17.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/6


Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi fiż-żona ta’ “Stanowice”

(2016/C 342/07)

Din il-proċedura tikkonċerna l-għoti ta’ konċessjoni għall-prospettar jew l-esplorazzjoni tad-depożiti ta’ gass naturali f’“Stanowice” fil-provinċja ta’ Lubuskie:

Isem

Nru tal-blokka

Sistema ta’ koordinati 1992

X

Y

Stanowice

parti tal-blokka ta’ konċessjoni Nru 183

549 678,18

233 678,03

549 971,85

234 324,38

549 932,73

234 493,34

549 851,22

234 644,76

549 707,07

234 636,78

549 690,67

234 933,19

549 141,57

235 560,18

548 879,78

235 581,06

548 698,05

235 892,10

547 682,33

236 013,65

547 364,37

235 490,52

547 611,84

234 799,72

547 723,09

233 995,55

548 577,08

233 996,68

L-applikazzjonijiet iridu jkopru l-istess żona.

L-applikazzjonijiet għal konċessjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Ministeru tal-Ambjent sa mhux iktar tard minn nofsinhar (12:00 CET/CEST) tal-aħħar jum tal-perjodu ta’ 91 jum li jibda mill-jum ta’ wara d-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-applikazzjonijiet li jaslu se jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

it-teknoloġija proposta għax-xogħol (40 %);

(b)

il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-applikant (50 %);

(c)

it-tariffa proposta għall-ksib tad-drittijiet tal-użufrutt tal-estrazzjoni mill-minjieri (10 %).

It-tariffa minima għall-ksib tad-drittijiet tal-użufrutt tal-estrazzjoni mill-minjieri għaż-żona ta’ “Stanowice” hija ta’:

1.

għall-prospettar ta’ depożiti ta’ gass naturali:

tul perjodu bażi ta’ tliet snin: PLN 10 000,00 fis-sena;

għar-raba’ sena u għall-ħames sena ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-estrazzjoni mill-minjieri: PLN 10 000,00 fis-sena;

għas-sitt sena u għas-snin sussegwenti ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-estrazzjoni mill-minjieri: PLN 10 000,00 fis-sena;

2.

għall-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ gass naturali:

tul perjodu bażi ta’ tliet snin: PLN 20 000,00 fis-sena;

għar-raba’ sena u għall-ħames sena ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-estrazzjoni mill-minjieri: PLN 20 000,00 fis-sena;

għas-sitt sena u għas-snin sussegwenti ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-estrazzjoni mill-minjieri: PLN 20 000,00 fis-sena;

3.

għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti ta’ gass naturali:

tul perjodu bażi ta’ ħames snin: PLN 30 000,00 fis-sena;

għas-sitt, is-seba’ u t-tmien sena ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-estrazzjoni mill-minjieri: PLN 30 000,00 fis-sena;

għad-disa’ sena u għas-snin sussegwenti ta’ validità ta’ kuntratt ta’ użufrutt tal-estrazzjoni mill-minjieri: PLN 30 000,00 fis-sena;

Il-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet se titlesta f’perjodu ta’ sitt xhur wara l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. L-applikanti se jirċievu notifika bil-miktub dwar ir-riżultat tal-proċedura.

L-applikazzjonijiet għandhom jitħejjew bil-Pollakk.

L-awtorità ta’ liċenzjar toħroġ konċessjonijiet għall-prospettar jew l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u l-gass naturali lill-applikant magħżul wara li tqis l-opinjoni tal-awtoritajiet rilevanti, u tikkonkludi miegħu kuntratt ta’ użufrutt tal-estrazzjoni mill-minjieri.

Sabiex ikun jista’ jwettaq attività li tinvolvi l-prospettar jew l-esplorazzjoni ta’ depożiti tal-idrokarburi fil-Polonja, operatur għandu jkollu kemm drittijiet ta’ użufrutt tal-estrazzjoni mill-minjieri kif ukoll konċessjoni.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

Ministerstwo Środowiska

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa

POLSKA/POLAND

Għal aktar tagħrif, ara:

is-sit web tal-Ministeru tal-Ambjent: www.mos.gov.pl

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [Id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonjiet Ġeoloġiċi]

Ministerstwo Środowiska [Il-Ministeru tal-Ambjent]

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa

POLSKA/POLAND

tel. + 48 223692449,

faks + 48 223692460

Posta elettronika: dgikg@mos.gov.pl

Approvat minn:

Mariusz Orion JĘDRYSEK

Ġeologu Prinċipali tal-Istat