23.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/26 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-passi li jmiss fil-qafas ta’ approċċ “Saħħa Waħda” biex tiġi miġġielda r-reżistenza għall-antimikrobiċi
(2016/C 269/05)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
1. |
IFAKKAR fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2001 dwar l-użu prudenti tal-aġenti antimikrobiċi fil-mediċina tal-bniedem (1) u r-rapporti ta’ Diċembru 2005, April 2010 mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tagħha (2) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-pazjent, inkluż il-prevenzjoni minn u l-kontroll ta’ infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa (3) u r-rapporti ta’ Novembru 2012 u Ġunju 2014 mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tagħha (4). |
2. |
IFAKKAR fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2008 dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi (RAM) (5), il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2009 dwar inċentivi innovattivi għal antibijotiċi effettivi (6), il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 2012 dwar l-impatt tar-reżistenza antimikrobika fis-settur tas-saħħa tal-bniedem u fis-settur veterinarju — perspettiva ta’ “Saħħa Waħda” (7) u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2014 dwar is-sikurezza tal-pazjenti u l-kwalità tal-kura, inklużi l-prevenzjoni u l-kontroll ta’ infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa u r-reżistenza antimikrobika (8). |
3. |
IFAKKAR fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar ir-reżistenza għall-antibijotiċi (9), ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Ottubru 2011 dwar it-theddida għas-saħħa pubblika tar-reżistenza antimikrobika (10), ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Diċembru 2012 dwar l-Isfida Mikrobika — Theddid li qed jiżdied mir-Reżistenza Antimikrobika (11) u r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju 2015 dwar kura tas-saħħa aktar sikura fl-Ewropa: it-titjib tas-sikurezza tal-pazjent u l-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi (12). |
4. |
IFAKKAR l-Istrateġija Komunitarja tal-2001 kontra r-RAM (13) u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-15 ta’ Novembru 2011 dwar pjan ta’ azzjoni kontra t-theddid li qed jiżdied ta’ Reżistenza Antimikrobika (14) u l-eżitu tal-valutazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ ħames snin tal-Kummissjoni Ewropea. |
5. |
JILQA’ l-Pjan ta’ Azzjoni Globali (PAG) dwar ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (15) żviluppat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) bil-kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) u l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) u adottat unanimament f’Mejju 2015 mit-68 Assemblea Dinjija tas-Saħħa, li jitlob lill-Istati Membri kollha tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa sabiex jistabbilixxu pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali kontra r-RAM sa nofs l-2017. |
6. |
JILQA’ r-Riżoluzzjoni dwar ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi adottata f’Ġunju 2015 mid-39 Konferenza tal-FAO u r-Riżoluzzjoni għall-ġlieda kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi u l-promozzjoni tal-użu prudenti ta’ aġenti antimikrobiċi fl-annimali f’Mejju 2015 fl-Assemblea Dinjija tad-Delegati tal-OIE. |
7. |
JILQA’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni Codex Alimentarius (16) fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu riveduti u aġġornati standards, kodiċijiet u linji gwida relatati mar-RAM. |
8. |
JILQA’ inizjattivi internazzjonali u reġjonali oħra, bħad-dikjarazzjoni tal-G7 dwar ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (17) u d-deċiżjoni biex ir-reżistenza għall-antimikrobiċi tiġi inkluża fl-aġenda tal-G20. |
