22.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/3 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2016 dwar abbozz ta’ deċiżjoni relatat ma’ Il-Każ M.7637 — Liberty Global/BASE Belgium
Rapporteur: Ir-Repubblika Ċeka
(2016/C 141/04)
Konċentrazzjoni
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni nnotifikata għandha dimensjoni tal-Unjoni, skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. |
Swieq Rilevanti
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni għas-swieq ġeografiċi u tal-prodotti rilevanti fl-abbozz tad-Deċiżjoni. |
Valutazzjoni Kompetittiva
Effetti orizzontali
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta x’aktarx twassal għal effetti orizzontali mhux koordinati, li jimpedixxu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-konsumaturi għas-servizzi tat-telefonija ċellulari fil-Belġju. |
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta x’aktarx ma twassalx għal tfixkil sinifikanti tal-kompetizzjoni effettiva fis-swieq tal-konsumaturi għal servizzi tat-telefonija fissa fil-Belġjum (jiġifieri (i) is-suq tal-konsumaturi għas-servizzi tat-TV, (ii) is-suq tal-konsumaturi għal servizzi tal-Internet fissi u (iii) is-suq tal-konsumaturi għal servizzi tat-telefonija fissa) peress li l-kundizzjonijiet għall-konċentrazzjoni ma’ kompetitur potenzjali biex ikun hemm effetti sinifikanti ma ġewx issodisfati. |
Effetti vertikali
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta x’aktarx mhux se twassal għal effetti vertikali (preklużjoni fil-livell tal-input) billi teskludi l-fornituri tal-konsumaturi ta’ servizzi tat-telekomunikazzjonijiet biċ-ċellulari fil-Belġju minn aċċess tal-operaturi u oriġini tat-telefonati fuq netwerks taċ-ċellulari fil-Belġju. |
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta x’aktarx ma twassalx għal effetti vertikali (preklużjoni fil-livell tal-input) billi (i) teskludi l-fornituri tal-konsumaturi ta’ servizzi tat-telekomunikazzjonijiet fissi u (ii) fornituri tal-konsumaturi ta’ pakketti ta’ servizzi tat-telekomunikazzjonijiet fissi u biċ-ċellulari fil-Belġju minn aċċess tal-operaturi għan-netwerk tal-kejbil tat-Telenet. |
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta x’aktarx mhux se twassal għal effetti vertikali (preklużjoni fil-livell tal-input) billi teskludi fornituri tal-konsumaturi ta’ servizzi tat-telekomunikazzjonijiet biċ-ċellulari fil-Belġju minn aċċess għal (i) is-suq tal-operaturi ta’ linji mikrija, (ii) is-suq tal-operaturi għal servizzi ta’ tranżitu ta’ telefonati domestiċi, u (iii) is-suq tal-operaturi għat-terminazzjoni u l-hosting ta’ sejħiet għal numri mhux ġeografiċi. |
Effetti ta’ konglomerat
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta x’aktarx ma twassalx għal effetti ta’ konglomerat billi l-kompetituri tal-entità li tirriżulta mill-konċentrazzjoni jiġu esklużi minn (i) is-suq tal-konsumaturi għas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet biċ-ċellulari, (ii) is-suq tal-konsumaturi għal servizzi tat-TV, (iii) is-suq tal-konsumaturi għal servizzi tal-Internet fissi u (iv) is-suq tal-konsumaturi għal servizzi tat-telefonija fissa riżultat ta’ ġbir flimkien (bundling) ta’ dawn is-servizzi fissi u biċ-ċellulari mill-entità li tirriżulta mill-konċentrazzjoni. |
Rimedju
10. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji finali offruti mill-Parti Notifikanti fit-18 ta’ Diċembru 2015 huma biżżejjed biex ineħħu t-tħassib imqajjem mill-konċentrazzjoni proposta fir-rigward tal-effetti orizzontali mhux koordinati tal-konċentrazzjoni proposta fuq is-suq tal-konsumaturi Belġjan għal servizzi tat-telekomunikazzjonijiet biċ-ċellulari. |
11. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, soġġetta għal konformità sħiħa mal-impenji finali, il-konċentrazzjoni proposta x’aktarx ma timpedixxix b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu. |
12. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-opinjoni tal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni proposta għandha tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim dwar iż-ŻEE skont l-Artikoli 2(2) u 8(2) tar-Regolament tal-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. |