24.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 484/27 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal-21 ta’ Ottubru 2015
li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
(Il-Każ AT.39639 — Disk Drives Ottiċi)
(notifikata bid-dokument C(2015) 7135)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2016/C 484/10)
Fil-21 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull piena imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
(1) |
Fil-21 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni li tirrigwarda l-ksur tal-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE fis-settur tad-disk drives ottiċi. Id-destinatarji tad-Deċiżjoni kkoordinaw l-imġiba tagħhom fis-sejħiet għal offerti għal disk drives ottiċi (“DDO”) għal laptops u kompjuters prodotti minn żewġ manifatturi tal-kompjuters, Dell, Inc. (“Dell”) u Hewlett Packard (“HP”). |
2. DESKRIZZJONI TAL-KAŻ
2.1. Proċedura
(2) |
Wara l-applikazzjoni għall-immunità konġunta ta’ Koninklijke Philips Electronics N.V., Lite-On IT Corporation u Philips & Lite-On Digital Solutions Corporation skont it-termini tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006, il-Kummissjoni indirizzat, fid-29 ta’ Ġunju 2009, talbiet immirati għall-informazzjoni indirizzati lill-impriżi li huma attivi fl-industrija u rċeviet talba għal klemenza sussegwenti minn Hitachi-LG Data Storage, Inc. |
(3) |
Fit-18 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) f’dan il-każ. Id-destinatarji tad-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet għarrfu bil-miktub il-fehmiet tagħhom dwar l-oġġezzjonijiet imqajma kontrihom u ngħataw l-opportunità li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jinstemgħu billi jieħdu sehem f’seduta ta’ smigħ orali li saret bejn id-29 u t-30 ta’ Novembru 2012. |
(4) |
Fit-18 ta’ Frar 2014, il-Kummissjoni adottat żewġ Dikjarazzjonijiet Supplimentari ta’ Oġġezzjonijiet (“DSO tat-18 ta’ Frar 2014”) sabiex tissupplimenta, timmodifika u/jew tiċċara l-oġġezzjonijiet indirizzati lil ċerti destinatarji tad-DO rigward ir-responsabbiltà tagħhom għall-ksur allegat. |
(5) |
Fl-1 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni Supplimentari ta’ Oġġezzjonijiet oħra (“id-DSO tal-1 ta’ Ġunju 2015”). L-għan ewlieni tad-DSO tal-1 ta’ Ġunju 2015 kien li jiġu ssupplimentati d-DO u d-DSO tat-18 ta’ Frar 2014 billi jiġu indirizzati l-oġġezzjonijiet mid-DO oriġinali lill-entitajiet ġuridiċi addizzjonali li jappartjenu għall-gruppi korporattivi li kienu destinatarji tad-DO. |
(6) |
Id-destinatarji tad-DSOs tat-18 ta’ Frar 2014 u tal-1 ta’ Ġunju 2015 ippreżentaw l-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni, iżda ma talbux seduta orali. |
(7) |
Fit-3 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni ħarġet Ittra tal-Fatti lill-partijiet kollha. Id-destinatarji tal-Ittra tal-Fatti ppreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni. |
(8) |
Il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Prattiċi Restrittivi u l-Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fil-5 u l-15 ta’ Ottubru 2015. |
2.2. Sommarju tal-ksur
(9) |
Il-ksur involva kollużjoni fir-rigward ta’ sejħiet għal offerti organizzati minn Dell u HP fil-perjodu 2004-2008. L-investigazzjoni skopriet netwerk ta’ kuntatti bilaterali paralleli biex jimmanipula offerti, bis-sostituzzjoni ta’ inċertezzi inerenti f’kompetizzjoni b’kollużjoni. Il-partijiet ikkomunikaw lil xulxin l-intenzjonijiet tagħhom rigward il-klassifikazzjoni u/jew l-ipprezzar fis-sejħiet għal offerti u skambjaw informazzjoni kummerċjali sensittiva oħra relatata mal-akkwist. |