9. |
IFAKKAR li fir-rigward tas-saħħa tal-bniedem, l-azzjoni tal-Unjoni hija definita mill-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
10. |
IFAKKAR li r-reżistenza għall-antimikrobiċi hija theddida għas-saħħa transkonfinali li ma tistax tiġi indirizzati b’mod suffiċjenti minn Stat Membru wieħed biss u ma tistax tiġi limitata għal xi reġjun ġeografiku jew Stat Membru u għalhekk jeħtieġ kooperazzjoni u koordinazzjoni intensivi bejn l-Istati Membri, kif iddikjarat fid-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa (18). |
11. |
IFAKKAR li fis-settur veterinarju diġà ttieħdu u qegħdin jittieħdu għadd ta’ miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi fil-livell tal-UE biex jiġi kkoordinat u żgurat approċċ komuni tal-UE li jnaqqas ir-riskju tar-RAM. Dawn il-miżuri jinkludu speċjalment dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (19), li jipprojbixxu l-użu ta’ antibijotiċi bħala promoturi tat-tkabbir, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/652/UE tat-12 ta’ Novembru 2013 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ reżistenza antimikrobika f’batterji żoonotiċi u kommensali (20), id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni b’segwitu għal proċeduri ta’ referenza skont id-Direttiva 2001/82/KE, li rriżultaw f’modifiki ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għal prodotti li fihom aġenti antimikrobiċi ta’ importanza kritika sabiex jiġu riflessi miżuri speċifiċi kontra l-iżvilupp ta’ RAM u fil-Linji Gwida għall-użu prudenti ta’ antimikrobiċi fil-mediċina veterinarja (2015/C 299/04) (21). |
12. |
JILQA’ l-ħidma li għaddejja tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u tal-Bank Dinji fuq l-impatt ekonomiku tar-RAM. |
13. |
JESPRIMI T-TĦASSIB TIEGĦU dwar id-data pprovduta mill-OECD, li skontha huwa stmat li madwar 700 000 imwiet jista’ jkun li jiġu kkawżati globalment kull sena mir-RAM. Meta dan jiġi mqabbel ma’ dinja mingħajr RAM, l-impatt ekonomiku assoċjat mar-rati attwali ta’ RAM jista’ jilħaq madwar 0,03 % tal-PDG fl-2020 fil-pajjiżi tal-OECD, 0,07 % fl-2030 u 0,16 % fl-2050. Dan jirriżulta f’telf kumulattiv ta’ madwar USD 2,9 triljun sal-2050 (22). |
14. |
JIRRIKONOXXI l-Opinjonijiet Xjentifiċi u r-rapporti dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi ppubblikati miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA). |
15. |
JIRRIKONOXXI li minħabba l-kumplessità tal-problema, id-dimensjoni transkonfinali tagħha u l-piż ekonomiku għoli, l-impatt tar-reżistenza għall-antimikrobiċi jmur lil hinn mill-konsegwenzi gravi tagħha għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u sar punt ta’ tħassib tas-saħħa pubblika globali li taffettwa lis-soċjetà kollha u jeħtieġ azzjoni intersettorjali urġenti u kkoordinata, fejn meħtieġ abbażi tal-prinċipju ta’ prekawzjoni (23). |
16. |
JISSOTTOLINJA li sabiex jiġi stimulat l-iżvilupp ta’ antimikrobiċi ġodda, terapiji alternattivi u dijanjostika (rapida), huma meħtieġa l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni tal-UE u globali fuq programmi ta’ riċerka u inċentivi u JIRRIKONOXXI l-ħidma mwettqa mill-proġett DRIVE-AB tal-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi (IMI) (Inħeġġu l-investiment mill-ġdid fir-riċerka u l-iżvilupp u l-użu responsabbli tal-antibijotiċi), il-proposti tat-tim tal-Analiżi tar-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (24) u l-Inizjattiva għall-Ipprogrammar Konġunt dwar ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (25) fost oħrajn. |
17. |
