17.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 342/9 |
Komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tan-Netherlands skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijijet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni tal-idrokarburi
(2016/C 342/09)
Il-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi b’dan javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-prospettar għall-idrokarburi fil-blokok G7, G10, G11 u G13 kif indikat fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 tar-Regolament tal-Minjieri (Mijnbouwregeling) (il-Gazzetta tal-Gvern (Staatscourant) 2002, Nru 245).
B’referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u fl-Artikolu 15 tal-Att tal-Minjieri (Mijnbouwwet) (il-Bullettin tal-Atti u d-Digrieti (Staatsblad) 2002, Nru 542), il-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi b’dan jistieden lill-partijiet interessati jissottomettu applikazzjoni kompetittiva għal awtorizzazzjoni għall-prospettar għall-idrokarburi fil-blokok G7, G10, G11 u G13 tal-blata kontinentali Olandiża.
Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att tal-Minjieri (il-Bullettin tal-Atti u d-Digrieti 2002, Nru 542).
L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi waqt it-13-il-ġimgħa wara l-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lil:
De Minister van Economische Zaken (il-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi) |
Attn.: J.J. van Beek, directie Energie en Omgeving (id-Direttorat tal-Enerġija u l-Ambjent) |
Bezuidenhoutseweg 73 |
Postbus 20401 |
2500 EK Den Haag |
NEDERLAND |
L-applikazzjonijiet li jaslu wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu mhux se jiġu kkunsidrati.
Se tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet mhux iktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu.
Tista’ tikseb aktar informazzjoni billi ċċempel lis-Sur S. van Lierop fuq in-numru tat-telefown li ġej: +31 655493868.