|
28.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190/3 |
Avviż għall-attenzjoni ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
(2016/C 190/03)
L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet deżinjati fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 (2), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (3), kif implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2016/840 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta’ persuni u entitajiet deżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni u entitajiet.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness IIa tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 16 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill qabel l-1 ta’ Marzu 2017, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn, li d-deċiżjoni li tinkludihom fuq il-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
DG C 1C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
posta-e: sanctions@consilium.europa.eu |
Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami li jmiss tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK u l-Artikolu 32(4) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, tal-lista ta’ persuni u entitajiet deżinjati.
(1) ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.
(2) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 125.
(4) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 30.