JISĦAQ li huwa kruċjali li jkun hemm aktar kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni u l-industrija farmaċewtika fir-rigward tad-disponibbiltà mnaqqsa inkluż it-tneħħija possibbli ta’ antimikrobiċi mis-suq li tista’ twassal għal nuqqas f’antimikrobiċi u terapija ta’ sostituzzjoni mhux adegwata. |
18. |
JENFASIZZA li biex isir progress fil-ġlieda kontra r-RAM, il-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid tal-UE għandu jkun fih għanijiet (kwantitattivi jew kwalitattivi li jkunu definiti b’mod ċar), punti ta’ riferiment u miżuri effettivi biex jinkisbu dawn l-għanijiet. |
19. |
JENFASIZZA li s-suċċess tal-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi jiddependi ħafna fuq l-impenn u r-rieda tal-gvernijiet li jieħdu azzjonijiet biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-inizjattivi taħt l-approċċ “Saħħa Waħda” filwaqt li jiġu involuti s-setturi rilevanti kollha u fuq ir-rieda tal-Istati Membri tal-UE li jikkooperaw fi ħdan l-UE u fil-livell internazzjonali. |
20. |
JILQA’ l-Konferenza Ministerjali “Saħħa Waħda” tal-UE dwar ir-RAM (26) li saret f’Amsterdam fid-9 u l-10 ta’ Frar 2016, li matulha ġiet espressa r-rieda politika li tiġi trattata l-problema tar-RAM permezz ta’ approċċ “Saħħa Waħda”, inkluż fost l-oħrajn kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri permezz tan-Netwerk “Saħħa Waħda” tal-UE fuq ir-RAM. In-Netwerk “Saħħa Waħda” tal-UE mhux ser ikun struttura ta’ governanza ġdida, iżda ser jaħdem permezz ta’ laqgħat konġunti ta’ gruppi jew korpi eżistenti fil-qasam tas-saħħa tal-bniedem, fil-qasam tal-ikel u fil-qasam veterinarju, bħall-grupp ta’ ħidma RAM u l-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa. In-Netwerk “Saħħa Waħda” tal-UE ser jintuża fuq bażi regolari biex jiġu diskussi kwistjonijiet relatati mar-RAM minn perspettiva ta’ saħħa waħda, fost oħrajn l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali kontra r-RAM u l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE. |
21. |
JAPPELLA LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:
|
22. |
JAPPELLA LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX:
|
23. |
JITLOB LILL-KUMMISSJONI BIEX:
|
(2) 5427/06 [COM(2005)684 final] u 8493/10 [COM(2010)141 final].
(4) COM(2012) 658 u COM(2014) 371.
(5) 9637/08.
(6) ĠU C 302, 12.12.2009, p. 10.
(7) ĠU C 211, 18.7.2012, p. 2.
(8) ĠU C 438, 6.12.2014, p. 7.
(9) P7_TA(2011)0238.
(10) P7_TA(2011)0473.
(11) 2012/2041 (INI).
(12) 2014/2207(INI).
(13) COM/2001/0333 final Volum I.
(14) 16939/11 [COM(2011)748].
(15) http://apps.who.int/gb/ebwha/pdf_files/WHA68/A68_ACONF1Rev1-en.pdf?ua=1
(16) CAC 39-CL2015/21.
(17) https://www.g7germany.de/Content/EN/Artikel/2015/06_en/g7-gipfel-dokumente_en.html
(18) ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1.
(19) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(20) ĠU L 303, 14.11.2013, p. 26.
(21) ĠU C 299, 11.9.2015, p. 7.
(22) http://www.oecd.org/els/health-systems/Antimicrobial-Resistance-in-G7-Countries-and-Beyond.pdf
NB: fir-rapport ikkwotat l-ammont “triljun” ifisser 1012.
(23) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-prinċipju ta’ prekawzjoni (COM(2000) 1 final tat-2 ta’ Frar 2000).
(24) Immexxi minn J. O’Neill (http://amr-review.org/)
(25) http://www.jpiamr.eu/
(26) http://english.eu2016.nl/events/2016/02/10/ministerial-conference-on-amr
(27) Linji gwida tal-Kummissjoni għall-użu prudenti ta’ antimikrobiċi fil-mediċina veterinarja (2015/C 299/04) http://ec.europa.eu/health/antimicrobial_resistance/docs/2015_prudent_use_guidelines_en.pdf
(28) http://www.jpiamr.eu/
(29) Ara l-paragrafu 18.
(30) Id-Direttorat għall-Awditi u l-Analiżi tas-Saħħa u l-Ikel tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, li qabel kien l-“Uffiċċju Alimentari u Veterinarju”.
(31) Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).
(32) Ara wkoll il-paragrafu 15.