17.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/8


Komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tan-Netherlands skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijijet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni tal-idrokarburi

(2016/C 342/08)

Il-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi b’dan javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-prospettar għall-idrokarburi fil-blokok D6 u E4 kif indikat fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 tar-Regolament tal-Minjieri (Mijnbouwregeling) (il-Gazzetta tal-Gvern (Staatscourant) 2002, Nru 245).

B’referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u fl-Artikolu 15 tal-Att tal-Minjieri (Mijnbouwwet) (il-Bullettin tal-Atti u d-Digrieti (Staatsblad) 2002, Nru 542), il-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi b’dan jistieden lill-partijiet interessati jissottomettu applikazzjoni kompetittiva għal awtorizzazzjoni għall-prospettar għall-idrokarburi fil-blokok D6 u E4 tal-blata kontinentali Olandiża.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att tal-Minjieri (il-Bullettin tal-Atti u d-Digrieti 2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi waqt it-13-il-ġimgħa wara l-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lil:

De Minister van Economische Zaken (Il-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi)

Attn.: J.J. van Beek, directie Energie en Omgeving (Direttorat tal-Enerġija u l-Ambjent)

Bezuidenhoutseweg 73

Postbus 20401

2500 EK Den Haag

NEDERLAND

L-applikazzjonijiet li jaslu wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu mhux se jiġu kkunsidrati.

Se tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet mhux iktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu.

Tista’ tikseb aktar informazzjoni billi ċċempel lis-Sur S. van Lierop fuq in-numru tat-telefown li ġej: +31 655493868.