ta' Lulju “n+2” |
Rapport dwar is-segwitu għall-kwittanza (l-Artikolu 253(3) RFP) |
|
|
||||
|
13 |
15 ta' Ġunju “n+1” |
Rapport dwar il-Fondi Fiduċjarji |
|
Rapport dwar il-Fondi Fiduċjarji (l-Artikolu 244 RFP) |
30 ta' Ġunju “n+1” |
Inkluż bħala dikjarazzjoni kkonsolidata fil-kontijiet annwali kkonsolidati |
||||
|
14 |
1 ta' Settembru “n+1” |
Abbozz ta' baġit għas-sena “n+2” |
1 ta' Settembru “n+1” |
Abbozz ta' baġit
|
|
|
||||
|
15 |
15 ta' Settembru |
Rapport dwar ir-riskji kurrenti nnutati, ix-xejriet ġenerali osservati, il-kwistjonijiet kontabilistiċi ġodda u informazzjoni dwar irkupri (l-Artikolu 150(4) RFA) |
15 ta' Settembru |
Rapport dwar ir-riskji kurrenti nnutati, ix-xejriet ġenerali osservati, il-kwistjonijiet kontabilistiċi ġodda u informazzjoni dwar irkupri (l-Artikolu 243 RFP) |
1 ta' Settembru |
Rapport dwar ir-riskji kurrenti nnutati, ix-xejriet ġenerali osservati, il-kwistjonijiet kontabilistiċi ġodda u informazzjoni dwar irkupri (l-Artikolu 243 RFP) |
||||
|
16 |
|
Rapport dwar il-garanziji u r-riskji tal-baġit (l-Artikolu 149) |
|
Miġbur mar-rapport dwar l-istrumenti finanzjarji mehmuż mal-abbozz ta' baġit |
|
|
||||
|
17 |
Ott./Nov. “n+1” |
Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istrumenti finanzjarji appoġġati mill-baġit ġenerali (l-Artikolu 140/8 RFA). |
1 ta' Settembru “n+1” |
Rapport dwar l-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji, l-assistenza finanzjarja, l-obbligazzjonijiet kontinġenti u l-fond ta' proviżjonament komuni (l-Artikolu 39(4) u (5), 50(1)(d), 242 RFP). Ippreżentat flimkien mal-abbozz ta' baġit għas-sena n+2 |
|
|
||||