3.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 281/5


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta’ Ġunju 2015 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ M.7429 — Siemens/Dresser-Rand

Relatur: Il-Lussemburgu

(2016/C 281/07)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni nnotifikata għandha dimensjoni tal-Unjoni skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

3.

Il-Kumitat Kosultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-swieq tal-prodott rilevanti kif iddikjarat fl-abbozz tad-deċiżjoni.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-swieq ġeografiċi rilevanti kif iddikjarat fl-abbozz tad-deċiżjoni.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni nnotifikata ma twassalx għal effetti orizzontali mhux koordinati li jimpedixxu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq dinji għal ferroviji b’kompressur turbo li jaħdmu bl-ADGT u bl-IGT ħafif użati fl-applikazzjonijiet taż-żejt u l-gass (oil and gas, “O&G”), u b’mod partikolari fis-segmenti (1) ’il fuq minn 23 MW u (2) inqas minn 23 MW.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni nnotifikata ma twassalx għal effetti orizzontali mhux koordinati li jimpedixxu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq dinji settijiet ta’ ġeneraturi li jaħdmu bl-ADGT u l-IGT ħafif użati fl-applikazzjonijiet taż-żejt u tal-gass (“O&G”), u b’mod partikolari fis-segmenti (1) ’l fuq minn 23 MW u (2) inqas minn 23 MW.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni nnotifikata ma twassalx għal effetti orizzontali mhux koordinati li jimpedixxu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq/swieq dinji/dinjija/taż-ŻEE għal turbini tal-fwar li jaħdmu b’mod mekkaniku, irrispettivament mill-firxa eżatta tal-eneġrija.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni nnotifikata ma twassalx għal effetti orizzontali mhux koordinati li jxekklu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq/swieq dinji/dinjin/taż-ŻEE għal turbini tal-fwar li jaħdmu bil-ġeneratur ippakkjati flimkien ma’ ġeneraturi, irrispettivament mill-firxa eżatta tal-enerġija.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-operazzjoni proposta ma twassalx għal effetti mhux orizzontali li jimpedixxu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva

fis-suq/swieq dinji/dinjija għal ferroviji b’kompressuri turbo li jaħdmu bl-ADGT u l-IGT ħafif użati fl-applikazzjonijiet taż-żejt u tal-gass (“O&G”).

fis-suq/swieq dinji/dinjija/taż-ŻEE għal ferroviji FCC, irrispettivament mil-limiti eżatti tas-suq/swieq relevanti.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata trid għalhekk tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE skont l-Artikoli 2(2) u 8(1) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.