2.3. Destinatarji
(10) |
L-impriżi li ġejjin kisru l-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE billi pparteċipaw, matul il-perjodi indikati, fi ksur ta’ kartell fis-settur tad-disk drives ottiċi:
|
2.4. Rimedji
(11) |
Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida tal-2006 dwar il-multi (2). |
2.4.1. L-ammont bażiku tal-multa
(12) |
Sabiex jiġi rifless aħjar l-impatt konkret tal-kartell, jintuża sostitut għall-valur annwali ta’ bejgħ (ibbażat fuq il-valur attwali ta’ bejgħ ta’ DDO fiż-ŻEE magħmul mill-impriżi fil-perjodu rilevanti ta’ parteċipazzjoni tagħhom fil-ksur) bħala l-bażi għall-kalkolu tal-ammont bażiku tal-multi imposti. |
(13) |
Meta titqies in-natura tal-ksur u l-firxa ġeografika tiegħu, il-perċentwal tal-ammont varjabbli tal-multa u l-ammont addizzjonali (“il-ħlas tad-dħul”) hu stabbilit għal 16 % tal-valur tal-bejgħ għall-ksur. |
(14) |
L-ammont varjabbli hu mmultiplikat bin-numru ta’ snin jew bi frazzjonijiet tas-sena b’mod rispettiv għall-parteċipazzjoni tal-kumpanija fil-ksur, sabiex jitqies b’mod sħiħ il-perjodu tal-parteċipazzjoni fil-ksur għal kull impriża individwali. Il-Kummissjoni tqis it-tul attwali ta’ parteċipazzjoni fil-ksur tal-partijiet fuq bażi (imqarrba) ta’ kull xahar u pro rata. |
(15) |
Minħabba li l-kuntatti fir-rigward ta’ Dell bdew qabel dawk fir-rigward ta’ HP, il-valur tal-bejgħ huwa kkalkulat separatament għal kull klijent u żewġ multiplikaturi ta’ tul ta’ żmien huma applikati bħala konsegwenza. |
(16) |
Il-valur tal-bejgħ għal Philips, Sony u Optiarc ġie kkalkulat biss fuq il-bażi tal-bejgħ lil Dell, peress li ma ġiex stabbilit li dawn it-tliet impriżi pparteċipaw f’imġiba antikompetittiva fir-rigward ta’ HP. |
2.4.2. Aġġustamenti għall-ammont bażiku
(17) |
Ma hemm l-ebda ċirkostanzi aggravanti li ġew meqjusa mill-Kummissjoni f’dan il-każ. |
(18) |
Jiġi applikat fattur mitiganti lil Philips, Sony u Optiarc biex jintwera n-nuqqas ta’ għarfien u responsabbiltà tagħhom għall-parti mill-ksur uniku u kontinwat li jirrigwarda HP. |
2.4.3. Żieda speċifika bħala deterrent
(19) |
F’dan il-każ, multiplikatur ta’ dissważjoni ta’ 1,2 jiġi applikat lil Sony. |
2.4.4. L-applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %
(20) |
L-ammonti finali individwali tal-multi huma taħt l-10 % tal-fatturat dinji tal-impriżi indirizzati kollha, ħlief TSST. |
2.4.5. L-applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006
(21) |
L-impriżi Philips, Lite-On and PLDS kienu l-ewwel li ppreżentaw informazzjoni u evidenza li ssodisfat il-kundizzjonijiet tal-punt 8(a) tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006. Il-multa imposta hi mnaqqsa b’100 % għat-tliet impriżi. |
(22) |
L-impriża HLDS tingħata tnaqqis ta’ 50 % għall-ksur kif ukoll tnaqqis addizzjonali fl-applikazzjoni tal-aħħar paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż ta’ Klemenza sal-punt li l-informazzjoni pprovduta minn HLDS ippermettiet lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi fatti li jestendu t-tul taż-żmien tal-ksur. |
3. MULTI IMPOSTI MID-DEĊIŻJONI
(23) |
Għall-ksur uniku u kontinwu tad-DDO, ġew imposti l-multi li ġejjin:
|
(1) ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 411/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004, p. 1).