19.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 105/7


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

(2016/C 105/05)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni indikati fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/411 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 (3) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta' persuni indikati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddeċieda li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/172/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 270/2011 għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 270/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill qabel il-15 ta' Diċembru 2016, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-Deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni li tasal għall-fini tar-rieżami li jmiss tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 270/2011, tal-lista ta' persuni indikati.


(1)  ĠU L 76, 22.3.2011, p. 63.

(2)  ĠU L 74, 19.3.2016, p. 40.

(3)  ĠU L 76, 22.3.2011, p. 4.